EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0444

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat- 13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/444/oj

17.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/444

tat-13 ta' Marzu 2015

dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattati, u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet ta' sigurtà tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) jeħtieġ li jiġu rieżaminati u aġġornati, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi istituzzjonali, organizzazzjonali, operazzjonali u teknoloġiċi.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea daħlet fi ftehimiet dwar kwistjonijiet ta' sigurtà għas-siti ewlenin tagħha mal-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Lussemburgu u tal-Italja (1)

(3)

Il-Kummissjoni, il-Kunsill u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna huma impenjati li japplikaw standards ta' sigurtà ekwivalenti biex tiġi protetta l-IKUE.

(4)

Huwa importanti li skont il-każ, il-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi jew uffiċċji oħra tal-UE jkunu assoċajti mal-prinċipji, l-istandards u r-regoli għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata, li huma meħtieġa sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(5)

Ir-riskju għall-IKUE jiġi ġestit bħala proċedura. Din il-proċedura għandha l-għan li tiddetermina r-riskji ta' sigurtà magħrufin, tiddefinixxi l-miżuri ta' sigurtà sabiex jitnaqqsu dawn ir-riskji għal livell aċċettabbli skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, u li tapplika fil-fond dawn il-miżuri f'konformità mal-kunċett ta' difiża. L-effikaċja ta' dawn il-miżuri tiġi evalwata kontinwament.

(6)

Fil-Kummissjoni, is-sigurtà fiżika li għandha l-għan li tipproteġi l-informazzjoni klassifikata sseħħ billi jiġu applikati l-miżuri protettivi fiżiċi u tekniċi intiżi biex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat għall-IKUE.

(7)

Il-ġestjoni tal-IKUE hija l-applikazzjoni ta' miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar tal-IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha sabiex jiġu ssupplementati l-miżuri previsti fil-Kapitoli 2, 3 u 5 ta' din id-Deċiżjoni u b'hekk jgħinu biex id-dannu jew it-telf intenzjonat jew aċċidentali ta' din l-informazzjoni jiġi skoraġġut, identifikat u rkuprat. Tali miżuri jirrelataw b'mod partikolari għall-ħolqien, il-ħżin, ir-reġistrazzjoni, l-ikkuppjar, it-traduzzjoni, it-tnaqqis fil-grad, id-deklassifikazzjoni, il-ġarr u l-qerda tal-IKUE, u dawn jissupplimentaw ir-regoli ġenerali dwar il-ġestjoni tad-dokumenti tal-Kummissjoni (id-Deċiżjonijiet 2002/47/KE (2), KEFA, Euratom u 2004/563/KE, Euratom (3)).

(8)

Id-dispożizzjoni ta' din id-Deċiżjoni tkun bla ħsara għal:

(a)

Ir-Regolament (Euratom) Nru 3 (4);

(b)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll (5);

(c)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll (6);

(d)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 (7),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

IL-PRINĊIPJI BAŻIĊI U L-ISTANDARDS MINIMI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Dipartiment tal-Kummissjoni” tfisser kull Direttorat Ġenerali jew Servizz tal-Kummissjoni, jew kull Kabinett ta' Membru tal-Kummissjoni;

(2)

“materjal kriptografiku (Kripto)” tfisser algoritmi kriptografiċi, hardware kriptografiku u moduli tas-software, u prodotti li jkollhom id-dettalji tal-implimentazzjoni u d-dokumenti assoċjati kif ukoll il-materjal ta' kodifika;

(3)

“deklassifikazzjoni” tfisser it-tneħħija ta' kull klassifikazzjoni tas-sigurtà;

(4)

“difiża fil-fond” tfisser l-applikazzjoni ta' firxa ta' miżuri tas-sigurtà organizzati bħala saffi multipli ta' difiża;

(5)

“dokument” tfisser kull informazzjoni rreġistrata, tkun xi tkun il-forma fiżika jew il-karatteristiċi tagħha;

(6)

“tnaqqis fil-grad” tfisser tnaqqis fil-livell tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà;

(7)

it-“trattament” tal-IKUE tfisser kull azzjoni possibbli li għaliha l-IKUE tista' tkun suġġetta matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. Dan ikopri l-ħolqien, ir-reġistrazzjoni, l-ipproċessar, il-ġarr, it-tnaqqis fil-grad, id-deklassifikazzjoni u l-qerda tagħha. Meta marbut mas-Sistemi tal-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni (SKI), it-trattament ikopri wkoll il-ġbir, il-wiri, it-trażmissjoni u l-ħżin tagħha;

(8)

“detentur” tfisser individwu debitament awtorizzat li jkollu stabbilit il-ħtieġa li jkun jaf min għandu l-pussess ta' attribut tal-IKUE, u huwa għaldaqstant responsabbli li jipproteġih;

(9)

“regoli ta' implimentazzjoni” tfisser kwalunkwe sett ta' regoli jew avviżi ta' sigurtà adottati skont il-Kapitolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (8);

(10)

“materjal” tfisser kwalunkwe mezz, trasportatur tad-dejta jew oġġett ta' makkinarju jew ta' tagħmir, kemm jekk manifatturat kif ukoll jekk fil-proċedura tal-manifattura;

(11)

“oriġinatur” tfisser istituzzjoni, aġenzija jew korp tal-Unjoni, Stat Membru, stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali li taħt l-awtorità tagħha tkun inħolqot u/jew ġiet introdotta informazzjoni klassifikata fl-istrutturi tal-Unjoni;

(12)

“siti” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli jew assimilata u l-possessjonijiet tal-Kummissjoni;

(13)

il-“proċedura tal-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà” tfisser il-proċedura intiera tal-identifikazzjoni, il-kontroll u l-minimizzar ta' avvenimenti inċerti li jistgħu jaffettwaw s-sigurtà ta' organizzazzjoni jew ta' xi sistema li hija tuża. Din tkopri kompletament l-attivitajiet relatati mar-riskju, inklużi l-valutazzjoni, it-trattament, l-aċċettazzjoni u l-komunikazzjoni;

(14)

“Regolamenti tal-Persunal” tfisser ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (9);

(15)

“theddida” tfisser il-kawża potenzjali ta' inċident mhux mixtieq li jista' jirriżulta fi ħsara għal organizzazzjoni jew għal xi waħda mis-sistemi li din tuża; dawn it-theddidiet jistgħu jkunu aċċidentali jew intenzjonati (malizzjużi) u huma kkaratterizzati minn elementi ta' theddid, miri potenzjali u metodi ta' attakk;

(16)

“vulnerabbiltà” tfisser dgħufija ta' kwalunkwe natura li tista' tiġi sfruttata minn theddida jew aktar. Vulnerabbiltà tista' tkun ommissjoni jew tista' tkun relatata ma' dgħufija fil-kontrolli f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa, mal-kompletezza jew mal-konsistenza tagħhom, u tista' tkun ta' natura teknika, proċedurali, fiżika jew operattiva.

Artikolu 2

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta' sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika għad-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni u fis-siti kollha tal-Kummissjoni.

3.   Minkejja kull indikazzjoni speċifika li tirrigwarda gruppi partikulari tal-persunal, din id-Deċiżjoni tapplika għall-Membri tal-Kummissjoni, għall-persunal tal-Kummissjoni taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej, għall-esperti nazzjonali ssekondati (SNEs) mal-Kummissjoni, għall-fornituri tas-servizzi u l-impjegati tagħhom, għall-apprendisti u għal kwalunkwe individwu li għandu aċċess għall-bini tal-Kummissjoni jew għal assi oħra, jew għall-informazzjoni li tiġi ġestita mill-Kummissjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jkunu bla ħsara għad-Deċiżjoni 2002/47/KE, KEFA, Euratom u d-Deċiżjoni 2004/563/KE, Euratom.

Artikolu 3

Id-Definizzjoni tal-IKUE, tal-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà u l-immarkar għas-sigurtà

1.   “Informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea” (IKUE) tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal indikati bi klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkawża gradi differenti ta' preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar.

2.   L-IKUE tiġi kklassifikata f'wieħed mil-livelli li ġejjin:

(a)   TRES SECRET UE/EU TOP SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkaġuna preġudizzju eċċezzjonalment gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar.

(b)   SECRET UE/EU SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkaġuna dannu serju għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar.

(c)   CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkaġuna dannu għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar;

(d)   RESTREINT UE/EU RESTRICTED: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' żvantaġġ għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru jew ta' aktar.

3.   L-IKUE jkollha marka ta' klassifikazzjoni ta' sigurtà skont il-paragrafu 2. Hija jista' jkollha marki addizzjonali li ma jkunux marki ta' klassifikazzjoni, iżda huma intiżi biex jindikaw il-qasam ta' attività relatat magħha, jidentifikaw l-oriġinatur, jillimitaw id-distribuzzjoni, jirrestrinġu l-użu jew jindikaw ir-rilaxxabilità.

Artikolu 4

Ġestjoni tal-klassifikazzjoni

1.   Kull Membru tal-Kummissjoni jew dipartiment tal-Kummissjoni jiżgura li l-IKUE li joħloq, hija kklassifikata kif suppost, identifikata b'mod ċar bħala IKUE u żżomm il-livell ta' klassifikazzjoni sakemm ikun meħtieġ biss.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 26 ta' hawn taħt, la l-IKUE, ma titnaqqas fil-grad jew tiġi deklassifikata, u lanqas kull marka ta' klassifikazzjoni tas-sigurtà imsemmija fl-Artikolu 3(2), ma tiġi mmodifikata jew imneħħija mingħajr il-permess bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.

3.   Fejn xieraq, regoli ta' implimentazzjoni dwar il-ġestjoni tal-IKUE, inkluża gwida ta' klassifikazzjoni prattika, jiġu adottati skont l-Artikolu 60 ta' hawn taħt.

Artikolu 5

Il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata

1.   L-IKUE tkun protetta skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

2.   Id-detentur ta' kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE jkun responsabbli li jipproteġiha skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, u skont ir-regoli stipulati fil-Kapitolu 4 ta' hawn taħt.

3.   Meta l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata fl-istrutturi jew fin-netwerks tal-Kummissjoni li l-marka ta' klassifikazzjoni tagħha tkun sigurtà nazzjonali, il-Kummissjoni tipproteġi din l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-IKUE tal-istess livell, kif stabbilit fit-tabella ta' ekwivalenza tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà li tinsab fl-Anness I.

4.   Aggregat ta' IKUE jista' jkun jeħtieġ livell ta' protezzjoni li jikkorrispondi għal klassifikazzjoni ogħla minn dak tal-komponenti individwali tiegħu.

Artikolu 6

Il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà

1.   Il-miżuri tas-sigurtà sabiex tiġi protetta l-IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha jkunu proporzjonati b'mod partikolari mal-klassifikazzjoni tas-sigurtà, il-forma u l-volum tal-informazzjoni jew il-materjal tagħha, il-lokazzjoni u l-kostruzzjoni ta' faċilitajiet li jħaddnu l-IKUE u t-theddida, li tkun evalwata lokalment, minn attivajiet malizzjużi u/jew kriminali, inkluż l-ispjunaġġ, is-sabutaġġ u t-terroriżmu.

2.   Il-pjanijiet ta' kontinġenza jieħdu inkonsiderazzjoni l-ħtieġa li l-IKUE tiġi protetta f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat, l-iżvelar jew it-telf ta' integrità jew ta' disponibbiltà.

3.   Miżuri preventivi u ta' rkupru sabiex jiġi minimizzat l-impatt ta' fallimenti jew ta' inċidenti kbar fuq l-immaniġjar u l-ħżin tal-IKUE, jiġu inklużi fil-pjanijiet tal-kontinwità tan-negozju tas-servizzi kollha.

Artikolu 7

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni

1.   Fejn meħtieġ, regoli ta' implimentazzjoni li jissupplimentaw jew jappoġġaw din id-Deċiżjoni jiġu adottati skont l-Artikolu 60 ta' hawn taħt.

2.   Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jieħdu l-miżuri neċessarji kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom sabiex jiżguraw li meta tiġi ttrattata jew maħżuna l-IKUE, jew kwalunkwe informazzjoni klassifikata oħra, jiġu applikati din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti.

3.   Il-miżuri ta' sigurtà meħuda fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jkunu konformi mal-prinċipji tas-sigurtà fil-Kummissjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/443.

4.   Id-Direttur Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà jwaqqaf l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni fid-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà. L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni jkollha r-responsabbiltajiet assenjati lilha minn din id-Deċiżjoni u mir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

5.   F'kull dipartiment tal-Kummissjoni, l-Uffiċjal għas-Sigurtà Lokali (LSO), kif imsemmi fl-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/443, jkollu dawn ir-responsabilitajiet kollha għall-protezzjoni tal-IKUE skont din id-Deċiżjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà:

(a)

il-ġestjoni tat-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' sigurtà għall-persunal;

(b)

jikkontribwixxi fit-taħriġ dwar is-sigurtà u fis-sessjonijiet ta' għarfien;

(c)

jissupervizza lill-Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru (RCO) tad-dipartiment;

(d)

jirrapporta dwar il-ksur tas-sigurtà u meta tiġi kompromessal-IKUE;

(e)

iżomm sett ċwievet żejda u rekord bil-miktub ta' kull kombinazzjoni;

(f)

jidħol għal kompiti oħra relatati mal-protezzjoni tal-IKUE jew stipulati fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 8

Il-ksur ta' sigurtà u meta tiġi kompromessal-IKUE

1.   Il-ksur tas-sigurtà jseħħ bħala r-riżultat ta' att jew ommissjoni minn individwu li jmur kontra r-regoli tas-sigurtà stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u fir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

2.   L-IKUE tiġi kompromessa meta, bħala riżultat ta' ksur ta' sigurtà, tkun ġiet żvelata parti minnha, jew kollha kemm hi, lil persuni mhux awtorizzati.

3.   Kwalunkwe ksur jew suspett ta' ksur ta' sigurtà jiġi rrappurtat immedjatament lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

4.   Meta jkun magħruf jew meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jassumi li l-IKUE ġiet kompromessa jew mitlufa, issir inkjesta dwar is-sigurtà skont l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/443.

5.   Jittieħdu l-miżuri adegwati kollha biex:

(a)

jiġi infurmat l-oriġinatur;

(b)

jiġi żgurat li l-każ jiġi investigat minn persunal li ma jkunx ikkonċernat direttament bil-ksur sabiex jistabbilixxi l-fatti;

(c)

jiġi vvalutat id-dannu potenzjali kkawżat għall-interessi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(d)

jittieħdu miżuri xierqa biex ma terġax isseħħ; u

(e)

l-awtoritajiet adattati jiġu nnotifikati bl-azzjoni meħuda.

6.   Kwalunkwe individwu li huwa responsabbli mill-ksur tar-regoli ta' sigurtà stabbiliti f'din id-Deċiżjoni jista' jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari skont ir-regolamenti tal-Persunal. Kwalunkwe individwu responsabbli li kkomprometta jew tilef IKUE jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u/jew legali skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.

KAPITOLU 2

IS-SIGURTÀ TAL-PERSUNAL

Artikolu 9

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

(1)

“awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE” tfisser deċiżjoni tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni li tittieħed abbażi ta' assigurazzjoni mogħtija minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru li uffiċjal, aġent ieħor jew espert nazzjonali sekondat tal-Kummissjoni, jista', dment li “il-ħtieġa li jkun jaf” tkun ġiet iddeterminata u jkun ġie infurmat adegwatament dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu, jingħata aċċess għall-IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata; l-individwu hekk deskritt jingħad li jkun “awtorizzat għas-sigurtà”.

(2)

l-“awtorizzazzjoni ta' sigurtà għall-persunal” hija l-applikazzjoni ta' miżuri sabiex jiġi żgurat li l-aċċess għall-IKUE tingħata biss lil individwi li:

(a)

jkollhom il-ħtieġa li jkunu jafu;

(b)

ingħataw l-awtorizzazzjoni ta' sigurtà sal-livell rilevanti, skont il-każ; u

(c)

ikunu ġew infurmati dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom.

(3)

L-“Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (PSC) tfisser dikjarazzjoni minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru li ssir wara t-tlestija ta' investigazzjoni tas-sigurtà mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru u li tiċċertifika li individwu jista', sakemm tkun ġiet iddeterminata “il-ħtieġa li jkun jaf” kif ukoll ikun ġie infurmat kif xieraq dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu, jingħata aċċess għall-IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla) sa data speċifikata;

(4)

“Ċertifikat ta' Approvazzjoni ta' Sigurtà tal-Persunal” (PSCC) tfisser ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti li tistabbilixxi li individwu għandu approvazzjoni tas-sigurtà valida jew awtorizzazzjoni tas-sigurtà mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni li turi l-livell ta' IKUE li għalih dan l-individwu jista' jingħata aċċess (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), il-perjodu ta' validità tal-approvazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni ta' sigurtà relevanti, u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu.

