EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0111

Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97–119 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/111/oj

17.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/97


DIRETTIVA 2009/111/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Konformement mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-ECOFIN u l-inizjattivi internazzjonali, bħas-samit tal-Grupp tal-20 tat-2 ta’ April 2009, din id-Direttiva tirrappreżenta l-ewwel pass importanti biex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet żvelati mill-kriżi finanzjarja qabel ma jkunu mħabbra inizjattivi ulterjuri mħabbra mill-Kummissjoni u stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titolu “Immexxu l-Irkupru Ewropew”.

(2)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u s-segwitu tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (4) jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal reġimi ta’ prudenza speċjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma affiljati permanentament ma’ korp ċentrali sa mill-15 ta’ Diċembru 1977, previst li dawk ir-reġimi jkunu ġew introdotti fil-liġijiet nazzjonali sal-15 ta’ Diċembru 1979. Dawn l-iskadenzi jipprevjenu lill-Istati Membri, speċjalment lil dawk li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea mill-1980 ‘l hawn, milli jintroduċu jew iżommu l-istess reġimi għal affiljazzjonijiet simili ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu stabbiliti aktar tard fit-territorji tagħhom. Għalhekk huwa adatt li l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva jitneħħew sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali għall-kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri. Il-Kumitat Ewropew tas-Sorveljanza tal-Banek għandu jipprovdi linji ta’ gwida sabiex tittejjeb il-konverġenza tal-prattika superviżorja f’dan ir-rigward.

(3)

L-istrumenti kapitali ibridi għandhom irwol importanti fil-ġestjoni tal-kapital li għaddejja tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dawn l-istrumenti jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiksbu struttura kapitali diversifikata u jkollhom aċċess għal firxa wiesgħa ta’ investituri finanzjarji. Fit-28 ta’ Ottubru 1998, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja adotta ftehim kemm dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà kemm dwar il-limiti għall-inklużjoni ta’ ċerti tipi ta’ strumenti kapitali ibridi fil-fondi proprji oriġinali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(4)

Għalhekk, huwa importanti li jiġu stabbiliti kriterji għal dawk l-istrumenti kapitali biex ikunu eliġibbli għal fondi proprji oriġinali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/48/KE jkunu allinjati ma’ dak il-ftehim. L-emendi fl-Anness XII tad-Direttiva 2006/48/KE jirriżultaw direttament mill-istabbiliment ta’ dawk il-kriterji. Il-fondi proprji oriġinali msemmija fl-Artikolu 57(a) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jinkludu l-istrumenti kollha li huma meqjusa taħt il-liġi nazzjonali bħala kapital ta’ ekwità, li għandhom grad pari passu ma’ ishma ordinarji waqt likwidazzjoni u li jassorbu għal kollox it-telf kollu pari passu ma’ ishma ordinarji fuq il-bażi ta’ negozju attiv. Dawn l-istrumenti jistgħu jinkludu strumenti li jipprovdu drittijiet preferenzjali għal ħlas ta’ dividend fuq bażi mhux kumulattiva, dment li huma inklużi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (5), li għandhom grad pari passu ma’ ishma ordinarji waqt likwidazzjoni u jassorbu t-telf kollu fuq il-bażi ta’ negozju attiv pari passu ma’ ishma ordinarji. Il-fondi proprji oriġinali msemmija fl-Artikolu 57(a) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jinkludu wkoll kwalunkwe strument ieħor taħt it-termini statutorji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu b’kunsiderazzjoni għall-kostituzzjoni speċifika ta’ mutwalitajiet, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili u li jitqiesu ekwivalenti għal ishma ordinarji f’termini tal-kwalitajiet tal-kapital tagħhom rigward inqas assorbiment. Strumenti li m’għandhomx grad pari passu ma’ ishma ordinarji waqt likwidazzjoni jew li ma jassorbux telf fuq il-bażi ta’ negozju attiv pari passu ma’ ishma ordinarji għandhom ikunu inklużi fil-kategorija ta’ ibridi msemmija fl-Artikolu 57(ca) tad-Direttiva 2006/48/KE.

(5)

Sabiex ma jkunx hemm tfixkil tas-swieq u tiġi żgurata l-kontinwità fil-livelli globali tal-fondi proprji, huwa adatt li jkun hemm previżjoni għal arranġamenti transitorji speċifiċi għar-reġim il-ġdid dwar l-istrumenti kapitali. Meta l-irkupru jkun assigurat, il-kwalità ta’ fondi proprji oriġinali għandha tkun imsaħħa iktar. Fir-rigward ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien b’kull proposta adatta mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.

(6)

Għall-fini li jissaħħaħ il-qafas tal-Komunità tal-ġestjoni tal-kriżijiet, huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ dawk ta’ awtoritajiet kompetenti oħrajn u, fejn ikun adatt, mal-banek ċentrali, b’mod effiċjenti, inkluż bil-għan li jkun miġġieled ir-riskju sistemiku. Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tas-superviżjoni prudenzjali ta’ grupp bankarju fuq bażi konsolidata, l-attivitajiet superviżorji għandhom jiġu kkoordinati b’mod iżjed effettiv. Għaldaqstant, għandhom jitwaqqfu Kulleġġi tas-Superviżuri. L-istabbiliment ta’ Kulleġġi tas-Superviżuri m’għandux jaffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/48/KE. L-istabbiliment tagħhom għandu jkun strument għal koperazzjoni iktar b’saħħitha li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim dwar kompiti superviżorji prinċipali. Il-kulleġġi għandhom jiffaċilitaw l-immaniġġar tas-superviżjoni li għaddejja u tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Is-superviżur għall-konsolidazzjoni jista’, f’assoċjazzjoni mal-membri l-oħra tal-kulleġġ, jiddeċiedi li jorganizza laqgħat jew attivitajiet li ma jkunux ta’ interess ġenerali u għalhekk jagħżel l-udjenza kif ikun adatt.

(7)

Il-mandati tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw b’mod xieraq id-dimensjoni Komunitarja. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw debitament l-effett tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħrajn kollha kkonċernati. Suġġett għal-liġi nazzjonali, dak il-prinċipju għandu jinftiehem bħala objettiv wiesa’ għall-promozzjoni tal-istabbilità finanzjarja fl-Unjoni Ewropea kollha u m’għandux jorbot legalment lill-awtoritajiet kompetenti biex jiksbu riżultat speċifiku.

(8)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jipparetċipaw f’kulleġġi stabbiliti għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-istituzzjoni prinċipali tagħhom tkun qiegħda f’pajjiż terz. Il-Kumitat Ewropew tas-Sorveljanza tal-Banek għandu jipprovdi, fejn ikun meħtieġ, linji ta’ gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex tissaħħaħ il-konverġenza tal-prattika superviżorja skont id-Direttiva 2006/48/KE. Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi u arbitraġġ regolatorju, li jistgħu’ jirriżultaw minn differenzi fl-approċċi u fir-regoli applikati mill-bosta kulleġġi u mill-applikazzjoni tad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jiżviluppa linji gwida dwar il-proċeduri u r-regoli li jirregolaw il-kulleġġi.

(9)

L-Artikolu 129(3) tad-Direttiva 2006/48/KE ma għandux ibiddel l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, subkonsolidata u individwali.

(10)

L-iżbilanċi fl-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-oriġini u dawk ospitanti jistgħu jkunu ta’ detriment għall-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri ospitanti. Id-drittijiet għall-informazzjoni tas-superviżuri ospitanti, b’mod partikulari fi kriżi li tinvolvi fergħat sinifikanti, għandhom għalhekk jissaħħu. Għal dak il-għan, il-fergħat sinifikanti għandhom jiġu ddefiniti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni li hi essenzjali għat-twettiq tal-kompiti tal-banek ċentrali u tal-Ministeri tal-Finanzi rigward il-kriżijiet finanzjarji u l-ġlieda kontra r-riskju sistemiku.

(11)

L-arranġamenti superviżorji attwali għandhom ikunu suġġetti għal żviluppi ulterjuri. Il-Kulleġġi tas-Superviżuri jikkostitwixxu pass importanti ulterjuri ‘l quddiem fis-simplifikazzjoni tal-koperazzjoni superviżorja u tal-konverġenza tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, li jitrattaw gruppi u impriżi u s-sussidjarji u l-fergħat tagħhom, taħt forma ta’ kulleġġi, hija fażi fl-iżvilupp lejn aktar konverġenza regolatorja u integrazzjoni superviżorja. Huwa essenzjali li jkun hemm fiduċja bejn is-superviżuri u rispett għar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom. Fil-każ ta’ kunflitt bejn il-membri ta’ kulleġġ dwar ir-responsabilitajiet differenti, jeħtieġ li jkun hemm pariri newtrali u indipendenti, medjazzjoni u mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni ta’ kunflitti fuq livell Komunitarju.

(13)

Il-kriżi fis-swieq finanzjarji internazzjonali wriet li huwa xieraq li jkun ikkunsidrat iktar il-bżonn għal riforma tal-mudell regolatorju u superviżorju tas-settur finanzjarju tal-Unjoni Ewropea.

(14)

Il-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ottubru 2008 bit-titolu “Mill-kriżi finanzjarja għall-irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni”, li kienet waqqfet grupp ta’ esperti ippresedut mis-Sur Jacques de Larosière (il-Grupp de Larosière), biex jikkunsidra l-organizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej li jiżguraw tmexxija soda u prudenti, tħaddim tajjeb tas-swieq u koperazzjoni Ewropea iktar b’saħħitha dwar il-kontroll tal-istabilità finanzjarja, dwar il-mekkaniżmi ta’ twissija bikrija u dwar l-immaniġġjar tal-kriżi, inkluż l-immaniġġjar ta’ riskji transkonfinali u transettorjali, u biex iqis ukoll il-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u ġurisdizzjonijiet ewlenin oħra biex dawn jgħinu ħalli tiġi salvagwardata l-istabilità finanzjarja fuq livell globali.

(15)

Sabiex jintlaħaq il-livell neċessarju ta’ konverġenza superviżorja u koperazzjoni tal-UE u biex tkun enfasizzata iktar l-istabilità tas-sistema finanzjarja, hemm bżonn qawwi ta’ riformi kbar tal-mudell superviżorju u regolatorju tas-settur finanzjarju tal-Unjoni Ewropea u dawn ir-riformi għandhom jitressqu malajr mill-Kummissjoni Ewropea b’kunsiderazzjoni xierqa għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-grupp ta’ Larosiere fil-25 ta’ Frar 2009.

(16)

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tipproponi leġiżlazzjoni xierqa meħtieġa biex titratta n-nuqqasijiet identifikati rigward id-dispożizzjonijiet relatati ma’ integrazzjoni superviżorja ulterjuri mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, u għandha żżomm f’moħħha li rwol iktar qawwi għal sistema superviżorja fuq livell tal-Unjoni Ewropea għandu jintlaħaq sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(17)

Konċentrazzjoni eċċessiva ta’ espożizzjonijiet għal klijent uniku jew għal grupp uniku ta’ klijenti konnessi tista’ tirriżulta f’riskju ta’ telf li mhuwiex aċċettabbli. Sitwazzjoni bħal din tista’ titqies li hi preġudizzjali għas-solvenza ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. Għalhekk, il-monitoraġġ u l-kontroll ta’ espożizzjonijiet kbar ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandhom ikunu parti integrali mis-superviżjoni tagħha.

(18)

Ir-reġim preżenti dwar exposure kbira jmur lura għall-1992. Għalhekk, il-ħtiġiet eżistenti għal exposure kbira mniżżla fid-Direttiva 2006/48/KE u fid-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpanniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (6) għandhom jiġu riveduti.

(19)

Minħabba li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fis-suq intern huma involuti f’kompetizzjoni diretta, ir-regoli essenzjali għall-monitoraġġ u l-kontroll ta’ espożizzjonijiet kbar ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu armonizzati aktar. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, għandu jitnaqqas l-għadd ta’ għażliet għall-Istati Membri rigward espożizzjonijiet kbar.

(20)

Meta tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ grupp ta’ klijenti konnessi u għaldaqstant ta’ espożizzjonijiet li jikkostitwixxu riskju uniku, huwa wkoll importanti li jitqiesu ir-riskji li jirriżultaw minn sors komuni ta’ finanzjament sinifikanti pprovdut mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew mill-intrapriża tal-investiment innifisha, il-grupp finanzjarju tagħha jew il-partijiet konnessi tagħha.

(21)

Filwaqt li hu mixtieq li l-kalkolu tal-valur tal-espożizzjoni jkun ibbażat fuq dak ipprovdut għall-fini tar-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji, huwa xieraq li jiġu adottati regoli għall-monitoraġġ tal-espożizzjonijiet il-kbar mingħajr ma jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju jew il-gradi tar-riskju. Barra minn hekk, il-metodi tekniċi tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu applikata fir-reġim tas-solvenza tfasslu bis-suppożizzjoni ta’ riskju tal-kreditu diversifikat sew. Fil-każ ta’ espożizzjonijiet kbar li jkunu jittrattaw riskju ta’ konċentrazzjoni b’isem uniku, ir-riskju tal-kreditu ma jkunx diversifikat sew. Għalhekk, l-effetti ta’ dawn il-metodi tekniċi għandhom ikunu suġġetti għal salvagwardji ta’ prudenza. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li ssir previżjoni għal irkupru effettiv tal-protezzjoni tal-kreditu għall-finijiet ta’ espożizzjonijiet kbar.

