EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1289
Regulation (EU) No 1289/2013 of the European Parliament and of the Council of 11 December 2013 amending Council Regulation (EC) No 539/2001 listing the third countries whose nationals must be in possession of visas when crossing the external borders and those whose nationals are exempt from that requirement
Regolament (UE) Nru 1289/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa
Regolament (UE) Nru 1289/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa
ĠU L 347, 20.12.2013, p. 74–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 17/12/2018; Imħassar b' 32018R1806
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 347/74 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1289/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Il-mekkaniżmu ta' reċiproċità li għandu jiġi implimentat jekk pajjiż terz elenkat fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2) japplika ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ għall-anqas Stat Membru wieħed jeħtieġ li jiġi adattat fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar bażijiet legali sekondarji. Barra minn hekk,dak il-mekkaniżmu jeħtieġ li jiġi adattat biex jipprovdi rispons mill-Unjoni bħala att ta’ solidarjetà, jekk pajjiżi terz elenkat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 japplika ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ għall-anqas Stat Membru wieħed. |
(2) |
Wara li jkunu rċevew notifika minn Stat Membru li pajjiż terz elenkat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 japplika ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, l-Istati Membri kollha għandhom jirreaġixxu b’mod kollettiv, u b’hekk jipprovdu rispons mill-Unjoni għal sitwazzjoni li taffettwa lill-Unjoni fl-intier tagħha u li tagħmel iċ-ċittadini tagħha soġġetti għal trattament differenti. |
(3) |
Reċiproċità sħiħa tal-viżi hi objettiv li l-Unjoni għandha ssegwi b’mod proattiv fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi, u b’hekk tikkontribwixxi biex jittejbu l-kredibbiltà u l-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni. |
(4) |
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal pajjiż terz li jkun elenkat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 ("il-mekkaniżmu ta' sospensjoni") f' sitwazzjoni ta’ emerġenza, fejn ikun hemm bżonn li jingħata rispons b'mod urġenti sabiex jiġu solvuti d-diffikultajiet li jkun qed jiffaċċja għall-anqas Stat Membru wieħed, u li jieħu inkonsiderazzjoni l-impatt ġenerali li tħalli din is-sitwazzjoni ta' emerġenza fuq l-Unjoni kollha. |
(5) |
Għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni, żieda sostanzjali u f'daqqa tindika żieda li teċċedi l-limitu ta' 50 %. Tista' tindika wkoll żieda iktar baxxa jekk il-Kummissjoni tqis li hu applikabbli fil-każ partikolari notifikat mill-Istat Membru konċernat. |
(6) |
Għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni, rata baxxa ta' rikonoxximent tindika rata ta' rikonoxximent tal-applikazzjonijiet tal-asil ta' madwar 3 jew 4 %. Din tista' tindika wkoll rata ogħla ta' rikonoxximent jekk il-Kummissjoni tqis li hi applikabbli fil-każ partikolari notifikat mill-Istat Membru konċernat. |
(7) |
Hu meħtieġ li jiġi evitat u miġġieled kwalunke abbuż li jirriżulta mill-eżenżjoni tal-ħtieġa tal-viża għall-żjarat ta' soġġorn qasir għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz fejn huma joħolqu theddida għall-ordni pubbliku (ordre public) u s-sigurtà interna tal-Istat Membru konċernat. |
(8) |
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi bażi legali għall-ħtieġa tal-viża jew għall-eżenzjoni minn dik il-ħtieġa għal detenturi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġin minn ċerti entitajiet rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat bħala soġġetti tal-liġi internazzjonali li mhumiex organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali. |
(9) |
Peress li r-regoli applikabbli għar-refuġjati u l-persuni mingħajr stat introdotti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1932/2006 (3), ma japplikawx għal tali persuni meta dawn ikunu joqogħdu fir-Renju Unit jew l-Irlanda, hu neċessarju li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-ħtieġa tal-viża għal ċerti refuġjati u persuni mingħajr stat li joqogħdu fir-Renju Unit jew fl-Irlanda. Dan ir-Regolament għandu jħalli lill-Istati Membri fil-libertà li jiddeċiedu dwar l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal dik il-kategorija ta’ persuni skont l-obbligi internazzjonali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali deċiżjonijiet lill-Kummissjoni. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal- ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Komunità Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament li jimplikaw il-ħtieġa ta’ deroga mir-regoli komuni tal-viża, filwaqt li titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
(11) |
Sabiex jiġi żgurat l-involviment adegwat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-tieni fażi tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, minħabba n-natura politika sensittiva tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u l-implikazzjonijiet orizzontali tagħha għall-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati ta' Schengen u l-Unjoni nnifisha, b'mod partikolari għar-relazzjonijiet esterni tagħhom u għall-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' ċerti elementi tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità. L-għoti ta' tali setgħa lill-Kummissjoni jqis il-ħtieġa għal diskussjoni politika dwar il-politika tal-Unjoni rigward il-viżi fiż-żona Schengen. Dan jirrifletti wkoll il-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza adegwata u ċertezza legali fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat, b'mod partikolari permezz tal-emenda temporanja korrispondenti tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(12) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni u ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità u b'mod partikolari sabiex ikun jista' jittieħed kont adegwat tal-fatturi rilevanti kollha u l-implikazzjonijiet possibbli tal-applikazzjoni ta' dawk il-mekkaniżmi, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti fuq il-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għandhom ikunu soġġetti għal sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, u tad-durata korrispondenti ta' dik is-sospensjoni, kif ukoll is-setgħat biex jimplimentaw il-mekkaniżmu ta' sospensjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta' tali atti ta' implimentazzjoni. |