(5)

“investigazzjoni tas-sigurtà” tfisser il-proċeduri investigattivi mwettqa mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tiegħu sabiex tinkiseb assigurazzjoni li ma hemm xejn avvers magħruf li jista' jipprevjeni individwu milli jingħata approvazzjoni ta' sigurtà sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla).

Artikolu 10

Prinċipji Bażiċi

1.   Individwu jingħata biss aċċess għall-IKUE wara li:

(1)

l-ħtieġa li jkun jaf tkun ġiet determinata;

(2)

ikun ġie infurmat dwar ir-regoli ta' sigurtà biex tiġi protetta l-IKUE, l-istandards ta' sigurtà relevanti u l-linji gwida, u jkun irrikonoxxa r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni ta' din l-informazzjoni;

(3)

ikun ġie awtorizzat għas-sigurtà sal-livell relevanti jew inkella jkun awtorizzat kif dovut bis-saħħa tal-funzjonijiet tiegħu, għall-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

2.   L-individwi kollha li dmirijiethom jistgħu jitolbu li jkollhom aċċess għall-IKUE li tkun ikklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, jkunu awtorizzati għas-sigurtà sal-livell rilevanti qabel ma jingħataw aċċess għal din l-IKUE. L-individwu kkonċernat jagħti l-kunsens bil-miktub li huwa jaqa' taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal. Jekk ma jagħmilx dan ifisser li l-individwu ma jistax jiġi assenjat post, funzjoni jew kompitu li jinvolvu l-aċċess għall-informazzjoni kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla.

3.   Il-proċeduri ta' approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal jiġu mfassla b'tali mod li jiddeterminaw jekk individwu jistax ikun awtorizzat biex ikollu aċċess għal IKUE, wara li jiġu kkunsidrati l-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tiegħu.

4.   Il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabilità ta' individwu sabiex jingħata approvazzjoni tas-sigurtà għall-aċċess tal-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla tiġi ddeterminata permezz ta' investigazzjoni ta' sigurtà mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tiegħu.

5.   L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun hi biss responsabbli mill-kuntatt mal-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali (national security authorities, “NSAs”) jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra fil-kuntest tal-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni tas-sigurtà. Il-kuntatti kollha bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-persunal tagħhom u l-NSAs kif ukoll awtoritajiet kompetenti oħra jsiru permezz tal-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

Artikolu 11

Il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tas-sigurtà

1.   Kull Direttur Ġenerali jew kap ta' servizz fil-Kummissjoni jidentifika l-pożizzjonijiet fid-dipartiment tiegħu li għalihom id-detenturi jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, u għaldaqstant jeħtieġ li jkollhom l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà.

2.   Hekk kif isir magħruf li individwu jkun se jinħatar għal kariga li għaliha hemm bżonn ta' aċċess għall-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, l-LSO tad-dipartiment tal-Kummissjoni kkonċernat jinforma lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, u dan jibgħat lill-individwu l-kwestjonarju għall-approvazzjoni tas-sigurtà maħruġ mill-NSA tal-Istat Membru li abbażi tan-nazzjonalità tiegħu l-individwu jkun ġie maħtur bħala membru tal-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej. L-individwu jagħti l-kunsens bil-miktub li huwa jaqa' taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tas-sigurtà u jibgħat lura l-kwestjonarju mimli fl-inqas żmien possibbli lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

3.   L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tgħaddi l-kwestjonarju għall-approvazzjoni tas-sigurtà lill-NSA tal-Istat Membru li abbażi tan-nazzjonalità tiegħu jkun ġie maħtur bħala membru tal-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej, u titlob li titwettaq investigazzjoni tas-sigurtà għal-livell ta' IKUE li għalih l-individwu se jkun jeħtieġ l-aċċess.

4.   Meta l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun taf b'informazzjoni dwar individwu li applika għall-approvazzjoni tas-sigurtà, li għandha x'taqsam mal-investigazzjoni tas-sigurtà, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni filwaqt li taġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, tinnotifika lill-NSA kompetenti dwarha.

5.   Wara li titlesta l-investigazzjoni tas-sigurtà, u kemm jista' jkun malajr wara li tkun ġiet innotifikata mill-NSA rilevanti bl-evalwazzjoni ġenerali tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tas-sigurtà, l-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni:

(a)

tista' tagħti lill-individwu kkonċernat awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE u tawtorizza aċċess għall-IKUE sal-livell rilevanti sa data speċifikata minnu stess iżda għall-massimu ta' ħames (5) snin, meta l-investigazzjoni tas-sigurtà tirriżulta f'assigurazzjoni li xejn avvers li jista' jqajjem dubju dwar il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabilità tal-individwu ma huwa magħruf;

(b)

meta l-investigazzjoni tas-sigurtà ma tirriżultax f'assigurazzjoni bħal din, skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, tinnotifika lill-individwu kkonċernat, li jista' jitlob sabiex jinstema' mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, li min-naħa tagħha tista' titlob lill-NSA kompetenti jekk tistax tagħti aktar kjarifiki skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk l-eżitu tal-investigazzjoni tas-sigurtà jiġi kkonfermat, l-awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE ma tinħariġx.

6.   L-investigazzjoni ta' sigurtà flimkien mar-riżultati miksuba jkunu suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inklużi dawk li jikkonċernaw appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jkunu suġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

7.   Il-Kummissjoni taċċetta l-awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE mogħtija minn kwalunkwe istituzzjoni, korp jew aġenzija oħra tal-Unjoni, sakemm din tkun valida. L-awtorizzazzjonijiet ikopru kwalunkwe kompitu tal-individwu kkonċernat fil-Kummissjoni. L-istituzzjoni, il-korp jew l-aġenzija tal-Unjoni li fiha l-individwu jkun ser jibda impjieg tinnotifika lill-NSA rilevanti bil-bidla tal-impjegatur.

8.   Jekk perjodu ta' servizz ta' individwu ma jibdix fi żmien 12-il xahar min-notifika tal-eżitu tal-investigazzjoni tas-sigurtà lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, jew jekk ikun hemm pawża ta' 12-il xahar fis-servizz ta' individwu, li matul dan iż-żmien ma jkunx impjegat mal-Kummissjoni jew ma xi istituzzjoni, korp jew aġenzija oħra tal-Unjoni, jew f'kariga fl-amministrazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tirreferi l-każ lill-NSA rilevanti sabiex tikkonferma li l-approvazzjoni tas-sigurtà għadha valida u f'lokha.

9.   Meta l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun taf b'informazzjoni dwar riskju għas-sigurtà kkawżat minn individwu li jkollu awtorizzazzjoni tas-sigurtà valida, l-Awtorità għas-Sigurtà, filwaqt li taġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, tinnotifika b'dan lill-NSA rilevanti.

10.   Meta NSA tinnotifika lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni li ġiet irtirata l-assigurazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 5(a) ta' individwu li għandu awtorizzazzjoni valida għall-aċċess għall-IKUE, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tista' titlob għal kwalunkwe kjarifika li l-NSA tista' tipprovdi skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk l-informazzjoni negattiva tiġi kkonfermata mill-NSA rilevanti, l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tiġi irtirata u l-individwu jiġi eskluż mill-aċċess għall-IKUE u minn karigi fejn dan l-aċċess ikun possibbli, jew fejn jista' jikkomprometti s-sigurtà.

11.   Kull deċiżjoni, li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, sabiex l-awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-IKUE ta' individwu tiġi rtirata jew sospiża, u jekk ikun il-każ ir-raġunijiet għal dan, tiġi nnotifikata lill-individwu kkonċernat, li jista' jitlob li jinstema' mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. L-informazzjoni pprovduta mill-NSA tkun suġġetta għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat. Id-deċiżjonijiet magħmula f'dan il-kuntest mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jkunu suġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

12.   Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jiżguraw li l-esperti nazzjonali ssekondati lilhom għal pożizzjoni li titlob awtorizzazzjoni tas-sigurtà għall-aċċess għall-IKUE, jippreżentaw qabel ma jibdew ħidmiethom, ASP jew Ċertifikat ta' Approvazzjoni ta' Sigurtà tal-Persunal (“ĊASP”) validu, skont il-liġi u r-regolamenti nazzjonali, lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, li abbażi tiegħu, tagħti awtorizzazzjoni tas-sigurtà għall-aċċess għall-IKUE sal-livell ekwivalenti għal dak imsemmi fl-approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali, li tibqa' valida l-aktar sakemm iddum ħidmiethom.

13.   Il-Membri tal-Kummissjoni, li għandhom aċċess għall-IKUE minħabba l-funzjonijiet tagħhom abbażi tat-Trattat, jiġu infurmati dwar l-obbligi ta' sigurtà tagħhom sabiex tiġi protetta l-IKUE.

14.   Ir-rekords dwar l-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà mogħtija għall-aċċess tal-IKUE jinżammu mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni f'konformità ma din id-Deċiżjoni. Dawn ir-rekords ikollhom mill-inqas il-livell tal-IKUE li individwu jista' jingħata aċċess għaliha, id-data li fiha ngħatat l-approvazzjoni tas-sigurtà u l-perijodu ta' validità tagħha.

15.   L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tista' toħroġ PSCC li juri l-livell tal-IKUE li individwu jista' jingħata aċċess għaliha (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data ta' validità tal-awtorizzazzjoni rilevanti għall-aċċess għall-IKUE, u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu.

16.   Wara l-għoti inizjali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà u dejjem jekk l-individwu kellu servizz mingħajr interruzzjoni mal-Kummissjoni Ewropea jew ma' istituzzjoni, korp jew aġenzija oħra tal-Unjoni, u jkollu bżonn li kontinwament ikollu aċċess għall-IKUE, l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà għall-aċċess għall-IKUE, bħala regola ġenerali, tkun rieżaminata għal tiġdid kull ħames snin mid-data ta' notifika tar-riżultat tal-aħħar investigazzjoni ta' sigurtà li kienet ibbażata fuqu.

17.   L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tista' testendi l-validità tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà eżistenti għal perijodu ta' 12-il xahar l-aktar, jekk ma tasal l-ebda informazzjoni negattiva mill-NSA rilevanti jew minn awtorità nazzjonali kompetenti oħra fi żmien xahrejn mid-data tat-trażmissjoni tat-talba għal tiġdid u tal-kwestjonarju korrispondenti dwar l-approvazzjoni għas-sigurtà. Jekk, fl-aħħar ta' dan il-perijodu ta' 12-il xahar l-NSA rilevanti jew xi awtorità nazzjonali kompetenti oħra ma jkunux innotifikaw lill-Awtorità ta' Sigurtà tal-Kummissjoni dwar l-opinjoni tagħhom, l-individwu jiġi assenjat kompiti li ma jeħtiġux awtorizzazzjoni ta' sigurtà.

Artikolu 12

Il-laqgħat informattivi dwar l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà

1.   Wara li jkunu pparteċipaw fil-laqgħat informattivi dwar l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà organizzati mill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, l-individwi kollha li jkunu ngħataw l-awtorizzazzjoni ta' sigurtà jridu jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom biex jipproteġu l-IKUE u l-konsegwenzi ta' jekk l-IKUE tiġi kompromessa. L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni żżomm rekord ta' dan il-kunsens bil-miktub..

2.   L-individwi kollha li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għall-IKUE jew li jeħtieġ li jimmaniġjawha, l-ewwel jiġu mgħarrfa, u perjodikament jingħataw informazzjoni dwar it-theddid għas-sigurtà, u jridu jirrappurtaw immedjatament lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni dwar kwalunkwe approċċ jew attività li huma jikkunsidraw suspettuża jew mhux tas-soltu.

3.   L-individwi kollha li ma jibqgħux impenjati f'doveri li jeħtieġu aċċess għal IKUE jiġu mgħarrfa, u fejn ikun adegwat jirrikonoxxu bil-miktub, l-obbligi tagħhom rigward il-protezzjoni kontinwa ta' IKUE.

Artikolu 13

L-awtorizzazzjonijiet ta' sigurtà temporanji

1.   F'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn ikun debitament iġġustifikat l-interess tas-servizz u sakemm tintemm investigazzjoni sħiħa dwar is-sigurtà, l-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-NSA tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu jkun ċittadin u soġġett għall-eżitu ta' kontrolli preliminari biex jiġi vverifikat li ma hemm l-ebda informazzjoni negattiva, tagħti awtorizzazzjoni temporanja lil individwi biex ikollhom aċċess għall-IKUE għal funzjoni speċifika, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet marbutin mat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sigurtà. Dawn l-awtorizzazzjonijiet temporanji għall-aċċess għall-IKUE jkunu validi għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur u ma jippermettux aċċess għall-informazzjoni kklassifikata bħala TRES SECRET UE/EU TOP SECRET.

2.   Wara li jkunu ngħataw it-tagħrif skont l-Artikolu 12(1), l-individwi kollha li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni temporanja jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom dwar il-protezzjoni tal-IKUE, u l-konsegwenzi jekk l-IKUE tiġi kompromessa. L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni żżomm rekord ta' dan il-kunsens bil-miktub.

Artikolu 14

L-attendenza għal laqgħat fil-magħluq organizzati mill-Kummissjoni

1.   Id-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-organizzazzjoni ta' laqgħat fejn l-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla tiġi diskussa, jinfurmaw sew minn qabel lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni bid-dati, il-ħinijiet, il-post u l-parteċipanti ta' dawn il-laqgħat, permezz tal-LSO tagħhom jew permezz tal-organizzatur tal-laqgħa.

2.   Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(13), l-individwi assenjati biex jipparteċipaw f'laqgħat organizzati mill-Kummissjoni li fihom tiġi diskussa informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, jistgħu jagħmlu dan biss wara li jiġi kkonfermat l-istatus tagħhom marbut mal-approvazzjoni tas-sigurtà jew mal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà. Ma jingħatax aċċess għal dawn il-laqgħat fil-magħluq lill-individwi li l-awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni ma tkun rat l-ebda PSCC jew prova oħra marbuta mal-approvazzjoni tas-sigurtà, jew, lill-parteċipanti tal-Kummissjoni li ma għandhomx awtorizzazzjoni ta' sigurtà.

3.   Qabel ma tiġi organizzata laqgħa fil-magħluq, l-organizzatur tal-laqgħa jew l-LSO tad-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun responsabbli u li jkun qed jorganizza l-laqgħa, jitlob lill-parteċipanti biex jagħtu PSCC jew prova oħra marbuta mal-approvazzjoni tas-sigurtà lill-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tinforma lill-LSO jew lill-organizzatur tal-laqgħa dwar il-PSCC jew il-provi l-oħra li tkun irċeviet. Fejn applikabbli, tista' tintuża lista kkonsolidata ta' ismijiet, li tagħti l-prova rilevanti marbuta mal-approvazzjoni tas-sigurtà.

4.   Meta l-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tiġi infurmata mill-awtoritajiet kompetenti li tkun ġiet irtirata ASP lil individwu li d-doveri tiegħu jeħtieġu li jattendi f'laqgħat organizzati mill-Kummissjoni, l-Awtorità tas-Sigurtà tal-Kummissjoni tinforma lill-LSO tad-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun responsabbli mill-organizzazzjoni tal-laqgħa.

Artikolu 15

L-aċċess potenzjali għall-IKUE

Kurrieri, għassiesa u skorti jingħataw awtorizzazzjoni ta' sigurtà sal-livell adegwat, jew inkella jkunu investigati adegwatament skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, jiġu infurmati dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE u jingħataw struzzjonijiet dwar id-doveri tagħhom biex jipproteġu din l-informazzjoni fdata lilhom.

KAPITOLU 3

IS-SIGURTÀ FIŻIKA BL-GĦAN LI TIĠI PROTETTA L-INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA

Artikolu 16

Il-prinċipji bażiċi

1.   Il-miżuri ta' sigurtà fiżika jkunu mfassla sabiex iċaħħdu d-dħul bil-moħbi jew furzat minn intruż, sabiex ikunu ta' deterrent, jimpedixxu u jinnotaw azzjonijiet mhux awtorizzati u sabiex tkun permessa s-segregazzjoni tal-membri tal-persunal fl-aċċess tagħhom għall-IKUE abbażi tal-ħtieġa li jkunu jafu. Dawn il-miżuri jiġu ddeterminati abbażi ta' proċedura għall-ġestjoni ta' riskju, f'konformità ma' din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

2.   B'mod partikolari, il-miżuri għas-sigurtà fiżika jkunu mfassla sabiex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat għall-IKUE billi:

(a)

jiġi żgurat li l-IKUE tiġi ttrattata u maħżuna b'mod xieraq;

(b)

tkun permesa s-segregazzjoni tal-membri tal-persunal fir-rigward tal-aċċess għall-IKUE abbażi tal-ħtieġa li jkunu jafu u, fejn xieraq, l-approvazzjoni tas-sigurtà tagħhom;

(c)

jiġu skoraġġuti, impeduti u nnotati azzjonijiet mhux awtorizzati; u

(d)

jiġi miċħud jew imdewwem id-dħul sigriet jew furzat minn intrużi.