(22)

Minħabba li telf li jirriżulta minn espożizzjoni għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew għal intrapriża ta’ investiment jista’ jkun gravi daqs telf minn kwalunkwe espożizzjoni oħra, espożizzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu ttrattati u rrappurtati bħal kwalunkwe espożizzjoni oħra. Madankollu, ġie introdott limitu kwantitattiv alternattiv biex itaffi l-impatt sproporzjonat ta’ approċċ bħal dan fuq istituzzjonijiet iżgħar. Barra minn hekk, espożizzjonijiet fuq żmien qasir marbuta ma’ trasferimenti ta’ flus inklużi pagamenti, approvazzjonijiet, ħlas finali u servizzi ta’ kustodja għall-klijienti huma eżenti sabiex ikun faċilitat it-tħaddim tajjeb tas-swieq finanzjarji u tal-infrastruttura marbuta magħhom. Dawk is-servizzi jkopru, pereżempju t-twettiq ta’ clearing tal-flus kontanti u l-ħlas finali u attivitajiet simili sabiex ikun iffaċilitat il-ħlas finali. L-espożizzjonijiet relatati jinkludu espożizzjonijiet li jistgħu ma jkunux previsti u għalhekk istituzzjoni ta’ kreditu ma jkollhiex kontroll sħiħ tagħhom, inter alia, bilanċi fuq kontijiet interbankarji li jirriżultaw minn ħlasijiet ta’ klijenti, iklużi tariffi u interessi kreditati jew debitata, u ħlasijiet oħra għas-servizzi għall-klijenti, kif ukoll il-garanziji mogħtija jew irċevuti.

(23)

Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-istituzzjonijiet esterni tal-evalwazzjoni tal-kreditu (ECAIs) skont id-Direttiva 2006/48/KE għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Krediti (7). B’mod partikulari, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jirrivedi l-linji gwida tiegħu dwar ir-rikonoxximent tal-ECAIs sabiex ikun evitat l-iddupplikar tax-xogħol u jitnaqqas il-piż tal-proċess ta’ rikonoxximent meta ECAI tkun reġistrata bħala Aġenzija tal-Klassifikazzjoni tal-Krediti (CRA) fuq il-livell Komunitarju.

(24)

Huwa importanti li jitneħħa n-nuqqas ta’ allinjament bejn l-interessi tal-kumpanniji li “jerġgħu jippakkjaw” is-self f’titoli ta’ sigurtà li jistgħu jkunu kummerċjati u fi strumenti finanzjarji oħrajn (oriġinaturi jew finanzjaturi) u dawk tal-kumpanniji li jinvestu f’dawn it-titoli ta’ sigurtà jew l-istrumenti (investituri). Huwa importanti wkoll li l-interessi tal-oriġinatur jew tal-finanzjatur u l-interessi tal-investituri jkunu allinjati. Sabiex iseħħ dan, l-oriġinatur jew il-finanzjatur għandhom iżommu interess sinifikanti fl-assi kkonċernati. Għalhekk huwa importanti għall-oriġinaturi jew il-finanzjaturi li jżommu espożizzjonijiet għar-riskju tas-self inkwistjoni; B’mod ġenerali, tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandhomx ikunu strutturati b’tali mod li jevitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ ritenzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ tariffa jew struttura ta’ primjum jew it-tnejn. Ritenzjoni bħal din għandha tkun applikabbli fis-sitwazzjonijiet kollha fejn is-sustanza ekonomika ta’ titolizzazzjoni skont id-definizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE hija applikabbli, ikunu x’ikunu l-istrutturi jew l-istrumenti legali li jintużaw biex tinkiseb din is-sustanza ekonomika. B’mod partikulari f’każ fejn ikun hemm trasferiment tar-riskju tal-kreditu permezz ta’ titolizzazzjoni, l-investituri għandhom jiddeċiedu biss wara li jkunu wettqu d-diliġenza dovuta b’mod sħiħ, ħaġa li għaliha jeħtieġu informazzjoni adegwat dwar it-titolizzazzjonijiet.

(25)

Il-miżuri li jindirizzaw l-allinjament ħażin potenzjali ta’ dawn l-istrutturi għandhom ikunu konsistenti u koerenti fir-regolazzjoni kollha rilevanti tas-settur finanzjarju; Il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi adegwati sabiex tiżgura din il-konsistenza u l-koerenza. M’għandu jkun hemm ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta’ ritenzjoni. Għal kull titolizzazzjoni, jkun biżżejjed li wieħed mill-oriġinaturi biss, il-finanzjatur jew min oriġinarjament sellef, ikun suġġett għar-rekwiżit. B’mod simili, meta tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jinkludu titolizzazzjonijiet oħra bħala sostanti, ir-rekwiżit ta’ ritenzjoni għandu jkun applikat biss għat-titolizzazzjoni li hija suġġetta għall-investiment. Ir-riċevibbli mixtrija ma għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżit ta’ ritenzjoni jekk dawn ġejjin minn attività korporattiva meta jkunu trasferiti jew mibjugħa bi skont biex jiffinanzjaw attività bħal din. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-piż tar-riskju b’relazzjoni għan-nuqqas ta’ konformità b’diliġenza xierqa u b’obbligi tal-immaniġġjar tar-riskju rigward it-titolizzazzjoni ta’ ksur serju ta’ politiki u proċeduri li huma relevanti għall-analizi tar-riskji sostanti.

(26)

Fid-Dikjarazzjoni tagħhom dwar it-Tisħiħ tas-Sistema Finanzjarja tat-2 ta’ April 2009, il-mexxejja tal-G20 talbu lill-Kumitat ta’ Basel għas-Superviżjoni Bankarja u lill-awtoritajiet biex jikkunsidraw diliġenza xierqa u rekwiżiti ta’ retenzjoni kwantitattivi għat-titolizzazzjoni sal-2010. Fl-isfond ta’ dawn l-iżviluppi internazzjonali u sabiex ikunu miġġielda bl-aħjar mod ir-riskji sistemiċi li jirriżultaw mis-swieq tat-titolizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha, qabel it-tmiem tal-2009 u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ewropew tas-Superviżuri Bankarji, tiddeċiedi jekk għandhiex tkun proposta żieda tar-rekwiżiti ta’ retenzjoni, u jekk il-metodi ta’ kalkolu tar-rekwiżit ta’ retenzjoni jwasslux għall-objettiv li l-interessi jkunu alinjati aħjar bejn l-oriġinaturi jew l-isponsors u l-investituri.

(27)

Għandha tiġi eżerċitata diliġenza xierqa biex ikunu stmati korrettament ir-riskji li jinħolqu mill-espożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni kemm fil-kotba kummerċjali u kemm fil-kotba mhux kummerċjali. Barra minn hekk, l-obbligi tad-diliġenza xierqa jeħtieġ li jkunu proporzjonati. Proċeduri ta’ diliġenza xierqa għandhom jikkontribwixxu biex titrawwem kunfidenza ikbar bejn, l-oriġinaturi, il-finanzjaturi u l-investituri. Għalhekk huwa mixtieq li l-informazzjoni rilevanti dwar il-proċeduri ta’ diliġenza xierqa jkunu żvelati b’mod xieraq.

(28)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom biżżejjed staff u riżorsi biex jikkonformaw mal-obbligi superviżorji skont id-Direttiva 2006/48/KE u li l-impjegati involuti fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont dik id-Direttiva jkollhom biżżejjed għarfien u esperjenza biex iwettqu d-dmirijiet mogħtija lilhom.

(29)

L-Anness III tad-Direttiva 2006/48/KE għandu jiġi adattat sabiex jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet bil-ħsieb li tissaħħaħ il-konverġenza tal-prattika superviżorja.

(30)

L-iżviluppi riċenti tas-suq issottolinjaw il-fatt li l-ġestjoni tal-likwidità hu determinant ewlieni tas-sanità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fergħat tagħhom. Il-kriterji mniżżla fl-Annessi V u XI tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu rinfurzati sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu allinjati mal-ħidma mwettqa mill-Kumitat Ewropew tas-Sorveljanza tal-Banek u mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja.

(31)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(32)

B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/48/KE sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji jew fl-istandards tal-kontabilità, jew ir-rekwiżiti li jqisu l-leġiżlazzjoni Komunitarja, jew li jirrigwardaw il-konverġenza tal-prattika superviżorja. Billi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/48/KE, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(33)

Il-kriżi finanzjarja żvelat il-bżonn ta’ analiżi aħjar u reazzjoni għall-problemi makro-prudenzjali – problemi li jinsabu fl-interface bejn politika makroekonomika u regolamentazzjoni ta’ sistema finanzjarja. Dan se jinkludi l-bżonn li jkunu kkunsidrati: miżuri li jtaffu d-diffikultajiet fiċ-ċiklu tal-kummerċ, inkluża l-ħtieġa li l-banek joħolqu lqugħ għal kontra bidliet cikliċi fi żminijiet tajba għall-kummerċ li jkunu jistgħu jintużaw fi żmenijiet ħżiena. Dan jista’ joħloq il-possibilità li jinbnew riżervi addizzjonali, “ħażniet dinamiċi” u l-possibilità li jitnaqqsu l-ilqugħ tal-kapital matul żminijiet diffiċli, u b’hekk tkun żgurata disponibilità adegwata ta’ kapital matul iċ-ċiklu;ir-raġunament wara l-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital fid-Direttiva; miżuri supplimentari għal rekwiżiti bbażati fuq ir-riskju għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jgħinu fit-trażżin tal-akkumulazzjoni ta’ dejn eċċessiv (leverage) fis-sistema bankarja.

(34)

Sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha għalhekk, tirrivedi id-Direttiva 2006/48/KE kollha biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u kwalunkwe proposta xierqa.

(35)

Sabiex tiżgura stabilità finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tirrivedi u tirrapporta dwar miżuri li jsaħħu t-trasparenza tas-swieq over-the-counter (OTC) u jiġġieldu r-riskji kontraenti u li b’mod ġenerali jnaqqsu r-riskji ġenerali, pereżempju permezz ta’ clearing ta’ credit default swaps (CCPs) permezz ta’ kontrapartijiet ċentrali. L-istabbiliment u l-iżvilupp tas-CCPs fl-UE li jkunu suġġetti għal standards operazzjonali għoljin u prudenzjali u għal superviżjoni effettiva għandhom ikunu inkoraġġiti. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa, b’kunsiderazzjoni għal inizjattivi paralleli fuq livell globali kif xieraq.

(36)

Il-Kummissjoni għandha tirrivedi u tirraporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 113(4) tad-Direttiva 2006/48/KE inkluż jekk l-eżenzjonijiet għandhomx jitħallew għad-diskrezzjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ kull proposta. L-eżenzjonijiet u l-opzzonijiet għandhom jitneħħew fejn ma jkunx intwera ħtieġa għalihom bil-ħsieb li jintlaħaq sett wieħed ta’ regoli konsistenti madwar il-Komunità.

(37)

Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ mikrokreditu għandhom ikunu meqjusa fl-evalwazzjoni tar-riskju, u l-iżvilupp ta’ mikrokreditu għandu jkun promoss. Barra minn hekk, minħabba l-iżvilupp baxx tal-mikrokreditu, l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ klassifikazzjoni xierqa għandu jkun promoss, inkluż l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ klassifikazzjoni standard adattati għar-riskji ta’ attivitajiet ta’ mikrokreditu. L-Istati Membri għandhom jippruvaw li r-regolamentazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni ta’ attivitajiet ta’mikrokrediti fuq livell nazzjonali għandu jkun proporzjonat.

(38)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ regoli li jikkonċernaw il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u s-superviżjoni ta’ prudenza tagħhom, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għaliex teħtieġ l-armonizzazzjoni ta’ għadd kbir ta’ regoli differenti eżistenti fis-sistemi legali tad-diversi Stati Membri u għaldaqstant jistgħu jinkisbu aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(39)

Konformement mal-punt 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar ta’ liġijiet (9), l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li sa fejn ikun possibbli, jindikaw il-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(40)

Għalhekk id-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE (10) għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2006/48/KE

Id-Direttiva 2006/48/KE hi b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja fl-ewwel subparagrafu hi sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar li jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru u li jkunu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissorveljahom u li jkun jinsab fl-istess Stat Membru, jistgħu jiġu eżentati mill-ħtiġiet tal-Artikoli 7 u 11(1) jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi li:”;

(b)

għandhom jitħassru t-tieni u t-tielet subparagrafu;

(2)

l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (6) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(6)

‘istituzzjonijiet’ għall-finijiet tat-Taqsimiet 2, 3 u 5 tat-Titolu V, il-Kapitolu 2, tfisser istituzzjonijiet kif iddefinit fl-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2006/49/KE;”;

(b)

il-punt (45)(b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li bejniethom ma tkun teżisti l-ebda relazzjoni ta’ kontroll kif deskritt fil-punt (a) imma li għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu riskju uniku minħabba li tant huma marbutin ma’ xulxin li jekk xi ħadd minnhom kellu jsofri problemi finanzjarji, b’mod partikulari diffikultajiet ta’ finanzjament jew ta’ ħlas lura, l-ieħor jew l-oħrajn probabbilment ukoll jiltaqgħu ma’ diffikultajiet ta’ finanzjament jew ta’ ħlas lura.”;

(c)

għandu jiżdied il-punt (48):

“(48)

‘superviżur għall-konsolidazzjoni’ tfisser l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali tal-UE u tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkontrollati minn kumpanniji holding finanzjarji prinċipali tal-UE.”;

(3)

fl-Artikolu 40 għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru għandhom, fl-eżerċitar tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, debitament jikkunsidraw l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati u, b’mod partikulari, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien rilevanti.”;

(4)

għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 42a

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jistgħu jagħmlu talba lis-superviżur għall-konsolidazzjoni f’każ fejn japplika l-Artikolu 129(1) jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, biex fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu titqies bħala sinifikanti.

It-talba għandha tipprovdi r-raġunijiet għaliex il-fergħa għandha titqies bħala sinifikanti b’attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

(a)

jekk is-sehem tas-suq tal-fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu f’termini tad-depożitu jaqbiżx it-2 % fl-Istat Membru ospitanti;

(b)

l-impatt li aktarx ikollhom is-sospensjoni jew l-għeluq tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu fuq il-likwidità tas-suq u s-sistemi tal-pagamenti, tal-clearing u tas-saldu fl-Istat Membru ospitanti; u

(c)

id-daqs u l-importanza tal-fergħa f’termini tan-numru ta’ klijenti fil-kuntest tas-sistema bankarja jew finanzjarja tal-Istat Membru ospitanti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u ta’ dak ospitanti, u s-superviżur għall-konsolidazzjoni fejn japplika l-Artikolu 129(1), għandhom jagħmlu dak kollu possibbli fl-ambitu ta’ setgħat tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti.

