EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1649

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1649 tal-5 ta' Novembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni ta' ċerti sustanzi aromatizzanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/7218

ĠU L 275, 6.11.2018, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1649/oj

6.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1649

tal-5 ta' Novembru 2018

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija mil-lista tal-Unjoni ta' ċerti sustanzi aromatizzanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u materjali tas-sors tinkludi għadd ta' sustanzi li dwarhom l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) talbet li tingħata data xjentifika addizzjonali biex titlesta l-evalwazzjoni qabel xi skadenzi speċifiċi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(5)

Fil-każ tat-tliet sustanzi li ġejjin: p-menta-1,4(8)-dien-3-on (FL Nru 07.127), 2-amminoaċetofenon (FL no. 11.008), u 4-aċetil-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on (FL Nru 13.175), il-persuni responsabbli biex iqiegħduhom fis-suq irtiraw l-applikazzjoni.

(6)

Għalhekk, is-sustanzi p-menta-1,4(8)-dien-3-on (FL Nru 07.127), 2-amminoaċetofenon (FL no. 11.008), u 4-aċetil-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on (FL Nru 13.175), jenħtieġ li jitneħħew mil-lista tal-Unjoni.

(7)

Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(8)

Minħabba raġunijiet tekniċi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti perjodi tranżitorji biex ikopru l-ikel li miegħu tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda minn dawn it-tliet sustanzi aromatizzanti, li jkun tqiegħed fis-suq jew intbagħat minn pajjiżi terzi għall-Unjoni, qabel id-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija b'dan emendata f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Ikel li miegħu tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi aromatizzanti u tqiegħed b'mod legali fis-suq qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data tad-durabilità minima tiegħu jew sad-data ta' skadenza tiegħu.

2.   Ikel impurtat fl-Unjoni li għalih tkun ġiet miżjuda kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi aromatizzanti elenkati f'dan l-Anness jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data tad-durabilità minima tiegħu jew sad-data ta' skadenza tiegħu meta l-importatur tat-tali ikel ikun jista' juri li ntbagħat mill-pajjiż terz ikkonċernat u kien fit-triq għall-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-perjodi tranżitorji previsti fil-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għat-taħlitiet tal-aromatizzanti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, jitħassru dawn l-entrati:

“07.127

p-Menta-1,4(8)-dien-3-on

491-09-8

757

11189

 

 

2

EFSA

11.008

2-Amminoaċetofenon

551-93-9

 

2041

 

 

4

EFSA

13.175

4-aċetil-2,5-dimetilfuran-3(2H)-on

 

 

 

 

 

1

EFSA”


Top