3.   Għandhom jiddaħħlu miżuri ta' sigurtà fiżika fis-siti, fil-bini, fl-uffiċċji, fil-kmamar u f'żoni oħra li fihom tiġi ttrattata u maħżuna l-IKUE, inklużi żoni fejn jinżammu sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni kif msemmi fil-Kapitolu 5.

4.   Żoni li fihom tiġi ttrattata jew maħżuna l-IKUE kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla jiġu stabbiliti bħala Żoni ta' Sigurtà f'konformità ma' dan il-Kapitolu u akkreditati mill-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni.

5.   Jintuża biss tagħmir jew apparat approvat mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni biex tiġi protetta l-IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla.

Artikolu 17

Ir-rekwiżiti u l-miżuri għas-sigurtà fiżika

1.   Il-miżuri għas-sigurtà fiżika jintgħażlu abbażi ta' valutazzjoni tat-theddid li ssir mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, u jekk ikun il-każ, b'konsultazzjoni ma' dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet, aġenziji jew korpi oħra tal-Unjoni u/jew l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni tapplika proċedura għall-ġestjoni tar-riskju sabiex tipproteġi l-IKUE fis-siti tagħha, sabiex tiżgura li tingħata livell xieraq ta' protezzjoni fiżika kontra r-riskju vvalutat. Il-proċedura tal-ġestjoni tar-riskju tikkunsidra l-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikulari:

(a)

il-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE;

(b)

il-forma u l-volum tal-IKUE, waqt li jitqies il-fatt li kwantitajiet kbar jew kompilazzjoni tal-IKUE jistgħu jkunu jeħtieġu li jiġu applikati miżuri protettivi iktar stretti;

(c)

l-ambjent ta' madwar u l-istruttura tal-bini jew taż-żoni fejn tinżamm l-IKUE; u

(d)

it-theddida evalwata minn servizzi ta' intelligence, li jkollha bħala l-mira tagħha l-Unjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tagħha, jew l-Istati Membri u t-thedida minn sabutaġġ, terroriżmu, attivitajiet sovversivi jew attivitajiet kriminali oħrajn.

2.   L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, fl-applikazzjoni tal-kunċett ta' difiża fil-fond, tiddetermina l-kombinazzjoni xierqa ta' miżuri għas-sigurtà fiżika li għandhom jiġu implimentati. Għal dan l-għan, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tiżviluppa standards, normi u kriterji minimi, stipulati fir-regoli ta' implimentazzjoni.

3.   L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni hija awtorizzata twettaq tiftix mad-dħul u l-ħruġ sabiex dan ikun ta' deterrent għall-introduzzjoni mhux awtorizzata ta' materjal, jew il-preljev mhux awtorizzata ta' IKUE mis-sit jew mill-bini.

4.   Meta l-IKUE tkun f'riskju li tiġi injorata, anke jekk aċċidentalment, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernat jieħdu l-miżuri xierqa, kif stipulat mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, sabiex jiġi miġġieled dan ir-riskju.

5.   Għall-faċilitajiet il-ġodda, ir-rekwiżiti fiżiċi tas-sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tagħhom jiġu ddefiniti f'kunsens mal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni bħala parti mill-ippjanar u mit-tfassil tal-faċilitajiet. Għall-faċilitajiet eżistenti, ir-rekwiżiti għas-sigurtà fiżika jiġu implimentati skont l-istandards, in-normi u l-kriterji minimi stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 18

It-tagħmir għall-protezzjoni fiżika tal-IKUE

1.   Jiġu stabbiliti żewġ tipi ta' żoni protetti fiżikament, għall-protezzjoni fiżika tal-IKUE:

(a)

Żoni Amministrattivi; u

(b)

Żoni ta' Sigurtà (inklużi ż-Żoni Siguri teknikament)

2.   L-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni tistabbilixxi li żona tissodisfa r-rekwiżiti biex tiġi indikata bħala Żona Amministrattiva, Żona ta' Sigurtà jew Żona Protetta teknikament.

3.   Għal Żoni Amministrattivi:

(a)

jiġi stabbilit perimetru ddefinit b'mod viżibbli li jippermetti li individwi u, fejn possibbli, vetturi jiġu kkontrollati;

(b)

aċċess mhux skortat jingħata biss lil individwi li huma awtorizzati kif suppost mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni jew minn xi awtorità oħra kompetenti; u

(c)

l-individwi l-oħra kollha jiġu skortati l-ħin kollu jew ikunu soġġetti għal kontrolli ekwivalenti.

4.   Għaż-Żoni ta' Sigurtà:

(a)

jiġi stabbilit perimetru ddefinit b'mod viżibbli u protett minn fejn id-dħul u l-ħruġ kollu jkun ikkontrollat permezz ta' pass jew sistema ta' rikonoxximent personali;

(b)

aċċess mhux skortat jingħata biss lil individwi b'approvazzjoni ta' sigurtà u speċifikament awtorizzati biex jidħlu fiż-żona abbażi tal-ħtieġa li jkunu jafu;

(c)

l-individwi l-oħra kollha jiġu skortati l-ħin kollu jew ikunu soġġetti għal kontrolli ekwivalenti.

5.   Fejn id-dħul f'Żona ta' Sigurtà jikkostitwixxi, għall-finijiet prattiċi kollha, aċċess dirett għall-informazzjoni klassifikata li tinsab fiha, japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-livell tal-ogħla klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni li normalment jinżamm fiż-żona jkun indikat b'mod ċar;

(b)

il-viżitaturi kollha jkunu jeħtieġu awtorizzazzjoni speċifika biex jidħlu fiż-żona, jiġu skortati l-ħin kollu u jkollhom approvazzjoni ta' sigurtà adegwata sakemm ma jittiħdux passi biex jiġi żgurat li ebda aċċess għall-IKUE ma jkun possibbli.

6.   Żoni ta' sigurtà protetti kontra s-smigħ bil-moħbi jiġu indikati bħala Żoni Siguri teknikament. Japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

żoni bħal dawn ikunu mgħammra b'Sistema Kontra l-Intrużjoni (“IDS”), jkunu msakkrin meta ma jkunux okkupati u jiġu mgħassin meta jkunu okkupati. Kull ċavetta tiġi ġestita skont l-Artikolu 20;

(b)

il-persuni u l-materjal kollu li jidħlu f'dawn iż-żoni jkunu kkontrollati;

(c)

tali żoni jkunu spezzjonati regolarment b'mod fiżiku u/jew tekniku mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Tali ispezzjonijiet jitwettqu wkoll wara kwalunkwe dħul mhux awtorizzat jew is-suspett li kien hemm dan id-dħul; u

(d)

tali żoni jkunu ħielsa minn linji ta' komunikazzjoni mhux awtorizzati, telefowns mhux awtorizzati, u apparat ta' komunikazzjoni u tagħmir elettriku jew elettroniku ieħor mhux awtorizzat.

7.   Minkejja l-punt (d) tal-paragrafu 6, qabel ma jintuża f'żoni fejn isiru laqgħat jew fejn tkun qed titwettaq ħidma li tkun tinvolvi informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET u ogħla, u meta t-theddida għal IKUE hija vvalutata bħala waħda għolja, kwalunkwe tagħmir ta' komunikazzjoni u tagħmir tal-elettriku jew elettroniku l-ewwel jiġi eżaminat mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni sabiex ikun żgurat li l-ebda informazzjoni inteliġibbli ma tkun tista' tiġi trasmessa involontarjament jew illeċitament minn tali tagħmir lil hinn mill-perimetru taż-Żona ta' Sigurtà.

8.   Iż-Żoni ta' Sigurtà li ma jkunux okkupati mill-persunal fuq xogħol fuq bażi ta' 24 siegħa għandhom, fejn xieraq, jiġu spezzjonati wara s-sigħat normali tax-xogħol u f'intervalli sporadiċi barra l-ħinijiet normali tax-xogħol, sakemm ma jkunx hemm SSI installata.

9.   Jistgħu jiġu stabbiliti Żoni ta' Sigurtà u Żoni ta' Sigurtà teknika b'mod temporanju f'Żona Amministrattiva għal laqgħa klassifikata jew għal kwalunkwe għan simili ieħor.

10.   L-LSO tad-dipartiment tal-Kummissjoni ikkonċernat ifassal il-Proċeduri Operattivi tas-Sigurtà(SecOPs) għal kull Żona ta' Sigurtà li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha jistipula:

(a)

il-livell ta' IKUE li tista' tiġi ttrattata u maħżuna fiż-żona;

(b)

il-miżuri ta' sorveljanza u ta' protezzjoni li għandhom jinżammu;

(c)

l-individwi awtorizzati li jkollhom aċċess mhux skortat għaż-żona minħabba l-ħtieġa li jkunu jafu u l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tagħhom;

(d)

fejn xieraq, il-proċeduri għall-iskorti u għall-protezzjoni tal-IKUE meta kwalunkwe individwu ieħor jiġi awtorizzat aċċess għaż-żona;

(e)

kwalunkwe miżura u proċedura oħra rilevanti.

11.   Fiż-Żoni ta' Sigurtà jinbnew kmamar tas-sigurtà. Il-ħitan, l-art, is-soqfa, it-twieqi u l-bibien li jissakkru jiġu approvati mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni u jagħtu protezzjoni ekwivalenti għal kontenitur tas-sigurtà approvat għall-ħżin tal-IKUE tal-istess livell ta' klassifikazzjoni.

Artikolu 19

Miżuri ta' protezzjoni fiżika għat-trattament u l-ħżin tal-IKUE

1.   L-IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista' tiġi ttrattata:

(a)

f'Żona ta' Sigurtà,

(b)

f'Żona Amministrattiva bil-kundizzjoni li l-IKUE tkun protetta kontra l-aċċess minn individwi mhux awtorizzati, jew

(c)

barra Żona ta' Sigurtà jew Żona Amministrattiva dment li d-detentur iġorr l-IKUE skont l-Artikolu 31 u jimpenja ruħu li jikkonforma mal-miżuri kompensatorji stabbiliti fil-miżuri implimentattivi, sabiex jiġi żgurat li l-IKUE tkun protetta mill-aċċess ta' persuni mhux awtorizzati.

2.   L-IKUE kklassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tinħażen f'għamara tal-uffiċċju msakkra sew f'Żona Amministrattiva jew Żona ta' Sigurtà. Tista' tinħażen temporanjament barra minn Żona Amministrattiva jew Żona ta' Sigurtà bil-kundizzjoni li d-detentur ikun intrabat li jikkonforma mal-miżuri kumpensatorji stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

3.   L-IKUE kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET tista' tiġi ttrattata:

(a)

f'Żona ta' Sigurtà,

(b)

f'Żona Amministrattiva dment li l-IKUE tkun protetta mill-aċċess ta' individwi mhux awtorizzati; jew

(c)

barra Żona ta' Sigurtà jew Żona Amministrattiva bil-kundizzjoni li d-detentur:

(i)

ikun intrabat li jikkonforma mal-miżuri kumpensatorji stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni biex jiġi żgurat li l-IKUE tkun protetta kontra l-aċċess ta' persuni mhux awtorizzati;

(ii)

iżomm l-IKUE l-ħin kollu taħt il-kontroll personali tiegħu; u

(iii)

fil-każ ta' dokumenti stampati, ikun innotifika lill-uffiċċju rilevanti tar-reġistrar bil-fatt.

4.   L-IKUE kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET tinħażen f'Żona ta' Sigurtà f'kontenitur ta' sigurtà jew f'kamra ta' sigurtà.

5.   L-IKUE li hija kklassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET tiġi ttrattata f'Żona ta' Sigurtà, stabbilita u miżmuma mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, u akkreditata għal dan il-livell mill-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni.

6.   L-IKUE li hija kklassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET tinħażen f'Żona ta' Sigurtà akkreditata għal dan il-livell mill-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni taħt waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

f'kontenitur ta' sigurtà f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 b'wieħed jew aktar mill-kontrolli supplimentari li ġejjin:

(1)

protezzjoni jew verifika kontinwa minn persunal tas-sigurtà awtorizzat jew persunal fuq ix-xogħol;

(2)

IDS approvata flimkien ma' persunal ta' tas-sigurtà li jintervjeni;

jew

(b)

f'kamra tas-sigurtà mgħammra b'IDS flimkien ma' persunal tas-sigurtà li jintervjeni;

Artikolu 20

Il-ġestjoni taċ-ċwievet u l-kombinazzjonijiet użati għall-protezzjoni tal-IKUE

1.   Il-proċeduri għall-ġestjoni taċ-ċwievet u l-issettjar ta' kombinazzjonijiet għall-uffiċċji, il-kmamar, il-kmamar ta' sigurtà u l-kontenituri ta' sigurtà jiġu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 60 ta' hawn taħt. Tali proċeduri għandhom l-intenzjoni li jipproteġu kontra l-aċċess mhux awtorizzat.

2.   Il-kombinazzjonijiet jkunu memorizzati mill-iżgħar numru possibbli ta' individwi li jkunu jeħtiġuhom. Il-kombinazzjonijiet għall-kontenituri tas-sigurtà u għall-kmamar ta' sigurtà li fihom tinħażen l-IKUE jinbidlu:

(a)

meta jasal kontenitur ġdid;

(b)

kull meta jkun hemm bidla fil-persunal li jaf il-kombinazzjoni;

(c)

kull meta jkun seħħ kompromess jew ikun suspettat kompromess;

(d)

meta serratura tkun saritilha manutenzjoni jew tiswija; u

(e)

mill-inqas kull 12-il xahar.

KAPITOLU 4

IL-ĠESTJONI TA' INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA TAL-UE

Artikolu 21

Il-prinċipji bażiċi

1.   Id-dokumenti kollha tal-IKUE jiġu ġestiti f'konformità mal-politika tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tad-dokumenti u konsegwentement għandhom jiġu rreġistrati, jinħażnu, jinżammu u finalment jiġu eliminati, jiddaħlu fil-kampjun jew jiġu ttrasferiti fl-Arkivji Storiċi skont il-lista komuni ta' ritenzjoni fil-livell ta' Kummissjoni għall-fajls tal-Kummisjoni Ewropea.

2.   Informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla tiġi rreġistrata għal finijiet ta' sigurtà qabel id-distribuzzjoni u malli tasal. Informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET tiġi rreġistrata f'reġistri magħżula.

3.   Fil-Kummissjoni tiġi stabbilita sistema ta' reġistrazzjoni tal-IKUE skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27.

4.   Id-dipartimenti u s-siti tal-Kummissjoni fejn tiġi ttrattata jew maħżuna l-IKUE jkunu suġġetti għall-ispezzjoni regolari mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

5.   L-IKUE tintbagħat bejn servizzi u siti li mhumiex f'żoni protetti fiżikament kif ġej:

(a)

bħala regola ġenerali, l-IKUE tiġi trasmessa b'mezzi elettroniċi protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont il-Kapitolu 5;

(b)

meta ma jintużawx il-mezzi msemmija fil-punt (a), l-IKUE tinġarr jew:

(i)

b'mezzi elettroniċi (pereżempju f'USB sticks, CDs, hard drives) protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont il-Kapitolu 5; jew

(ii)

fil-każijiet l-oħra kollha, kif preskritt fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 22

Klassifikazzjonijiet u mmarkar

1.   L-informazzjoni tiġi kklassifikata, meta trid tiġi protetta, skont il-kunfidenzjalità tagħha, f'konformità mal-Artikolu 3(1).

2.   L-oriġinatur tal-IKUE jkun responsabbli biex jiddetermina l-livell ta' klassifikazzjoni ta' sigurtà, f'konformità mar-regoli ta' implimentazzjoni, l-istandards u l-linji gwida rilevanti dwar il-klassifikazzjoni u d-disseminazzjoni inizjali tal-informazzjoni.

3.   Il-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 3(2) u mar-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti.

4.   Il-klassifikazzjoni tas-sigurtà tkun indikata b'mod ċar u korrett, tkun kif tkun l-IKUE, kemm jekk tkun fuq il-karta, bil-fomm, elettronika jew fi kwalunkwe forma oħra.

5.   Partijiet individwali ta' dokument partikolari (jiġifieri paġni, paragrafi, taqsimiet, annessi, appendiċijiet, u dokumenti mehmużin u allegati) jistgħu jeħtieġu klassifikazzjonijiet differenti u jiġu mmarkati kif meħtieġ, inkluż meta jinħażnu f'forma elettronika.