Jekk ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ talba skont l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jiddeċiedu huma stess, matul perijodu ieħor ta’ xahrejn, dwar jekk il-fergħa hijiex sinifikanti. Huma u jiddeċiedu dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe fehma jew riżerva tas-superviżur għall-konsolidazzjoni jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tielet u r-raba’ subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti f’dokument li jinkludi d-deċiżjonijiet bil-motivazzjonijiet sħaħ tagħhom u trasmessi lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u għandhom jiġu rikonoxxuti bħala determinattivi u jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

In-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti m’għandhiex taffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti li fih tkun ġiet stabbilita fergħa sinifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 132(1)(c) u (d) u jwettqu l-ħidmiet imsemmijin fl-Artikolu 129(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Jekk awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-oriġini ssir konxja ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza f’istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), din għandha twissi mill-aktar fis prattikabbli lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50.

3.   Fejn l-Artikolu 131a ma japplikax, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed iwettqu superviżjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħra għandhom jistabbilixxu u jippresiedu kulleġġ tas-superviżuri biex tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 42. L-istabbiliment u l-iffunzjonar tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub li jkunu ġew iddeterminati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti jistgħu jipparteċipaw f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ.

Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tieħu kont tar-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikolu 40(3) u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati għal kollox, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ laqgħat bħal dawn, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li ser jiġu diskussi u l-attivitajiet li ser ikunu kkunsidrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha żżomm ukoll lill-membri tal-kulleġġ informati għal kollox, u fil-ħin, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-miżuri mwettqa.

Artikolu 42b

1.   Waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-konverġenza fir-rigward tal-istrumenti superviżorji u l-prattika superviżorja fl-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-ħtiġiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva. Għal dik il-fini, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jsegwu l-linjigwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards u miżuri oħra miftiehma mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet jekk ma jagħmlux dan;

(c)

mandati nazzjonali mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti ma jtellfux il-prestazzjoni ta’ dmirijiethom bħala membri tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej jew skont din id-Direttiva.

2.   Kull sena mill-1 ta’ Jannar 2011 ‘il quddiem, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar lejn il-konverġenza superviżorja.”;

(5)

l-Artikolu 49 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-banek ċentrali fis-sistema Ewropea tal-banek ċentrali u korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċitar tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluża l-imġiba tal-politika monetarja u d-dispożizzjoni dwar likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti, ta’ clearing u ta’ sald, u l-issalvagwardjar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja”;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw informazzjoni lill-banek ċentrali tas-sistema Ewropea tal-banek ċentrali fejn din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċitar tal-kompiti statutorji tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja u tad-dispożizzjoni dwar likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti, ta’ clearing u ta’ sald, u l-issalvagwardjar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.”;

(6)

fl-Artikolu 50, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiżvelaw informazzjoni li hija relevanti lid-dipartimenti msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fl-Istati Membri kollha kkonċernati.”;

(7)

l-Artikolu 57 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

kapital fit-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 86/635/KEE, sakemm dan ikun tħallas u miegħu jkunu tħallsu wkoll il-kontijiet primjum tal-ishma relatati, sakemm jassorbi kompletament it-telf f’sitwazzjonijiet ta’ negozju attiv, u sakemm fil-każ ta’ falliment jew likwidazzjoni jkun ikklassifikat wara l-pretensjonijiet l-oħra kollha.”;

(b)

għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ca)

strumenti, minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), li jissodisfaw il-ħtiġiet imniżżla fil-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 63 (2) u fl-Artikolu 63a;”;

(c)

it-tielet paragrafu għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Fir-rigward tal-punt (b), l-Istati Membri għandhom jippermettu l-inklużjoni ta’ profitti interim jew tal-aħħar tas-sena qabel ma deċiżjoni formali tkun ittieħdet biss jekk dawn il-profitti jkunu ġew ivverifikati minn persuni responsabbli għall-verifika tal-kontijiet u jekk ikun ġie ppruvat għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-ammont tagħhom ikun ġie evalwat bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 86/635/KEE u jkun nett minn xi imposti jew dividendi previsti.”;

(8)

l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kunċett ta’ fondi proprji kif iddefinit fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 57 jinkorpora numru massimu ta’ elementi u ta’ ammonti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar l-użu ta’ dawk l-elementi u dwar it-tnaqqis tal-elementi minbarra dawk elenkati fil-punti (i) sa (r) tal-Artikolu 57.”;

(9)

fl-Artikolu 63(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-istrumenti msemmija fil-punt (ca) tal-Artikolu 57 għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fil-punti (a), (c), (d) u (e) ta’ dan l-Artikolu.”;

(10)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 63a

“1.   L-istrumenti msemmija fil-punt (ca) tal-Artikolu 57 għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet imniżżla fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-istrumenti għandhom ikunu mhux iddatati jew għandu jkollhom maturità oriġinali ta’ mill-inqas 30 sena. L-istrumenti jistgħu jinkludu għażla ta’ xiri waħda jew aktar skont id-diskrezzjoni unika tal-emittent, iżda m’għandhomx jinfdew qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ. Jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw strumenti mhux iddatati jipprevedu inċentiv moderat għall-istituzzjoni ta’ kreditu biex tifdi kif iddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti, inċentiv bħal dan m’għandux iseħħ fi żmien għaxar snin mid-data tal-ħruġ. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ddatati m’għandhom jippermettu l-ebda inċentiv biex issir fidwa barra mid-data tal-maturità.

Stumenti ddatati u strumenti mhux iddatati jistgħu jinxtraw jew jinfdew biss b’kunsens minn qabel mingħand l-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess previst li t-talba ssir fuq l-inizjattiva tal-istituzzjoni ta’ kreditu u sakemm il-kondizzjonijiet finanzjarji jew ta’ solvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu ma jiġux affettwati b’mod mhux debitu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jissostitwixxu l-istrument b’elementi tal-istess kwalità jew ta’ kwalità aħjar imsemmija fil-punt (a) jew (ca) tal-Artikolu 57.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu s-sospensjoni tal-fidwa ta’ strumenti ddatati jekk l-istituzzjoni tal-kreditu ma tkunx konformi mar-rekwiżiti kapitali stabbiliti fl-Artikolu 75. u jistgħu jirrikjedu tali sospensjoni fi żminijiet oħra bbażata fuq is-sitwazzjoni finanzjarja u ta’ solvenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti permess fi kwalunkwe żmien għal fidwa bikrija ta’ strumenti ddatati u strumenti mhux iddatati f’każ li jkun hemm bidla fit-trattament fiskali applikabbli jew fil-klassifikazzjoni regolatorja ta’ strumenti bħal dawn li ma kenitx prevista fid-data tal-ħruġ.

3.   Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument għandhom jippermettu lill-istituzzjoni ta’ kreditu tikkanċella, meta dan ikun meħtieġ, il-pagament tal-interess jew tad-dividendi għal perijodu ta’ żmien mingħajr limitu, fuq bażi mhux kumulattiva.

Madanakollu, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkanċella pagamenti bħal dawn jekk ma jikkonformawx mal-ħtiġiet kapitali mniżżla fl-Artikolu 75.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu l-kanċellazzjoni ta’ pagamenti bħal dawn abbażi tas-sitwazzjoni finanzjarja u ta’ solvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu. Kwalunkwe kanċellazzjoni bħal din għandha tkun bla ħsara għad-dritt tal-istituzzjoni ta’ kreditu biex tissostitwixxi l-pagament tal-interess jew tad-dividend b’pagament fil-forma ta’ strument imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 57, dejjem jekk kwalunkwe mekkaniżmu bħal dan jippermetti lill-istituzzjoni ta’ kreditu tippreżerva riżorsi finanzjarji. Sostituzzjoni bħal din tista’ tkun suġġetta għal kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

4.   Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument għandhom jipprovdu għal kapital prinċipali, interess jew dividend mhux imħallsa li jkunu b’mod li jassorbu t-telf u li ma jfixklux ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu permezz ta’ mekkaniżmi adatti, kif elaborat mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej taħt il-paragrafu 6.

5.   Fil-każ tal-falliment jew tal-likwidazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu, l-istrumenti għandhom jiġu kklassifikati wara l-elementi msemmija fl-Artikolu 63(2).

6.   Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jelabora linji ta’ gwida għall-konverġenza tal-prattika superviżorja fir-rigward tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fil-punt (a) tal-Artikolu 57 u għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tagħhom. Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta biex tiżgura l-kwalità tal-fondi proprji.”;

(11)

fl-Artikolu 65(1), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

kwalunkwe interessi minoritarji skont it-tifsira tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 83/349/KEE, meta jintuża l-metodu ta’ integrazzjoni globali. Kwalunkwe strument imsemmi fil-punt (ca) tal-Artikolu 57, li joħloq interessi minoritarji għandu jissodisfaw l-ħtiġiet skont il-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 63(2) u l-Artikoli 63a u 66;”;

(12)

l-Artikolu 66 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti minn dan li ġej:

“1.   L-elementi msemmija fil-punti (d) sa (h) tal-Artikolu 57 għandhom ikunu suġġetti għal-limiti li ġejjin:

(a)

it-total tal-elementi fil-punti (d) sa (h) tal-Artikolu 57 ma jistax jaqbeż massimu ta’ 100 % tal-elementi fil-punti (a) sa (ca) li minnhom jitnaqqsu (i), (j) u (k) ta’ dak l-Artikolu; kif ukoll

(b)

it-total tal-elementi fil-punti (g) sa (h) tal-Artikolu 57 ma jistax jaqbeż massimu ta’ 50 % tal-elementi fil-punti (a) sa (ca) li minnhom jitnaqqsu (i), (j) u (k) ta’ dak l-Artikolu.;

1a.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, it-total tal-elementi fil-punt (ca) tal-Artikolu 57 għandu jkun suġġett għal-limiti li ġejjin:

(a)

strumenti li jridu jiġu kkonvertiti waqt sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u li jistgħu jiġu kkonvertiti bl-inizjattiva tal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe żmien, abbażi tas-sitwazzjoni finanzjarja u ta’ solvenza tal-emittent f’elementi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 57 f’firxa predeterminata għandhom fit-total ma jaqbżux masimu ta’ 50 % tal-elementi fil-punti (a) sa (ca) li minnhom jitnaqqsa (i), (j) u (k) ta’ dak l-Artikolu;

(b)

sal-limitu msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, l-istrumenti l-oħra kollha m’għandhomx jaqbżu massimu ta’ 35 % tal-elementi fil-punti (a) sa (ca) li minnhom jitnaqqsu (i), (j) u (k) tal-Artikolu 57;

(c)

sal-limiti msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, l-istrumenti ddatati u strumenti b’dispożizzjonijiet li jipprevedu inċentiv għall-istituzzjoni ta’ kreditu biex tifdi m’għandhomx jaqbżu massimu ta’ 15 % tal-elementi fil-punti (a) sa (ca) li minnhom jitnaqqsu (i), (j) u (k) tal-Artikolu 57;

(d)

l-ammont ta’ elementi li jaqbżu l-limiti mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) għandu jkun suġġett għal-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

2.   It-total tal-elementi msemmija fil-punti (l) sa (r) tal-Artikolu 57 għandu jitnaqqas nofs mit-total tal-elementi msemmija fil-punti (a) sa (ca) li minnhom jitnaqqsu (i), (j) u (k) ta’ dak l-Artikolu, u n-nofs l-ieħor mit-total tal-elementi msemmija fil-punti (d) sa (h) ta’ dak l-Artikolu, wara li jiġu applikati l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Sal-punt li nofs it-total tal-elementi (l) sa (r) tal-Artikolu 57 jaqbeż it-total tal-elementi (d) sa (h) ta’ dak l-Artikolu, l-ammont żejjed għandu jitnaqqas mit-total tal-elementi (a) sa (ca) li minnu jitnaqqsu (i), (j) u (k) ta’ dak l-Artikolu. L-elementi msemmija fil-punt (r) tal-Artikolu 57 m’għandhomx jitnaqqsu jekk ikunu ġew inklużi fil-kalkolu tal-ammonti tal-exposure ppeżati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 75 kif imsemmi fl-Anness IX, Parti 4.”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jaqbżu l-limiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 1a b’mod temporanju waqt sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.”;

(13)

is-sottotitolu tat-Titolu V, Kapitlu 2, Taqsima 2, Sottotaqsima 2 “Il-kalkolu tar-rekwiżiti” jiġi sostitwit bir-“Rekwiżiti għall-Kalkolu u għar-Rappurtar”;

(14)

fl-Artikolu 74(2), is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara l-ewwel subparagrafu:

“Għall-komunikazzjoni ta’ dawn il-kalkoli minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2012, formati, frekwenzi u dati ta’ rrappurtar uniformi. Sabiex dan ikun iffaċilitat, il- Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jelabora linji gwida biex jintroduċi, fil-Komunità, format uniformi għall-irrappurtar qabel l-1 ta’ Jannar 2012. Il-formati għall-irrappurtar għandhom ikunu proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.”;

(15)

l-Artikolu 81(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikoxxu li ECAI hija eliġibbli għall-iskop tal-Artikolu 80 biss jekk ikun hemm sodisfazzjon li l-metodi ta’ evalwazzjoni tagħha huma konformi mar-rekwiżiti tal-objettività, indipendenza, reviżjoni kontinwa u trasparenza, u li l-evalwazzjonijiet ta’ kreditu li jirriżultaw jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kredibilità u trasparenza. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-kriterji tekniċi stipulati fl-Anness VI, it-tieni parti. Meta ECAI tkun reġistrata bħala Aġenzija ta’ Kreditu, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenziji għall-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (*), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li r-rekwiżiti tal-oġġettività, l-indipendenza, ir-reviżjoni kontinwa u t-trasparenza rigward il-metodoloġija tal-evalwazzjoni tagħha, ikunu sodisfatti.

(*)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.”"

