EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC0227(05)

Avviż dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE Sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni 2020/C 64/14

PUB/2020/160

ĠU C 64, 27.2.2020, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/54


Avviż dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni

(2020/C 64/14)

Fis-6 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien is-7 ta’ Ġunju 2019 u l-perjodu inizjali disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba kien ta’ 105 ijiem tax-xogħol.

Din it-talba, magħmula minn Elta Courier S.A., tikkonċerna servizzi ta’ posta fil-Greċja. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 8 tal-ĠU C 53 fis-17 ta’ Frar 2020.

Skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernata jew l-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti, jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien xieraq. Fit-26 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet nazzjonali biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali sa mhux iktar tard mid-9 ta’ Settembru 2019. Fis-6 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni talbet lil Elta Courier biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali sa mhux iktar tard mit-13 ta’ Settembru 2019.

Fil-każ ta’ tweġibiet li jaslu tard jew mhux sħaħ, l-iskadenza inizjali għandha tiġi sospiża għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta.

Għaldaqstant, l-iskadenza formali se tiskorri wara 40 jum ta’ xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta u korretta.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


Top