(13) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt (B), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6). |
(14) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7) li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt (B), tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
(15) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt (B), tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
(16) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (11); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
(17) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li mhijiex qed tipparteċipa fih l-Irlanda, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (12); l-Irlanda għalhekk m'hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u m'hijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(18) |
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
LArtikoli li ġejjin huma mdaħħla: "Artikolu 1a 1. B'deroga mill-Artikolu 1(2), l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II, għandha tiġi sospiża temporanjament f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, bħala l-aħħar alternattiva, skont dan l-Artikolu. 2. Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni jekk jiġi kkonfrontat, fuq perijodu ta' sitt xhur, meta mqabbel mal-istess perijodu fis-sena preċedenti jew mal-aħħar sitt xhur qabel l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II, b'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanza li ġejja li jwasslu għal sitwazzjoni ta' emerġenza li hu ma jkunx jista' jirremedja waħdu, jiġifieri żieda sostanzjali u f'daqqa fl-għadd ta':
Il-paragun mal-perijodu ta' sitt xhur qabel l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun applikabbli biss matul perijodu ta' seba' snin mid-data tal-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' dak il-pajjiż terz. In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssemmi r-raġunijiet li fuqha hija bbażata u għandha tinkludi data u statistika rilevanti kif ukoll spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li jkun ħa l-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jirrimedja s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih dwar tali notifika. 3. Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe notifika magħmula skont il-paragrafu 2, b'kont meħud ta':
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-eżami tagħha. 4. Meta l-Kummissjoni, abbażi ta l-eżami msemmi fil-paragrafu 3, u b'kont meħud tal-konsegwenzi ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat, filwaqt li taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dak il-pajjiż terz biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi fit-tul, tiddeċiedi li hija meħtieġa azzjoni, hija għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, tadotta att ta' implimentazzjoni li temporanjament jissospendi l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' sitt xhur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2). L-att ta' implimentazzjoni għandu jiddetermina d-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ is-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4, matul il-perijodi ta' dik is-sospensjoni ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-att ta' implimentazzjoni għandhom ikunu obbligati li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri. 5. Qabel tmiem il-perijodu ta’ validità tal-att ta' implimetazzjoni adottat skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva għall-emendar ta' dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat tiġi trasferita mill-Anness II għall-Anness I. 6. Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġislattiva skont il-paragrafu 5, hi tista’ testendi l-validità tal-att ta' implimetazzjoni adottat skont il-paragrafu 4 b'perijodu li ma jaqbiżx 12-il xahar. Id-deċiżjoni biex tiġi estiża l-validità tal-att ta' implimetazzjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2). Artikolu 1b Sa 10 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effettività tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità previst fl-Artikolu 1(4) u l-mekkaniżmu ta' sospensjoni previst fl-Artikolu 1a u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta leġislattiva għall-emendar ta' dan ir-Regolament.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq tali proposta permezz tal-proċedura leġislattiva ordinarja."; |
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla: "Artikolu 4a 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta l-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 4b 1. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija konferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(4) għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn 9 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru. 5. Att iddelegat adottat skont il-punt (f) tal-Artikolu 1(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ erba' xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. (*) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."." |
Artikolu 2
L-Artikolu 1a tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 kif emendat b'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tiegħu, għandhom japplikaw ukoll għal pajjiżi terzi li fir-rigward taċ-ċittadini tagħhom l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża ġiet introdotta qabel 9 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2013 (għadha mhix ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2013.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23).
(4) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999, dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(7) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(10) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).