6.   Il-livell ta' klassifikazzjoni ġenerali ta' dokument jew fajl jkun għoli mill-inqas daqs dak tal-komponent tiegħu li jkollu l-ogħla klassifikazzjoni. Meta tinġabar l-informazzjoni minn diversi sorsi, il-prodott finali jiġi rieżaminat biex jiġi ddeterminat il-livell ta' klassifikazzjoni tas-sigurtà ġenerali tiegħu, peress li jista' jkun jeħtieġ klassifikazzjoni ogħla minn dik tal-partijiet komponenti tiegħu.

7.   Safejn ikun possibbli, dokumenti li jkun fihom partijiet b'livelli differenti ta' klassifikazzjoni jkunu strutturati b'mod li l-partijiet b'livell differenti ta' klassifikazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati u mwarrba faċilment, jekk ikun meħtieġ.

8.   Il-klassifikazzjoni ta' ittra jew nota li tkopri xi allegati tkun għolja daqs l-ogħla klassifikazzjoni tal-allegati tagħha. L-oriġinatur jindika b'mod ċar f'liema livell hija kklassifikata meta jiddistakkaha mill-allegati tagħha permezz ta' mmarkar xieraq, pereżempju:

 

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

 

Mingħajr parti(jiet) mehmuża RESTREINT UE/EU RESTRICTED

Artikolu 23

Marki

Minbarra waħda mill-marki ta' klassifikazzjoni ta' sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 3(2), l-IKUE jista' jkollha marki addizzjonali, bħal:

(a)

identifikatur li jindika l-oriġinatur;

(b)

kwalunkwe twissija, kelma bħala kodiċi jew akronimu li jispeċifikaw il-qasam tal-attività li għandu x'jaqsam magħha d-dokument, id-distribuzzjoni partikolari abbażi tal-ħtieġa ta' għarfien jew ir-restrizzjonijiet dwar l-użu;

(c)

il-marki tar-rilaxx;

(d)

fejn applikabbli, id-data jew l-avveniment speċifiku li warajhom tista' tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata.

Artikolu 24

Il-marki ta' klassifikazzjoni abbrevjati

1.   Jistgħu jintużaw marki ta' klassifikazzjoni abbrevjati standardizzati biex jindikaw il-livell ta' klassifikazzjoni ta' paragrafi individwali f'test. L-abbrevjazzjonijiet ma jiħdux post il-marki sħaħ tal-klassifikazzjoni.

2.   L-abbrevjazzjonijiet standard li ġejjin jistgħu jintużaw f'dokumenti klassifikati tal-UE biex jindikaw il-livell ta' klassifikazzjoni ta' taqsimiet jew blokok ta' test li fihom inqas minn paġna waħda:

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

TS-UE/EU-TS

SECRET UE/EU SECRET

S-UE/EU-S

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

C-UE/EU-C

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

R-UE/EU-R

Artikolu 25

Ħolqien tal-IKUE

1.   Meta jinħoloq dokument klassifikat tal-UE:

(a)

kull paġna tkun immarkata b'mod ċar bil-livell ta' klassifikazzjoni;

(b)

kull paġna tkun innumerata;

(c)

id-dokument ikollu numru ta' reġistrazzjoni u suġġett, li fih innifsu mhuwiex informazzjoni klassifikata, sakemm ma jkunx immarkat bħala tali;

(d)

id-dokument jkun iddatat;

(e)

id-dokumenti kklassifikati SECRET UE/EU SECRET jew ogħla jkollhom in-numru tal-kopja f'kull paġna, jekk se jitqassmu diversi kopji.

2.   Fejn ma jkunx possibbli li jiġi applikat il-paragrafu 1 għall-IKUE, jittieħdu miżuri adegwati oħra f'konformità mar-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 26

It-tnaqqis fil-grad u d-deklassifikazzjoni tal-IKUE

1.   Hekk kif tinħoloq l-IKUE, l-oriġinatur jindika, fejn possibbli, jekk l-IKUE tistax tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata f'data partikolari jew wara avveniment speċifiku.

2.   Kull dipartiment tal-Kummissjoni jirrieżamina regolarment l-IKUE, u jkun għall-oriġinatur li jaċċerta jekk il-livell ta' klassifikazzjoni jkunx għadu japplika għaliha. Sistema biex jiġi rieżaminat il-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE rreġistrata li tkun oriġinat mill-Kummissjoni ta' mill-inqas kull ħames snin tkun stabbilita permezz ta' regoli ta' implimentazzjoni. Tali rieżami ma jkunx meħtieġ meta l-oriġinatur ikun indika mill-ewwel li l-informazzjoni ser tiġi awtomatikament imnaqqsa fil-grad jew deklassifikata u l-informazzjoni ġiet immarkata skont dan.

3.   L-informazzjoni kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED li oriġinat mill-Kummissjoni tiġi awtomatikament kkunsidrata deklassifikata wara tletin sena, skont ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1700/2003 (10).

Artikolu 27

Is-sistema tar-reġistri tal-IKUE fil-Kummissjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 tal-Artikolu 52 ta' hawn taħt, f'kull dipartiment tal-Kummissjoni li fih hija ttrattata jew maħżuna l-IKUE fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET, jiġi identifikat reġistru lokali responsabbli mill-IKUE sabiex jiġi żgurat li l-IKUE tiġi ttrattata f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Ir-reġistru tal-IKUE ġestit mis-Segretarjat Ġenerali jkun ir-Reġistru Ċentrali tal-IKUE tal-Kummissjoni. Dan jkun jiffunzjona bħala:

ir-Reġistru lokali tal-IKUE għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni;

ir-Reġistru tal-IKUE għall-uffiċċji privati tal-Membri tal-Kummissjoni, sakemm dawn ma jkollhomx speċifikat Reġistru lokali tal-IKUE;

ir-Reġistru tal-IKUE għad-Direttorati Ġenerali jew għas-servizzi li ma għandhomx reġistru lokali tal-IKUE;

il-punt prinċipali ta' dħul u ħruġ għall-informazzjoni kollha kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED u li tinkludi wkoll SECRET UE/EU SECRET, skambjata bejn il-Kummissjoni u s-servizzi tagħha u Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u, meta l-arranġamenti speċifiċi jkunu jipprevedu dan, għal istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni.

3.   Fil-Kummissjoni jiġi speċifikat reġistru mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni biex jiffunzjona bħala l-awtorità ċentrali li tirċievi u li tibgħat l-informazzjoni kklassifikata bħala TRES SECRET UE/EU TOP SECRET. Fejn meħtieġ, jistgħu jintgħażlu reġistri subordinati biex jittrattaw din l-informazzjoni għall-finijiet ta' reġistrazzjoni.

4.   Ir-reġistri subordinati ma jistgħux jittrasmettu dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET direttament lil reġistri subordinati oħra tal-istess reġistru ċentrali TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jew esternament mingħajr l-approvazzjoni espliċita bil-miktub ta' dan tal-aħħar.

5.   Ir-reġistri tal-IKUE jiġu stabbiliti bħala Żoni ta' Sigurtà kif stipulat fil-Kapitolu 3, u akkreditati mill-Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà tal-Kummissjoni (AAS).

Artikolu 28

L-uffiċjal tal-kontroll tar-reġistru

1.   Kull reġistru tal-IKUE jkun ġestit minn Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru (“RCO”).

2.   L-RCO jkun approvat għas-sigurtà kif suppost.

3.   L-RCO jkun suġġett għas-superviżjoni tal-LSO fid-dipartiment tal-Kummissjoni, f'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward it-trattament tad-dokumenti tal-IKUE u l-konformità mar-regoli ta' sigurtà, l-istandards u l-linji gwida relevanti.

4.   L-RCO, bħala parti mir-responsabbiltà tiegħu li jiġġestixxi r-reġistru tal-IKUE li hu kien ġie assenjat għalih, jassumi l-kompiti ġenerali skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni, l-istandards u l-linji gwida relevanti li ġejjin:

jiġġestixxi l-operazzjonijiet relatati mar-reġistrazzjoni, il-preservazzjoni, ir-riproduzzjoni, it-traduzzjoni, it-trażmissjoni, it-tqassim u l-qerda jew it-trasferiment fl-arkivji storiċi tas-servizz tal-IKUE;

jivverifikaw perjodikament il-ħtieġa li tinżamm il-klassifikazzjoni ta' informazzjoni;

jassumi kompiti oħra relatati mal-protezzjoni tal-IKUE stipulati fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 29

Ir-reġistrazzjoni tal-IKUE għal-finijiet ta' sigurtà

1.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tas-sigurtà (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-reġistrazzjoni”) tfisser l-applikazzjoni ta' proċeduri li jirreġistraw iċ-ċiklu tal-ħajja tal-IKUE, inkluż id-disseminazzjoni tagħha.

2.   L-informazzjoni jew il-materjal kollu kklassifikati CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla jiġu rreġistrati f'reġistri magħżulin apposta meta jaslu jew jitilqu minn entità organizzattiva.

3.   Meta l-IKUE tiġi ttrattata jew maħżuna bl-użu tas-Sistema ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni (SKI), il-proċeduri ta' reġistrazzjoni jistgħu jsiru bil-proċess li jinsab fis-SKI stess.

4.   Dispożizzjonijiet aktar iddettaljati dwar ir-reġistrazzjoni tal-IKUE għall-finijiet ta' sigurtà jiġu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 30

L-ikkupjar u t-traduzzjoni ta' dokumenti kklassifikati tal-UE

1.   Dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET ma jiġux ikkupjati jew tradotti mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.

2.   Meta l-oriġinatur tad-dokumenti kklassifikati SECRET UE/EU SECRET jew anqas ma jkunx impona restrizzjonijiet dwar l-ikkupjar jew it-traduzzjoni tagħhom, tali dokumenti jistgħu jiġu kkupjati jew tradotti fuq l-istruzzjoni tad-detentur.

3.   Il-miżuri tas-sigurtà applikabbli għad-dokument oriġinali japplikaw għall-kopji u għat-traduzzjoni ta' dan.

Artikolu 31

Il-ġarr tal-IKUE

1.   L-IKUE tinġarr b'tali mod li tiġi mħarsa minn żvelar mhux awtorizzat matul it-trasport tagħha.

2.   Il-ġarr ta' IKUE jkun soġġett għall-miżuri ta' protezzjoni li:

jkunu proporzjonati mal-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE ttrasportata; u

jiġu adattati għal kundizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-ġarr tagħha, b'mod partikolari skont jekk tkunx qed tinġarr IKUE:

f'bini tal-Kummissjoni jew fil-istess grupp ta' bini tal-Kummissjoni;

bejn il-bini tal-Kummissjoni li jinsabu fl-istess Stat Membru;

fl-Unjoni;

mill-Unjoni għat-territorju ta' Stat terz u

jkunu adattati għan-natura u l-forma tal-IKUE.

3.   Dawn il-miżuri ta' protezzjoni jkunu stabbiliti fid-dettall fir-regoli ta' implimentazzjoni, jew, fil-każ tal-proġetti u l-programmi msemmija fl-Artikolu 42, bħala parti integrali mill-Programm jew mill-Istruzzjonijiet tas-Sigurtà tal-Proġett (PSI) relevanti.

4.   Ir-regoli ta' implimentazzjoni jew il-PSI jkunu jinkludu dispożizzjonijiet li jikkorrispondu mal-livell tal-IKUE, fir-rigward ta':

it-tip ta' ġarr, bħall-ġarr bl-idejn, il-ġarr b'kurrier diplomatiku jew militari, il-ġarr permezz tas-servizzi postali jew tas-servizzi ta' kurrier kummerċjali;

il-pakkett tal-IKUE;

il-kontromiżuri tekniċi għall-IKUE li tinġarr fuq il-mezzi elettroniċi;

kull miżura proċedurali, fiżika jew elettronika;

il-proċeduri ta' reġistrazzjoni

l-użu ta' persunal awtorizzat tas-sigurtà.

5.   Meta l-IKUE tinġarr b'mezzi elettroniċi, u rrispettivament mill-paragrafu 5 tal-Artikolu 21, il-miżuri protettivi stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni relevanti jistgħu jiġu ssupplimentati b'kontramiżuri tekniċi adegwati approvati mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' telf jew kompromess.

Artikolu 32

Il-qerda tal-IKUE

1.   Id-dokumenti klassifikati tal-UE li ma għadhomx meħtieġa jistgħu jinqerdu, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni r-regolamenti dwar l-arkivji kif ukoll ir-regoli u r-regolamenti tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni u l-arkivjar tad-dokumenti u b'mod partikolari l-lista komuni ta' ritenzjoni fil-livell ta' Kummissjoni.

2.   L-IKUE fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla tinqered mill-RCO li jkun responsabbli mir-reġistru tal-IKUE, fuq struzzjoni mid-detentur jew minn awtorità kompetenti. L-RCO jaġġorna r-reġistri kif ukoll informazzjoni oħra dwar ir-reġistrazzjoni skont il-każ.

3.   Id-dokumenti kklassifikati bħala SECRET UE/EU SECRET jew TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jinqerdu mill-RCO fil-preżenza ta' xhud li jkun approvat mill-inqas sal-livell ta' klassifikazzjoni tad-dokument li jkun qed jinqered.

4.   Ir-reġistratur u x-xhud, meta tkun meħtieġa l-preżenza ta' dan tal-aħħar, jiffirmaw ċertifikat ta' qerda, li jiddaħħal fir-reġistru. L-RCO responsabbli mir-reġistru tal-IKUE jżomm iċ-ċertifikati ta' qerda tad-dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għal perjodu ta' mill-inqas għaxar snin u għad-dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin.

5.   Id-dokumenti klassifikati, inklużi dawk ikklassifikati bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED, jinqerdu b'metodi li jkunu ddefiniti fir-regoli ta' implimentazzjoni u li jilħqu l-istandards relevanti tal-UE jew oħrajn ekwivalenti.

6.   Il-mezzi ta' ħżin elettroniku użati għall-IKUE jinqerdu skont il-proċeduri stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 33

Il-qerda tal-IKUE f'emerġenza

1.   Id-dipartimenti tal-Kummissjoni li jkollhom l-IKUE jħejju pjanijiet abbażi tal-kundizzjonijiet lokali għas-salvagwardja ta' materjal klassifikat tal-UE waqt kriżi, li jkunu jinkludu pjanijiet ta' qerda u ta' evakwazzjoni f'emerġenza jekk ikun meħtieġ. Huma jxerrdu l-istruzzjonijiet meqjusin meħtieġa sabiex jevitaw li l-IKUE tispiċċa f'idejn mhux awtorizzati.

2.   L-arranġamenti għas-salvagwardja u/jew il-qerda ta' materjal CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET waqt kriżi ma għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jaffettwaw b'mod negattiv s-salvagwardja jew qerda ta' materjal TRES SECRET UE/EU TOP SECRET, inkluż it-tagħmir li jikkodifika, li t-trattament tiegħu jieħdu prijorità fuq kwalunkwe kompitu ieħor.

3.   Fil-każ ta' emerġenza, jekk ikun hemm riskju imminenti ta' żvelar mhux awtorizzat, l-IKUE tinqered mid-detentur b'tali mod li ma tkunx tista' tiġi rikostruwita kompletament jew parzjalment. L-oriġinatur u r-reġistru tal-oriġini jiġu infurmati bil-qerda ta' emerġenza tal-IKUE rreġistrata.

4.   Dispożizzjonijiet aktar iddettaljati dwar il-qerda tal-IKUE jiġu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

KAPITOLU 5

IL-PROTEZZJONI TAL-INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA TAL-UE FIS-SISTEMI TAL-KOMUNIKAZZJONI U INFORMAZZJONI (SKI)

Artikolu 34

Il-prinċipji bażiċi għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni

1.   L-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni (AI) fil-qasam tas-sistemi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni hija l-fiduċja li tali sistemi jipproteġu l-informazzjoni li jittrattaw, u li jiffunzjonaw kif meħtieġ u meta meħtieġ taħt il-kontroll ta' utenti leġittimi.

2.   L-assigurazzjoni effikaċi tal-informazzjoni tiżgura livelli xierqa ta':

Awtentiċità

:

il-garanzija li l-informazzjoni hija ġenwina u minn sorsi bona fide;

Disponibilità

:

il-fatt li tkun aċċessibbli u tista' tintuża meta tintalab minn entità awtorizzata;

Kunfidenzjalità

:

il-fatt li l-informazzjoni ma tiġix żvelata lil individwi, entitajiet jew proċeduri mhux awtorizzati;

Integrità

:

il-fatt li jiġu salvagwardjati l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni u l-assi;

Non-rifjut

:

l-abbiltà li jiġi ppruvat li azzjoni jew avveniment seħħ, sabiex dan l-avveniment jew azzjoni wara ma jkunux jistgħu jiġu miċħuda.

