EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XG0111(02)

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

ĠU C 8, 11.1.2012, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 8/32


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2012/C 8/09

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni qiegħed b’dan javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-prospettar ta’ idrokarburi fil-blokk G18 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 għar-Regolament dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan qed jistieden lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar ta’ idrokarburi fil-blokk G18 tal-blata kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt

ALP/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mingħand is-Sur E. J. Hoppel fuq dan in-numru tat-telefown: +31 703797762.


Top