EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0079
Opinion of the Commission pursuant to Article 251 (2), third subparagraph, point (c) of the EC Treaty, on the European Parliament's amendments to the Council's common position regarding the proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on international rail passengers’ rights and obligations amending the proposal of the Commission pursuant to Article 250 (2) of the EC Treaty
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emenda(i) tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għall- regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emenda(i) tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għall- regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE
/* KUMM/2007/0079 finali - COD 2004/0049 */
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emenda(i) tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għall- regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE /* KUMM/2007/0079 finali - COD 2004/0049 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 22.2.2007 KUMM(2007) 79 finali 2004/0049 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emenda(i) tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għall- REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE 2004/0049 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emenda(i) tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għall- REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali (Test b’relevanza għall–EEA) DAħLA L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistipula l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti mill-Parlament f'dan li ġej. Sfond Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2004)143 finali – C6-311/2006 - 2004/0049(COD): | it-4 ta’ Marzu 2004 | Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | id-9 ta’ Frar 2005 | Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: A6 – 0123/2005 | it-28 ta' Settembru 2005 | Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | l-24 ta’ Lulju 2006 | Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari: A6 – 0479/2006 | it-18 ta’ Jannar 2007 | L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Il-proposta għal Regolament tal-PE u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri Ferrovjarji Internazzjonali hija waħda minn erba’ miżuri proposti fl-2004 fil-kuntest tat-tielet pakkett ferrovjarju, flimkien ma’ proposti dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni għas-sewwieqa tat-trejns, fuq il-kwalità tas-servizzi tat-tagħbija ferrovjarja u dwar il-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali. Id-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji huma konformi ma’ l-ideat stabbilit fil- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li Ssaħħaħ id-Drittijiet tal-Passiġġieri fi ħdan l-Unjoni Ewropea [1]. Ir-Regolament jintroduċi drittijiet tal-passiġġieri li diġà japplikaw fis-settur ta’ l-avjazzjoni. Ir-Regolament sejjer jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti minimi għall-informazzjoni li għandha tingħata lill-passiġġieri qabel, waqt u wara l-vjaġġ tagħhom flimkien mal-ħruġ tal-biljetti; ir-responsabbiltà ta’ l-impriżi ferrovjarji f’każijiet ta’ inċidenti; kumpens u assistenza ad-hoc fil-każ ta’ dewmien jew kanċellazzjoni ta' servizzi; il-kundizzjonijiet li taħthom persuni b'mobbiltà ridotta għandhom jiġu offruti l-assistenza. Barra minn hekk, ir-Regolament jobbliga li jiġi previst mekkaniżmu li jitratta l-ilmenti u l-installazzjoni mandatorja ta' l-entitajiet ta' infurzar. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew Il-Parlament għamel ċerti bidliet għall-Pożizzjoni Komuni li l-biċċa l-kbira tagħhom huma aċċettabbli, minħabba li jiffavorixxu l-approċċ meħud mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha u jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-impenn dgħajjef tal-maniġers ta' l-istazzjonijiet u ta' l-impriżi ferrovjarji fir-rigward ta’ assistenza li trid tiġi offruta lil persuni b’mobbiltà ridotta. Il-Kummissjoni tagħraf ukoll li l-kwistjoni ta’ l-ambitu tar-Regolament, prinċipalment servizzi tat-trasport ferrovjarji internazzjonali, kif rikjest mill-Parlament Ewropew, tibqa' l-ostakolu li jrid jiġi solvut qabel l-adozzjoni finali tar-Regolament. Għalkemm il-Kummissjoni hija favur ambitu wiesa’ għall-benefiċċju ta’ għadd kbir ta’ passiġġieri, hija lesta li toffri l-assistenza kollha possibbli sabiex jinstab kompromess fattibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-emendi kollha proposti mill-Parlament Ewropew, ħlief għal żewġ eċċezzjonijiet. Madankollu, tirrifjuta l-emenda 44, li introduċiet f'din il-leġiżlazzjoni obbligu legali li jirrikjedi li l-operaturi ferrovjarji u l-maniġers ta' l-istazzjonijiet jagħmlu l-istazzjonijiet u t-trejns aċċessibbli għal persuni b'mobbiltà ridotta. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrifjuta l-parti mill-emendi 59 u 69 li toffri lill-impriżi ferrovjarji l-possibbiltà li, għat-trasport tas-siġġijiet tar-roti jew tal-karrozzini tat-trabi, jitolbu ħlas mill-passiġġieri li jeħtieġu apparat bħal dan għal raġunijiet ta' mobbiltà. Emendi fir-rigward ta’l-ambitu ( 1, 2, 3, 4, 5, 6, parti minn 8, 9, 10, 11, 13, 14, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 27, 28, 29, 58, 59 u 69): Il-Kummissjoni tista’ tikkonforma ruħha ma' emendi li jikkonċernaw l-estensjoni ta’ l-ambitu għas-servizzi domestiċi jew kwalunkwe kompromess li jista’ jinstab ma’ l-Istati Membri dwar din il-kwistjoni. Għall-Kummissjoni, ir-rikjesta li jkun hemm ħlas ghat-trasportazzjoni ta’ roti u tagħmir ta' l-isport ma tippreżentax diffikultajiet.. Emendi fir-rigward ta’ responsabbiltà ( parti minn 8, 32, 34, 35, 50, 60, 63, u 64 ): Il-Kummissjoni taċċetta rikjesta għal responsabbiltà bla limiti fil-każ ta’ nuqqas jew negliġenza ta’ l-impriżi ferrovjarji, filwaqt li l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill bbażata fuq il-COTIF/CIV tippermetti limiti nazzjonali. Id-diċitura tad-dispożizzjoni dwar l-interlokutur uniku teħtieġ kjarifka, minħabba, kontra l-ġustifikazzjonijiet tal-PE stess, tidher li tirrestrinġi l-libertà tal-passiġġier biex jitlob danni. Emendi fir-rigward ta’ drittijiet ta’ persuni b’mobilità ridotta (7, 25, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 49 u 66): Il-Kummissjoni tapprezza, b’mod partikolari, it-tisħiħ tad-dmirijiet tal-maniġers ta’ l-istazzjonijiet fi stazzjonijiet mingħajr persunal. Emendi fir-rigward ta’ kumpens u assistenza għad-dewmien (24, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 54): Il-Kummissjoni taċċetta r-rikjesti ta’ kjarifika tal-PE, b’mod partikolari, dwar il-biljetti li jagħtu dritt ta’ aċċess bla limitu għal itinerarji jew netwerks waqt perjodu ta’ żmien limitat ("biljetti ta’ l-istaġun"). Emendi fir-rigward ta’ informazzjoni u ħruġ tal-biljetti, kwalità u infurzar (12, 16, 26, 30, 31, 55, 56, 61 u 68): Il-Kummissjoni taċċetta dawn l-emendi u tapprezza, b’mod partikolari, l-appoġġ tal-PE għas-sorveljanza tal-kwalità. Emendi fir-rigward ta’ proċedura tal-komitoloġija (15 u 57) : Dawn l-emendi jġibu d-dispożizzjonijiet tal-komitoloġija konfomri mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tat-17 ta’ Lulju 2006. KONKLUŻJONI Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq. [1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li Ssaħħaħ d-drittijiet tal-passiġġieri fi ħdan l-Unjoni Ewropea, COM(2005)46 finali tas-16.02.2005