EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1072

Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/02/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1072/oj

14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/72


REGOLAMENT (KE) Nru 1072/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2009

bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija

(tfassil mill-ġdid)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Għandhom isiru għadd ta’ bidliet sostanzjali lir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 tas-26 ta’ Marzu 1992 dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport ta’ merkanzija bit-triq fil-Komunità lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jgħaddi mit-territorju ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri (3), lir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 tal-25 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ skariġġ bit-triq ġewwa Stat Membru (4), u lid-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq (5). Fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni, dawk l-atti legali għandhom jiġu formulati mill-ġdid u inkorporati f’regolament uniku.

(2)

L-istabbiliment ta’ politika komuni tat-trasport tinvolvi, inter alia, l-istipular ta’ regoli komuni applikabbli għall-aċċess għas-suq fit-trasport bit-triq internazzjonali ta’ merkanzija fit-territorju Komunitarju, kif ukoll jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi tat-trasport fi Stat Membru. Dawk ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti b’mod li jikkontribwixxu għall-operat bla xkiel tas-suq intern tat-trasport.

(3)

Sabiex jiġi żgurat qafas koerenti għat-trasport bit-triq internazzjonali tal-merkanzija madwar il-Komunità, dan ir-regolament għandu japplika għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija kollu fit-territorju Komunitarju. It-trasport tal-merkanzija mill-Istati Membri għall-pajjiżi mhux membri għadu fil-biċċa l-kbira kopert minn ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri u dawk il-pajjiżi terzi. B’hekk, dan ir-Regolament ma japplikax għal dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt sakemm il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi konċernati ma jkunux ġew konklużi. Għandu, madankollu, japplika għat-territorju ta’ Stat Membru li wieħed jgħaddi minnu waqt il-vjaġġ.

(4)

L-istabbiliment ta’ politika tat-trasport komuni timplika t-tneħħija tar-restrizzjonijiet kollha kontra l-persuna li tipprovdi s-servizzi ta’ trasport fuq bażi taċ-ċittadinanza jew il-fatt li hija stabbilita fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun ser jiġi provdut is-servizz.

(5)

Sabiex dan jinkiseb mingħajr xkiel u flessibbilment, għandha ssir disposizzjoni għal reġim transizzjonali ta’ kabotaġġ sakemm l-armonizzazzjoni tas-suq tat-trasport bit-triq tal-merkanzija ma tkunx ġiet kompluta.

(6)

It-twettiq gradwali ta’ suq Ewropew wieħed għandha twassal għall-eliminazzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-swieq domestiċi tal-Istati Membri. Minkejja dan, dan it-twettiq għandu jieħu kont tal-effettività tal-kontrolli u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tal-impjieg fil-professjoni, l-armonizzazzjoni ta’ regoli fl-oqsma, inter alia, tal-infuzar u l-ħlasijiet tal-utenti tat-triq, u l-leġiżlazzjoni soċjali u dwar is-sikurezza. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tas-suq kif ukoll l-armonizzazzjoni hawn fuq msemmija, u għandha tipproponi, jekk ikun xieraq, il-ftuħ aktar tas-swieq domestiċi tat-trasport bit-triq, inkluż il-kabotaġġ.

(7)

Permezz tad-Direttiva 2006/94/KE, ċertu numru ta’ tipi ta’ tagħbija huma eżentati minn awtorizzazzjoni Komunitarja u minn kwalunkwe sistema oħra ta’ awtorizzazzjoni tat-trasport. Fil-qafas tal-organizzazzjoni tas-suq prevista b’dan ir-Regolament, is-sistema tal-eżenzjoni mil-liċenza tal-Komunità jew minn xi awtorizzazzjoni ta’ trasport oħra għandha tinżamm għal xi wħud minn dawk it-tipi ta’ trasport, minħabba n-natura speċjali tagħhom.

(8)

Skont id-Direttiva 2006/94/KE, it-trasport tal-merkanzija bl-użu ta’ vetturi b’piż massimu bit-tagħbija ta’ bejn 3,5 tunnellati u 6 tunnellati kien eżentat mill-ħtieġa ta’ liċenza Komunitarja. Ir-regoli Komunitarji fil-qasam tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, madankollu, japplika b’mod ġenerali għal vetturi b’massa massima bit-tagħbija ta’ aktar minn 3,5 tunnellati. B’hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu allinjati mal-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali tal-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar it-trasport u jipprevedu biss eżenzjoni għall-vetturi b’massa massima bit-tagħbija sa 3,5 tunellati.

(9)

It-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq għandu jkun kundizzjonali għall-pussess ta’ liċenza mill-Komunità. It-trasportaturi għandhom ikunu rikjesti jkollhom kopja tal-liċenza Komunitarja, attesta bħala kopja vera, fuq kull waħda mill-vetturi tagħhom sabiex ikunu ffaċilitati l-kontrolli effettivi mill-awtoritajiet tal-infurzar, speċjalment dawk barra mill-Istat Membru fejn huwa stabbilit it-trasportatur. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet aktar dettaljati fir-rigward tat-tfassil u karatterstiċi oħrajn tal-liċenza Komunitarja u tal-kopji attestati.

(10)

Il-kontrolli mal-ġenb tat-triq għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq il-bażi tan-nazzjonalità tal-operatur tat-trasport bit-triq jew tal-pajjiż tal-istabbiliment tal-operatur tat-trasport bit-triq jew tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

(11)

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ u l-irtirar tal-liċenzi Komunitarji u t-tipi ta’ kareġġjati ta’ trasport li għalihom japplikaw, għandhom jiġu stabbiliti l-perijodi tal-validità tagħhom u r-regoli dettaljati għall-użu tagħhom.

(12)

Ċertifikazzjoni ta’ xufier għandha wkoll tiġi stabbilita, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifkaw b’mod effettiv jekk xufiera minn pajjiżi terzi humiex impjegati legalment jew għad-disposizzjoni tat-trasportatur responsabbli għal operazzjoni partikolari ta’ trasport.