(16)

l-Artikolu 87 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“11.   Fejn espożizzjonijiet fil-forma ta’ intrapriża għal investiment kollettiv (CIU) jissodisfaw il-kriterji mniżżla fil-punti 77 u 78 tal-Parti 1 tal-Anness VI, u l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun konxja tal-espożizzjonijiet kollha sottostanti tas-CIU jew ta’ partijiet minnhom, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirriferi direttament għal dawn l-espożizzjonijiet sottostanti sabiex tikkalkula l-ammonti tal-espożizzjonijiet ppeżati għar-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija f’konformità mal-metodi mniżżla f’din is-Sottotaqsima. Il-paragrafu 12 għandu japplika għall-parti tal-espożizzjonijiet sottostanti tas-CIU li l-istituzzjoni ta’ kreditu mhijiex konxja tagħha jew ma tistax tkun konxja tagħha b’mod raġonevoli. B’mod partikolari, il-paragrafu 12 għandu japplika fejn ikun ta’ piż mhux dovut għall-istituzzjoni ta’ kreditu li tirriferi direttament għall-espożizzjonijiet sottostanti sabiex tikkalkula l-ammonti ppeżati għar-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija f’konformità mal-metodi mniżżla f’din is-sottotaqsima.

F’każ fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tissodisfax il-kondizzjonijiet għall-użu tal-metodi mniżżla f’din is-Sottotaqsima għall-espożizzjonijiet sottostanti tas-CIU kollha jew partijiet minnhom, l-ammonti tal-espożizzjonijiet ppeżati għar-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija għandhom jiġu kkalkulati skont l-approċċi li ġejjin:

(a)

għal espożizzjonijiet li jappartjenu għall-klassi tal-espożizzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 86(1), l-approċċ imniżżel fil-punti 19 sa 21 tal-Parti 1 tal-Anness VII.

(b)

għall-espożizzjonijiet sottostanti l-oħra kollha, l-approċċ imniżżel fl-Artikoli 78 sa 83, suġġett għall-modifiki li ġejjin:

(i)

għal espożizzjonijiet suġġetti għal piż tar-riskju speċifiku għal espożizzjonijiet li ma ngħataw l-ebda rata jew li huma suġġetti għall-pass tal-kwalità tal-kreditu li jrodd l-ogħla piż ta’ riskju għal klassi partikolari ta’ espożizzjonijiet, il-piż tar-riskju għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ 2 imma ma jistax ikun ogħla minn 1 250 %;

(ii)

għall-espożizzjonijiet l-oħra kollha, il-piż tar-riskju għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ 1,1 u għandu jkun suġġett għal minimu ta’ 5 %.

Fejn, għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tista’ tiddiferenzja bejn ekwità privata, innegozjata fuq il-bażi ta’ skambju u espożizzjonijiet oħra tal-ekwità, hi għandha tittratta l-espożizzjonijiet ikkonċernati bħalma tittratta l-espożizzjonijiet tal-ekwità l-oħrajn. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 154(6), fejn dawn l-espożizzjonijiet, meħuda flimkien mal-espożizzjonijiet diretti tal-istituzzjoni ta’ kreditu f’din il-klassi ta’ espożizzjonijiet, ma jkunux materjali fit-tifsira tal-Artikolu 89(2), l-Artikolu 89(1), jista’ jiġi applikat suġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.”;

(b)

fil-paragrafu 12, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Alternattivament għall-metodu mfisser fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jew jikkalkulaw huma stess jew inkella jserrħu fuq parti terza biex tikkalkula u tirrapporta l-ammonti medji tal-exposure ppeżati għar-riskju bbażati fuq l-espożizzjonijiet sottostanti tas-CIU f’konformità mal-approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 11, previst li jkunu adegwatament żgurati l-korrettezza tal-kalkolu u tar-rapport.”;

(17)

fl-Artikolu 89(1), il-frażi introduttorja tal-punt (d) għandha tkun sostitwita b’dan li ġej:

“(d)

espożizzjonijiet għall-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali tagħhom, l-awtoritajiet u l-entitajiet amministrattivi lokali previst li:”.

(18)

l-Artikolu 97(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu l-ECAI bħala eliġibli skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biss jekk ikun hemm sodisfazzjon li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 81, billi jitqiesu wkoll il-kriterji tekniċi stipulati fl-Anness VI, it-Tieni Parti, u tkun wriet kapaċità fil-qasam tat-titolizzazzjoni, li tista’ tkun enfasizzata minn aċċettazzjoni kbira fis-suq. Meta ECAI tkun reġistrata bħala aġenzija ta’ kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-rekwiżiti ta’ oġġettività, indipendenza, reviżjoni kontinwa u trasparenza fir-rigward tal-metodoloġija ta’ evalwazzjoni li trid tkun sodisfatta.”;

(19)

l-Artikolu 106 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-espożizzjonijiet m’għandhom jinkludu l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ skambju barrani, espożizzjonijiet mġarrbin waqt operazzjoni normali ta’ sald matul jumejn ta’ xogħol ta’ wara l-pagament;

(b)

fil-każ ta’ transazzjonijiet biex jinxtraw jew jinbiegħu titoli, espożizzjonijiet imġarrbin waqt operazzjoni normali ta’ sald matul il-ħamest ijiem tax-xogħol ta’ wara li jkun sar il-pagament jew il-kunsinna tat-titoli, skont liema minnhom jiġi l-ewwel;

(c)

fil-każ tal-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment ta’ flus inklużi l-eżekuzzjoni ta’ servizzi ta’ pagament, clearing u ħlas finali fi kwalunkwe munita u strumenti korrispondenti relatati mas-servizzi finanzjarji jew bankarji jew ta’ ta’ clearing ta’ strumenti finanzjarji, ta’ servizzi ta’ sald u kustodja lill-klijenti, irċevuti ttardjati f’finanzjament u espożizzjonijiet oħrajn li jirriżultaw minn attività tal-klijent, li ma jdumux aktar mill-jum tan-negozju li jkun imiss; jew

(d)

fil-każ tal-provvediment ta’ trażmissjoni ta’ flus inklużi l-eżekuzzjoni ta’ servizzi ta’ pagament, clearing u ħlas finali fi kwalunkwe munita u strumenti korrispondenti relatati mas-servizzi finanzjarji jew bankarji, espożizzjonijiet għall-istess jum għal istituzzjonijiet li jipprovdu dawk is-servizzi.

Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandhom jipprovdu linjigwida sabiex tissaħħaħ il-konverġenza ta’ prassi ta’ superviżjoni fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet f’punti (c) u (d).”;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ grupp ta’ klijenti konnessi, fir-rigward ta’ espożizzjonijiet imsemmija fil-punti (m), (o) u (p) tal-Artikolu 79(1), f’każ fejn ikun hemm espożizzjonijiet għal assi sottostanti, istituzzjoni ta’ kreditu għandha tivvaluta l-iskema jew l-espożizzjonijiet sottostanti, jew it-tnejn li huma. Għal dan il-fini, istituzzjoni ta’ kreditu għandha tevalwa s-sustanza ekonomika u r-riskji inerenti fl-istruttura tat-transazzjoni.”;

(20)

l-Artikolu 107 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 107

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur tal-espożizzjonijiet f’konformità ma’ din it-Taqsima, it-terminu ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ ifisser ukoll kwalunkwe intrapriża privata jew pubblika, inklużi l-fergħat tagħha, li tissodisfa d-definizzjoni ta’ ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ u li ġiet awtorizzata f’pajjiż terz.”;

(21)

l-Artikolu 110 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 110

1.   Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja dwar kull exposure kbira lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-espożizzjonijiet kbar li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 111(1):

(a)

l-identifikazzjoni tal-klijent jew tal-grupp ta’ klijenti konnessi li għalihom istituzzjoni ta’ kreditu għandha exposure kbira;

(b)

il-valur tal-espożizzjonijiet qabel ma jkun ikkunsidrat l-effett tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu, fejn applikabbli;

(c)

meta użata, it-tip ta’ protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata jew mhijiex;

(d)

il-valur tal-espożizzjoni wara li jittieħed kont tal-effett tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu kkalkulat għall-fini tal-Artikolu 111(1).

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tkun suġġetta għall-Artikoli 84 sa 89, l-akbar 20 espożizzjoni tagħha fuq bażi konsolidata, bl-esklużjoni ta’ dawk eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 111(1), għandhom isiru disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rappurtar jitwettaq mill-inqas darbtejn fis-sena. L-awtoritajiet kompetenti, mill-31 ta’ Diċembru 2012, għandhom japplikaw formati, frekwenzi u dati ta’ rappurtar uniformi. Sabiex dan ikun iffaċilitat, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jelabora linji gwida biex jintroduċi, fil-Komunità, format uniformi għar-rappurtar qabel l-1 ta’ Jannar 2012. Il-formati għar-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li janalizzaw, sa fejn hu possibbli, l-espożizzjonijiet tagħhom għal emittenti tal-kollateral, għal fornituri ta’ protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjat u assi sottostanti skont l-Artikolu 106(3) għal konċentrazzjonijiet possibbli u fejn adatt jieħdu azzjoni u jirrappurtaw kwalunkwe sejba sinifikanti lill-awtorità kompetenti tagħhom.”;

(22)

l-Artikolu 111 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Istituzzjoni ta’ kreditu ma għandhiex toħloq espożizzjoni, b’kont meħud tal-effett tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 112 sa 117, lil klijent jew grupp ta’ klijenti marbuta li l-valur tiegħu jaqbeż 25 % tal-fondi proprji tagħha.

Fejn dak il-klijent ikun istituzzjoni jew fejn grupp ta’ klijenti konnessi jinkludi istituzzjoni waħda jew aktar, dan il-valur ma jistax jaqbeż il-25 % tal-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu jew EUR 150 miljun, skont liema jkun l-ogħla, previst li t-total tal-valuri tal-espożizzjonijiet, wara li jittieħed kont tal-effetti tal-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 112 sa 117, għall-klijenti kollha konnessi li mhumiex istituzzjonijiet ma jeċċedix il-25 % tal-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

Fejn l-ammont ta’ EUR 150 miljun ikun ogħla minn 25 % tal-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu, il-valur tal-espożizzjoni, wara li jkun ikkunsidrat l-effett tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 112 sa 117, m’għandux jeċċedi limitu raġonevoli f’termini tal-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu. Dan il-limitu għandu jkun iddeterminat mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, konsistentement mal-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Anness V, il-punt 7, biex ikun indirizzat u kkontrollat ir-riskju ta’ konċentrazzjoni, u m’għandux ikun ogħla minn 100 % tal-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx minn EUR 150 miljun u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.”;

(b)

għandhom jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

(c)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Istituzzjoni ta’ kreditu għandha f’kull ħin tikkonforma mal-limitu relevanti stabbilit fil-paragrafu 1. Jekk, f’każ eċċezzjonali espożizzjonijiet jabżu dan il-limitu, il-valur tal-espożizzjoni għandu jiġi rappurtat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu, fejn iċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan, jippermettu lil istituzzjoni ta’ kreditu perjodu ta’ żmien limitat li fih iridu jikkonformaw mal-limitu.

Fejn ikun applikabbli l-ammont ta’ EUR 150 miljun imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu, fuq bażi ta’ każ b’każ, li jinqabeż il-limitu ta’ 100 % f’termini tal-fondi proprji tal-istitizzjoni ta’ kreditu.”;

(23)

l-Artikolu 112 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Suġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, f’każ fejn ir-rikonoxximent tal-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata u mhijiex ikun permess, skont l-Artikoli 113 sa 117, dan għandu jkun suġġett għall-konformità mal-ħtiġiet tal-eliġibbiltà u ħtiġiet minimi oħra, imniżżla fl-Artikoli 90 sa 93.”;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Għall-fini ta’ din it-Taqsima, istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhiex tqis il-kollateral imsemmi fil-punti 20 sa 22 tal-Parti 1 tal-Anness VIII, sakemm dan ma jkunx awtorizzat skont l-Artikolu 115.”;

(24)

l-Artikolu 113 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

għandhom jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-frażi introduttorja hi sostitwita b’dan li ġej:

“3.   L-espożizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 111(1):”;

(ii)

il-punti (e) u (f) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(e)

elementi tal-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet ikunu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikoli 78 sa 83 u espożizzjonijiet oħrajn għal jew iggarantiti minn dawk il-gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, li l-pretensjonijiet fuqhom ikunu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikoli 78 sa 83;

(f)

l-espożizzjonijiet għall-kontropartijiet imsemmija fil-paragrafu 7 jew il-paragrafu 8 tal-Artikolu 80 jekk dawn jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikoli 78 sa 83; l-espożizzjonijiet li ma jissodisfawx dawn il-kriterji għandhom jiġu ttrattati bħala espożizzjonijiet għal parti terza, kemm jekk ikunu eżentati mill-Artikolu 111(1) u kemm jekk le.”;

(iii)

il-punt (i) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

l-espożizzjonijiet li jirriżultaw minn faċilitajiet tal-kreditu mhux użati li fl-Anness II huma kklasifikati bħala elementi ta’ riskju baxx li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u previst li jkun intlaħaq ftehim mal-klijent jew mal-grupp ta’ klijenti konnessi li permezz tiegħu l-faċilità tista’ tintuża biss jekk ikun ġie aċċertat li l-limitu applikabbli skont l-Artikolu 111(1) ma jkunx se jinqabeż minħabba f’hekk.”;

(iv)

għandhom jitħassru l-punti (j) sa (t);

(v)

għandhom jitħassru t-tielet, ir-raba’ u l-ħames subparagrafu.