3.   L-AI tkun ibbażata fuq proċedura tal-ġestjoni tar-riskju.

Artikolu 35

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

(a)

“Akkreditament” tfisser l-awtorizzazzjoni u l-approvazzjoni formali mogħtija lil sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni mill-Awtorità ta' Akkreditament tas-Sigurtà (AAS) sabiex tiġi pproċessata l-IKUE fl-ambjent operattiv tagħha wara l-validazzjoni formali ta' Pjan ta' Sigurtà u l-implimentazzjoni korretta tiegħu;

(b)

“il-Proċedura ta' Akkreditament” tfisser l-passi u l-kompiti meħtieġa qabel l-akkreditament mill-Awtorità ta' Akkreditament tas-Sigurtà. Dawn il-passi u l-kompiti jiġu speċifikati fi Standard għall-Proċeduri ta' Akkreditament;

(c)

“Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni” (SKI) tfisser kwalunkwe sistema li tippermetti t-trattament tal-informazzjoni f'forma elettronika. Sistema ta' komunikazzjoni u informazzjoni tkun tkopri l-assi kollha meħtieġa biex hija topera, inklużi l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, il-persunal u r-riżorsi ta' informazzjoni;

(d)

“Riskju residwu” tfisser ir-riskju li jibqa' wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri tas-sigurtà, peress li mhux it-theddid kollu jista' jiġi affrontat u mhux il-vulnerabbiltajiet kollha jistgħu jiġu eliminati;

(e)

“Riskju” tfisser il-potenzjal li theddida partikolari tisfrutta vulnerabbiltajiet interni jew esterni ta' organizzazzjoni jew ta' kwalunkwe waħda mis-sistemi li tuża u għalhekk tikkawża dannu lill-organizzazzjoni u lill-assi tanġibbli jew intanġibbli tagħha. Dan jitkejjel bħala t-total tal-probabbiltà tat-theddid li jseħħ u l-impatt tiegħu.

(f)

“Aċċettazzjoni tar-riskju” tfisser id-deċiżjoni li jkun hemm qbil dwar l-eżistenza ulterjuri ta' riskju residwu wara t-trattament tar-riskju;

(g)

“Valutazzjoni tar-riskju” tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta' theddid u vulnerabbiltajiet u t-twettiq tal-analiżi tar-riskju relatata, jiġifieri l-analiżi tal-probabbiltà u l-impatt;

(h)

“Komunikazzjoni tar-riskju” tikkonsisti fis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji fost il-komunitajiet tal-utenti tas-SKI, f'li jiġu infurmati l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u li dawn jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet operattivi;

(i)

“Trattament tar-riskju” jikkonsisti fil-mitigazzjoni, it-tneħħija, it-tnaqqis (permezz ta' taħlita adatta ta' miżuri tekniċi, fiżiċi, organizzattivi jew proċedurali), it-trasferiment jew il-monitoraġġ tar-riskju;

Artikolu 36

Is-SKI li tittratta l-IKUE

1.   Is-SKI tittratta l-IKUE skont il-kunċett tal-AI.

2.   Għas-SKI li tittratta l-IKUE, li tkun konformi mal-politika dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni tal-Kummissjoni, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006)3602 (11), timplika li:

(a)

jiġi applikat l-approċċ Ippjana-Wettaq-Iċċekkja-Aġixxi (Plan-Do-Check-Act) għall-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-sistema tal-informazzjoni;

(b)

iridu jiġu identifikati l-ħtiġijiet tas-sigurtà permezz ta' valutazzjoni tal-impatt tan-negozju;

(c)

is-sistema tal-informazzjoni u d-dejta li tinsab fiha jridu jgħaddu minn klassifikazzjoni tal-assi formali;

(d)

iridu jiġu implimentati l-miżuri obbligatorji ta' sigurtà kollha kif stipulati mill-politika dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni;

(e)

irid jiġi applikat proċess ta' ġestjoni tar-riskju li jikkonsisti minn dawn il-passi li ġejjin: l-identifikazzjoni ta' theddid u ta' vulnerabilitajiet, il-valutazzjoni tar-riskju, it-trattament tar-riskju, l-aċċettazzjoni tar-riskju u l-komunikazzjoni tar-riskju;

(f)

pjan ta' sigurtà, inklużi l-Politika dwar is-Sigurtà u l-Proċeduri Operattivi tas-Sigurtà, jiġi definit, implimentat, ikkontrollat u rieżaminat.

3.   Il-persunal kollu involut fit-tfassil, l-iżvilupp, l-ittestjar, l-operat, il-ġestjoni jew l-użu tas-SKI li tittratta l-IKUE jinnotifika lill-AAS dwar id-dgħufijiet potenzjali kollha ta' sigurtà, inċidenti, ksur ta' sigurtà jew kompromess li jista' jkollhom impatt fuq il-protezzjoni tas-SKI u/jew tal-IKUE li tinkludi.

4.   Meta l-protezzjoni tal-IKUE tingħata permezz ta' prodotti kriptografiċi, dawn il-prodotti jiġu approvati kif ġej:

(a)

tingħata preferenza lil prodotti li jkunu ġew approvati mill-Kunsill jew mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fil-funzjoni tiegħu bħala Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika tal-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni;

(b)

Meta jkun meħtieġ, minħabba raġunijiet operattivi speċifiċi, l-Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika tal-Kummissjoni (AAK) tista' fuq rakkomandazzjoni tal-Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tneħħi r-rekwiżiti msemmija taħt a) u tagħti approvazzjoni interim għal perijodu speċifiku.

5.   Waqt it-trażmissjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-IKUE b'mezzi elettroniċi, jintużaw prodotti kriptografiċi approvati. Minkejja dan ir-rekwiżit, proċeduri speċifiċi jistgħu jiġu applikati taħt ċirkostanzi ta' emerġenza jew konfigurazzjonijiet tekniċi speċifiċi wara approvazzjoni mill-AAK.

6.   Jiġu implimentati miżuri ta' sigurtà għall-protezzjoni tas-SKI li tittratta l-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla sabiex din l-informazzjoni ma tiġix kompromessa permezz ta' sinjali elettromanjetiċi mhux intenzjonali (“miżuri ta' sigurtà TEMPEST”). Tali miżuri ta' sigurtà jkunu proporzjonati mar-riskju tal-isfruttament u l-livell ta' klassifikazzjoni tal-informazzjoni.

7.   L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tassumi l-funzjonijiet li ġejjin:

Awtorità għall-AI (AAI);

Awtorità tal-Akkreditament tas-Sigurtà (AAS);

Awtorità TEMPEST (AT);

Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika (AAK);

Awtorità għad-Distribuzzjoni Kriptografika (ADK).

8.   L-Awtorità għas-Sigurtà Kummissjoni taħtar għal kull sistema l-Awtorità Operattiva għall-AI.

9.   Ir-responsabbiltajiet tal-funzjonijiet deskritti fil-paragrafi 7 u 8 ser jiġu definiti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Artikolu 37

L-akkreditament tas-SKI li tittratta l-IKUE

1.   Kull SKI li tittratta l-IKUE tgħaddi minn proċess ta' akkreditament, abbażi tal-prinċipji tal-AI, li l-livell ta' dettall tagħha jrid ikun proporzjonat mal-livell ta' protezzjoni meħtieġ.

2.   Il-proċess ta' akkreditament jinkludi l-validazzjoni formali, mill-AAS tal-Kummissjoni, tal-Pjan ta' Sigurtà għas-SKI kkonċernata sabiex jiġi assigurat li:

(a)

il-proċess għall-ġestjoni tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 36(2), twettaq b'mod korrett;

(b)

sid is-sistema, b'kosapevolezza, jkun aċċetta r-riskju residwu; u

(c)

livell suffiċjenti ta' protezzjoni tas-SKI, u tal-IKUE ttrattata fiha, intlaħaq f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.

3.   L-AAS tal-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta' akkreditament li tiddetermina l-livell massimu ta' IKUE li tista' tiġi ttrattata f'SKI kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet korrispondenti għall-operat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kompiti fdati lill-Bord ta' Akkreditament tas-Sigurtà definiti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

4.   Bord ta' Akkreditament tas-Sigurtà (BAS) konġunt jkun responsabbli biex jakkredita s-SKI tal-Kummissjoni li tinvolvi diversi partijiet. Ikun magħmul minn rappreżentant tal-AAS ta' kull parti involuta u jkun presedut minn rappreżentant tal-AAS tal-Kummissjoni.

5.   Il-proċess ta' akkreditament jikkonsisti minn għadd ta' kompiti li għandhom jiġu assunti mill-partijiet involuti. Ir-responsabbiltà għat-tħejjija tal-fajls u tad-dokumentazzjoni ta' akkreditament tkun kompletament tas-sid tas-SKI.

6.   L-akkreditament jkun ir-responsabbiltà tal-AAS tal-Kummissjoni, li fi kwalunkwe ħin waqt iċ-ċiklu tal-ħajja tas-SKI jkollha d-dritt li:

(a)

tesiġi li jiġi applikat proċess ta' akkreditament;

(b)

tawditja jew tispezzjona s-SKI;

(c)

meta l-kundizzjonijiet tal-operat ma jibqgħux jiġu ssodisfati, tesiġi d-definizzjoni u l-implimentazzjoni effikaċi ta' pjan għat-titjib fis-sigurtà f'perjodu ta' żmien definit sew, u potenzjalment tirtira l-permess biex is-SKI topera, sakemm jerġgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-operat.

7.   Il-proċess ta' akkreditament jiġi stabbilit fl-standard għall-proċeduri ta' akkreditament għas-SKI li tittratta l-IKUE, u jiġi adottat skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602.

Artikolu 38

Iċ-ċirkustanzi ta' emerġenza

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-proċeduri speċifiċi deskritti hawn taħt jistgħu jiġu applikati f'emerġenza, bħal waqt kriżi imminenti jew reali, kunflitt, jew sitwazzjonijiet ta' gwerra jew f'ċirkostanzi operattivi eċċezzjonali.

2.   L-IKUE tista' tiġi trażmessa bl-użu ta' prodotti kriptografiċi li jkunu ġew approvati għal livell ta' klassifikazzjoni aktar baxx jew mingħajr ikkodifikar bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jekk kwalunkwe dewmien ikun se jikkawża dannu li jegħleb b'mod ċar id-dannu li jirriżulta minn kwalunkwe żvelar tal-materjal klassifikat u jekk:

(a)

l-ispeditur u r-riċevitur ma jkollux il-faċilità meħtieġa għall-kriptaġġ; u

(b)

il-materjal klassifikat ma jkunx jista' jintbagħat fil-ħin b'mezzi oħrajn.

3.   L-informazzjoni klassifikata trażmessa taħt iċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jkollha l-ebda marka jew indikazzjoni li tiddistingwiha minn informazzjoni mhux klassifikata jew li tista' tiġi protetta minn prodott kriptografiku disponibbli. Dawk li jirċevuha jiġu nnotifikati dwar il-livell ta' klassifikazzjoni, mingħajr dewmien, permezz ta' mezzi oħrajn.

4.   Wara jsir rapport lill-awtorità kompetenti u lill-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjon.

KAPITOLU 6

IS-SIGURTÀ INDUSTRIJALI

Artikolu 39

Il-prinċipji bażiċi

1.   Is-sigurtà industrijali hija l-applikazzjoni ta' miżuri sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-IKUE

(a)

fil-qafas tal-kuntratti klassifikati, minn:

(i)

kandidati jew offerenti tul il-proċedura tat-tfigħ tal-offerti u l-għoti tal-kuntratti;

(ii)

kuntratturi jew sottokuntratturi matul iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tal-kuntratti klassifikati;

(b)

fil-qafas ta' ftehimiet ta' għotja klassifikati, minn:

(i)

applikanti matul il-proċeduri tal-aġġudikazzjoni tal-għotjiet;

(ii)

benefiċjarji matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' ftehimiet ta' għotjiet klassifikati.

2.   Dawn il-kuntratti jew ftehimiet ta' għotja ma jinvolvux informazzjoni kklassifikata bħala TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET.

3.   Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu li jirreferu għall-kuntratti klassifikati jew għall-kuntratturi jkunu applikabbli wkoll għas-sottokuntratti klassifikati jew għas-sottokuntratturi.

Artikolu 40

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Kuntratt klassifikat” tfisser kuntratt qafas jew kuntratt, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (13), li tagħmel il-Kummissjoni jew wieħed mid-dipartimenti tagħha ma' kuntrattur għall-provvista ta' assi mobbli jew immobbli, it-twettiq ta' xogħlijiet jew il-forniment ta' servizzi, li l-eżekuzzjoni tiegħu teħtieġ jew tinvolvi l-ħolqien, it-trattament jew il-ħżin tal-IKUE;

(b)

“Sottokuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir minn kuntrattur tal-Kummissjoni jew minn wieħed mid-dipartimenti tagħha ma' kuntrattur ieħor (jiġifieri s-sottokuntrattur) għall-provvista ta' assi mobbli jew immobbli, it-twettiq ta' xogħlijiet jew il-forniment ta' servizzi, li l-eżekuzzjoni tiegħu teħtieġ jew tinvolvi l-ħolqien, it-trattament jew il-ħżin tal-IKUE;

(c)

“ftehim ta' għotja klassifikata” tfisser ftehim li bih il-Kummissjoni tagħti għotja, kif imsemmi fil-Parti I tat-Titolu VI tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, li l-eżekuzzjoni tiegħu teħtieġ jew tinvolvi l-ħolqien, it-trattament jew il-ħżin tal-IKUE;

(d)

“Awtorità tas-Sigurtà Magħżula” (ASM) tfisser awtorità taħt ir-responsabbilta tal-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali (ASN) ta' Stat Membru li hija responsabbli biex tikkomunika lill-entitajiet industrijali jew lil entitajiet oħra l-politika nazzjonali dwar il-kwistjonijiet kollha ta' sigurtà industrijali, u biex tipprovdi direzzjoni u assistenza fl-implimentazzjoni tagħha. Il-funzjoni ta' ASM tista' titwettaq mill-ASN jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

Artikolu 41

Il-proċedura għall-kuntratti klassifikati jew għall-ftehimiet ta' għotja

1.   Kull dipartiment tal-Kummissjoni, bħala awtorità kontraenti, jiżgura li l-istandards minimi dwar is-sigurtà industrijali stabbiliti f'dan il-Kapitolu, jiġu msemmija jew inkorporati fil-kuntratt, u jkun hemm konformità magħhom waqt l-għoti tal-kuntratti klassifikati jew il-ftehimiet ta' għotja.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-servizzi kompetenti fil-Kummissjoni jfittxu l-parir tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà, u b'mod partikolari tad-Direttorat tas-Sigurtà tiegħu, u jiżguraw li l-mudell tal-kuntratti u tas-sottokuntratti u l-mudell tal-ftehimiet ta' għotja jkunu jinkludu dispożizzjonijiet li jirriflettu l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-IKUE, li jridu jikkonformaw magħhom kuntratturi u sottokuntratturi, u rispettivament il-benefiċjarji tal-ftehimiet ta' għotja.

3.   Il-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-ASN, l-ASM jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tal-Istati Membri kkonċernati.

4.   Meta awtorità kontraenti jkollha l-ħsieb li tiftaħ proċedura bil-għan li tikkonkludi kuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikati, tfittex li tieħu parir mingħand l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw in-natura klassifikata u l-elementi ta' proċedura, matul l-istadji kollha tagħha.

5.   Galvi u mudelli għal kuntratti klassifikati u sottokuntratti, ftehimiet ta' għotja klassifikati, avviżi ta' kuntratt, gwidi dwar iċ-ċirkustanzi meta tkun meħtieġa Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità (ASF), l-Istruzzjonijiet ta' Sigurtà ta' Programm jew Proġett (SSP), l-Ittri dwar Aspetti ta' Sigurtà (IAS), iż-żjarat, it-trażmissjoni u l-ġarr tal-IKUE taħt kuntratti klassifikati jew ftehimiet ta' għotja klassifikati jiġu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni dwar is-sigurtà industrijali, wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

6.   Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi kuntratti klassifikati jew ftehimiet ta' għotja li l-kompiti jinvolvu jew jimplikaw l-aċċess jew it-trattament jew il-ħżin tal-IKUE minn operaturi ekonomiċi rreġistrati fi Stat Membru jew fi Stat terz li miegħu jkun ġie konkluż ftehim jew arranġament amministrattiv skont il-Kapitolu 7 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 42

L-elementi ta' sigurtà f'kuntratt jew fi ftehim ta' għotja klassifikati

1.   Il-kuntratti klassifikati jew il-ftehimiet ta' għotja jkunu jinkludu l-elementi ta' sigurtà li ġejjin:

Struzzjonijiet ta' Sigurtà ta' Programm jew Proġett

(a)

“Struzzjonijiet ta' Sigurtà ta' Programm jew Proġett” (SSP) tfisser lista ta' proċeduri tas-sigurtà li huma applikati għal programm jew proġett speċifiku sabiex ikunu standardizzati l-proċeduri tas-sigurtà. Dawn jistgħu jiġu riveduti matul il-programm jew il-proġett.