(13)

Trasportaturi li jkollhom liċenzi Komunitarji kif previst f’dan ir-Regolament u trasportaturi awtorizzati li joperaw ċerti kategoriji ta’ servizzi internazzjonali ta’ trasport ta’ merkanzija għandhom ikunu permessi li jwettqu servizzi nazzjonali ta’ trasport fuq bażi temporanja fi Stat Membru fuq bażi temporanja, f’konformità ma’ dan ir-Regolament mingħajr ma jkollhom uffiċċju reġistrat jew stabbiliment ieħor hemmhekk. Meta jitwettqu tali operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, dawn għandhom ikunu soġġetti għal-leġislazzjoni Komunitarja bħar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali relatata mat-trasport bit-triq (6) u għal-liġi nazzjonali applikabbli f’oqsma speċifikati li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti.

(14)

Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet sabiex jippermettu li tkun tista’ tittieħed azzjoni f’każ ta’ interruzzjoni serja tas-swieq tat-trasport milquta. Għal dak il-għan jeħtieġ li tiġi introdotta proċedura adatta għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u għad-data meħtieġa li għandha tinġabar.

(15)

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar id-dritt ta’ stabbiliment, operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jikkonsistu fl-għoti ta’ servizzi minn trasportaturi fi Stat Membru fejn ma jkunux stabbiliti, u m’għandhomx ikunu pprojbiti sakemm ma jitwettqux b’mod li joħloq attività permanenti jew kontinwa f’dak l-Istat Membru. Biex jgħin fl-infurzar ta’ din il-ħtieġa, il-frekwenza tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u l-perijodu meta dawn jistgħu jitwettqu għandhom ikunu definiti b’mod iktar ċar. Fl-imgħoddi, servizzi ta’ trasport nazzjonali bħal dawn kienu permessi fuq bażi temporanja. Fil-prattika, kien diffiċli li jiġi aċċertat liema servizzi huma permessi. Huma għalhekk meħtieġa regoli ċari u faċilment infurzabbli.

(16)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport ‘il ġewwa jew ‘l barra ta’ merkanzija bit-triq bħala parti waħda minn vjaġġ ta’ trasport ikkombinat kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċertu tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ prodotti bejn Stati Membri (7). Vjaġġi nazzjonali bit-triq fi Stat Membru ospitanti li mhumiex parti minn operazzjoni ta’ trasport ikkombinat kif stipulat fid-Direttiva 92/106/KEE, jaqgħu fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ operazzjoni ta’ kabotaġġ u għalhekk għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(17)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (8) japplikaw għal intrapriżi tat-trasport li jwettqu operazzjoni ta’ kabotaġġ.

(18)

Biex iwettqu kontrolli effiċjenti tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri ospitanti għandhom, tal-inqas, ikollhom aċċess għad-data min-noti tal-kunsinna u mit-tagħmir tar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (9).

(19)

L-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka oħra bil-għan li jiġi applikat ir-Regolament.

(20)

Il-formalitajiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun mingħajr ma jkunu abbandunati l-kontrolli u l-penali li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, ir-regoli eżistenti dwar l-irtirar tal-liċenza Komunitarja għandhom jiġu ċċarati u msaħħa. Ir-regoli kurrenti għandhom jiġu adattati sabiex jippermettu l-issanzjonar effettiv ta’ ksur serju jew minuri ripetuti imwettqin fi Stat Membru ospitanti. Il-penali m’għandhomx ikunu diskriminatorji u jridu jkunu proporzjonati għas-serjetà tal-ksur. Għandu jkun possibbli li jsir appell fir-rigward ta’ kull penali imposta.

(21)

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fir-reġistru nazzjonali elettroniku tagħhom tal-impriżi tat-trasport bit-triq kull ksur serju mwettaq mit-trasportaturi li jkun wassal għall-impożizzjoni ta’ penali.

(22)

Sabiex jiġi ffaċilitat u jissaħħaħ l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt imwaqqfin skont ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta’ operatur tat-trasport bit-triq (10).

(23)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (11).

(24)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter sabiex tadatta l-Annessi I, II u III ta’ dan ir-Regolament għall-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfasslin sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(25)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament, partikolarment f’dak li jirrigwarda penali effettivi, proporzjonati u diswassivi.

(26)

Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jassigura qafas koerenti għat-trasport bit-triq tal-merkanzija madwar il-Komunità, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-għan.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

(1)   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bit-triq internazzjonali tal-merkanzija bil-kiri jew b’kumpens għall-vjaġġi li jsiru fit-territorju Komunitarju.

(2)   Fil-każ ta’ trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċeversa, dan ir-Regolament għandu japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta’ Stat Membru traversat waqt il-vjaġġ. M’għandux japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt sakemm ma jkunx ġie konkluż il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz.

(3)   Sakemm jintlaħqu il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa:

(a)

dispożizzjonijiet rigward it-trasport minn Stat Membru għal pajjiż terz u viċeversa li huma inklużi fil-ftehim bilaterali li ntlaħqu mill-Istati Membri ma’ dawk il-pajjiżi terzi;

(b)

id-dispożizzjonijiet rigward it-trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċeversa li huma inklużi fil-ftehim bilaterali li saru bejn l-Istati Membri li, taħt l-awtorizzazzjonijiet bilaterali jew taħt l-arranġamenti għal-liberalizzazzjoni, jippermettu t-tagħbija u l-ħatt fi Stat Membru minn trasportaturi li mhumiex stabbiliti f’dak l-Istat Membru.

(4)   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bit-triq nazzjonali tal-merkanzija li jitwettaq fuq bażi temporanja minn trasportatur mhux residenti kif previst fil-Kapitolu III.

