EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1232

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2008 tal- 11 ta’ Diċembru 2008 li ma jalloka l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

ĠU L 334, 12.12.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1232/oj

12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1232/2008

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li ma jalloka l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ ta' l-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq ta’ l-offerti li jintemm fid-9 ta’ Diċembru 2008.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fil-9 ta’ Diċembru 2008, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


Top