EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/192/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6659 – Bain/Sumitomo/Jupiter Shop Channel JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 192, 30.6.2012, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6659 – Bain/Sumitomo/Jupiter Shop Channel JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 192/06

1.

Fit-22 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bain Capital Investors, LLC (“Bain”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Jupiter Shop Channel Co., Ltd. (“Shop”, il-Ġappun) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bain: investiment ta’ ekwitajiet privati f’ħafna industriji, inkluż dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, bejgħ bl-imnut u prodotti tal-konsumaturi u komunikazzjonijiet,

għal Sumitomo: kumpanija tan-negozjar integrata f’setturi varji bħal prodotti tal-metall, trasportazzjoni u sistemi tal-kostruzzjoni, kimiċi u elettronika, midja, bejgħ ta’ netwerks u lifestyle, u riżorsi minerali,

għal Shop: operar ta’ kanal tat-televixin tax-xiri fil-Ġappun u sit tax-xiri fuq l-internet intenzjonat primarjament għall-konsumaturi Ġappuniżi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6659 – Bain/Sumitomo/Jupiter Shop Channel JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top