(5)   It-tipi ta’ trasport u vjaġġi mingħajr tagħbija li ġejjin, magħmulin b’rabta ma’ tali trasport m’għandhomx jeħtieġu liċenzja tal-Komunità u għandhom ikunu eżentati minn kwalunkwe awtorizzazzjoni għat-trasport:

(a)

it-trasport tal-posta bħala servizz universali;

(b)

it-trasport ta’ vetturi li jkunu ġarrbu ħsarat jew li m’għadhomx jaħdmu;

(ċ)

it-trasport ta’ merkanzija fuq vetturi bil-mutur li l-massa bit-tagħbija permissibbli tagħhom, li jinkludi anke t-toqol tal-karrijiet, ma jeċċedix it-3,5 tunnellati;

(d)

it-trasport ta’ merkanzija bil-vetturi bil-mutur sakemm jitħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-merkanzija li tinġarr tkun il-proprjetà tal-impriża jew li tkun inbiegħet, inxtrat, inħarġet b’kera jew inkriet, kienet prodotta, estratta, ipproċessata jew imsewwija mill-impriża;

(ii)

l-iskop tal-vjaġġ ikun li tinġarr il-merkanzija lejn jew mill-impriża jew biex tiġi mċaqalqa, kemm jekk ġewwa l-impriża jew barra minnha, għall-ħtiġiet tagħha;

(iii)

il-vetturi bil-mutur li jintużaw għal dan it-trasport ikunu misjuqa mill-persunal impjegat minn jew li jitqiegħed għad-disposizzjoni tal-impriża taħt obbligu kuntrattwali;

(iv)

il-vetturi li jġorru l-merkanzija ikunu proprjetà tal-impriża jew ikunu nxtraw minnha bi ħlas bin-nifs jew mikrijin, sakemm fil-każ tal-aħħar dawn ikunu jilħqu l-kondizzjonijiet tad-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar l-użu ta’ vertturi mikrija mingħajr xufiera għat-trasport bit-triq tal-merkanzija (12); u

(v)

dan it-trasport ma jkunx ħlief anċillari għall-attivitajiet kollha tal-impriża;

(e)

it-trasport ta’ prodotti mediċinali, appliances, tagħmir jew artikoli oħra li huma meħtieġa għall-kura medika, partikolarment fil-każi ta’ diżastri naturali.

Il-punt (d) (iv) tal-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għall-użu ta’ vettura li tintuża minflok vettura oħra li normalment tintuża u li għal żmien qasir tkun bil-ħsara.

(6)   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 m’għandhomx jaffettwaw il-kondizzjonijiet li taħthom kull Stat Membru jawtorizza liċ-ċittadini tiegħu biex jingaġġaw fl-attivitajiet imsemmija f’dak il-paragrafu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“vettura” tfisser vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru jew grupp magħqud ta’ vetturi li jkollu għallinqas vettura waħda mill-grupp irreġistrata fi Stat Membru, użata esklusivament għat-trasport tal-merkanzija;

(2)

“trasport internazzjonali” tfisser:

(a)

vjaġġ mgħobbi magħmul minn vettura li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha jkunu f’żewġ Stati Membri differenti, billi jgħaddi jew bla ma jgħaddi minn xi Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;

(b)

vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura minn Stat Membru lejn pajjiż terz jew viċeversa, sew jekk jgħaddi kif ukoll jekk ma jgħaddix minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;

(ċ)

vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura bejn pajjiżi terzi, bil-mogħdija mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed; jew

(d)

vjaġġ bla tagħbija li huwa involut ma’ trasport imsemmi fil-punti (a), (b) u (c);

(3)

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li fih it-trasportatur jopera għajr l-Istat Membru ta’ stabbiliment tat-trasportatur;

(4)

“trasportatur mhux residenti” tfisser impriża tat-trasport bit-triq tal-merkanzija li topera fi Stat Membru ospitanti;

(5)

“xufier” tfisser kull persuna li ssuq il-vettura anki għal perijodu qasir, jew li tinġarr f’vettura bħala parti mid-dmirijiet tagħha biex tkun disponibbli għal sewqan jekk meħtieġ;

(6)

“operazzjonijiet ta’ kabotaġġ” tfisser trasport nazzjonali għall-kiri jew għall-kumpens imwettaq fuq bażi temporanja fi Stat Membru ospitanti f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(7)

“ksur serju tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq” tfisser ksur li jista’ jwassal għat-telf ta’ reputazzjoni tajba skont l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament Nru 1071/2009 u/jew għall-irtirar temporanju jew permanenti ta’ liċenza Komunitarja.

KAPITOLU II

TRASPORT INTERNAZZJONALI

Artikolu 3

Prinċipju ġenerali

It-trasport internazzjonali għandu jkun soġġett għall-pussess ta’ liċenza Komunitarja u, jekk ix-xufier huwa ċittadin ta’ pajjiż terz, flimkien mal-attestazzjoni ta’ xufier.

Artikolu 4

Liċenza Komunitarja

(1)   Il-liċenza Komunitarja għandha tinħareġ minn Stat Membru, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, lil kwalunkwe trasportatur li jġorr merkanzija bit-triq b’kera jew b’kumpens li:

(a)

huwa stabbilit f’dak l-Istat Membru, skont il-leġislazzjoni Komunitarja u l-leġislazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru; u

(b)

huwa intitolat, fl-Istat Membru tal-istabbiliment, f’konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja u l-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jirregolaw l-aċċess għall-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq biex iwettaq it-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq.

(2)   Il-liċenza Komunitarja għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għal perijodi ta’ mhux aktar minn għaxar snin li jiġġeddu.

Il-liċenzi Komunitarji u l-kopji attestati maħruġin qabel id-data tal-applikabbiltà tagħhom għandhom jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-perijodu ta’ validità tal-liċenza Komunitarja għall-progress tekniku, partikolarment ir-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq kif previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) 1071/2009. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

(3)   L-Istat Membru tal-istabbiliment għandu joħroġ lid-detentur il-liċenza oriġinali Komunitarja, li għandha tinżamm mit-trasportatur, u n-numru ta’ kopji veri attestati li jikkorrispondi għan-numru ta’ vetturi li d-detentur tal-liċenza Komunitarja għandu għad-disposizzjoni tiegħu, kemm jekk dawk il-vetturi jkunu proprjetà sħiħa tiegħu u kemm jekk, per eżempju, ikunu għandu taħt kuntratt ta’ kiri bil-possibilità ta’ xiri, ta’ kera jew ta’ leasing.

(4)   Il-liċenza Komunitarja u l-kopji veri attestati għandhom jikkorrispondu għall-mudell li jinstab fl-Anness II, li jesiġi wkoll il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Huma għandhom ikun fihom mill-inqas tnejn mill-karatteristiċi ta’ sigurtà elenkati fl-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Annessi I u II għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, intiżi sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

(5)   Il-liċenza Komunitarja u l-kopji veri attestati tagħha għandhom ikollhom it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ kif ukoll firma u numru tas-serje. In-numri tas-serje tal-liċenza Komunitarja u l-kopji veri attestati għandhom jitniżżlu fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq bħala parti mid-data relatat mat-trasportatur.