(c)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-espożizzjonijiet li ġejjin għal kollox jew b’mod parzjali mill-applikazzjoni tal-Artikolu 111(1):

(a)

bonds koperti li jaqgħu fit-termini tal-punti 68, 69 u 70 tal-Parti 1 tal-Anness VI;

(b)

elementi tal-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet ikunu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 % skont l-Artikoli 78 sa 83 u espożizzjonijiet oħrajn għal jew iggarantiti minn dawk il-gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, li l-pretensjonijiet fuqhom ikunu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 % skont l-Artikoli 78 sa 83;

(c)

minkejja l-punt (f) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, espożizzjonijiet, inklużi parteċipazzjoni jew tipi oħra ta’ intrapriżi, mġarrba minn istituzzjoni ta’ kreditu għall-intrapriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħrajn ta’ dik l-intrapriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess, sakemm dawn l-intrapriżi jkunu koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha hija suġġetta l-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha, skont din id-Direttiva jew skont l-istandards ekwivalenti fis-seħħ f’pajjiż terz; l-espożizzjonijiet li ma jissodisfawx dawn il-kriterji għandhom jiġu ttrattati bħala espożizzjonijiet għal parti terza, kemm jekk ikunu eżentati mill-Artikolu 111(1) u kemm jekk le;

(d)

elementi tal-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u espożizzjonijiet oħra inklużi parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta’ holdings, lil istituzzjonijiet ta’ kreditu reġjonali jew ċentrali li magħhom l-istituzzjoni tal-kreditu hija assoċjata f’netwerk skont id-dispożizzjonijiet legali jew statutorji u li huma responsabbli, skont dawk id-dispożizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta’ clearing tal-flus fi ħdan in-netwerk;

(e)

elementi tal-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu, u espożizzjonijiet oħra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, imġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw fuq bażi mhux kompetittiva li jipprovdu self skont programmi leġislattivi jew l-istatuti tagħhom biex jippromwovu oqsma speċifiċi tal-ekonomija taħt xi forma ta’ sorveljanza governattiva u restrizzjonijiet fuq l-użu tas-self, sakemm l-espożizzjonijiet rispettivi joriġinaw mit-tali self li jkun mgħoddi lill-benefiċjarji permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn;

(f)

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u espożizzjonijiet oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-espożizzjonijiet ma jikkostitwixxux il-fondi proprji ta’ istituzzjonijiet bħal dawn u ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta’ wara u li mhumiex denominati f’munita kummerċjali ewlenija;

(g)

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ċentrali fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa miżmuma minn dawk il-banek ċentrali, u li huma ddenominati fil-muniti nazzjonali;

(h)

assi magħmula minn pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali taħt forma ta’ rekwiżiti statutorji ta’ likwidità miżmuma f’bonds tal-gvern u li huma denominati u ffinanzjati bil-munita nazzjonali sakemm, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, l-evalwazzjoni tal-kreditu ta’ dawn il-gvernijiet ċentrali assenjati minn ECAI maħtura tkun grad ta’ investiment;

(i)

50 % tal-krediti dokumentarji li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ b’riskju medju/baxx u l-faċilitajiet ta’ kreditu mhux utilizzati li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ b’riskju medju/baxx imsemmija fl-Anness II u suġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji barra mill-garanziji fuq self li għandhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta’ garanzija reċiproka li għandhom status ta’ istituzzjoni ta’ kreditu;

(j)

il-garanziji rikjesti legalment użati meta jkun hemm mutwu ipotekarju ffinanzjat b’titoli ta’ ipoteki tad-debituri qabel l-iskrizzjoni finali tal-mutwu fir-reġistru tal-artijiet, basta l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-assi mgħobbijin bir-riskju.”;

(25)

l-Artikolu 114 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Suġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur tal-espożizzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 111(1), istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tuża l-‘valur tal-espożizzjoni kompletament aġġustat’ kif ikkalkolat skont l-Artikoli 90 sa 93, filwaqt li tqis it-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu, l-aġġustamenti għall-volatilità u kwalunkwe nuqqas ta’ qbil fil-maturità (E*).”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Suġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni ta’ kreditu li hija awtorizzata tuża l-estimi tagħha stess ta’ telf minħabba ksur ta’ kuntratt (LGDs), u fatturi ta’ konverżjoni għal klassi ta’ exposure skont l-Artikoli 84 sa 89, għandu jkollha l-permess, fejn tkun tista’ u jekk tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti, tagħmel stima tal-effetti ta’ kollateral finanzjarju fuq l-espożizzjonijiet tagħha separatament minn aspetti oħra rilevanti għal-LGD, biex tirrikonoxxi t-tali effetti fil-kalkolu tal-valur tal-espożizzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 111(1).”;

(ii)

ir-raba’ subparagrafu għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jitħallew jużaw l-istimi tagħhom stess ta’ telf minħabba ksur ta’ kuntratt (LGDs) u fatturi ta’ konverżjoni għal klassi ta’ exposure skont l-Artikoli 84 sa 89, li ma jikkalkolawx il-valur tal-espożizzjonijiet tagħhom bl-użu tal-metodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jistgħu jużaw il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju jew l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 117(1)(b) għall-kalkolu tal-valur tal-espożizzjonijiet.”;

(c)

il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju jew li titħalla tuża l-metodu deskritt fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex tikkalkula l-valur tal-espożizzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 111(1), għandha, minn żmien għall-ieħor, twettaq testijiet dwar l-istress tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu tagħha, inkluż f’relazzjoni mal-valur realizzabbli ta’ kwalunkwe kollateral li jkun ittieħed.”;

(ii)

ir-raba’ subparagrafu għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“F’każ li t-tali test dwar l-istress jindika valur realizzabbli tal-kollateral meħud li jkun aktar baxx milli kien ikun awtorizzat sabiex jitqies waqt l-użu tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju jew tal-metodu deskritt fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu kif ikun opportun, il-valur tal-kollateral li hu awtorizzat li jiġi rikonoxxut għall-kalkolu tal-valur tal-espożizzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 111(1) għandu jitnaqqas kif adatt.”;

(iii)

fil-ħames subparagrafu, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“(b)

il-politiki u l-proċeduri f’każ li test dwar l-istress jindika valur realizzabbli tal-kollateral aktar baxx minn dak li tqies waqt l-użu tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju jew tal-metodu deskritt fil-paragrafu 2; u”;

(d)

il-paragrafu 4 għandu jitħassar;

(26)

l-Artikolu 115 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Artikolu 115

1.   Għall-fini ta’ din it-Taqsima, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tnaqqas il-valur tal-exposure b’mhux aktar minn 50 % tal-valur tal-proprjetà residenzjali kkonċernata, jekk tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-exposure hija ggarantita minn ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew minn ishma f’kumpaniji Finlandiżi ta’ proprjetà immobbli residenzjali, li joperaw f’konformità mal-Liġi Finlandiża tal-1991 dwar il-Kumpaniji ta’ Proprjetà Immobbli Residenzjali jew mal-leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti;

(b)

l-exposure hija relatata ma’ transazzjoni tal-kiri li biha dak li għandu l-proprjetà għall-kiri jżomm sjieda sħiħa tal-proprjetà residenzjali mikrija għal sakemm il-kerrej ma jeżerċitax l-għażla tiegħu biex jixtri.

Il-valur tal-proprjetà għandu jiġi kkalkulat, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, fuq il-bażi ta’ standards tal-valutazzjoni prudenti stabbiliti mil-liġi, mir-regolazzjoni jew minn dispożizzjonijiet amministrattivi. L-evalwazzjoni għandha ssir mill-inqas darba kull tliet snin fir-rigward ta’ proprjetà residenzjali.

Ir-rekwiżiti tal-Anness VIII, parti 2, punt 8 u tal-Anness VIII, parti 3, punti 62 sa 65 għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

‘Proprjetà residenzali’ għandha tfisser residenza li trid tkun okkupata jew mikrija minn sidha.

2.   Għall-fini ta’ din it-Taqsima, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tnaqqas il-valur tal-exposure sa 50 % tal-valur tal-proprjetà kummerċjali kkonċernata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fl-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà kummerċjali jippermettu li l-espożizzjonijiet li ġejjin jirċievu piż għar-riskju ta’ 50 % skont l-Artikoli 78 sa 83:

(a)

espożizzjonijiet garantiti minn ipoteki fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor, jew minn ishma f’kumpaniji Finlandiżi ta’ proprjetà immobbli residenzjali, li joperaw f’konformità mal-Liġi Finlandiża tal-1991 dwar il-Kumpaniji ta’ Proprjetà Immobbli Residenzjali jew mal-leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti, fir-rigward ta’ uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor; jew

(b)

espożizzjonijiet relatati ma’ transazzjonijiet ta’ kiri tal-proprjetà li jikkonċernaw uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor.

Il-valur tal-proprjetà għandu jiġi kkalkulat, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, fuq il-bażi ta’ standards tal-valutazzjoni prudenti stabbiliti mil-liġi, mir-regolazzjoni jew minn dispożizzjonijiet amministrattivi.

Il-proprjetà kummerċjali għandha tkun mibnija għal kollox, mikrija u tipproduċi dħul adatt mill-kera.”;

(27)

l-Artikolu 116 għandu jitħassar;

(28)

l-Artikolu 117 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fejn espożizzjoni għal klijent hija ggarantita minn parti terza jew tkun iggarantita b’kollateral maħruġ minn parti terza, istituzzjoni ta’ kreditu tista’:

(a)

tittratta l-porzjon tal-espożizzjoni li hija ggarantita bħala mġarrba għall-garanti u mhux għall-klijent, previst li l-espożizzjoni mhix iggarantita għall-garanti tkun assenjata piż tar-riskju daqs jew aktar baxx mill-piż tar-riskju tal-espożizzjoni mhix iggarantita għall-klijent skont l-Artikoli 78 sa 83;

(b)

tittratta l-porzjon tal-espożizzjoni kkollateralizzata mill-valur tas-suq ta’ kollateral irrikonoxxut bħala porzjon li ġġarrab mill-parti terza u mhux mill-klijent, jekk l-espożizzjoni tkun iggarantita b’kollateral u dejjem jekk il-porzjon ikkollateralizzat tal-espożizzjoni ikun assenjat piż tar-riskju daqs jew aktar baxx mill-piż tar-riskju tal-espożizzjoni mhix iggarantita għall-klijent skont l-Artikoli 78 sa 83.

L-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu m’għandux jintuża minn istituzzjoni ta’ kreditu f’każ fejn ikun jeżisti nuqqas ta’ qbil bejn il-maturità tal-espożizzjoni u l-maturità tal-protezzjoni.

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u kif ukoll it-trattament previst fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu biss meta titħalla tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u kif ukoll il-Metodu Simplifikat tal-Kollateral Finanzjarju għall-finijiet tal-Artikolu 75(a).”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-frażi introduttorja hi sostitwita b’dan li ġej:

“2.   Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tapplika l-punt (a) tal-paragrafu 1:”;

(29)

l-Artikolu 119 għandu jitħassar;

(30)

għandha tiżdied it-Taqsima li ġejja mal-Kapitolu 2:

“Taqsima 7

Espożizzjonijiet għar-riskju tal-kreditu ttrasferit

Artikolu 122a

1.   Istituzzjoni tal-kreditu, barra meta taġixxi bħala oriġinatur, finanzjatur jew sellief oriġinali, għandha tkun esposta biss għar-riskju tal-kreditu ta’ pożizzjoni titolizzata fil-kotba tal-kummerċ u mhux tal-kummerċ tagħha jekk l-oriġinatur, il-finanzjatur jew is-sellief oriġinali jkun iddikjara b’mod espliċitu lill-istituzzjoni tal-kreditu li se jżomm, fuq bażi kontinwa, interess ekonomiku materjali nett li, fi kwalunkwe każ m’għandux ikun inqas minn 5 %.

Għalll-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘ritenzjoni ta’ interess ekonomiku nett’ tfisser:

(a)

ritenzjoni ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull wieħed mill-porzjonijiet mibjugħa jew ittrasferiti lill-investituri;

(b)

fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet ta’ espożizzjoni rivolventi, ritenzjoni tal-interess tal-oriġinatur ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-espożizzjonijiet titolizzati;

(c)

ir-ritenzjoni ta’ espożizzjonijiet magħżula b’mod fortuwitu, ekwivalenti għal mhux inqas minn 5 % tal-ammont nominali tal-espożizzjonijiet titolizzati, fejn dawn l-espożizzjonijiet setgħu inkella jkunu titolizzati fit-titolizzazzjoni sakemm in-numru ta’ espożizzjonijiet potenzjalment titolizzati ma jkunx inqas minn 100 fl-oriġinazzjoni; jew

(d)

ir-ritenzjoni tal-ewwel porzjon tat-telf u, jekk meħtieġ, porzjonijiet oħra li għandhom l-istess profil ta’ riskju jew profil ta’ riskju aktar sever minn dawk ittrasferiti jew mibjugħa lill-investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħa lill-investituri, sabiex ir-ritenzjoni fit-total ma tkunx inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-espożizzjonijiet titolizzati.

Interess ekonomiku nett jitkejjel fl-oriġinazzjoni u għandu jinżamm fuq bażi kontinwa. Dan m’għandux ikun suġġett għal kwalunkwe tnaqqis tar-riskju tal-kreditu jew kwalunkwe pożizzjonijiet qosra jew kwalunkwe hedge ieħor. L-interess ekonomiku nett għandu jkun determinat mill-valur nozzjonali għal elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.

Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, ‘bażi kontinwa’ tfisser li l-pożizzjonijiet, l-interess jew l-espożizzjonijiet miżmuma mhumiex hedged jew mibjugħa.

M’għandu jkun hemm ebda applikazzjoni multipla ta’ rekwiżiti ta’ retenzjoni għal kwalunkwe titolizzazzjoni.

2.   Fejn istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu tal-UE jew kumpanija holding ta’ proprjetà finanzjarja tal-UE, jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha, bħala oriġinatur jew bħala finanzjatur, tittitolizza espożizzjonijiet minn diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti għall-investiment jew isitituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma inklużi fl-ambitu ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi sodisfatt abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu tal-UE jew tal-kumpanija ta’ proprjetà finanzjarja tal-UE relatati. Dan il-paragrafu għandu japplika biss fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti għall-investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-espożizzjonijiet titolizzati impenjaw ruħhom li jaderixxu mar-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafu 6 u jipprovdu b’mod f’waqtu l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 7. lill-oriġinatur jew finanzjatur u lill-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu tal-UE jew lill-kumpanija ta’ proprjetà finanzjarja tal-UE.

3.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika meta l-espożizzjonijiet titolizzati huma obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet potenzjali li huma garantiti minn:

(a)

gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;

(b)

gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(c)

istituzzjonijiet li huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 50 % jew inqas skont l-Artikoli 78 sa 83; jew

(d)

banek għall-iżvilupp multilaterali.

Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:

(a)

transazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli, fejn l-entitajiet ta’ referenza sottostanti huma identiċi għal dawk li jikkostitwixxu indiċi ta’ entitajiet li hu kkumerċjalizzat ħafna, jew li huma titoli negozjabbli oħra barra minn pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni; jew

(b)

self issindikat, riċevibbli mixtrija jew credit default swaps f’każ fejn dawn l-istrumenti ma jkunux użati bħala pakkett u/jew hedge għal titolizzazzjoni li huwa kopert mill-paragrafu 1.

