EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0911

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/911 tal-31 ta’ Mejju 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

C/2021/4029

ĠU L 199, 7.6.2021, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/911/oj

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/911

tal-31 ta’ Mejju 2021

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella ppreżentata fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna (3) ta’din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament, u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dan il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pjattaforma bir-roti għall-ġarr tal-għamara li tikkonsisti minn:

pannell tal-injam (pannell tal-fibreboard bil-kantunieri u t-truf ttundjati);

pads tal-plastik kontra ż-żliq fil-wiċċ tal-pannell;

roti tal-plastik;

brekits tal-metall sabiex jitwaħħlu r-roti tal-plastik fuq in-naħa ta’ taħt tal-pannelli.

L-oġġett għandu maqtugħ maqbad biex l-oġġett jinġarr pereżempju bl-idejn, jew biex jiddendel mal-ħajt.

L-oġġett huwa ddisinjat biex jinġarru diversi oġġetti, b’mod partikolari l-għamara u kull oġġett tqil ieħor.

(Ara l-istampa)  (*1)

4421 99 10

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 3 tal-Kapitolu 44 kif ukoll bil-formulazzjoni tal-kodiċijiet NM 4421 , 4421 99 u 4421 99 10 .

Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8716 80 00 bħala vetturi oħrajn, mingħajr propulsjoni mekkanika, hija eskluża peress li l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-oġġett ma jikkorrispondux bis-sħiħ mat-termini tal-intestatura 8716 u l-kodiċi NM 8716 80 00 .

Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, inkluż il-maqbad maqtugħ li ma jintużax biex l-oġġett jiġi mbuttat bir-riġlejn jew bl-idejn, u d-disinn tiegħu għat-trasport ta’ oġġetti tqal bħall-għamara, billi l-oġġetti jiġu mbuttati, l-oġġett mhuwiex maħsub biex jiġi rmunkat minn vetturi oħrajn, biex jiġi mbuttat jew miġbud bl-idejn, biex jiġi mbuttat bir-riġlejn jew biex jinġibed mill-annimali (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 8716 , it-tieni paragrafu).

L-oġġett ma jistax jitqies bħala vettura peress li ma għandux xi waħda mill-karatteristiċi u mill-proprjetajiet ta’ vettura li titmexxa bl-idejn jew bir-riġlejn taħt l-intestatura 8716 , peress li ma huwiex karrettun, trakk, karretta jew trolley, jew peress li mhuwiex magħmul minn parti speċifika ta’ vettura bħalma huwa xażi.

Konsegwentement, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwenti tiegħu.

L-oġġett huwa prodott kompost, magħmul minn materjali differenti (mill-injam, mill-plastik u mill-metall). Il-komponent li jagħti lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu huwa l-injam, peress li l-pannell tal-injam jikkostitwixxi l-parti ewlenija tal-prodott kompost u peress li l-pannell tal-injam huwa ta’ importanza kbir għall-użu maħsub tal-oġġett.

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 4421 99 10 bħall-oġġetti l-oħra tal-fibreboard.

Image 1


(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.


Top