(6)   Il-liċenza Komunitarja għandha tinħareġ f’isem it-trasportatur u m’għandhiex tkun trasferibbli. Kopja vera attestata tal-liċenza Komunitarja għandha tinżamm f’kull vettura tat-trasportatur u għandha tiġi preżentata b’talba ta’ uffiċjal awtorizzat li jjispezzjona.

Fil-każ ta’ grupp magħqud ta’ vetturi, il-kopja vera attestata a għandha takkumpanja l-vettura bil-mutur. Hija għandha tkopri l-grupp magħqud ta’ vetturi wkoll meta l-karru jew in-nofs-karru ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat biex juża t-toroq fl-isem ta’ min għandu l-liċenza jew meta huwa rreġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq fi Stat ieħor.

Artikolu 5

Attestazzjoni tax-xufier

(1)   Għandha tinħareġ attestazzjoni ta’ xufier minn Stat Membru, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, lil trasportatur li:

(a)

huwa detentur ta’ liċenza Komunitarja; u

(b)

f’dak l-Istat Membru jew jimpjega legalment xufier li la hu ċittadin ta’ Stat Membru u lanqas resident minn żmien twil skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 rigward l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (13), jew legalment juża xufier li la hu ċittadin ta’ Stat Membru u lanqas resident għat-tul skont it-tifsira ta’ dik id-Direttiva, u li jkun imqiegħed għad-disposizzjoni ta’ dak it-trasportatur f’konformità mal-kondizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali kif stabbilit f’dak l-Istat Membru:

(i)

minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi; u, kif adatt,

(ii)

minn ftehim kollettivi, f’konformità mar-regoli applikabbli f’dak l-Istat Membru.

(2)   L-attestazzjoni tax-xufier għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur b’talba ta’ min għandu l- liċenza Komunitarja, għal kull xufier li la hu ċittadin ta’ Stat Membru u lanqas resident għat-tul skont it-tifsira tad-Direttiva 2003/109/KE li dak it-trasportatur jimpjega legalment, jew għal kull xufier li la hu ċittadin ta’ Stat Membru u lanqas resident għat-tul skont it-tifsira ta’ dik id-Direttiva u li jkun imqiegħed għad-disposizzjoni tat-trasportatur. Kull attestazzjoni ta’ xufier għandha tiċċertifika li x-xufier imsemmi hemmhekk ikun impjegat f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

(3)   L-attestazzjoni tax-xufier għandha tikkorrispondi mal-mudell stipulat fl-Anness III. Hi għandu jkun fiha mill-inqas tnejn mill-karatteristiċi ta’ sigurtà elenkati fl-Anness I.

(4)   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Anness II għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15 (2).

(5)   L-attestazzjoni tax-xufier għandu jkollha t-timbru tal-awtorità tal-ħruġ kif ukoll firma u numru tas-serje. In-numru tas-serje tal-attestazzjoni tax-xufier għandu jitniżżel fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq bħala parti mid-data relatata mat-trasportatur li jqiegħda għad-disposizzjoni tax-xufier innominat fih.

(6)   L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun tappartjeni lit-trasportatur, li jpoġġiha għad-disposżizzjoni tax-xufier imsemmi hemmhekk meta dak ix-xufier isuq vettura li tuża l-liċenza Komunitarja maħruġa lil dak it-trasportatur. Kopja ċertifikata tal-attestazzjoni tax-xufier maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn hu stabbilit it-trasportatur għandha tinżamm fil-bini tat-trasportatur. L-attestazzjoni tax-xufier għandha tiġi preżentata b’talba ta’ kull uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

(7)   L-attestazzjoni tax-xufier għandha tinħareġ għal perijodu li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru li joħroġha, soġġetta għal validità massima ta’ ħames snin. L-attestazzjonijiet tax-xufiera maħruġa qabel id-data tal-applikabbiltà dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun valida biss sakemm il-kondizzjonijiet li taħthom tkun maħruġa jkunu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti sabiex jiżguraw li jekk dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux jintlaħqu aktar, it-trasportatur għandu minnufih jibgħat lura l-attestazzjoni lill-awtoritajiet li jkunu ħarġuha.

Artikolu 6

Verifika tal-kondizzjonijiet

(1)   Meta ssir applikazzjoni għal liċenza Komunitarja jew applikazzjoni għat-tiġdid tal-liċenza Komunitarja skont l-Artikolu 4(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-istabbiliment, għandhom jivverifikaw jekk it-trasportatur jissodisfax, jew ikunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 4(1).

(2)   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jivverifikaw regolarment, billi jagħmlu kontrolli kull sena, li jkopru minn ta’ lanqas 20 % tal-attestazzjonijiet tax-xufiera validi f’dak l-Istat Membru, jekk il-kondizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(1), li permezz tagħhom l-attestazzjoni tax-xufier tkun inħarġet, ikunu għandhom jiġu sodisfatti.;

Artikolu 7

Ċaħda tal-ħruġ u l-irtirar ta’ liċenza Komunitarja u attestazzjoni tax-xufier

(1)   Jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) jew dawk li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(1) mhumiex sodisfatti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jiċħdu l-applikazzjoni għall-ħruġ jew għat-tiġdid tal-liċenza Komunitarja jew il-ħruġ tal-attestazzjoni tax-xufier, permezz ta’ deċiżjoni u jagħtu ir-raġunijiet għal hekk.

(2)   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw il-liċenza Komunitarja jew l-attestazzjoni tax-xufier meta d-detentur:

(a)

ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 4(1) jew dawk li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(1); jew

(b)

ikun forna informazzjoni żbaljata fir-rigward ta’ applikazzjoni għal liċenza Komunitarja jew għall-attestazzjoni ta’ xufier.

KAPITOLU III

KABOTAĠĠ

Artikolu 8

Prinċipju Ġenerali

(1)   Kull trasportatur b’kiri jew qligħ, li huwa detentur ta’ liċenza Komunitarja u li x-xufier tiegħu, jekk ikun ċittadin ta’ pajjiż terz, ikollu l-attestazzjoni tax-xufier, ikun intitolat, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, iwettaq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ.

