EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0238

Kawża T-238/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2023 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (SAS II; COVID-19) (“Għajnuna mill-Istat – Swieq Daniżi u Svediżi tat-trasport bl-ajru – Għajnuna mogħtija mid-Danimarka u mill-Isvezja favur kumpannija tal-ajru fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Rikapitalizzazzjoni ta’ SAS – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Rikors għal annullament – Inċidenza individwali – Effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Ammissibbiltà – Qafas temporanju tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat – Miżura intiża sabiex tirrimedja disturb serju tal-ekonomija ta’ Stat Membru – Osservanza tar-rekwiżiti tal-Qafas Temporanju”)

ĠU C 223, 26.6.2023, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2023 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (SAS II; COVID-19)

(Kawża T-238/21) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Swieq Daniżi u Svediżi tat-trasport bl-ajru - Għajnuna mogħtija mid-Danimarka u mill-Isvezja favur kumpannija tal-ajru fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 - Rikapitalizzazzjoni ta’ SAS - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Inċidenza individwali - Effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Ammissibbiltà - Qafas temporanju tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat - Miżura intiża sabiex tirrimedja disturb serju tal-ekonomija ta’ Stat Membru - Osservanza tar-rekwiżiti tal-Qafas Temporanju”)

(2023/C 223/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. Carpi Badía u A. Bouchagiar, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. Søndahl Wolff, C. Maertens u C. Grønbech Jensen, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz, H. Shev, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, R. Shahsavan Eriksson, H. Eklinder u O. Simonsson, aġenti), SAS AB (Stockholm, l-Isvezja) (rappreżentanti: F. Sjövall u A. Lundmark, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5750 final tas-17 ta’ Awwissu 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57543 (2020/N) – id-Danimarka u SA.58342 (2020/N) – l-Isvezja, dwar ir-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS AB fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5750 final tas-17 ta’ Awwissu 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57543 (2020/N) – id-Danimarka u SA.58342 (2020/N) – l-Isvezja, dwar ir-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS AB fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Ryanair DAC, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mal-interventi.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Isvezja u SAS huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, għal dawk sostnuti minn Ryanair minħabba l-interventi rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


Top