4.   Qabel ma jinvestu, u kif meħtieġ wara, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom ikunu kapaċi juru lill-awtoritajiet kompetenti, għal kull waħda mill-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni tagħhom, li huma fehmu b’mod komprensiv u sewwa, u implimentaw il-politiki u l-proċeduri formali adatti għall-kotba tal-kummerċ u għall-kotba mhux tal-kummerċ tagħhom u proporzjonati mal-profil tar-riskju tal-investimenti tagħhom f’pożizzjonijiet ittitolizzati għall-analiżi u r-reġistrazzjoni għall-analiżi u ż-żamma tar-rekords bil-miktub:

(a)

informazzjoni żvelata taħt il-paragrafu 1, minn oriġinaturi jew finanzjaturi biex tispeċifika l-interess ekonomiku nett li huma jista’ jkollhom, fuq bażi rikorrenti, fit-titolizzazzjoni;

(b)

il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni individwali;

(c)

il-karatteristiċi tar-riskju tal-espożizzjonijiet sottostanti għall-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni;

(d)

ir-reputazzjoni u l-esperjenza tat-telf f’titolizzazzjonijiet ta’ qabel tal-oriġinaturi jew finanzjaturi fil-klassijiet tal-espożizzjoni rilevanti sottostanti għall-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni;

(e)

id-dikjarazzjonijiet u żvelar magħmula mill-oriġinaturi jew il-finanzjaturi, jew l-aġenti jew il-konsulenti tagħhom, dwar id-diliġenza dovuta li wettqu dwar l-espożizzjonijiet titolizzati u, fejn applikabbli, dwar il-kwalità tal-kollateral li jappoġġja l-espożizzjonijiet titolizzati;

(f)

fejn applikabbli, il-metodoloġiji u l-kunċetti li fuqhom hija bbażata l-valutazzjoni tal-kollateral li jappoġġa l-espożizzjonijiet titolizzati li fuqhom hi bbażata u l-politiki adottati mill-oriġinatur jew finanzjatur biex jiżguraw l-indipendenza ta’ min iwettaq il-valutazzjoni; kif ukoll

(g)

il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom regolarment iwettqu t-testijiet ta’ stress proprji tagħhom adatti għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw mudelli finanzjarji żviluppati minn ECAI akkreditata sakemm l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu jistgħu juru, meta mitluba, li qabel ma investew ħadu ħsieb kif xieraq sabiex jikkonvalidaw l-ipoteżijiet relevanti tal-mudelli u tal-istrutturar tagħhom u sabiex jifhmu l-metodoloġija, l-ipoteżijiet u r-riżultati.

5.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu, barra meta jaġixxu bħala oriġinaturi jew finanzjaturi jew dawk li oriġinarjament isellfu, għandhom jistabbilixxu proċeduri formali adatti għall-kotba tal-kummerċ u għall-kotba mhux tal-kummerċ tagħhom u proporzjonati mal-profil tar-riskju tal-investimenti tagħhom f’pożizzjonijiet titolizzati biex jimmonitoraw fuq bażi kontinwa u b’mod f’waqtu informazzjoni dwar il-prestazzjoni dwar l-espożizzjonijiet sottostanti għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħhom. Fejn relevanti, dan għandu jinkludi t-tip ta’ exposure, il-perċentwal ta’ self miżmum mill-oriġinatur għal aktar mit-30, is-60 u d-90 jum minn meta kien dovut, ir-rati tan-nuqqasijiet tal-obbligi, ir-rati tal-ħlas bil-quddiem, is-self fi stat ta’ preklużjoni, it-tip u l-okkupanza tal-kollateral, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-marki tal-kreditu (‘credit scores’) jew miżuri oħrajn tal-vijabbiltà tal-kreditu fl-espożizzjonijiet sottostanti, id-diversifikazzjoni industrijali u ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tas-self għall-proporzjonijiet tal-valur f’livelli li jħaffu l-analiżi kif adatt tas-sensittività. Fejn l-espożizzjonijiet sottostanti huma nfushom pożizzjonijiet titolizzati, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom l-informazzjoni deskritta f’dan is-subparagrafu mhux biss dwar il-porzjonijiet ta’ titolizzazzjoni sottostanti, bħall-isem tal-emittent u l-kwalità tal-kreditu, iżda wkoll il-karatterisitiċi u l-prestazzjoni tal-pools sottostanti għall-dawn il-porzjonijiet tat-titolizzazzjoni.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fehim sħiħ tal-fatturi strutturali kollha ta’ transazzjoni ta’ titolizzazzjoni li jista’ jkollha impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-espożizzjonijiet tagħhom għat-transazzjoni bħall-waterfall kuntrattwali u triggers relatati ma’ waterfall, titjib ta’ kreditu, titjib ta’ likwidità, triggers tal-valur tas-suq, u definizzjoni ta’ default speċifika għal transazzjoni.

F’każ fejn ma jiġux sodisfatti r-rekwiżiti fil-paragrafi 4, 7 u f’dan il-paragrafu fi kwalunkwe sens materjali, jew minħabba negliġenza jew omissjoni mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimponu piż ta’ riskju addizjonali proporzjonat ta’ mhux anqas minn 250 % tal-piż ta’ riskju (b’massimu ta’ 1 250 %) li kien japplika, kieku mhux minħabba dan il-paragrafu, għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni relevanti taħt il-parti 4 tal-Anness IX, u għandhom iżidu b’mod gradwali l-piż tar-riskju ma’ kull ksur sussegwenti tad-diżpożizzjoni dwar id-deliġenza dovuta. L-awtorità kompetenti għandha tqis l-eżenzjonijiet għal ċerti titolizzazzjonijiet previsti fil-paragrafu 3 billi tnaqqas il-piż ta’ riskju li tkun se timponi skont dan l-Artikolu għal titolizzazzjoni li għaliha japplika l-paragrafu 3.

6.   Istituzzjonijiet ta’ kreditu oriġinaturi għandhom japplikaw l-istess kriterji sodi u mfissrin tajjeb għall-għoti ta’ kreditu skont il-ħtiġiet tal-punt 3 tal-Anness V għall-espożizzjonijiet li għandhom jiġu ttitolizzati bħalma japplikaw fil-każ ta’ espożizzjonijiet li jkunu se jinżammu fil-kotba tagħhom. Għal dan il-għan għandhom jiġu applikati l-istess proċessi sabiex jiġu approvati u, fejn rilevanti, jiġu emendati, imġedda jew iffinanzjati mill-ġdid krediti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu oriġinaturi u finanzjaturi. L-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom japplikaw ukoll l-istess standards tal-analiżi għall-parteċipazzjonijiet u/jew is-sottoskrizzjonijiet fi kwistjonijiet tat-titolizzazzjoni mixtrija mingħand partijiet terzi, kemm jekk it-tali parteċipazzjonijiet u/jew sottostkrizzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-kotba tal-kummerċ tagħhom u kemm jekk għandhom jiddaħħlu fil-kotba li mhumiex tal-kummerċ tagħhom.

Fejn ma jkunux sodisfatti r-rekwiżiti fl-ewwel sub-paragrafu ta’ dan l-Artikolu, ma għandux jiġi applikat l-Artikolu 95(1) minn istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi u dik l- istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi li ma titħalliex teskludi l-espożizzjonijiet titolizzati mill-kalkolu tal-ħtiġiet kapitali tagħha skont din id-Direttiva.

7.   L-istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi għandhom jiżvelaw lill-investituri l-livell tal-impenn tagħhom taħt il-paragrafu 1 li jżommu interess ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni. L-istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi għandhom jiżguraw li investituri prospettivi jkollhom aċċess faċli għad-dejta rilevanti materjali kollha dwar il-kwalità u l-prestazzjoni tal-kreditu tal-espożizzjonijiet sottostanti individwali, tal-flussi tal-flus u tal-kollateral li jkun qed jappoġġja espożizzjonijiet għat-titolizzazzjoni, kif ukoll it-tagħrif meħtieġ biex iwettqu testijiet dwar l-istress komprensivi u mgħarrfa sewwa dwar il-flussi tal-flus u l-valuri kollaterali li jappoġġjaw l-espożizzjonijiet sottostanti. Għal dan il-iskop, għandha tkun determinata ‘dejta materjali relevanti’ mid-data ta’ għeluq tat-titolizzazzjoni u minn wara dan fejn ikun xieraq minħabba n-natura tat-titolizzazzjoni.

8.   Il-paragrafi 1 sa 7 għandhom japplikaw għal titolizzazzjonijiet ġodda maħruġa fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Il-paragrafi 1 sa 7 għandhom, wara l-31 ta’ Diċembru 2014, japplikaw għal titolizzazzjonijiet eżistenti f’każ fejn jiżdiedu jew jinbidlu espożizzjonijiet sottostanti ġodda wara dik id-data. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jissospendu b’mod temporanju r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 waqt perijodi ta’ stress ġenerali fil-likwidità tas-suq.

9.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżvelaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji adottati sabiex tiġi analizzata l-konformità mal-paragrafi 1 sa 7 fil-31 ta’ Diċembru 2010;

(b)

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 1, Taqsima 2, deskrizzjoni sommarja tal-eżitu tar-reviżjoni u d-deskrizzjoni superviżorja tal-miżuri imposti f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-paragrafi 1 sa 6 identifikati fuq bażi annwali mil-31 ta’ Diċembru 2011 ‘il quddiem.

Din il-ħtieġa stabbilita f’dan il-paragrafu hija suġġetta għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 144.

10.   Kull sena, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-awtoritajiet kompetenti ma’ dan l-Artikolu. Il-Kumitat Ewropew tas-Superviżuri Bankarji għandu jfassal linji gwida għall-konverġenza tal-prattika superviżorja rigward dan l-Artikolu, inklużi l-miżuri li ttieħdu fil-każ ta’ ksur ta’ obbligi rigward diliġenza dovuta u ġestjoni tar-riskji.”;

(31)

l-Artikolu 129 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“(b)

l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta’ negozju attiv, inkluż f’relazzjoni mal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 123, 124, 136 fil-Kapitolu 5 u fl-Anness V, f’koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti involuti;

(c)

l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti involuti, u jekk meħtieġ mal-banek ċentrali, bi preparazzjoni għal u waqt sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inklużi żviluppi avversi f’istituzzjonijiet ta’ kreditu jew fis-swieq finanzjarji bl-użu, fejn possibbli, ta’ kanali ta’ komunikazzjoni definiti eżistenti biex tkun faċilitata l-ġestjoni tal-kriżijiet.

L-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji msemmija fil-punt (c) għandu jinkludi l-miżuri eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 132(3)(b), il-preparazzjoni ta’ valutazzjonijiet konġunti, l-implimentazzjoni ta’ pjani ta’ kontinġenza u l-komunikazzjoni lill-pubbliku.”;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Is-superviżur għall-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu tal-UE jew ta’ kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE fi Stat Membru għandhom jagħmlu dak kollu fis-setgħa tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-livell ikkonsolidat tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell ta’ fondi proprji meħtieġ għall-applikazzjoni tal-Artikolu 136(2) għal kull entità fi ħdan il-grupp bankarju u fuq bażi kkonsolidata.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq fi żmien erba’ xhur wara li s-superviżur għall-konsolidazzjoni jressaq rapport li jkun jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp f’konformità mal-Artikoli 123 u 124 lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra. Id-deċiżjoni konġunta għandha wkoll debitament tikkunsidra l-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikoli 123 u 124.

Id-deċiżjoni konġunta għandha titniżżel f’dokument li jinkludi d-deċiżjoni bil-motivazzjonijiet sħaħ tagħha, li għandu jintbagħat lill-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu tal-UE mis-superviżur għall-konsolidazzjoni. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, fuq talba ta’ kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati, is-superviżur għall-konsolidazzjoni għandu jikkonsulta lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej. Is-superviżur għall-konsolidazzjoni jista’ jikkonsulta lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej fuq inizjattiva tiegħu stess.

Jekk sa żmien erba’ xhur ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni konġunta bħal din mill-awtoritajiet kompetenti id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u u l-Artikolu 136(2) għandha tittieħed fuq bażi kkonsolidata mis-superviżur għall-konsolidazzjoni wara li jikkonsidra debitament il-valutazzjoni tar-riskju ta’ sussidjarji li twettqet mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u l-Artikolu 136(2) għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni ta’ sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-UE jew ta’ kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE fuq bażi individwali jew sottokonsolidata wara li jkunu debitament ikkunsidrati l-fehmiet u r-riżervi espressi mis-superviżur għall-konsolidazzjoni.

Id-deċiżjonijiet għandhom jitniżżlu f’dokument li jinkludi d-deċiżjonijiet bil-motivazzjonijiet sħaħ tagħhom u għandhom iqisu l-evalwazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u d-dubji tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mressqin matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Is-superviżur għall-konsolidazzjoni għandu jipprovdi d-dokument lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati u lill-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu tal-UE.

Fejn ikun ġie kkonsultat il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jikkunsidraw dan il-parir u jagħtu raġuni għal kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnu.

Id-deċiżjoni konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta għandhom jiġu rikonoxxuti bħala determinattivi u għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru konċernat.

Id-deċiżjoni konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu u kull deċiżjonimeħuda fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta skont ir-raba’ u l-ħames subparagrafi għandhom ikunu aġġornati fuq bażi annwali jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu tal-UE jew, meta kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE tagħmel talba bil-miktub u bir-raġunijiet kollha lis-superviżur għall-konsolidazzjoni biex jaġġorna d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 136(2). F’dan l-aħħar każ, l-aġġornament jista’ jkun indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur għall-konsolidazzjoni u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.

Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jfassal linji gwida rigward il-konverġenza tal-prattika superviżorja għall-proċess ta’ deċiżjoni konġunta msemmi f’dan il-paragrafu u rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 123, 124 u 136(2) bil-ħsieb li tkun faċilitata d-deċiżjoni konġunta.”;

(32)

il-paragrafu 1 tal-Artikolu 130 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“1.   Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inklużi żviluppi negattivi fis-swieq finanzjarji, li potenzjalment tipperikola l-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew meta jkunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, is-superviżur għall-konsolidazzjoni għandu, suġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, iwissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50, u għandu jikkomunika l-informazzjoni kollha li hi essenzjali għalihom biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha skont l-Artikoli 125 u 126 u għall-awtorità kompetenti identifikata fl-Artikolu 129(1).

Jekk l-awtorità msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 49 issir konxja ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, din għandha twissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 125 u 126.

Fejn possibbli, l-awtorità kompetenti u l-awtorità msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 49 għandhom jużaw kanali ta’ komunikazzjoni ddefiniti eżistenti.”;

(33)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 131a

1.   Is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu jistabbilixxi kulleġġi tas-superviżuri sabiex iħaffef it-twettiq tal-ħidmiet imsemmija fl-Artikoli 129 u 130(1) u, suġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għall-kompatibilità mal-liġi Komunitarja, jiżgura koordinazzjoni u koperazzjoni xierqa ma’ pajjiżi terzi relevanti meta jkun xieraq.

Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għas-superviżur għall-konsolidazzjoni u għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

l-iskambju tat-tagħrif;

(b)

qbil dwar affidament volontarju tal-kompiti u d-delegazzjoni volontarja tar-responsabbiltajiet fejn adatt;

(c)

id-determinazzjoni ta’ programmi superviżorji ta’ eżaminar bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 124;

(d)

iż-żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni billi jneħħu d-duplikazzjoni bla ħtieġa tar-rekwiżiti superviżorji, inkluż f’dak li għandu x’jaqsma mat-talbiet għal tagħrif msemmija fl-Artikolu 130(2) u fl-Artikolu 132(2);

(e)

l-applikazzjoni b’mod konsistenti tar-rekwiżiti rigward prudenza skont din id-Direttiva fost l-entitajiet kollha fi ħdan grupp bankarju mingħajr preġudizzju għall-għażliet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-leġiżlazzjoni Komunitarja;

(f)

l-applikazzjoni tal-Artikolu 129(1)(c) filwaqt li jitqies ix-xogħol ta’ fora oħrajn li jistgħu jiġi stabbiliti f’dan il-qasam.

L-awtoritajiet kompetenti li jieħdu sehem fil-kulleġġ tas-superviżuri għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 m’għandhomx iżommu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw tagħrif kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.

2.   L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 131, iffissati wara konsultazzjonijiet tas-superviżur ta’ konsolidazzjoni konċernat mal-awtoritajiet kompetenti.

Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jfassal linji ta’ gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi, inkluż f’relazzjoni mal-Artikolu 42a(3).

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu tal-UE jew ta’ kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż ospitanti fejn huma stabbiliti fergħat sinifikanti, kif imsemmi fl-Artikolu 42a, banek ċentrali kif xieraq, u awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fejn dan ikun adatt, u suġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li huma ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont il-Kapitolu 1 Taqsima 2, jistgħu jieħdu sehem fil-kulleġġi tas-superviżuri.

Is-superviżur għall-konsolidazzjoni għandu jippresiedi l-laqgħat tal-kulleġġ u għandu jiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu sehem f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ. Is-superviżur għall-konsolidazzjoni għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ infurmati bis-sħiħ bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni ta’ laqgħat bħal dawn, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li ser ikunu kkunsidrati. Is-superviżur għall-konsolidazzjoni għandu wkoll iżomm lill-membri tal-kulleġġ infurmati bis-sħiħ u fil-ħin dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri mwettqa.

Id-deċiżjoni tas-superviżur għall-konsolidazzjoni għandha jqis ir-rilevanza tal-attività superviżorja li trid tiġi ppjanata jew ikkoordinata minn dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari tal-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri konċernati msemmija fl-Artikoli 40(3) u tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 42a(2).

Suġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu jinforma lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u jikkomunika lil dak il-Kumitat it-tagħrif kollu li huwa partikolarment rilevanti għall-għanijiet tal-konverġenza superviżorja.”;

(34)

l-Artikolu 132 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (d) tal-paragrafu 1, ir-referenza għall-Artikolu 136 tiġi sostitwita bir-referenza għall-Artikolu 136(1);

(b)

Fil-punt (b) tal-paragrafu 3, ir-referenza għall-Artikolu 136 tiġi sostitwita bir-referenza għall-Artikolu 136(1);

(35)

l-Artikolu 150 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punti (k) u (l) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(k)

il-lista u l-klassifikazzjoni ta’ elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ fl-Annessi II u IV;

(l)

l-aġġustament tad-dispożizzjonijiet fl-Annessi III u V sa XII sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji (b’mod partikolari prodotti finanzjarji ġodda) jew fl-istandards tal-kontabilità jew fir-rekwiżiti li jqisu l-leġiżlazzjoni Komunitarja, jew li jirrigwardaw il-konverġenza tal-prattika superviżorja;”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

kjarifiki tal-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 113;”;

(36)

fl-Artikolu 153, it-tielet paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-kalkoli tal-ammonti ta’ exposure ppeżati għar-riskju għall-finijiet tal-Anness VI, Taqsima 1, punt 4, sal-31 ta’ Diċembru 2015 għandu jiġi assenjat l-istess piż ta’ riskju rigward espożizzjonijiet għall-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri jew għal banek ċentrali denominati u ffinanzjati bil-munita domestika ta’ kwalunkwe Stat Membru li kien ikollu jiġi applikat għal espożizzjonijiet ta’ dan it-tip denominati u ffinanzjati bil-munita domestika tagħhom.”;

(37)

fl-Artikolu 154 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“8.   L-istituzzjonijiet tal-kreditu li sal-31 ta’ Diċembru 2010 ma jikkonformawx mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 66(1a) għandhom jiżviluppaw strateġiji u proċessi għall-miżuri meħtieġa sabiex tissolva din is-sitwazzjoni qabel id-dati stabbiliti fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu riveduti skont l-Artikolu 124.

9.   L-istrumenti li sal-31 ta’ Diċembru 2010, skont il-liġi nazzjonali kienu meqjusa ekwivalenti għall-elementi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 57, iżda li ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt (a) tal-Artikolu 57 jew li mhumiex konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 63a, għandhom jitqiesu li jaqgħu fil-punt (ca) tal-Artikolu 57 sal-31 ta’ Diċembru 2040, suġġett għal-limitazzjonijiet li ġejjin:

(a)

sa 20 % tat-total tal-punti (a) sa (ca) tal-Artikolu 57, li minnu jitnaqqas it-total tal-punti (i), (j) u (k) tal-Artikolu 57 bejn 10 sa 20 sena wara l-31 ta’ Diċembru 2010;

(b)

sa 10 % tat-total tal-punti (a) sa (ca) tal-Artikolu 57, li minnu jitnaqqas it-total tal-punti (i), (j) u (k) tal-Artikolu 57 bejn 20 sa 30 sena wara l-31 ta’ Diċembru 2010.

Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jwettaq monitoraġġ, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tal-ħruġ ta’ dawk l-istrumenti.

10.   Għall-finijiet tas-Sezzjoni 5, elementi tal-assi li jikkostitwixxu klejms u espożizzjonijiet oħrajn għall-istituzzjonijiet li saru qabel is-7 ta’ Diċembru 2009 jibqgħu jkunu suġġetti għall-istess trattamenti applikati skont l-Artikoli 115(2) u 116 hekk kif kienu sal-10 ta’ Novembru 2009 iżda sa mhux aktar mill-31 ta’ Diċembru 2012.

11.   Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-perjodu ta’ żmien li jirriferi għalih l-Artikolu 129(3) ikun ta’ sitt xhur.”;

(38)

l-Artikolu 156 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Artikolu 156

Sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni, f’koperazzjoni mal-Istati Membri, u filwaqt li tqis il-kontribut tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandha timmonitorja regolarment jekk din id-Direttiva meħuda fl-intier tagħha, flimkien mad-Direttiva 2006/49/KE, għandhiex effett sinjifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku u, fid-dawl ta’ dak l-eżami, għandha tqis jekk kull miżura ta’ rimedju hix ġustifikata.

Abbażi ta’ dik l-analiżi u meħud kont tal-kontribut tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta’ kull sentejn u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kull proposta. Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet ta’ teħid ta’ kreditu u ta’ self ta’ kreditu għandu jkun adegwatament rikonoxxut meta jitħejja r-rapport.

Sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tirrivedi din id-Direttiva fl-intjier tagħha biex tindirizza l-ħtieġa għal analiżi aħjar tal-problemi makroprudenzjali kif ukoll il-ħtieġa għal rispons għall-istess problemi, inkluża analiżi ta’:

(a)

miżuri li jtaffu t-tlugh u l-inżul fiċ-ċiklu tal-kummerċ, inkluża l-ħtieġa li l-banek joħolqu lqugħ għal kontra bidliet cikliċi fi żmenijiet tajba għall-kummerċ li jkunu jistgħu jintużaw fi żmenijiet ħżiena,

(b)

ir-raġunament wara l-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital f’din id-direttiva, u

(c)

miżuri supplimentari għal rekwiżiti bbażati fuq ir-riskju għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jgħinu fit-trażżin tal-akkumluazzjoni ta’ leverage fis-sistema bankarja

Il-Kummissjoni għandhatressaq rapport dwar dawn il-kwistjonijiet lill-Parlament u lill-Kunsill flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta.

Il-Kummissjoni għandha kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ sal-31 ta’ Diċembru 2009 tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-ħtieġa għal aktar riforma tas-sistema ta’ superviżjoni, inklużi artikoli relevanti ta’ din id-Direttiva, u skont it-termini tal-proċedura applikabbli skont it-Trattat, kwalunkwe proposta leġiżlattiva adatta.

Sal-1 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-progress li jkun sar mill-Kumitat Ewropew tas-Sorveljanti tal-Banek lejn il-formati, frekwenzi u d-dati ta’ rappurtar uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 74(2). Fid-dawl ta’ dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tirrivedi u tirraporta dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva b’attenzjoni partikolari għall-aspetti kollha tal-Artikoli 68 sa 73, 80(8), 113(4)(c) u 129, u l-applikazzjoni tagħha għal finanzjament ta’ mikrokrediti u għandha tippreżenta dan ir-rapport lill-Parlament u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta adegwata.

Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tirrivedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni l-Artikolu 113(4), inkluż dwar jekk l-eżenzjonijiet għandhomx ikunu kwistjoni ta’ diskrezzjoni nazzjonali, u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma kwalunwke propsota adegwata. Rigward l-eliminazzjoni possibbli tad-diskrezzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 113(4)(c) u l-applikazzjoni potenzjali fil-livell tal-UE, ir-reviżjoni għandu tqis b’mod partikolari l-effiċenzja tal-ġestjoni tar-riskju tal-grupp, filwaqt li tiżgura li jkun hemm salvagwardji suffiċjenti sabiex jiżguraw stabilità finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn entità ta’ grupp tkun inkorporata.

Sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tirrivedi u tirrapporta dwar x’miżuri għandhom jittieħdu biex titjieb it-trasparenza tas-swieq over-the-counter (OTC), inklużi swieq ta’ credit default swaps, bħal pereżempju kklerjar permezz ta’ central counterparties, u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta.

Sal-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-Artikolu 122a, u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposti adatti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport tagħha wara konsultazjoni mal-Kumitat Ewropew tas-Superviżuri Bankarji. Ir-rapport għandu jikkunsidra b’mod partikolari, jekk ir-rekwiżit ta’ retenzjoni minimu skont l-Artikolu 122a(1), iwassalx għall-objettiv ta’ alinjament aħjar bejn l-interessi tal-oriġinaturi jew sponsors ul- investituri u jsaħħaħx l-istabilità finanzjarja u jekk żieda fil-livell minimu ta’ retenzjoni tkunx xierqa meta wieħed iqis l-iżviluppi internazzjonali.

Sal-1 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-effikaċja tal-Artikolu 122a fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq internazzjonali.”;

(39)

l-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil- Parti 1, punt 5 għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Skont il-metodu stabbilit fil-Parti 6 ta’ dan l-Anness (IMM), is-settijiet kollha ta’ kumpens ma’ kontroparti unika jistgħu jiġu ttrattati bħala sett uniku ta’ kumpens jekk il-valuri simulati tas-suq negattivi tas-settijiet ta’ kumpens individwali jkunu ffissati għal 0 fl-istima tal-exposure mistennija (EE).”;

(b)

fil-Parti 2, il-punt 3 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“3.

F’każ fejn istituzzjoni tal-kreditu tixtri protezzjoni bbażata fuq id-derivattivi ta’ kreditu kontra exposure fil-kotba mhux tal-kummerċ, jew kontra exposure għar-riskju ta’ kreditu għall-kontroparti (RKK), hija tista’ tikkalkula r-rekwiżit ta’ kapital tagħha għall-hedged asset f’konformità mal-punti 83 sa 92 tal-Parti 3 tal-Anness VIII, jew, suġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-punt 4 tal-Parti 1 tal-Anness VII, jew mal-punti 96 sa 104 tal-Parti 4 tal-Anness VII.

F’dawn il-każijiet, u meta ma tiġix applikata l-għażla fit-tieni sentenza tal-punt 11 tal-Anness II tad-Direttiva 2006/49/KE, il-valur tal-exposure għar-RKK għal dawn id-derivattivi ta’ kreditu għandu jiġi ffissat għal 0.

Madanakollu, istituzzjoni tista’ tagħżel li, b’mod konsistenti, tinkludi, għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju tal-kreditu għall-kontroparti, id-derivattivi ta’ kreditu kollha li mhumiex inklużi fil-kotba tal-kummerċ u mixtrija bħala protezzjoni kontra exposure fil-kotba mhux tal-kummerċ jew kontra exposure għar-RKK meta l-protezzjoni tal-kreditu tkun rikonoxxuta skont din id-Direttiva.”;

(c)

fil-Parti 5, il-punt 15 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“15.