(2)   Ladarba l-merkanzija li tinġarr tul vjaġġ internazzjonali li jkun dieħel tiġi kkunsinjata, it-trasportaturi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikun permessi jwettqu, bl-istess vettura, jew, fil-każ ta’ vetturi mgħaqqdin, il-vettura bil-mutur ta’ dik l-istess vettura, sa tliet operazzjonijiet ta’ kabotaġġ wara t-trasport internazzjonali minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz għall-Istat Membru ospitanti. L-aħħar ħatt tul operazzjoni tal-kabotaġġ qabel it-tluq mill-Istat Membru ospitanti għandu jsseħħ fi żmien sebat ijiem mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti waqt il-vjaġġ internazzjonali li jkun dieħel.

Fil-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu, it-trasportaturi jistgħu jwettqu wħud mill-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, jew kollha kemm huma, permessi taħt dak is-subparagrafu fi kwalunkwe Stat Membru bil-kondizzjoni li jkunu limitati għal operazzjoni ta’ kabotaġġ waħda għal kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem mid-dħul mhux mgħobbi fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

(3)   Servizzi nazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija mwettqin fl-Istat Membru ospitanti minn trasportatur mhux residenti għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament biss jekk it-trasportatur jista’ jipproduċi prova ċara tat-trasport internazzjonali li jkun dieħelu ta’ kull operazzjoni konsekuttiva ta’ kabotaġġ imwettqa.

L-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi mill-inqas id-dettalji li ġejjin għal kull operazzjoni:

(a)

l-isem, l-indirizz u l-firma ta’ min qed jibgħat;

(b)

l-isem, l-indirizz u l-firma tat-trasportatur;

(ċ)

l-isem u l-indirizz tad-destinatarju kif ukoll il-firma u d-data tal-kunsinna ladarba l-merkanzija tkun waslet;

(d)

il-post u d-data tat-teħid tal-merkanzija u l-post fejn għandha titwassal;

(e)

Id-deskrizzjoni użata s-soltu dwar in-natura tal-merkanzija u l-metodu tal-imballaġġ, u, fil-każ ta’ merkanzija perikoluża, id-deskrizzjoni ġeneralment rikonoxxuta tagħhom kif ukoll l-għadd ta’ pakketti u l-marki speċjali u n-numri tagħhom;

(f)

il-massa gross tal-merkanzija jew il-kwantità tiegħu espressa mod ieħor;

(g)

il-pjanċi tan-numru tal-vettura u t-trejler.

(4)   Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda dokument addizzjonali biex tingħata prova li l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu kienu sodisfati.

(5)   Kull trasportatur li jkun intitolat fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit, skont il-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, li jagħmel l-operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq tal-merkanzija b’kiri jew bi ħlas li huma speċifikati fl-Artikolu 1 (5)(a), (b) u ((c) għandu jitħalla, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, li jagħmel, skont ma jkun il-każ, operazzjonijiet ta’ kabotaġġ tal-istess għamla jew l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ permezz ta’ vetturi fl-istess kategorija.

(6)   Il-permess sabiex isiru l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, fil-qafas tat-tipi ta’ tagħbija msemmijin fl-Artikolu 1(5)(d) u (e), m’għandux ikun ristrett.

Artikolu 9

Regoli applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ

(1)   It-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għandu jkun soġġett, sakemm mhux previst mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja, għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a)

il-kondizzjonijiet li jiggwidaw il-kuntratt tat-trasport;

(b)

il-piżijiet u l-qisien ta’ vetturi;

(ċ)

il-ħtiġiet li jirriferu għat-tagħbija ta’ ċerti kategoriji ta merkanzija, b’mod partikolari merkanzija perikoluża, affarijiet tal-ikel li jiħżienu, u annimali ħajjin;

(d)

il-ħin tas-sewqan u l-perijodi ta’ mistrieħ

(e)

it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq servizzi ta’ trasport.

Il-piżijiet u d-dimensjonijiet li hemm riferenza għalihom fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jistgħu, meta jkun adatt, jeċċedu dawk applikabbli fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur, iżda dawn ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jeċċedu l-limiti stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti għat-traffiku nazzjonali jew il-karatteristiċi tekniċi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 6 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (14).

(2)   Il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikati għat-trasportaturi mhux residenti bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li huma imposti fuq it-trasportaturi stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti, sabiex ma jitħalliex li ssir diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ nazzjonalità jew ta’ post fejn wieħed jistabbilixxi lilu nnifsu.

Artikolu 10

Proċedura ta’ salvagwardja

(1)   Fil-każ ta’ problema serja fis-suq tat-trasport nazzjonali f’żona ġeografika speċifika dovuta għal, jew aggravata minn, kabotaġġ, kull Stat Membru jista’ jirriferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa u jgħarrafha bil-miżuri li bi ħsiebu jieħu fir-rigward tat-trasportaturi residenti.

(2)   Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

“problema serja fis-suq tat-trasport nazzjonali f’żona ġeografika speċifika” tfisser l-eżistenza fis-suq ta’ problemi speċifiċi għalih, tant li jkun hemm eċċess serju u potenzjalment persistenti tal-provvista mqabbla mad-domanda, li jkun ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja u s-sopravivenza ta’ għadd sostanzjali ta’ trasportaturi,

“żona ġeografika” tfisser żona li tkopri t-territorju kollu, jew parti minnu, ta’ Stat Membru jew li tkun testendi għat-territorju kollu, jew parti minnu, ta’ Stati Membri oħrajn.

(3)   Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni, abbażi b’mod partikolari tad-data rilevanti u, wara li tikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15(1), għandha tiddeċiedi fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba tal-Istat Membru jekk jinħtiġux jew le miżuri ta’ salvagwardja u għandha tadottahom jekk ikunu meħtieġa.

Dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu l-esklużjoni temporanja taż-żona konċernata mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Miżuri adottati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur, li jiġġedded darba fl-istess limiti tal-validità.

Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kunsill b’kull deċiżjoni li tittieħed bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.