(b)

Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà jiżviluppaw SSP ġeneriċi, li d-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-programmi jew mill-proġetti li jinvolvu t-trattament jew il-ħżin tal-IKUE jistgħu jiżviluppaw, fejn ikun adegwat, SSP speċifiċi li jkunu bbażati fuq l-SSP ġeneriċi.

(c)

L-SSP speċifiċi jiġu żviluppati b'mod partikolari għal programmi u proġetti kkaratterizzati mill-kamp ta' applikazzjoni, l-iskala jew il-kumplessita konsiderevoli tagħhom, jew mill-għadd kbir u/jew mid-diversità ta' kuntratturi, benefiċjarji u sħab u partijiet interessati oħra involuti, pereżempju fir-rigward tal-istatus legali tagħhom. L-SSP speċifiċi jiġu żviluppati mid-dipartiment(i) tal-Kummissjoni li jiġġestixxi/jiġġestixxu l-programm jew il-proġett, b'kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà.

(d)

Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà jissottometti kemm l-SSP ġeneriċi kif ukoll dawk speċifiċi għall-parir tal-Grupp tal-Esperti għas-sigurtà tal-Kummissjoni.

Ittra dwar Aspetti ta' Sigurtà

(a)

“Ittra dwar Aspetti ta' Sigurtà” (IAS) tfisser sett ta' kondizzjonijiet kuntrattwali speċjali maħruġ mill-awtorità kontraenti li jifforma parti integrali minn kwalunkwe kuntratt klassifikat li jinvolvi l-aċċess għal jew il-ħolqien tal-IKUE, li jidentifika r-rekwiżiti ta' sigurtà u dawk l-elementi tal-kuntratt li jkunu jeħtieġu protezzjoni ta' sigurtà;

(b)

Ir-rekwiżiti tas-sigurtà speċifiċi għal kuntratt ikunu deskritti fl-IAS. L-IAS ikollha, skont il-każ, il-Gwida tal-Klassifikazzjoni ta' Sigurtà (“GKS”), u tkun parti integrali minn kuntratt jew sottokuntratt klassifikat, jew minn ftehim ta' għotja.

(c)

L-IAS ikun fiha d-dispożizzjonijiet li jistipulaw li l-kuntrattur jew il-benefiċjarju jikkonforma mal-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-awtorità kontraenti tiżgura li l-IAS tindika li nuqqas ta' konformità ma' dawn l-istandards minimi jista' jikkostitwixxi raġuni suffiċjenti biex il-kuntratt jew il-ftehim tal-għotja jiġi terminat.

2.   Kemm l-SSP u l-IAS jkunu jinkludu GKS bħala element ta' sigurtà obbligatorju:

(a)

“Gwida tal-Klassifikazzjoni ta' Sigurtà” (GKS) tfisser dokument li jiddeskrivi l-elementi ta' programm, proġett, kuntratt jew ftehim ta' għotja li huma kklassifikati, waqt li jispeċifika l-livelli tal-klassifikazzjoni ta' sigurtà applikabbli. Il-GKS tista' titwessa' matul il-ħajja tal-programm, tal-proġett, tal-kuntratt jew tal-ftehim tal-għotja, u l-elementi ta' informazzjoni jistgħu jiġu riklassifikati jew imnaqqsa fil-grad; meta jkun hemm GKS, din tkun parti mill-IAS.

(b)

Qabel it-tnedija ta' sejħa għal offerti jew l-għoti ta' kuntratt klassifikat, id-dipartiment tal-Kummissjoni, bħala l-awtorità kontraenti, jiddetermina l-klassifikazzjoni ta' sigurtà ta' kwalunkwe informazzjoni li għandha tingħata lill-kandidati u lill-offerenti jew lill-kuntratturi, kif ukoll il-klassifikazzjoni ta' sigurtà ta' kwalunkwe informazzjoni li għandha tinħoloq mill-kuntrattur. Għal dan l-għan, għandu jħejji GKS li għandha tintuża għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, f'konformità ma' din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, wara konsultazzjoni mal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoini.

(c)

Sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni tas-sigurtà tad-diversi elementi ta' kuntratt klassifikat, japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(i)

fit-tħejjija ta' GKS, id-dipartiment tal-Kummissjoni, bħala l-awtorità kontraenti, jqis l-aspetti rilevanti kollha tas-sigurtà, inkluża l-klassifikazzjoni tas-sigurtà assenjata lill-informazzjoni pprovduta u approvata li għandha tintuża għall-kuntratt mill-oriġinatur tal-informazzjoni;

(ii)

il-livell ġenerali ta' klassifikazzjoni tal-kuntratt ma jistax ikun inqas mill-ogħla klassifikazzjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu; u

(iii)

fejn rilevanti, l-awtorità kontraenti tikkollabora permezz tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, mal-ASN/ASM tal-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra kkonċernata fil-każ ta' xi tibdil fil-klassifikazzjoni tal-informazzjoni maħluqa minn jew ipprovduta lill-kuntratturi fit-twettiq ta' kuntratt u meta ssir xi bidla sussegwenti fil-GKS.

Artikolu 43

L-aċċess għall-IKUE għall-persunal tal-kuntratturi u tal-benefiċjarji

L-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti, tiżgura li l-kuntratt klassifikat jew il-ftehim ta' għotja klassifikat jinkludu dispożizzjonijiet li jindikaw li l-persunal ta' kuntrattur, sottokuntrattur jew benefiċjarju li, biex iwettaq kuntratt, sottokuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikat, jeħtieġ aċċess għall-IKUE, jingħata dan l-aċċess biss jekk:

(a)

ikun ingħata awtorizzazzjoni ta' sigurtà fil-livell rilevanti jew inkella jkun debitament awtorizzat minħabba li tkun ġiet iddeterminata l-ħtieġa li jkun jaf;

(b)

ikun ġie infurmat dwar ir-regoli ta' sigurtà applikabbli biex tiġi protetta l-IKUE u jkun irrikonoxxa r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni ta' din l-informazzjoni.

(c)

ikollu approvazzjoni ta' sigutà fil-livell rilevanti għall-informazzjoni kklassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET mill-ASN, l-ASM rispettiva, jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

Artikolu 44

Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità

1.   “Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità” (ASF) tfisser id-deċiżjoni amministrattiva mill-ASN, l-ASM jew awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra li, mill-perspettiva ta' sigurtà, faċilità tista' tippermetti livell adegwat ta' protezzjoni għall-IKUE sa livell speċifiku fil-klassifikazzjoni tas-sigurtà;

2.   L-ASF mogħtija minn ASN jew ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra ta' Stat Membru, li tindika skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali li operatur ekonomiku jista' jipproteġi l-IKUE fil-livell ta' klassifikazzjoni adegwat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET) fil-faċilitajiet tiegħu, tiġi ppreżentata lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, li tgħaddiha lid-dipartiment tal-Kummissjoni li jaġixxi bħala awtorità kontraenti jew awtorità awtorizzanti, qabel ma' kandidat, offerent jew kuntrattur, jew applikant għal għotja jew benefiċjarju jkunu jistgħu jingħataw aċċess għall-IKUE.

3.   Fejn ikun rilevanti, l-awtorità kontraenti, tinnotifika, permezz tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, lill-ASN, l-ASM xierqa jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra, li għat-twettiq tal-kuntratt hija meħtieġa ASF. Tintalab ASF jew ASP meta trid tingħata IKUE kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET waqt il-proċedura tal-akkwist jew dik tal-aġġudikazzjoni tal-għotja.

4.   L-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti ma tagħtix kuntratt klassifikat jew ftehim ta' għotja lill-offerent preferut jew parteċipant qabel ma tkun irċeviet konferma mill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew is-sottokuntrattur ikkonċernat ikun irreġistrat, li fejn meħtieġ, tkun inħarġet ASF adegwata.

5.   Meta l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun ġiet innotifikata mill-ASN, l-ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra li tkun ħarġet l-ASF dwar xi tibdil li jolqot lill-ASF, hija tinforma lid-dipartiment tal-Kummissjoni li jkun qed jaġixxi bħala awtorità kontraenti jew awtorità awtorizzanti. Fil-każ ta' sottokuntratt, l-ASN, ASM jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra tiġi infurmata skont il-każ.

6.   L-irtirar ta' ASF mill-ASN, ASM rilevanti jew kwalunkwe awtorità tas-sigurtà kompetenti oħra jikkostitwixxi raġuni biżżejjed għall-awtorità kontraenti jew l-awtorità awtorizzanti biex ittemm kuntratt klassifikat, jew biex teskludi kandidat, offerent jew applikant mill-kompetizzjoni. Għal dan l-għan tiddaħħal dispożizzjoni fil-mudelli ta' kuntratt u fil-ftehimiet ta' għotja li għandhom jiġu żviluppati.

Artikolu 45

Dispożizzjonijiet għall-kuntratti klassifikati jew għall-ftehimiet ta' għotja

1.   Meta tingħata l-IKUE lil kandidat, offerent jew applikant waqt il-proċedura tal-offerti, is-sejħa għall-offerti jew is-sejħa għal proposta jkollhom dispożizzjoni li tobbliga lill-kandidat, l-offerent jew l-applikant li jonqsu milli jitfgħu l-offerta jew il-proposta jew li ma jintgħażilx, biex jirritorna d-dokumenti klassifikati kollha f'perjodu taż-żmien speċifiku.

2.   L-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti tinnotifika, permezz tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, lill-ASN, ASM kompetenti jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra dwar il-fatt li kuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikati ġew mogħtija, u dwar id-dejta rilevanti, bħal pereżempju l-isem tal-kuntrattur(i) jew tal-benefiċjarji, it-tul tal-kuntratt u l-livell massimu ta' klassifikazzjoni.

3.   Meta dawn il-kuntratti jew il-ftehimiet ta' għotja jiġu tterminati, l-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti jinnotifikaw minnufih, permezz tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, lill-ASN, l-ASM jew lil kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew il-benefiċjarju ta' għotja jkunu rreġistrati.

4.   Bħala regola ġenerali, il-kuntrattur jew il-benefiċjarju ta' għotja jkun jeħtiġilhom jirritornaw kull IKUE li jkollhom lill-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti hekk kif jintemm il-kuntratt klassifikat jew il-ftehim ta' għotja, jew kif tintemm il-parteċipazzjoni ta' benefiċjarju ta' għotja.

5.   Jiġu stabbiliti fl-IAS dispożizzjonijiet speċifiċi għall-qerda tal-IKUE matul it-twettiq tal-kuntratt klassifikat jew tal-ftehim ta' għotja klassifikat jew hekk kif jintemm.

6.   Meta l-kuntrattur jew il-benefiċjarju tal-għotja jiġu awtorizzati jżommu l-IKUE wara li jintemm kuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikati, huma jibqgħu jikkonformaw mal-istandards minimi li jinsabu f'din id-Deċiżjoni u l-kuntrattur jew il-benefiċjarju tal-għotja jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-IKUE.

Artikolu 46

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kuntratti klassifikati

1.   Il-kundizzjonijiet relevanti għall-protezjoni tal-IKUE li taħthom il-kuntrattur jista' jagħmel sottokuntratti jiġu stipulati fis-sejħa għall-offerti u fil-kuntratt klassifikat.

2.   Kuntrattur jikseb permess, mill-awtorità kontraenti, qabel ma jissottokuntratta xi partijiet ta' kuntratt klassifikat. L-ebda sottokuntratt li jinvolvi l-aċċess għall-IKUE ma jista' jingħata lil sottokuntratturi rreġistrati f'pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm qafas regolatorju għas-sigurtà tal-informazzjoni kif previst fil-Kapitolu 7.

3.   Il-kuntrattur ikun responsabbli biex jiżgura li l-attivitajiet kollha ta' sottokuntrattar jitwettqu skont l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u ma jipprovdix IKUE lil sottokuntrattur mingħajr il-kunsens bil-miktub u minn qabel tal-awtorità kontraenti.

4.   Fir-rigward tal-IKUE maħluqa jew ittrattata mill-kuntrattur, il-Kummissjoni titqies bħala l-oriġinatur, u d-drittijiet tal-oriġinatur jiġu eżerċitati mill-awtorità kontraenti.

Artikolu 47

Iż-żjarat li għandhom x'jaqsmu mal-kuntratti klassifikati

1.   Meta membru tal-persunal tal-Kummissjoni jew il-persunal tal-kuntratturi jew tal-benefiċjarji ta' għotja jeħtieġu aċċess għall-informazzjoni kklassifikata bħala CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fis-siti ta' xulxin għat-twettiq ta' kuntratt jew ftehim ta' għotja klassifikati, iż-żjajjar isiru b'kollegament mal-ASN, ASM jew ma' kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra kkonċernata. L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tkun infurmata b'dawn iż-żjarat. Madankollu, fil-kuntest ta' programmi jew proġetti speċifiċi, l-ASN, l-ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra jistgħu wkoll jaqblu fuq proċedura li biha tali żjarat ikunu jistgħu jiġu organizzati direttament.

2.   Il-viżitaturi kollha jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà xierqa u jkollhom “il-ħtieġa li jkunu jafu” biex ikollhom aċċess għall-IKUE relatata mal-kuntratt klassifikat.

3.   Il-viżitaturi jingħataw aċċess biss għal IKUE relatata mal-iskop taż-żjara.

4.   Dispożizzjonijiet aktar dettaljati jkunu stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni.

5.   Il-konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu maż-żjarat marbutin mal-kuntratti klassifikati, stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u skont ir-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, hija obbligatorja.

Artikolu 48

It-trażmissjoni u l-ġarr tal-IKUE b'rabta mal-kuntratti klassifikati jew il-ftehimiet ta' għotja klassifikati

1.   Fir-rigward tat-trażmissjoni tal-IKUE b'mezzi elettroniċi, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 5 ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Fir-rigward tal-ġarr tal-IKUE, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 4 ta' din id-Deċiżjoni u japplikaw ir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

3.   Għat-trasport ta' materjal ikklassifikat bħala merkanzija, jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin waqt id-determinazzjoni tal-arranġamenti tas-sigurtà:

(a)

is-sigurtà tkun assigurata fl-istadji kollha matul it-trasport, mill-punt tal-oriġini sad-destinazzjoni finali;

(b)

il-grad ta' protezzjoni mogħti lill-kunsinna jiġi ddeterminat mill-ogħla livell ta' klassifikazzjoni tal-materjal li jkun jinsab fiha;

(c)

qabel ma jsir kwalunkwe ċaqliq transfruntier ta' materjal ikklassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, jitfassal pjan ta' trasport mill-konsenjatur u jiġi approvat mill-ASN, ASM jew minn kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra kkonċernata;

(d)

safejn ikun possibbli, il-vjaġġi jkunu minn punt għal punt, u jintemmu fl-iqsar żmien li ċ-ċirkostanzi jippermettu;

(e)

kull meta jkun possibbli, ir-rotot għandhom jgħaddu biss minn Stati Membri. Ir-rotot li jgħaddu minn stati oħra li mhumiex Stati Membri għandhom jittieħdu biss meta dawn ikunu awtorizzati mill-ASN, ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra tal-Istati ta' kemm il-konsenjatur kif ukoll id-destinatarju.

Artikolu 49

It-trasferiment tal-IKUE lil kuntratturi jew lil benefiċjarji ta' għotja li jinsabu fi Stati terzi

It-trażmissjoni tal-IKUE lil kuntratturi jew lil benefiċjarji ta' għotja li jinsabu fi Stati terzi ssir skont miżuri ta' sigurtà maqbulin bejn l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, id-Dipartiment tal-Kummissjoni bħala l-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti, u l-ASN, ASM jew kwalunkwe awtorità ta' sigurtà kompetenti oħra tal-pajjiż terz ikkonċernat, fejn il-kuntrattur jew il-benefiċjarju tal-għotja jkunu rreġistrati.

Artikolu 50

It-trattament tal-informazzjoni kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED fil-kuntest tal-kuntratti klassifikati jew tal-ftehimiet ta' għotja klassifikati

1.   Il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED ttrattata jew maħżuna skont kuntratti jew ftehimiet ta' għotja klassifikati tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' kosteffettività.

2.   Ma jkun meħtieġ l-ebda ASF jew ASP fil-kuntest tal-kuntratti jew tal-ftehimiet ta' għotja klassifikati li jinvolvi t-trattament ta' informazzjoni klassifikata fil-livell ta' RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

3.   Meta kuntratt jew ftehim ta' għotja jkun jinvolvi t-trattament ta' informazzjoni kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED fis-SKI operata minn kuntrattur jew benefiċjarju ta' għotja, l-awtorità kontraenti jew dik awtorizzanti tiżgura, wara li tikkonsulta mal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, li l-kuntratt jew il-ftehim ta' għotja jispeċifika r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi meħtieġa rigward l-akkreditament jew l-approvazzjoni tas-SKI li jkunu proporzjonati mar-riskju vvalutat, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament jew tal-approvazzjoni ta' din is-SKI jiġi miftiehem bejn l-Awtorità għas-Sigurta tal-Kummissjoni u l-ASN jew l-ASM rilevanti.