Għal kull emittent ta’ strument ta’ dejn ta’ referenza sottostanti għal credit default swap, jeżisti hedging set wieħed. Il-basket credit default swaps tat-tip ‘nth to default’ għandhom jiġu ttrattati kif ġej:

(a)

id-daqs tal-pożizzjoni ta’ riskju fi strument ta’ dejn ta’ referenza f’basket sottostanti għal credit default swap tat-tip ‘nth to default’ huwa l-valur nozzjonali effettiv tal-istrument ta’ dejn ta’ referenza, immultiplikat bit-tul ta’ żmien immodifikat tad-derivattiv tat-tip ‘nth to default’ fir-rigward ta’ bidla fil-firxa tal-kreditu tal-istrument ta’ dejn ta’ referenza;

(b)

għal kull strument ta’ dejn ta’ referenza f’basket sottostanti għal credit default swap tat-tip ‘nth to default’, jeżisti hedging set wieħed; il-pożizzjonijiet ta’ riskju minn credit default swaps tat-tip ‘nth to default’ ma għandhomx ikunu inklużi fl-istess hedging set;

(c)

il-multiplikatur tar-RKK applikabbli għal kull hedging set maħluq għal wieħed mill-istrumenti ta’ dejn ta’ referenza ta’ derivattiv ‘nth to default’ hu ta’ 0,3 % għal strumenti ta’ dejn ta’ referenza li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta ekwivalenti għall-grad ta’ kwalità ta’ kreditu minn 1 sa 3 u ta’ 0,6 % għall-istrumenti ta’ dejn l-oħrajn.”;

(40)

l-Anness V għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt 8 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“8.

Ir-riskji dovuti għat-titolizzazzjoni ta’ transazzjonijiet li b’relazzjoni magħhom l-istituzzjonijiet tal-kreditu huma investituri, oriġinaturi jew sponsors, inklużi riskji għar-reputazzjoni (bħal dawk rigward strutturi jew prodotti kumplessi), għandhom jiġu evalwati u indirizzati permezz ta’ politiki u proċeduri adatti, sabiex jiġi żgurat b’mod partikolari li s-sustanza ekonomika tat-transazzjoni tkun qed tiġi riflessa bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw evalwazzjoni u ġestjoni tar-riskju.”;

(b)

il-punt 14 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“14.

Għandu jkun hemm strateġiji, linji politiċi, proċessi u sistemi b’saħħithom għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskju ta’ likwidità għal matul perijodi adegwati ta’ tul differenti, inkluż għall-istess jum, sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jżommu livelli xierqa ta’ riżervi ta’ likwidità. Dawn l-istrateġiji, il-linji politiċi, il-proċessi u s-sistemi għandhom jitfasslu b’mod speċifiku għall-oqsma ta’ attività, il-muniti u l-entitajiet u għandhom jinkludu mekkaniżmi adegwati ta’ allokazzjoni tal-ispejjeż, il-benefiċċji u r-riskji tal-likwidità.”;

(c)

għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“14a.

L-istrateġiji, il-linji politiċi, il-proċessi u s-sistemi msemmija fil-punt 14 għandhom ikunu proporzjonali għall-kumplessità, il-profil tar-riskju, l-ambitu tal-operazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu u t-tolleranza għar-riskju stabbiliti mill-entità ta’ ġestjoni u għandhom jirreflettu l-importanza tal-istituzzjoni ta’ kreditu f’kull Stat Membru li fih twettaq in-negozju tagħha. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkomunikaw it-tolleranza għar-riskju lill-oqsma ta’ attività rilevanti kollha.”;

(d)

il-punt 15 għandu jiġi sostitwit minn dawn li ġejjin:

“15.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżviluppaw metodoloġiji għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet ta’ finanzjament. Dawk il-metodoloġiji għandhom jinkludu l-likwiditàjiet attwali u dawk mistennija li jinsabu jew ġejjin mill-assi, mill-passiv, mill-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ, inkluż passiv kontinġenti, u l-impatt possibbli ta’ riskju għar-reputazzjoni.

16.

L-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jagħmlu distinzjoni bejn assi mogħtija bħala garanzija u assi mingħajr piżijietli huma disponibbli dejjem, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huma għandhom iqisu wkoll l-entità legali li fiha jkunu jinsabu l-assi, il-pajjiż fejn huma reġistrati legalment l-assi, kemm f’reġistru jew inkella f’kont, kif ukoll l-eliġibbiltà tagħhom, u għandhom jimmoniterjaw kif l-assi jistgħu jiġu mobilizzati malajr.

17.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu wkoll il-limitazzjonijiet legali, regolatorji u operattivi eżistenti għat-trasferimenti potenzjali tal-likwidità u tal-assi mingħajr piżijiet bejn entitajiet kemm fiż-ŻEE, kif ukoll ‘il barra minnha.

18.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tqis għodod differenti għall-mitigazzjoni tar-riskju ta’ likwidità, inklużi sistema ta’ limiti u riżervi tal-likwidità sabiex tkun tista’ tiflaħ għal sensiela ta’ avvenimenti differenti ta’ stress u struttura ta’ finanzjament varjata b’mod adegwat, kif ukoll aċċess għal sorsi ta’ finanzjament. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu riveduti regolarment.

19.

Għandhom jitqiesu xenarji alternattivi marbuta mal-pożizzjonijiet tal-likwidità u mal-mitiganti tar-riskju u l-ipoteżi sottostanti għad-deċiżjonijiet dwar il-pożizzjoni ta’ finanzjament għandhom jiġu riveduti b’mod regolari Għal dawn l-għanijiet, xenarji alternattivi għandhom jindirizzaw, b’mod partikolari, elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u passivi kontinġenti oħrajn, inklużi dawk tal-SSPEs jew entitajiet oħrajn b’għanijiet speċjali, li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu taġixxi ta’ finanzjatur jew tipprovdi appoġġ materjali ta’ likwidità.

20.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l-impatt potenzjali ta’ xenarji alternattivi li jkunu speċifiċi għal istituzzjoni, mifruxin mas-suq kollu u magħqudin flimkien. Għandhom jitqiesu perijodi ta’ żmien ta’ tul differenti u kundizzjonijiet ta’ stress ta’ grad differenti.

21.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaġġustaw l-istrateġiji, il-linji politiċi interni u l-limiti għar-riskju ta’ likwidità tagħhom u jiżviluppaw pjanijiet effettivi ta’ kontinġenza, waqt li jqisu l-eżitu tax-xenarji alternattivi msemmija fil-punt 19.

22.

Biex jittrattaw il-kriżijiet ta’ likwidità, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandu jkollhom imħejjija pjanijiet ta’ kontinġenza li jistabbilixxu strateġiji adegwati u miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw il-possibbiltà ta’ nuqqasijiet ta’ likwidità. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu ttestjati regolarment, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stabbiliti fil-punt 19, u jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet għoljin ta’ ġestjoni u approvati minnhom, sabiex il-linji politiċi u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ.”;

(41)

fit-Taqsima 2 tal-Parti 3 tal-Anness IX għandu jiżdied il-punt li ġej:

“7a.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, barra minn hekk, jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li, rigward l-evalwazzjonijiet tal-kreditu marbuta ma’ strumenti finanzjarji strutturati, l-ECAI hija impenjata li tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-ispjegazzjoni dwar kif il-prestazzjoni tal-assi ġenerali taffettwa l-evalwazzjonijiet tal-kreditu.”;

(42)

l-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1(e) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“(e)

l-espożizzjoni għar-riskju ta’ likwidità u l-kejl u l-ġestjoni tiegħu mill-istituzzjonijiet tal-kreditu, inkluż l-iżvilupp ta’ analiżi ta’ xenarji alternattivi, il-ġestjoni tal-mitiganti tar-riskju (b’mod partikolari l-livell, il-kompożizzjoni u l-kwalità tar-riżervi ta’ likwidità) u l-pjanijiet ta’ kontinġenza effettivi;”;

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“1a.

Għall-finijiet tal-punt 1(e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu regolarment valutazzjoni komprensiva tal-ġestjoni ġenerali tar-riskju ta’ likwidità mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jippromwovu l-iżvilupp ta’ metodoloġiji interni sodi. Filwaqt li jwettqu dawn il-valutazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-irwol tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fis-swieq finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru għandhom iqisu debitament l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati.”;

(43)

fil-punt 3 tal-parti 2 tal-Anness XII, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti minn dawn li ġejjin:

“(a)

tagħrif fil-qosor dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-karatteristiċi ewlenin tal-elementi kollha tal-fondi proprji u l-komponenti tagħhom, inkużi l-istrumenti msemmija fil-punt (ca) tal-Artikolu 57, l-istrumenti li d-dispożizzjonijiet tagħhom jipprovdu inċentiv għall-istituzzjoni ta’ kreditu biex tifdihom, u l-istrumenti suġġetti għall-Artikolu 154(8) u (9);

(b)

l-ammont tal-fondi proprji oriġinali, b’indikazzjoni separata tal-elementi pożittivi kollha u tat-tnaqqis; l-ammont globali tal-istrumenti msemmija fil-punt (ca) tal-Artikolu 57 u l-istrumenti li d-dispożizzjonijiet tagħhom jipprovdu inċentiv għall-istituzzjoni ta’ kreditu biex tifdihom, għandhom ukoll jiġu indikati b’mod separat; kull waħda minn dawn l-indikazzjonijiet għandha tispeċifika l-istrumenti suġġetti għall-Artikolu 154(8) u (9);”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2006/49/KE

Id-Direttiva 2006/49/KE hi b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“‘Fondi proprji oriġinali’ tfisser it-total tal-punti (a) sa (ca), li minnu jitnaqqas it-total tal-punti (i), (j) u (k) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE.”;

(2)

l-Artikolu 28 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġigħandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet, ħlief għall-impriżi ta’ investiment li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu (2) jew (3) tal-Artikolu 20 ta’ din id-Direttiva, għandhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-espożizzjonijiet il-kbar tagħhom f’konformità mal-Artikoli 106 sa 118 tad-Direttiva 2006/48/KE.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi mħassar;

(3)

fl-Artikolu 30, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“4.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet u espożizzjonijiet oħra fuq impriżi rikonoxxuti ta’ investiment ta’ pajjiżi terzi u clearing houses u boroż rikonoxxuti jkunu suġġetti għall-istess trattament kif stabbilit fl-Artikolu 111(1) tad-Direttiva 2006/48/KE u fil-punt (c) tal-Artikolu 106(2) ta’ dik id-Direttiva rispettivament.”;

(4)

l-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

l-exposure konċernata għall-klijent jew għall-grupp ta’ klijenti fil-kotba mhux tal-kummerċ ma taqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 111(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, fejn dan il-limitu jiġi kkalkulat b’referenza għall-fondi proprji kif speċifikat f’dik id-Direttiva, sabiex b’hekk l-ammont żejjed jidher kollu kemm hu fuq il-kotba tal-kummerċ;

(b)

l-istituzzjoni tissodisfa rekwiżit addizzjonali ta’ kapital għall-ammont żejjed fir-rigward tal-limitu stipulat fl-Artikolu 111(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, fejn dan ir-rekwiżit addizzjonali ta’ kapital jiġi kkalkulat f’konformità mal-Anness VI għal din id-Direttiva;”;

(b)

fl-ewwel paragrafu, il-punt (e) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“(e)

kull tliet xhur l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti l-każijiet kollha fejn il-limitu stipulat fl-Artikolu 111(1) tad-Direttiva 2006/48/KE jkun inqabeż matul it-tliet xhur preċedenti.”;

(c)

it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Fir-rigward tal-punt (e), f’kull każ li fih ikun inqabeż il-limitu, għandhom jiġu rrappurtati l-ammont żejjed u isem il-klijent konċernat.”;

(5)

fl-Artikolu 32(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri biex l-istituzzjonijiet ma jitħallewx jevitaw b’mod deliberat ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ kapital li altrimenti jkollhom iġarrbu għal espożizzjonijiet li jaqbżu l-limitu stipulat fl-Artikolu 111(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, ladarba dawk l-espożizzjonijiet jkunu nżammu għal aktar minn għaxart ijiem billi jagħmlu trasferiment temporanju tal-espożizzjonijiet in kwistjoni lil kumpanija oħra, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp jew le, u/jew billi jwettqu transazzjonijiet artifiċjali biex jagħlqu l-espożizzjoni matul il-perijodu ta’ għaxart ijiem u joħolqu espożizzjoni ġdida.”;

(6)

fl-Artikolu 35, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   L-impriżi ta’ investiment għandhom ikunu koperti minn formati, frekwenzi u dati ta’ rrappurtar uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 74(2) tad-Direttiva 48/39/KE.”;

(7)

fl-Artikolu 38, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Artikolu 42a tad-Direttiva 2006/48/KE, ħlief għall-punt (a) tal-paragrafu 1, għandu japplika mutatis mutandis għas-superviżjoni tal-impriżi ta’ investiment sakemm l-impriżi ta’ investiment ma jkunux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 20(2), 20(3) jew 46(1) ta’ din id-Direttiva.”;

(8)

fl-Artikolu 45(1) id-data “il-31 ta’ Diċembru 2010” għandha tiġi sostitwita minn “il-31 ta’ Diċembru 2014”;

(9)

fl-Artikolu 47 id-data “il-31 ta’ Diċembru 2009” għandha tiġi sostitwita minn “il-31 ta’ Diċembru 2010” u r-referenza għall-punti 4 u 8 tal-Anness V tad-Direttiva 93/6/KEE tinbidel bir-referenza għall-punti 4 u 8 tal-Anness VIII;

(10)

fl-Artikolu 48(1) id-data “il-31 ta’ Diċembru 2010” għandha tiġi sostitwita minn “il-31 ta’ Diċembru 2014”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2007/64/KE

Il-punt (a) tal-Artikolu 1(1)) tad-Direttiva 2007/64/KE għandu jtiġi sostitwit minn dan li ġej:

“(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi fergħat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(3) ta’ din id-Direttiva li jinsabu fil-Komunità tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li għandhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom fil-Komunità jew, b’konformità mal-Artikolu 38 ta’ din id-Direttiva, barra mill-Komunità;”.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

(1)   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Ottubru 2010.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

(2)   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  L-Opinjoni tal-24 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 93, 22.4.2009, p. 3.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.

(4)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(6)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(7)  Ara paġna 36 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.


Top