(4)   Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tadotta miżuri ta’ salvagwardja li jikkonċernaw Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti għandhom jinħtieġu jieħdu miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ekwivalenti fir-rigward tat-trasportaturi residenti u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan. Dawn il-miżuri għandhom jiġu applikati mhux aktar tard mill-istess data bħall-miżuri ta’ salvagwardja adottati mill-Kummissjoni.

(5)   Kull Stat Membru jista’ jirriferi lill-Kunsill deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 fi żmien 30 jum min-notifika tagħha. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata jista’, fi żmien 30 jum minn dik ir-rieferenza jew, f’każ ta’ riferenzi minn diversi Stati Membri, mill-ewwel riferenza, jieħu deċiżjoni differenti.

Il-limiti tal-validità stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 għandhom japplikaw għad-deċiżjoni tal-Kunsill. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati għandhom jinħtieġu jieħdu miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ekwivalenti fir-rigward tat-trasportaturi residenti u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan. Jekk il-Kunsill ma jieħu l-ebda deċiżjoni fi żmien il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha ssir finali.

(6)   Jekk il-Kummissjoni tqis li l-miżuri msemmijin fil-paragrafu 3 jeħtieġu jiġu prolungati, hija għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill, li għandu jieħu deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata.

KAPITOLU IV

ASSISTENZA REĊIPROKA U PENALI

Artikolu 11

Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin biex jassiguraw l-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jiskambjaw informazzjoni permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt imwaqqfin skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

Artikolu 12

Sanzjonijiet fuq ksur mill-Istat Membru tal-istabbiliment

(1)   Fil-każ ta’ ksur serju tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jkun sar jew ġie aċċertat fi kwalunkwe Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ fejn ikun stabbilit it-trasportatur li kkommetta dan il-ksur għandhom jieħdu l-azzjoni adatta li tista’ tinkludi twissija, jekk dan ikun stipulat mil-liġi nazzjonali biex isegwu l-kwistjoni li tista’ twassal, inter alia, għall-impożizzjoni tal-penali amministrattivi li ġejjin:

(a)

l-irtirar temporanju jew parzjali ta’ xi wħud jew kollha mill-kopji attestati tal-liċenza Komunitarja;

(b)

l-irtirar temporanju jew permanenti tal-liċenza Komunitarja.

Dawn il-penali jistgħu jiġu determinati wara li d-deċiżjoni finali dwar il-kwistjoni tkun ittieħdet u għandhom iqisu s-serjetà tal-ksur kommess mid-detentur tal- liċenza Komunitarja u n-numru totali ta’ kopji attestati ta’ dik il-liċenza li hu jżomm fir-rigward tat-traffiku internazzjonali.

(2)   Fil-każ ta’ ksur serju jew ripetut dwar xi użu ħażin hu liema hu tal-attestazzjonijiet tax-xufiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandu jimponi penali adatti, bħalma huma:

(a)

is-sospensjoni tal-ħruġ tal-attestazzjonijiet tax-xufier;

(b)

l-irtirar tal-attestazzjonijiet tax-xufier;

(ċ)

jagħmel il-ħruġ tal-attestazzjonijiet tax-xufier soġġett għall-kondizzjonijiet addizzjonali sabiex ikun evitat l-użu ħażin;

(d)

l-irtirar, temporanju jew permanenti, ta’ xi wħud jew kollha mill-kopji ċċertifikati veri tal-liċenza Komunitarja;

(e)

l-irtirar, temporanju jew permanenti, tal-liċenza Komunitarja.

Dawn il-penali jistgħu jiġu ddeterminati wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni finali dwar il-kwistjoni u għandhom iqisu s-serjetà tal-ksur kommess mid-detentur tal-liċenza Komunitarja.

(3)   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment għandhom jikkomunikaw kemm jista’ jkun malajr lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-ksur kien aċċertat, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara d-deċiżjoni finali fil-kwistjoni jekk u liema mill-penali previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu kienu ġew imposti.

Jekk tali penali ma jiġux imposti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment għandhom isemmu r-raġunijiet.

(4)   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw illi l-penali mposti fuq it-trasportatur ikkonċernat ikunu, fit-totalità tagħhom, proporzjonali għall-ksur li jkun wassal jew wasslu għal dawk il-penali u billi tittieħed f’konsiderazzjoni kwalunkwe penali mposta għall-istess ksur fl-Istat Membru fejn ikun ikkonstatat il-ksur.

(5)   L- awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur jistgħu wkoll, permezz tal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jiftħu proċeduri kontra t-trasportatur ikkonċernat quddiem qorti kompetenti jew tribunal nazzjonali. Dawn għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bi kwalunkwe deċiżjonijiet meħuda għal dan l-effett.

(6)   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trasportaturi jkollhom dritt ta’ appell kontra kwalunkwe penali amministrattiva imposta fuqhom skont dak l-Artikolu.

Artikolu 13

Sanzjonijiet fuq ksur mill-Istat Membru ospitanti

(1)   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu konxji ta’ ksur serju ta’ dan ir-Regolament jew tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jkun qiegħed isir minn xi trasportatur mhux residenti, l-Istat Membru li fih jiġi aċċertat li qed isir il-ksur għandu jittrasmetti l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-deċiżjoni finali tagħhom dwar il-kwistjoni, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-ksur u tad-data u l-ħin meta huwa twettaq;

(b)

il-kategorija, it-tip u l-gravità tal-ksur; u

(ċ)

il-penali imposti u l-penali esegwiti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih it-trasportatur huwa stabbilit biex jimponu penali amministrattivi skont l-Artikolu 12.

(2)   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe proċeduri ta’ prosekuzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom ikollhom il-jedd li jimponu penali fuq trasportatur mhux residenti li jkun ikkommetta ksur ta’ dan ir-Regolament jew ta’ leġislazzjoni dwar it-trasport bit-triq nazzjonali jew Komunitarja fit-territorju tagħhom matul operazzjoni ta’ kabotaġġ. Dawn għandhom jimponu dawk il-penali fuq bażi non-diskriminatorja. Dawn il-penali jistgħu, inter alia, jikkonsistu fi twissija, jew, fl-eventwalità ta’ ksur serju, impediment temporanju fuq operazzjonijiet b’ kabotaġġ fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti fejn ikun seħħ il-ksur.

