EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XC0627(01)

Għajnuna mill-Istat: riċerka, żvilupp u innovazzjoni

Għajnuna mill-Istat: riċerka, żvilupp u innovazzjoni

 

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Il-komunikazzjoni tfittex li tiċċara r-regoli u l-kundizzjonijiet li jiddikjaraw liema Stati Membri tal-Unjoni Ewropea(UE) jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji sabiex iwettqu attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni (RŻI).

PUNTI EWLENIN

Ir-regoli li huma relatati mal-għajnuna mill-Istat għall-attivitajiet ta’ RŻI jikkonsistu f’żewġ partijiet komplementari.

  • Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014, magħruf bħala Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER, ara sommarju), jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jiddikjaraw liema għajnuna tar-RŻI (fost tipi oħra ta’ għajnuna mill-Istat) hija eżentata min-notifika obbligatorja minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea (jiġifieri eżenzjoni ta’ kategorija).
  • Is-sistema għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (il-“qafas tar-RŻI”) tikkonsisti minn regoli għall-Kummissjoni biex tiġi evalwata l-għajnuna għar-RŻI li mhijiex eliġibbli għall-eżenzjoni ta’ kategorija.

Inħaffu l-proċess tal-għotjiet ta’ għajnuna mill-Istat

  • Skont il-GBER, l-ammonti taħt liema l-għajnuna hija eżentata min-notifika għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni ġew miżjuda b’mod sinifikanti. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna għal żvilupp esperimentali ta’ massimu ta’ EUR 15-il miljun għal kull proġett u għal kull benefiċjarju mingħajr approvazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni, meta mqabbel ma’ EUR 7.5 miljun taħt ir-regoli preċedenti.
  • Din is-sistema tagħti lill-Istati Membri aktar flessibbiltà u tħaffef il-proċess għall-implimentazzjoni tal-għajnuna għar-RŻI.

Estensjoni ta’ eżenzjonijiet

Għajnuna eżentata min-notifika testendi sa:

  • riċerka fundamentali;
  • riċerka industrijali;
  • l-iżvilupp sperimentali, inklużi proġetti pilota u prototipi;
  • studji ta’ fattibbiltà;
  • infrastrutturi ta’ riċerka;
  • raggruppamenti tal-innovazzjoni;
  • għajnuna organizzazzjonali u tal-proċess.

Livelli potenzjalment għoljin ta’ għajnuna mill-Istat

  • Biex jgħin lill-industrija telimina d-distakki finanzjarji, il-qafas tar-RŻI jippermetti, għal miżuri notifikati individwalment, għajnuna sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli għal kumpaniji kbar u 90 % għal kumpaniji żgħar li jagħmlu riċerka applikata, inklużi l-ispejjeż ta’ prototipi u dimostrazzjoni.
  • Il-livelli ogħla ta’ għajnuna huma disponibbli jekk ikun hemm diskrepanza ġenwina ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni twettaq analiżi dettaljata, ibbażata fuq il-kriterji fil-qafas, biex tiġi kkonfermata l-ħtieġa għall-għoti ta’ dawn ir-rati ogħla, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq uniku tal-UE.

Il-kombinazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għar-RŻI flimkien mar-riżorsi tal-UE taħt Orizzont Ewropa jew ma’ proġetti bis-siġill tat-tikketta tal-kwalità tal-eċċellenza

Sabiex tiġi ssimplifikata l-valutazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ għajnuna għal proġetti li huma b’mod ċar fl-interess komuni tal-UE, żdiedu regoli speċifiċi mal-GBER u ġew adottati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1237. Dawn jikkonċernaw l-għajnuna:

Applikazzjoni

L-Istati Membri kellhom jiżguraw li l-iskemi eżistenti tagħhom tal-għajnuna għar-RŻI kienu konformi ma’ dan il-qafas sal-1 ta’ Jannar 2015.

SFOND

L-attivitajiet tar-RŻI għandhom l-għan li jgħinu biex tintlaħaq il-mira li jintefqu 3 % tal-prodott gross domestiku tal-UE fuq ir-RŻI u b’hekk:

  • jiġi żgurat it-tkabbir ekonomiku intelliġenti u sostenibbli;
  • jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-għajnuna għar-RŻI.

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (ĠU C 198, 27.6.2014, pp. 1-29).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, pp 1–78).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 651/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (ĠU C 188, 20.6.2014, pp. 4–12).

l-aħħar aġġornament 28.09.2021

Fuq