KAPITOLU 7

L-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA MA' ISTITUZZJONIJIET, AĠENZIJI, KORPI U UFFIĊĊJI OĦRA TAL-UNJONI, MA' STATI MEMBRI U MA' STATI TERZI U ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Artikolu 51

Il-prinċipji bażiċi

1.   Meta l-Kummissjoni jew wieħed mid-dipartimenti tagħha jiddeterminaw li hemm bżonn li l-IKUE tiġi skambjata ma' istituzzjoni, aġenzija, korp jew uffiċċju ieħor tal-Unjoni, jew ma' Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi stabbilit għal dan l-għan qafas legali jew amministrattiv xieraq, li jista' jinkludi ftehimiet jew arranġamenti amministrattivi għas-sigurtà tal-informazzjoni, konklużi skont ir-regolamenti rilevanti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57, l-IKUE tiġi skambjata biss ma' istituzzjoni, aġenzija, korp jew uffiċċju ieħor tal-Unjoni, jew ma' Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, dejjem jekk ikun hemm fis-seħħ qafas amministrattiv jew legali xieraq, u jekk ikun hemm biżżejjed garanziji li l-istituzzjoni, l-aġenzija, il-korp jew l-uffiċċju tal-Unjoni, jew l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali, se japplikaw l-istess prinċipji bażiċi u standards minimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata.

Artikolu 52

L-iskambju tal-IKUE ma' istituzzjonijiet, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni

1.   Qabel ma tidħol f'arranġament amministrattiv għall-iskambju tal-IKUE ma' istituzzjoni aġenzija, korp jew uffiċċju ieħor tal-Unjoni, il-Kummissjoni tfittex l-assigurazzjoni li l-istituzzjoni, l-aġenzija, il-korp jew l-uffiċċju tal-Unjoni kkonċernat:

(a)

ikollu fis-seħħ qafas regolatorju għall-protezzjoni tal-IKUE li jistipula l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha;

(b)

japplika standards ta' sigurtà u linji gwida rigward is-sigurtà tal-persunal, is-sigurtà fiżika, il-ġestjoni tal-IKUE u s-sigurtà tas-Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni (SKI), li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta' protezzjoni għall-IKUE bħal dak mogħti fil-Kummissjoni.

(c)

jimmarka l-informazzjoni klassifikata li joħloq bħala IKUE.

2.   Id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà jkun, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' dipartimenti oħra kompetenti tal-Kummissjoni, is-servizz ewlieni fil-Kummissjoni għall-konklużjoni ta' arranġamenti amministrattivi għall-iskambju tal-IKUE ma' istituzzjonijiet, aġenziji, korpi jew uffiċċji oħra tal-Unjoni.

3.   L-arranġamenti amministrattivi, bħala regola ġenerali, jieħdu l-forma ta' skambju ta' ittri, iffirmati mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà f'isem il-Kummissjoni.

4.   Qabel ma tidħol f'arranġament amministrattiv dwar l-iskambju tal-IKUE, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni twettaq żjara ta' valutazzjoni bl-għan li jiġi evalwat il-qafas regolatorju għall-protezzjoni tal-IKUE, u biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri implimentati għall-protezzjoni tal-IKUE. L-arranġament amministrattiv jidħol fis-seħħ, u l-IKUE tiġi skambjata, dejjem jekk ir-riżultat ta' din iż-żjara ta' valutazzjoni jkun sodisfaċenti, u jekk ikun hemm konformità mar-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru wara ż-żjara. Bħala segwitu, isiru żjarat ta' valutazzjoni biex jiġi vverifikat li hemm konformità mal-arranġament amministrattiv, u li l-miżuri ta' sigurtà fis-seħħ baqgħu jissodisfaw il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi miftiehma.

5.   Fil-Kummissjoni, ir-reġistru tal-IKUE ġestit mis-Segretarjat Ġenerali jkun bħala regola ġenerali, il-punt prinċipali ta' dħul u ħruġ għall-iskambji tal-informazzjoni klassifikata ma' istituzzjonijiet, aġenziji, korpi jew uffiċċji oħra tal-Unjoni. Madankollu, meta minħabba raġunijiet ta' sigurtà, ta' organizzazzjoni jew ta' operat ikun aktar adegwat għall-protezzjoni tal-IKUE, jitħaddmu reġistri tal-IKUE lokali stabbiliti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, bħala l-punt ta' dħul u ħruġ għall-informazzjoni klassifikata dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tad-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernati.

6.   Il-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni jiġi infurmat dwar il-proċedura għall-konklużjoni tal-arranġamenti amministrattivi skont il-paragrafu 2.

Artikolu 53

L-iskambju tal-IKUE ma' Stati Membri

1.   L-IKUE tista' tiġi skambjata ma' Stati Membri u rilaxxata lilhom sakemm dawn jipproteġu din l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-informazzjoni klassifikata li jkollha l-klassifikazzjoni ta' sigurtà nazzjonali fl-istess livell kif inhu stabbilit fit-tabella ta' ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà li jinsabu fl-Anness I.

2.   Meta l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata fl-istrutturi jew fin-netwerks tal-Unjoni Ewropea li l-marka ta' klassifikazzjoni tagħha tkun sigurtà nazzjonali, il-Kummissjoni tipproteġi din l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-IKUE tal-istess livell, kif stabbilit fit-tabella ta' ekwivalenza tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà li tinsab fl-Anness I.

Artikolu 54

L-iskambju tal-informazzjoni klassifikata ma' Stati terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   Meta l-Kummissjoni tiddetermina li hemm bżonn li tiġi skambjata fuq terminu twil informazzjoni klassifikata ma' Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi stabbilit għal dan l-għan qafas legali jew amministrattiv xieraq, li jista' jinkludi ftehimiet jew arranġamenti amministrattivi għas-sigurtà tal-informazzjoni, konklużi skont ir-regolamenti rilevanti.

2.   Dawn il-ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew il-ftehimiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1, jinkludu dispożizzjonijiet biex jiżguraw li meta Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jirċievu l-IKUE, din l-informazzjoni tingħata l-protezzjoni xierqa għal-livell ta' klassifikazzjoni tagħha, u skont l-istandards minimi li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista' tidħol f'arranġamenti amministrattivi, skont l-Artikolu 56, meta l-livell ta' klassifikazzjoni tal-IKUE bħala regola ġenerali ma jkunx ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED.

4.   L-arranġamenti amministrattivi għall-iskambju tal-informazzjoni klassifikata msemmija fil-paragrafu 3, jinkludu dispożizzjonijiet biex jiżguraw li meta Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jirċievu l-IKUE, din l-informazzjoni tingħata l-protezzjoni xierqa għal-livell ta' klassifikazzjoni tagħha, u skont l-istandards minimi li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Il-Grupp ta' Esperti tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jkun ikkonsultat dwar il-konklużjoni ta' ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew l-arranġamenti amministrattivi.

5.   Id-deċiżjoni li tiġi rilaxxata IKUE li toriġina mill-Kummissjoni lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali tittieħed mid-dipatiment tal-Kummissjoni bħala l-oriġinatur ta' din l-IKUE fil-Kummissjoni, skont kull każ, u skont in-natura u l-kontenut ta' tali informazzjoni, il-ħtieġa li r-riċevitur ikun jaf u l-miżura ta' vantaġġ għall-Unjoni. Jekk l-oriġinatur tal-informazzjoni klassifikata jew tal-materjal ewlieni li jista' jkollha, li għaliha jkun mixtieq ir-rilaxx, ma tkunx tal-Kummissjoni, id-dipartiment tal-Kummisjoni l-ewwel ifittex il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur għar-rilaxx. Jekk l-oriġinatur ma jistax jiġi stabbilit, id-dipartiment tal-Kummissjoni, li jżomm din l-informazzjoni klassifikata, jieħu r-responsabbiltà tal-oriġinatur, wara li jikkonsulta mal-Grupp ta' Esperti tas-Sigurtà tal-Kummissjoni.

Artikolu 55

Ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni

1.   Ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni ma' Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jiġu konklużi f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE.

2.   Il-ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni:

(a)

jistabbilixxu l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi li jirregolaw l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni u Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali.

(b)

jipprevedu li jkun hemm ftehim dwar l-arranġamenti implimentattivi tekniċi bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà kompetenti tal-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-Unjoni u l-awtorità ta' sigurtà kompetenti tal-Istat terz jew tal-organizzazjoni internazzjonali inkwistjoni. Dawn l-arranġamenti jieħdu inkonsiderazzjoni l-livell ta' protezzjoni pprovdut mir-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta' sigurtà li jkunu fis-seħħ fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati.

(c)

jipprevedu li qabel l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata skont il-ftehim, jiġi assigurat li l-parti riċeventi tista' tipproteġi u tissalvagwardja l-informazzjoni mogħtija lilha b'mod adegwat.

3.   Il-Kummissjoni, meta tiddetermina li hemm bżonn li tiġi skambjata informazzjoni klassifikata skont l-Artikolu 51(1), tikkonsulta mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni skont il-każ, sabiex tiddetermina jekk rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 218(3) tat-TFUE għandiex tiġi sottomessa.

4.   L-ebda IKUE ma tiġi skambjata b'mezzi elettroniċi jekk dan ma jkunx espliċitament previst fil-ftehim dwar is-sigurtà ta' informazzjoni jew fl-arranġamenti implimentattivi tekniċi.

5.   Fil-Kummissjoni, ir-reġistru tal-IKUE ġestit mis-Segretarjat Ġenerali jkun bħala regola ġenerali, il-punt prinċipali ta' dħul u ħruġ għall-iskambji tal-informazzjoni klassifikata ma' Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, meta minħabba raġunijiet ta' sigurtà, ta' organizzazzjoni jew ta' operat ikun aktar adegwat għall-protezzjoni tal-IKUE, jitħaddmu reġistri tal-IKUE lokali stabbiliti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont din id-Deċiżjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, bħala l-punt ta' dħul u ħruġ għall-informazzjoni klassifikata dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tad-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernati.

6.   Sabiex tkun ivvalutata l-effikaċja tar-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta' sigurtà fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata, il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni ma' istituzzjonijiet, aġenziji jew korpi oħra tal-Unjoni, tipparteċipa fi żjarat ta' valutazzjoni bi ftehim reċiproku mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata. Dawn iż-żjarat ta' valutazzjoni jevalwaw:

(a)

il-qafas regolatorju applikabbli għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata;

(b)

kwalunkwe karatteristika speċifika tal-politika ta' sigurtà u l-mod li bih is-sigurtà tiġi organizzata fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali li jista' jkollhom impatt fuq il-livell ta' informazzjoni klassifikata li tista' tiġi skambjata;

(c)

il-miżuri u l-proċeduri ta' sigurtà li jkunu tabilħaqq fis-seħħ; u

(d)

il-proċeduri ta' approvazzjoni tas-sigurtà għal-livell ta' IKUE li għandha tiġi rilaxxata.

Artikolu 56

Arranġamenti amministrattivi

1.   Fil-kuntest ta' qafas politiku jew legali tal-Unjoni, meta jkun meħtieġ għal perjodu fit-tul li tiġi skambjata informazzjoni kklassifikata, li bħala regola ġenerali, mhix ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED, ma' Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, u fejn l-Awtorità għas-Sigurta tal-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-Grupp ta' Esperti tas-Sigurtà tal-Kummisjoni, tkun stabbilixxiet b'mod partikolari, li l-parti inkwistjoni ma jkollhiex sistema ta' sigurtà żviluppata biżżejjed biex ikun possibbli għaliha li tidħol fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tidħol fi ftehim amministrattiv mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni.

2.   Dawn l-arranġamenti amministrattivi bħala regola ġenerali jseħħu bl-iskambju ta' ittri.

3.   Issir żjara ta' valutazzjoni qabel il-konklużjoni tal-arranġament. Il-Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni jiġi infurmat dwar l-eżitu taż-żjara ta' valutazzjoni. Meta jkun hemm raġunijiet eċċezzjonali għal skambju urġenti ta' informazzjoni klassifikata, l-IKUE tista' tiġi rilaxxata dejjem jekk isir kull tentattiv biex żjara ta' valutazzjoni ssir malajr kemm jista' jkun.

4.   L-ebda IKUE ma tiġi skambjata b'mezzi elettroniċi jekk dan ma jkunx espliċitament previst fl-arranġament amministrattiv.

Artikolu 57

Ir-rilaxx eċċezzjonali ad hoc tal-IKUE

1.   Meta ma jkun hemm l-ebda ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew arranġament amministrattiv, u meta l-Kummissjoni jew wieħed mid-dipartimenti tagħha jistabbilixxu li hemm ħtieġa eċċezzjonali fil-kuntest ta' qafas legali jew politiku tal-Unjoni li tiġi rilaxxata IKUE lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni tivverifika, sa fejn ikun possibbli, mal-awtoritajiet tas-sigurtà tal-Istat terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati li r-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri tagħhom tas-sigurtà qegħdin b'tali mod, li l-IKUE rilaxxata lilhom tkun protetta skont standards li mhumiex aktar laxki minn dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

2.   Id-deċiżjoni li tiġi rilaxxata l-IKUE lill-Istat terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati tittieħed mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma' Grupp ta' Esperti għas-Sigurtà tal-Kummissjoni, abbażi ta' proposta mill-membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet ta' sigurtà.

3.   Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġi rilaxxata l-IKUE u suġġett għal kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur, inklużi l-oriġinaturi tal-materjal sors li jista' jkun fiha, id-Dipartiment tal-Kummissjoni kompetenti jgħaddi l-informazzjoni kkonċernata, li jkollha marka ta' rilaxxabilità, li tindika l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li lilhom tkun ġiet mgħoddija. Qabel ir-rilaxx jew malli dan effettivament iseħħ, il-parti terza inkwistjoni tintrabat bil-miktub li tipproteġi l-IKUE li tirċievi skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 58

Is-sostituzzjoni ta' deċiżjonijiet preċedenti

Din id-Deċiżjoni tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/844/KE, KEFA, Euratom (14).

Artikolu 59

L-informazzjoni klassifikata maħluqa qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni

1.   L-IKUE klassifikata kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/844/KE, KEFA, Euratom tkompli tiġi protetta skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Kull informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kummissjoni fid-data li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tkun daħlet fis-seħħ, bl-eċċezzjoni ta' Informazzjoni klassifikata tal-Euratom, trid:

(a)

jekk maħluqa mill-Kummissjoni, tibqa' tiġi kkunsidrata li ġiet riklassifikata RESTREINT UE b'mod awtomatiku, dejjem jekk l-awtur tagħha ma jiddeċidix li jagħtiha klassifikazzjoni oħra sal-31 ta' Jannar 2002, u jkun għarraf lid-destinatarji kollha tad-dokument konċernat;

(b)

jekk maħluqa minn awturi mhux mill-Kummissjoni, iżżomm il-klassifikazzjoni oriġinali tagħha, u b'hekk tiġi ttrattata bħala IKUE tal-istess livell, jekk l-awtur ma jaqbilx li jiddeklassifika l-informazzjoni jew inaqqasha fil-grad.

Artikolu 60

Ir-regoli ta' implimentazzjoni u l-avviżi ta' sigurtà

1.   Skont kif ikun il-każ, l-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni għal din id-deċiżjoni jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni separata mill-Kummissjoni, għall-għoti tas-setgħa lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet tas-sigurtà, f'konformità sħiħa mar-regoli interni ta' proċedura.

2.   Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet tas-sigurtà, wara li jkun awtorizzat wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, jista' jfassal avviżi ta' sigurtà li jistabbilixxu linji gwida ta' sigurtà u l-aħjar prattiki fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u tar-regoli ta' implimentazzjoni tagħha.

3.   Il-Kummissjoni tista' tiddelega l-kompiti msemmija fl-ewwel u fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu lid-Direttur Ġenerali għar-Riżorsi Umani u għas-Sigurtà permezz ta' deċiżjoni ta' delega separata, f'konformità sħiħa mar-regoli interni ta' proċedura.

Artikolu 61

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ara l-“Arrangement entre le Gouvernement belge et le Parlement européen, le Conseil, la Commission, le Comité économique et social européen, le Comité des régions, la Banque européenne d'investissement en matière de sécurité” tal-31 ta' Diċembru 2004, l-“Accord de sécurité signé entre la Commission et le Gouvernement luxembourgeois” tal-20 ta' Jannar 2007, u l-“Accordo tra il Governo italiano e la Commissione europea dell'energia atomica (Euratom) per l'istituzione di un Centro comune di ricerche nucleari di competenza generale” tat-22 ta' Lulju 1959.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/47/KE, KEFA, Euratom tat-23 ta' Jannar 2002 li temenda r-regoli ta' proċedura tagħha (ĠU L 21, 24.1.2002, p. 23)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/563/KE, Euratom tas-7 ta' Lulju 2004 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tagħha (ĠU L 251, 27.7.2004, p. 9).