(3)   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi ikollhom dritt ta’ appell kontra kwalunkwe penali amministrattiva imposta fuqhom skont dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Reġistrazzjoni fir-reġistri elettroniċi nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li ksur serju tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jsir minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom, li wasslu għall-impożizzjoni ta’ penali minn kwalunkwe Stat Membru, kif ukoll kwalunkwe rtirar temporanju jew permanenti tal-liċenza Komunitarja jew tal-kopja vera attestata tagħha, ikunu rreġistrati fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq. L-entrati fir-reġistru rigward l-irtirar temporanju jew permanenti ta’ liċenza Komunitarja għandhom jibqgħu fid-database għal sentejn magħdudin mid-data tal-iskadenza tal-perijodu tal-irtirar, fil-każ tal-irtirar temporanju, jew mid-data tal-irtirar, fil-każ tal-irtirar permanenti.

KAPITOLU V

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 15

Proċedura tal-Kumitat

(1)   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85.

(2)   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

Artikolu 16

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti b’dan il-mod għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-4 ta’ Diċembru 2011, u għandhom jinnotifikawha bil-bidliet sussegwenti għalihom malajr kemm jista’ jkun.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri kollha jittieħdu mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadinanza jew għall-post ta’ fejn ikun stabbilit it-trasportatur.

Artikolu 17

Rappurtar

(1)   Kull sentejn l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bin-numru ta’ trasportaturi li jkollhom il-liċenzi mill-Komunità fil-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti u n-numru ta’ kopji veri attestati li jikkorrispondu mal-vetturi li jkun hemm fiċ-ċirkolazzjoni f’dak iż-żmien.

(2)   L-Istati Membri għandhom ukoll jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ attestazzjonijiet maħruġa fis-sena kalendarja preċedenti u kif ukoll bl-għadd ta’ attestazzjonijiet tax-xufiera fiċ-ċirkolazzjoni fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena.

(3)   Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-istat tas-suq Komunitarju tat-trasport bit-triq sal-aħħar tal-2013. Ir-rapport għandu jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni tas-suq, inkluż evalwazzjoni tal-effettività tal-kontrolli, u l-evoluzzjoni tal-kondizzjonijiet tal-impjieg fil-professjoni, kif ukoll valutazzjoni dwar jekk l-armonizzazzjoni tar-regoli fl-oqsma, inter alia, tal-infurzar u tat-tariffi għall-utenti tat-toroq, kif ukoll il-leġislazzjoni soċjali u dwar is-sigurtà, ipprogressawx tant li jkun previst aktar ftuħ tas-swieq tat-trasport bit-triq domestiku, inkluż il-kabotaġġ.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Tħassir

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 u d-Direttiva 2006/94/KE huma b’dan revokati.

Ir-riferenzi għar-Regolamenti u d-Direttiva rrevokati għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-4 ta’ Diċembru 2011, minbarra l-Artikoli 8 u 9, li għandhom japplikaw mill-14 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 31.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-9 ta’ Jannar 2009 (ĠU C 62 E, 17.3.2009, p. 46) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2009

(3)  ĠU L 95, 9.4.1992, p. 1.

(4)  ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 5.

(6)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38.

(8)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(9)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

(10)  Ara p. 51, ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(11)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(12)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82.

(13)  ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.

(14)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59.


ANNESS I

Karatteristiċi tas-sigurtà tal-liċenza Komunitarja u l-attestazzjoni tax-xufier

Il-liċenza Komunitarja u l-attestazzjoni tax-xufier għandu jkollha tal-inqas tnejn mill-karatteristiċi ta’ sigurtà li ġejjin:

ologramma,

fibri speċjali fil-karta li jsiru viżibbli taħt dawl UV,

tal-inqas linja ta’ mikrostampa waħda (l-istampar ikun viżibbli biss b’lenti li tkabbar u mhux riprodott b’magni tal-ikkupjar),

ittri, simboli jew motifi li jinħassu,

numerazzjoni doppja: numru tas-serje tal-linċenza Komunitarja, tal-kopja ċċertifikata tagħha jew tal-attestazzjoni tax-xufier kif ukoll, f’kull każ, in-numru tal-ħarġa,

sfond ta’ disinn ta’ sigurtà b’motifi ta’ guilloche rqaq u stampar qawsalla.


ANNESS II

Mudell tal-liċenza Komunitarja

KOMUNITÀ EWROPEA

(a)

(Kulur Pantone ċelesti, karta sintetika format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-liċenza)

(Test fl-ilsien (f’wieħed mill-ilsna) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenza)

Image

Test ta 'immaġni

(b)

(it-tieni paġna tal-liċenza)

(Test fl-ilsien (f’wieħed mill-ilsna) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenza)

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Din il-liċenza hija maħruġa taħt ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

Din tintitola lid-detentur tal-awtorizzazzjoni li jinvolvi ruħu fit-trasport bit-triq internazzjonali ta’ merkanzija b’kera jew b’kumpens b’kull rotta, għal vjaġġi sħaħ jew parti minn vjaġġi mwettqa fit-territorju Komunitarju, u, fejn adatt, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti hawnhekk:

meta l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla huma f’żewġ Stati Membri differenti, sew jekk ikun hemm kif ukoll jekk ma jkunx hemm passaġġ minn Stat Membru wieħed jew aktar, jew minn pajjiżi terzi,

minn Stat Membru lejn pajjiż terz jew viċeversa, bi transitu jew le minn Stat Membru wieħed jew aktar jew mill-pajjiżi terzi,

bejn pajjiżi terzi bi transitu mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar,

u vjaġġi mingħajr tagħbija li għandhom rabta ma’ dan it-trasport.

Fil-każ ta’ trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz jew viċeversa, din il-liċenza hija valida għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju Komunitarju. Għandha tkun valida fl-Istat Membru ta’ fejn isiru t-tagħbija jew il-ħatt biss wara li jkun konkluż il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi f’dan il-każ f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

Il-liċenza hija personali għad-detentur u mhijiex trasferibbli.

Hija tista’ tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħariġha, partikolarment meta d-detentur:

ma jkunx konformi mall-kondizzjonijiet kollha għall-użu tal-liċenza,

ikun ta informazzjoni li ma kenitx korretta fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa biex tingħata jew tiġġedded il-liċenza.

