EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9758

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9758 — Toyota Financial Services Corporation/Mitsui & Co/Kinto Brasil) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 64/11

PUB/2020/180

ĠU C 64, 27.2.2020, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/37


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9758 — Toyota Financial Services Corporation/Mitsui & Co/Kinto Brasil)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 64/11)

1.   

Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Toyota Financial Services Corporation (“TFS”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Toyota Motor Corporation (il-Ġappun),

Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun).

TFS u Mitsui jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija maħluqa ġdida li se jkun jisimha KINTO Brasil Serviços de Mobilidade Ltda (“KINTO Brasil”, il-Brażil).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

TFS: toffri firxa ta’ servizzi finanzjarji mad-dina kollha, inklużi servizzi ta’ finanzjament għall-bejgħ ta’ karozzi u servizzi ta’ kiri lill-individwi u lin-negozji. Hija kkontrolla minn Toyota Motor Corporation, li hija impenjata, fost attivitajiet oħra, fil-manifattura, il-bejgħ, il-kiri u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur.

Mitsui: impenjata f’għadd ta’ attivitajiet kummerċjali ġenerali mad-dinja kollha, inklużi loġistika u finanzjamenti dinjija.

KINTO Brasil: il-forniment ta’ servizzi ta’ mobilità lill-klijenti fil-Brażil. Dawn is-servizzi jinkludu l-kiri ta’ vetturi, servizzi ta’ kondiviżjoni ta’ karozzi u servizzi ta’ mobilità multi-modali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9758 — Toyota Financial Services Corporation/Mitsui & Co/Kinto Brasil

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top