EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0618

Kawża T-618/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2023 – Amazonen-Werke H. Dreyer vs EUIPO (Kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea – Trade mark li tikkonsisti f’kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt”)

ĠU C 223, 26.6.2023, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2023 – Amazonen-Werke H. Dreyer vs EUIPO (Kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo)

(Kawża T-618/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark li tikkonsisti f’kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt”)

(2023/C 223/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Amazonen-Werke H. Dreyer SE & Co. KG (Hasbergen-Gaste, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Neuhierl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Lulju 2022 (Każ R 2006/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 441, 21.11.2022.


Top