L-oriġinal tal-liċenza għandu jinżamm mill-impriża tat-trasportatur.

Kopja vera attestata tal-liċenza għandha tinżamm fil-vettura (1). Fil-każ ta’ grupp magħqud ta’ vetturi għandha takkumpanja l-vettura bil-mutur. Hija tgħodd għall-grupp magħqud ta’ vetturi anke jekk it-trejler jew is-semi-trejler ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat biex juża t-toroq fl-isem id-detentur tal-liċenza jew jekk huwa rreġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq fi Stat ieħor.

Il-liċenza għandha tiġi preżentata fuq talba ta’ kwalunkwe uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

Fit-territorju ta’ kull Stat Membru, id-detentur għandu jikkonforma mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministattivi fis-seħħ f’dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u tat-traffiku.


(1)  “Vettura” tfisser vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru, jew għaqda ta’ vetturi li l-vettura bil-mutur tagħhom ta’ mill-anqas tkun irreġistrata fi Stat Membru, użata esklusivament għat-trasport tal-merkanzija.


ANNESS III

Mudell tal-attestazzjoni tax-xufier

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

(a)

(Kulur Pantone roża, format DIN A4; karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-attestazzjoni)

(Test fl-ilsien (f’wieħed mill-ilsna) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ l-attestazzjoni)

Image

Test ta 'immaġni

(b)

(It-tieni paġna tal-attestazzjoni)

(Test fl-ilsien (f’wieħed mill-ilsna) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ l-attestazzjoni)

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-attestazzjoni hija maħruġa permezz tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

Hija tiċċertifika li x-xufier imsemmi hawnhekk hu impjegat, f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi u, kif adatt, il-ftehim kollettivi, f’konformità mar-regoli applikabbli fl-Istat Membru msemmi fl-attestazzjoni, dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol u jew tat-taħriġ vokazzjonali tax-xufiera applikabbli f’dak l-istess Stat Membru sabiex iwettaq l-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq f’dak l-Istat.

L-attestazzjoni tax-xufier għandha tappartjeni lit-trasportatur, li jagħmilha għad-żdispożizzjoni tax-xufier imsemmi fiha meta dak ix-xufier isuq vettura (1) impjegata fit-trasport bl-użu ta’ liċenza Komunitarja maħruġa lil dak it-trasportatur. L-attestazzjoni tax-xufier mhijiex trasferibbli. L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun valida biss sakemm il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom tkun inħarġet ikunu għandhom sodisfatti u trid tintbagħat minnufih lura mit-trasportatur lill-awtoritajiet kompetenti jekk dawn il-kondizzjonijiet m’għadhomx aktar jintlaħqu.

Tista’ tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħarġiha, partikolarment meta d-detentur:

ma jkunx ikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha għall-użu tal-attestazzjoni,

ikun issupplixxa informazzjoni mhix korretta fir-rigward tad-dettalji meħtieġa għall-ħruġ jew l-estensjoni tal-attestazzjoni.

Kopja ċċertifikata vera tal-attestazzjoni trid tinżamm mill-impriża tat-trasportatur;

Attestazzjoni oriġinali trid tinżamm fil-vettura u trid tiġi preżentata mix-xufier fuq talba ta’ kwalunkwe uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat.


(1)  “Vettura”, tfisser vettura bil-mutur irregistrata fi Stat Membru jew għaqda ta’ vetturi, li l-vettura bil-mutur tagħhom ta’ mill-anqas tkun irreġistrata fi Stat Membru, użata esklusivament għat-trasport tal-merkanzija.


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 881/92

Regolament (KEE) Nru 3118/93

Direttiva 2006/94/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

 

 

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

 

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

 

 

Artikolu 1(3)

Anness II

 

Artikolu 1(1), u (2), Anness I; Artikolu 2,

Artikolu 1(5)

 

 

Artikolu 2

Artikolu 1(6)

Artikolu 2

 

 

Artikolu 2

Artikolu 3(1)

 

 

Artikolu 3

Artikolu 3(2)

 

 

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(3)

 

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 5(1)

 

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(2)

 

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(3)

 

 

Artikolu 4(4)

 

 

 

Artikolu 4(5)

Artikolu 5(4), Anness I

 

 

Artikolu 4(6)

Artikolu 5(5)

 

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 6(1)

 

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(2)

 

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(3)

 

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(4)

 

 

Artikolu 5(6)

Artikolu 6(5)

 

 

Artikolu 5(7)

Artikolu 7

 

 

Artikolu 6

Artikolu 8(1)

 

 

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(2)

 

 

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(3)

 

 

Artikolu 12(1)

Artikolu 8(4)

 

 

Artikolu 12(2)

Artikolu 9(1) u (2)

 

 

Artikolu 12(6)

 

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 8(1)

 

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 8(5)

 

Artikolu 1(3) u (4)

 

Artikolu 8(6)

 

Artikolu 2

 

 

 

Artikolu 3

 

 

 

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 6(1)

 

Artikolu 9(1)

 

Artikolu 6(2)

 

 

 

Artikolu 6(3)

 

Artikolu 9(2)

 

Artikolu 6(4)

 

 

 

Artikolu 7

 

Artikolu 10

Artikolu 10

 

 

Artikolu 17(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 8(1)

 

Artikolu 11

Artikolu 11(2)

 

 

Artikolu 13(1)

Artikolu 11(3)

 

 

Artikolu 12(4)

Artikolu 11a

 

 

 

 

Artikolu 8 (2) u (3)

 

Artikolu 13(2)

 

Artikolu 8(4), subparagrafi 1 u 3

 

 

 

Artikolu 8(4) sottoparagrafu 2

 

Artikolu 12(4)

 

Artikolu 8(4) sottoparagrafi 4 u 5

 

Artikolu 12(5)

 

Artikolu 9

 

Artikolu 13(3)

Artikolu 12

 

 

Artikolu 18

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 14

Artikolu 10

 

 

 

Artikolu 11

 

 

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 4

Artikolu 19

 

 

Artikolu 3

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Anness II, III

 

Anness I

 

 

Anness II

Anness III

 

 

Anness III

 

Anness I

 

 

 

Anness II

 

 

 

Anness III

 

 

 

Anness IV

 

 


Top