EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0669

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2007 ta’ l- 14 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 195/2007 li jiftaħ ix-xiri tal-butir f’ċerti Stati Membri bejn l- 1 ta’ Marzu u l- 31 ta’ Awissu 2007

ĠU L 155, 15.6.2007, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/669/oj

15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/45


REGOLAMENTTAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 195/2007 li jiftaħ ix-xiri tal-butir f’ċerti Stati Membri bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Awissu 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jikkonċerna l-miżuri ta’ intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 195/2007 (3) stabbilixxa l-lista ta’ l-Istati Membri li fihom ix-xiri tal-butir infetaħ, b’konformità ma’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

(2)

Skond l-aħħar informazzjoni mibgħuta mill-Portugall, il-Kummissjoni stabbiliet li l-prezzijiet tas-suq għall-butir kienu ugwali jew aktar mit-92 % tal-prezz ta’ l-intervent għal ġimgħatejn konsekuttivi. Għalhekk huwa meħtieġ li x-xiri ta’ l-intervent jiġi sospiż f’dak l-Istat Membru. Għaldaqstant il-Portugall, għandu jitneħħa mil-lista misjuba fir-Regolament (KE) Nru 195/2007.

(3)

Għaldaqstant jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 195/2007 jiġi emendat kif ġej,

ADDOTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 195/2007 huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“Artikolu 1

Ix-xiri tal-butir kif regolat bl-Artikolu 6 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 huwa sospiż fl-Istati Membri li ġejjin:

il-Portugall.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi-Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  GU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (GU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  GU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (GU L 337, 22.12.2005, p. 20).

(3)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 62. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 354/2007 (GU L 90, 30.3.2007, p. 47).


Top