(4)  Ir-Regolament (Euratom) Nru 3 tal-31 ta' Lulju 1958 li jimplimenta l-Artikolu 24 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, (ĠU 17, 6.10.1958, p. 406/58).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 tal-1 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika (ĠU L 43, 15.2.1983, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ara paġna 41 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1700/2003 tat-22 ta' Settembru 2003 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 1).

(11)  C (2006) 3602 tas-16 ta' Awwissu 2006 dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 72).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1)


ANNESS I

EKWIVALENZA TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET TA' SIGURTÀ

UE

TRES SECRET UE/EU TOP SECRET

SECRET UE/EU SECRET

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL

RESTREINT UE/EU RESTRICTED

Euratom

EURA TOP SECRET

EURA SECRET

EURA CONFIDENTIAL

EURA RESTRICTED

Il-Belġju

Très Secret (Loi 11.12.1998)

Zeer Geheim (Wet 11.12.1998)

Secret (Loi 11.12.1998)

Geheim (Wet 11.12.1998)

Confidentiel (Loi 11.12.1998)

Vertrouwelijk (Wet 11.12.1998)

ara n-nota (1) hawn taħt

Il-Bulgarija

Cтpoгo ceкретно

Ceкретно

Поверително

За служебно ползване

Ir-Repubblika Ċeka

Přísně tajné

Tajné

Důvěrné

Vyhrazené

Id-Danimarka

Yderst hemmeligt

Hemmeligt

Fortroligt

Til tjenestebrug

Il-Ġermanja

Streng geheim

Geheim

VS (2) — Vertraulich

VS — Nur für den Dienstgebrauch

L-Estonja

Täiesti salajane

Salajane

Konfidentsiaalne

Piiratud

L-Irlanda

Top Secret

Secret

Confidential

Restricted

Il-Greċja

Άκρως Απόρρητο

Abr: ΑΑΠ

Απόρρητο

Abr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό

Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης

Abr: (ΠΧ)

Spanja

Secreto

Reservado

Confidencial

Difusión Limitada

Franza

Très Secret Défense

Secret Défense

Confidentiel Défense

ara n-nota (3) hawn taħt

Il-Kroazja

VRLO TAJNO

TAJNO

POVJERLJIVO

OGRANIČENO

L-Italja

Segretissimo

Segreto

Segretissimo

Riservato

Ċipru

Άκρως Απόρρητο

Αbr: (ΑΑΠ)

Απόρρητο

Αbr: (ΑΠ)

Εμπιστευτικό

Αbr: (ΕΜ)

Περιορισμένης Χρήσης

Αbr: (ΠΧ)

Il-Latvja

Sevišķi slepeni

Slepeni

Konfidenciāli

Dienesta vajadzībām

Il-Litwanja

Visiškai slaptai

Slaptai

Konfidencialiai

Riboto naudojimo

Il-Lussemburgu

Très Secret Lux

Secret Lux

Confidentiel Lux

Restreint Lux

L-Ungerija

“Szigorúan titkos!”

“Titkos!”

“Bizalmas!”

“Korlátozott terjesztésű!”

Malta

L-Ghola Segretezza

Sigriet

Kunfidenzjali

Ristrett

In-Netherlands

Stg. ZEER GEHEIM

Stg. GEHEIM

Stg. CONFIDENTIEEL

Dep. VERTROUWELIJK

L-Awstrija

Streng Geheim

Geheim

Vertraulich

Eingeschränkt

Il-Polonja

Ściśle Tajne

Tajne

Poufne

Zastrzeżone

Il-Portugall

Muito Secreto

Secreto

Confidencial

Reservado

Ir-Rumanija

Strict secret de importanță deosebită

Strict secret

Secret

Secret de serviciu

Is-Slovenja

Strogo tajno

Tajno

Zaupno

Interno

Is-Slovakkja

Prísne tajné

Tajné

Dôverné

Vyhradené

Il-Finlandja

ERITTÄIN SALAINEN

YTTERST HEMLIG

SALAINEN

HEMLIG

LUOTTAMUKSELLINEN

KONFIDENTIELL

KÄYTTÖ RAJOITETTU

BEGRÄNSAD TILLGÅNG

L-Iżvezja (4)

HEMLIG/TOP SECRET

HEMLIG AV SYNNERLIG BETYDELSE FÖR RIKETS SÄKERHET

HEMLIG/SECRET

HEMLIG

HEMLIG/CONFIDENTIAL

HEMLIG

HEMLIG/RESTRICTED

HEMLIG

Ir-Renju Unit

UK TOP SECRET

UK SECRET

L-ebda ekwivalenti (5)

UK OFFICIAL — SENSITIVE


(1)  Diffusion Restreinte/Beperkte Verspreiding mhijiex klassifikazzjoni tas-sigurtà fil-Belġju. Il-Belġju jittratta u jipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b'mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)  Il-Ġermanja: VS = Verschlusssache.

(3)  Franza ma tużax il-klassifikazzjoni “RESTREINT” fis-sistema nazzjonali tagħha. Franza tittratta u tipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b'mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(4)  L-Iżvezja: il-marki tal-klassifikazzjoni ta' sigurtà fir-ringiela ta' fuq jintużaw mill-awtoritajiet tad-difiża u l-marki fir-ringiela ta' taħt minn awtoritajiet oħra.

(5)  Għal UK SECRET ir-Renju Unit jittratta u jipproteġi IKEU mmarkata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL f'konformità mal-ħtiġijiet tas-sigurtà protettiva.


ANNESS II

LISTA TA' ABBREVJAZZJONIJIET

Akronimu

Tifsira

CA

Crypto Authority (L-Awtorità Kriptografika)

CAA

Crypto Approval Authority (L-Awtorità tal-Approvazzjoni Kriptografika)

CCTV

Closed Circuit Television (televiżjoni b'ċirkwit magħluq)

CDA

Crypto Distribution Authority (Awtorità tad-Distribuzzjoni Kriptografika)

CIS

Communication and Information Systems (Sistemi ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni li jitrattaw IKEU)

DSA

Designated Security Authority (Awtorità ta' Sigurtà Kompetenti)

EUCI

EU Classified Information (Informazzjoni Klassifikata tal-UE — IKUE)

FSC

Facility Security Clearance (Approvazzjoni ta' Sigurtà għal Faċilità)

IA

Information Assurance (Assigurazzjoni ta' Informazzjoni)

IAA

Information Assurance Authority (Awtorità AI)

IDS

Intrusion Detection System (Sistema ta' Sejbien ta' Intrużjoni)

IT

Information Technology (Teknoloġija tal-Informazzjoni)

LSO

Local Security Officer (Uffiċjal tas-Sigurtà Lokali)

NSA

National Security Authority (Awtorità ta' Sigurtà Nazzjonali)

PSC

Personnel Security Clearance (Approvazzjoni ta' Sigurtà ta' Persunal)

PSC

Personnel Security Clearance Certificate (Ċertifikat ta' Approvazzjoni ta' Sigurtà tal-Persunal)

PSI

Programme/Project Security Instructions (Struzzjonijiet ta' Sigurtà ta' Programm/Proġett)

RCO

Registry Control Officer (Uffiċjal tal-Kontroll tar-Reġistru)

SAA

Security Accreditation Authority (Awtorità ta' Akkreditament ta' Sigurtà)

SAL

Security Aspects Letter (Ittra dwar Aspetti ta' Sigurtà)

SCG

Security Classification Guide (Gwida tal-Klassifikazzjoni ta' Sigurtà)

SecOPs

Security Operating Procedures (Proċeduri Operattivi ta' Sigurtà)

TA

TEMPEST Authority (Awtorità TEMPEST)

TFUE

Treaty on the Functioning of the EU (Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE)


ANNESS III

LISTA TAL-AWTORITAJIET TAS-SIGURTÀ NAZZJONALI

IL-BELĠJU

Autorité nationale de Sécurité

SPF Affaires étrangères, Commerce extérieur et Coopération au Développement

15, rue des Petits Carmes

B-1000 Bruxelles

Telefon tas-Segretarjat: +32 25014542

Faks: +32 25014596

Posta Elettronika: nvo-ans@diplobel.fed.be

IL-BULGARIJA

State Commission on Information Security

90 Cherkovna Str.

1505 Sofia

Tel. +359 29333600

Faks: +359 29873750

Posta Elettronika: dksi@government.bg

Sit elettroniku: www.dksi.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Národní bezpečnostní úřad

(Awtorità tas-Siġurtà Nazzjonali)

Na Popelce 2/16

150 06 Praha 56

Tel. +420 257283335

Faks: +420 257283110

Posta Elettronika: czech.nsa@nbu.cz

Sit elettroniku: www.nbu.cz

ID-DANIMARKA

Politiets Efterretningstjeneste

(Is-Servizz Daniż tal-Intelligence dwar is-Sigurtà)

Klausdalsbrovej 1

2860 Søborg

Tel. +45 33148888

Faks: +45 33430190

Forsvarets Efterretningstjeneste

(Is-Servizz Daniż tal-Intelligence dwar id-Difiża)

Kastellet 30

2100 Copenhagen Ø

Tel. +45 33325566

Faks: +45 33931320

IL-ĠERMANJA

Bundesministerium des Innern

Referat ÖS III 3

Alt-Moabit 101 D

D-11014 Berlin

Tel. +49 30186810

Faks: +49 30186811441

Posta Elettronika: oesIII3@bmi.bund.de

L-ESTONJA

National Security Authority Department

Estonian Ministry of Defence

Sakala 1

15094 Tallinn

Tel. +372 7170113 0019, +372 7170117

Faks: +372 7170213

Posta Elettronika: nsa@mod.gov.ee

IL-GREĊJA

Γενικό Επιτελείο Εθνικής Άμυνας (ΓΕΕΘΑ)

Διακλαδική Διεύθυνση Στρατιωτικών Πληροφοριών (ΔΔΣΠ)

Διεύθυνση Ασφαλείας και Αντιπληροφοριών

ΣΤΓ 1020 -Χολαργός (Αθήνα)

Ελλάδα

Τηλ.: +30 2106572045 (ώρες γραφείου)

+ 30 2106572009 (ώρες γραφείου)

Φαξ: +30 2106536279; + 30 2106577612

Hellenic National Defence General Staff (HNDGS)

Military Intelligence Sectoral Directorate

Security Counterintelligence Directorate

GR-STG 1020 Holargos — Athens

Tel. +30 2106572045

+ 30 2106572009

Faks: +30 2106536279, +30 2106577612

SPANJA

Autoridad Nacional de Seguridad

Oficina Nacional de Seguridad

Avenida Padre Huidobro s/n

28023 Madrid

Tel. +34 913725000

Faks: +34 913725808

Posta Elettronika: nsa-sp@areatec.com

FRANZA

Secrétariat général de la défense et de la sécurité nationale

Sous-direction Protection du secret (SGDSN/PSD)

51 Boulevard de la Tour-Maubourg

75700 Paris 07 SP

Tel. +33 171758177

Faks: + 33 171758200

IL-KROAZJA

Office of the National Security Council

Croatian NSA

Jurjevska 34

10000 Zagreb

Croatia

Tel. +385 14681222

Faks: + 385 14686049

Sit elettroniku: www.uvns.hr

L-IRLANDA

National Security Authority (Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Department of Foreign Affairs

76 — 78 Harcourt Street

Dublin 2

Tel. +353 14780822

Faks: +353 14082959

L-ITALJA

Presidenza del Consiglio dei Ministri

D.I.S. — U.C.Se.

Via di Santa Susanna, 15

00187 Roma

Tel. +39 0661174266

Faks: +39 064885273

ĊIPRU

ΥΠΟΥΡΓΕΙΟ ΑΜΥΝΑΣ

ΣΤΡΑΤΙΩΤΙΚΟ ΕΠΙΤΕΛΕΙΟ ΤΟΥ ΥΠΟΥΡΓΟΥ

Εθνική Αρχή Ασφάλειας (ΕΑΑ)

Υπουργείο Άμυνας

Λεωφόρος Εμμανουήλ Ροΐδη 4

1432 Λευκωσία, Κύπρος

Τηλέφωνα: +357 22807569, +357 22807643,

+357 22807764

Τηλεομοιότυπο: +357 22302351

Ministry of Defence

Minister's Military Staff

National Security Authority (NSA)

4 Emanuel Roidi Street

1432 Nicosia

Tel. +357 22807569, +357 22807643,

+357 22807764

Faks: +357 22302351

Posta Elettronika: cynsa@mod.gov.cy

IL-LATVJA

National Security Authority

Constitution Protection Bureau of the Republic of Latvia

P.O.Box 286

LV-1001 Riga

Tel. +371 67025418

Faks: +371 67025454

Posta Elettronika: ndi@sab.gov.lv

IL-LITWANJA

Lietuvos Respublikos paslapčių apsaugos koordinavimo komisija

(Il-Kummissjoni għall-Koordinazzjoni tal-Protezzjoni tas-Sigrieti tar-Repubblika tal-Litwanja l-Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali)

Gedimino 40/1

LT-01110 Vilnius

Tel. +370 706 66701, +370 706 66702

Faks: +370 706 66700

Posta Elettronika: nsa@vsd.lt

IL-LUSSEMBURGU

Autorité nationale de Sécurité

Boîte postale 2379

1023 Lussemburgu

Tel. +352 24782210 centrali

+ 352 24782253 dirett

Faks: +352 24782243

L-UNGERIJA

Nemzeti Biztonsági Felügyelet

(L-Awtorità Nazzjonali tas-Sigurtà tal-Ungerija)

H-1024 Budapest, Szilágyi Erzsébet fasor 11/B

Tel. +36 (1) 7952303

Faks: +36 (1) 7950344

Indirizz postali:

H-1357 Budapest, PO Box 2

Posta Elettronika: nbf@nbf.hu

Sit elettroniku: www.nbf.hu

MALTA

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali

P.O. Box 146

MT-Valletta

Tel. +356 21249844

Faks: +356 25695321

IN-NETHERLANDS

Ministerie van Binnenlandse Zaken en Koninkrijksrelaties

Postbus 20010

2500 EA Den Haag

Tel. +31 703204400

Faks: +31 703200733

Ministerie van Defensie

Beveiligingsautoriteit

Postbus 20701

2500 ES Den Haag

Tel. +31 703187060

Faks: +31 703187522

L-AWSTRIJA

Informationssicherheitskommission

Bundeskanzleramt

Ballhausplatz 2

1014 Wien

Tel. +43 1531152594

Faks: +43 1531152615

Posta Elettronika: ISK@bka.gv.at

IL-POLONJA

Agencja Bezpieczeństwa Wewnętrznego — ABW

(L-Aġenzija tas-Sigurtà Interna)

2 A Rakowiecka St.

00-993 Warszawa

Tel. +48 22 58 57 944

Faks: +48 22 58 57 443

Posta Elettronika: nsa@abw.gov.pl

Sit elettroniku: www.abw.gov.pl

IL-PORTUGALL

Presidência do Conselho de Ministros

Autoridade Nacional de Segurança

Rua da Junqueira, 69

1300-342 Lisboa

Tel. +351 213031710

Faks: +351 213031711

IR-RUMANIJA

Oficiul Registrului Național al Informațiilor Secrete de Stat

(L-ASN TRumena — ORNISS l-Uffiċċju tar-Reġistri Nazzjonali għal Informazzjoni Klassifikata)

4 Mures Street

012275 Bucharest

Tel. +40 212245830

Faks: +40 212240714

Posta Elettronika: nsa.romania@nsa.ro

Sit elettroniku: www.orniss.ro

IS-SLOVENJA

Urad Vlade RS za varovanje tajnih podatkov

Gregorčičeva 27

1000 Ljubljana

Tel. +386 14781390

Faks: +386 14781399

Posta Elettronika: gp.uvtp@gov.si

IS-SLOVAKKJA

Národný bezpečnostný úrad

(National Security Authority)

Budatínska 30

P.O. Box 16

850 07 Bratislava

Tel. +421 268692314

Faks: +421 263824005

Sit elettroniku: www.nbusr.sk

IL-FINLANDJA

National Security Authority

Ministry for Foreign Affairs

P.O. Box 453

FI-00023 Government

Tel. 16055890

Faks: +358 916055140

Posta Elettronika: NSA@formin.fi

L-IŻVEZJA

Utrikesdepartementet

(Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin)

SSSB

S-103 39 Stockholm

Tel. +46 84051000

Faks: +46 87231176

Posta Elettronika: ud-nsa@foreign.ministry.se

IR-RENJU UNIT

UK National Security Authority

Room 335, 3rd Floor

70 Whitehall

London

SW1 A 2AS

Tel. 1: +44 2072765649

Tel. 2: +44 2072765497

Faks: +44 2072765651

Posta Elettronika: UK-NSA@cabinet-office.x.gsi.gov.uk


Top