EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0525

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/525 tal-1 ta’ April 2022 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/1925

ĠU L 105, 4.4.2022, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/525/oj

4.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/525

tal-1 ta’ April 2022

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Portugiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (2) fiha żbalji fl-Artikolu 11(5)(a), kif ukoll fl-Appendiċi 1, il-Kapitolu I l-Hemża A, il-punt 1(a)(viii) tal-Anness u fl-Appendiċi 3, il-punt 4(b) tal-Anness, li jbiddlu it-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(2)

Il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fiha żball fl-Artikolu 14(5)(a)(i) li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża u Portugiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jkun hemm l-istess kundizzjonijiet għall-operaturi kollha, l-interess prevalenti tal-integrità tas-suq intern kif ukoll il-ħtieġa għal ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-31 ta’ Diċembru 2020.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45).


Top