EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC0111(02)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 8/4


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 8/02

1.   L-GĦAN U L-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-KOMUNIKAZZJONI

1.

Is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (Services of general economic interest – SGEIs) mhumiex biss imsejsa fuq il-valuri komuni tal-Unjoni iżda għandhom ukoll rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali. L-Unjoni u l-Istati Membri, kull wieħed minnhom fil-limiti tas-setgħat rispettivi tagħhom, għandhom jaraw li dawk is-servizzi joperaw fuq il-bażi ta' prinċipji u kundizzjonijiet li jippermettulhom li jwettqu l-missjonijiet tagħhom.

2.

Ċerti SGEIs jistgħu jiġu pprovduti minn impriżi pubbliċi jew privati (1) mingħajr appoġġ finanzjarju speċifiku mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Servizzi oħra jistgħu jkunu pprovduti biss jekk l-awtorità kkonċernata toffri kumpens finanzjarju lill-fornitur. Fin-nuqqas ta' regoli speċifiċi tal-Unjoni, l-Istati Membri huma ġeneralment liberi li jiddeterminaw kif l-SGEIs tagħhom għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati.

3.

L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tiċċara l-kunċetti ewlenin li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens għal servizz pubbliku (2). Għalhekk se tiffoka fuq dawk ir-rekwiżiti tal-għajnuna mill-Istat li huma l-aktar relevanti għall-kumpens għal servizz pubbliku.

4.

B'mod parallel ma' din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni beħsiebha tadotta Regolament de minimis speċifiku għall-SGEI li jiċċara li ċerti miżuri ta' kumpens ma jammontawx għal għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat u se toħroġ Deċiżjoni (3) li tiddikjara ċerti tipi (4) ta' kumpens ta' SGEI li jammontaw għal għajnuna mill-Istat bħala kompatibbli mat-Trattat skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat u teżentahom mill-obbligu tan-notifika (5) skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, u Qafas, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-għajnuna mill-Istat għal SGEIs li mhijiex koperta mid-Deċiżjoni tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli taħt l-Artikolu 106(2) tat-Trattat.

5.

Din il-Komunikazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk relatati mal-akkwist pubbliku u r-rekwiżiti li jirriżultaw mit-Trattat u mil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni. Fejn awtorità pubblika tagħżel li tafda parti terza bil-forniment ta’ servizz, din hija obbligata li tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni li tirregola l-akkwist pubbliku, li tirriżulta mill-Artikoli 49 sa 56 tat-Trattat, mad-Direttivi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku (Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (6) u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (7)) u mar-regoli settorjali (8). Ukoll f'każijiet fejn id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku huma kompletament jew parzjalment mhux applikabbli (pereżempju għal konċessjonijiet ta’ servizz u kuntratti ta' servizz elenkati fl-Anness IIB għad-Direttiva 2004/18/KE, inklużi tipi differenti ta' servizzi soċjali), l-għotja jista' madankollu jkollha tissodisfa r-rekwiżiti tat-Trattat dwar it-trasparenza, it-trattament ugwali, il-proporzjonalità u l-għarfien reċiproku (9).

6.

Barra l-kwistjonijiet indirizzati f’din il-Komunikazzjoni, id-Deċiżjoni 2012/21/UE u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Qafas tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (2011), il-Kummissjoni se twieġeb mistoqsijiet individwali li jqumu fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-SGEIs. Se tagħmel dan inter alia permezz tas-Servizz ta’ Informazzjoni Interattiv dwar Servizzi ta' Interess Ġenerali tagħha, li huwa aċċessibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni (10).

7.

Din il-Komunikazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI RIGWARD IL-KUNĊETT TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

2.1.   Il-kunċetti ta' impriża u attività ekonomika

8.

Fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat ġeneralment japplikaw biss fejn il-benefiċjarju jkun “impriża”. Jekk il-fornitur ta’ servizz ta’ interess ġenerali jitqiesx bħala impriża huwa għaldaqstant fundamentali għall-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

2.1.1.   Il-prinċipji ġenerali

9.

Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddefinixxiet l-impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom u mill-mod kif huma ffinanzjati (11). Il-klassifikazzjoni ta’ entità partikolari bħala impriża għalhekk tiddependi kompletament fuq in-natura tal-attivitajiet tagħha. Dan il-prinċipju ġenerali għandu tliet konsegwenzi importanti:

L-ewwel, l-istatus tal-entità taħt il-liġi nazzjonali mhux deċiżiv. Pereżempju, entità li hija kklassifikata bħala assoċjazzjoni jew klabb tal-isports taħt il-liġi nazzjonali tista' madankollu jkollha titqies bħala impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-uniku kriterju relevanti f’dan ir-rigward huwa jekk twettaqx attività ekonomika.

It-tieni, l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat bħala tali ma tiddependix fuq jekk l-entità hijiex imwaqqfa biex tiġġenera l-profitti. Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, anki l-entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ jistgħu joffru oġġetti u servizzi f’suq (12). Fejn dan ma jkunx il-każ, il-fornituri mhux bi qligħ jibqgħu naturalment kompletament barra mill-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

It-tielet, il-klassifikazzjoni ta' entità bħala impriża hija dejjem relattiva għal attività speċifika. Entità li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet nonekonomiċi għandha titqies bħala impriża biss fir-rigward ta' dawk tal-ewwel.

10.

Żewġ entitajiet legali separati jistgħu jitqiesu li jiffurmaw unità ekonomika waħda għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Dik l-unità ekonomika hi mbagħad ikkunsidrata bħala l-impriża relevanti. F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tħares lejn l-eżistenza ta’ sehem li jagħti kontroll jew rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi (13). Min-naħa l-oħra, entità li fiha nnifisha ma tipprovdix oġġetti jew servizzi f’suq mhijiex impriża għas-sempliċi fatt li jkollha ishma, anki sehem maġġoritarju, meta l-ishma jagħtu lok biss għall-eżerċizzju tad-drittijiet marbuta mal-istatus ta' azzjonist jew membru kif ukoll, jekk ikun xieraq, id-dħul ta' dividendi, li jkunu sempliċiment il-frott tas-sjieda ta' assi (14).

11.

Biex tiċċara d-distinzjoni bejn attivitajiet ekonomiċi nonekonomiċi, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddeċidiet li kwalunkwe attività li tikkonsisti f'li jiġu offruti oġġetti u servizzi f'suq hija attività ekonomika (15).

12.

Il-kwistjoni jekk jeżistix suq għal ċertu servizzi tista' tiddependi fuq kif dawk is-servizzi huma organizzati mill-Istat Membru kkonċernat (16). Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss fejn ċerta attività hija pprovduta f'ambjent tas-suq. In-natura ekonomika ta’ ċerti servizzi tista' għalhekk tvarja minn Stat Membru għall-ieħor. Barra minn hekk, minħabba l-għażla politika jew l-iżviluppi ekonomiċi, il-klassifikazzjoni ta' servizz partikolari tista' tinbidel biż-żmien. Dak li mhux attività tas-suq illum jista' 'l quddiem isir attività tas-suq, u viċi versa.

13.

Id-deċiżjoni ta' awtorità li ma tippermettix lil partijiet terzi jipprovdu ċertu servizz (pereżempju, minħabba li tixtieq tipprovdi s-servizz hi stess) ma teskludix l-eżistenza ta' attività ekonomika. Minkejja tali limitazzjoni fl-aċċess għas-suq, attività ekonomika tista' teżisti fejn operaturi oħra jkunu lesti u kapaċi jipprovdu s-servizz fis-suq konċernat. B'mod iżjed ġenerali, il-fatt li servizz partikolari huwa pprovdut internament (17) m'għandux rilevanza fuq in-natura ekonomiku tal-attività (18).

14.

Billi d-distinzjoni bejn is-servizzi ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi tiddependi fuq speċifiċitajiet politiċi u ekonomiċi fi Stat Membru partikolari, mhuwiex possibbli li ssir lista eżawrjenti ta' attivitajiet li a priori qatt ma jkunu ekonomiċi. Lista bħal din ma tkunx tipprovdi ċertezza legali ġenwina u għalhekk ftit li xejn tkun utli. Il-paragrafi li ġejjin għall-kuntrarju jfittxu li jiċċaraw id-distinzjoni fir-rigward ta' għadd ta’ oqsma importanti.

15.

Fin-nuqqas ta’ definizzjoni tal-attività ekonomika fit-Trattati, il-ġurisprudenza tidher li toffri kriterji differenti għall-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern u għall-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni (19).

2.1.2.   L-eżerċizzju ta' setgħat pubbliċi

16.

Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 107 tat-Trattat ma japplikax fejn l-Istat jaġixxi “billi jeżerċita setgħa pubblika” (20) jew fejn l-awtoritajiet li joħorġu mill-Istat jaġixxu “fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet pubbliċi” (21). Entità tista' titqies li tkun qed taġixxi billi teżerċita setgħat pubbliċi meta l-attività inkwistjoni tkun kompitu li jifforma parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat jew li huwa marbut ma’ dawk il-funzjonijiet min-natura tiegħu, l-għan tiegħu u r-regoli li għalihom huwa suġġett (22). Ġeneralment, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ddeċieda li jdaħħal mekkaniżmi tas-suq, attivitajiet li intrinsikament jiffurmaw parti mill-prerogattivi ta’ awtorità uffiċjali u jitwettqu mill-Istat ma jammontawx għal attivitajiet ekonomiċi. Eżempji huma attivitajiet marbuta ma':

(a)

l-armata jew il-pulizija;

(b)

is-sikurezza u l-kontroll tan-navigazzjoni bl-ajru (23);

(c)

il-kontroll u s-sikurezza tat-traffiku marittimu (24);

(d)

il-monitoraġġ ta' kontra t-tniġġis (25); kif ukoll

(e)

l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-infurzar ta' sentenzi ta' ħabs (26).

2.1.3.   Sigurtà soċjali

17.

Jekk l-iskemi fil-qasam tas-sigurtà soċjali għandhomx jiġu kklassifikat bħala li jinvolvu attività ekonomika jiddependi fuq il-mod kif inhuma mwaqqfa u strutturati. Essenzjalment, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jiddistingwu bejn skemi bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u l-iskemi ekonomiċi.

18.

Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jużaw sensiela ta’ kriterji li jistabbilixxu jekk skema tas-sigurtà soċjali hijiex ibbażata fuq is-solidarjetà u għalhekk ma tinkludix attività ekonomika. Hemm numru ta' fatturi li jistgħu jkunu relevanti f’dan ir-rigward:

(a)

jekk l-affiljazzjoni mal-iskema hijiex obbligatorja (27);

(b)

jekk l-iskema għandhiex għan esklussivament soċjali (28);

(c)

jekk l-iskema hijiex mingħajr għan ta' profitt (29);

(d)

jekk il-benefiċċji jkunux indipendenti mill-kontribuzzjonijiet magħmulin (30);

(e)

jekk il-benefiċċji mħallsa ma jkunux neċessarjament proporzjonati mal-introjtu tal-persuna assigurata (31); kif ukoll

(f)

jekk l-iskema hijiex immonitorjata mill-Istat (32).

19.

Skemi bħal dawn imsejsa fuq is-solidarjetà jridu jkunu distinti minn skemi ekonomiċi (33). F'kuntrast ma' skemi bbażati fuq is-solidarjetà, l-iskemi ekonomiċi huma regolarment ikkaratterizzati minn:

(a)

sħubija fakultattiva (34);

(b)

il-prinċipju ta’ kapitalizzazzjoni (dipendenza tal-intitolamenti fuq il-kontribuzzjonijiet imħallsa u r-riżultati finanzjarji tal-iskema) (35);

(c)

in-natura tagħhom bħala attività bil-għan ta' profitt (36); kif ukoll

(d)

l-għoti ta’ drittijiet li huma supplimentari għal dawk taħt skema bażika (37).

20.

Xi skemi jikkombinaw karatteristiċi taż-żewġ kategoriji. F'dawn il-każijiet, il-klassifikazzjoni tal-iskema tiddependi fuq analiżi ta’ elementi differenti u l-importanza rispettiva tagħhom (38).

2.1.4.   Il-kura tas-saħħa

21.

Fl-Unjoni, is-sistemi tas-servizzi tas-saħħa jvarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. Il-grad sa liema fornituri tal-kura tas-saħħa differenti jikkompetu ma’ xulxin f'ambjent tas-suq fil-biċċa l-kbira jiddependi fuq dawn l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

22.

F’xi Stati Membri, l-isptarijiet pubbliċi huma parti integrali minn servizz nazzjonali tas-saħħa u huma kważi interament ibbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà (39). Sptarijiet bħal dawn huma direttament iffinanzjati minn kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u riżorsi oħra tal-Istat u jipprovdu s-servizzi tagħhom mingħajr ħlas lil persuni affiljati fuq il-bażi ta' kopertura universali (40). Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali kkonfermaw li, fejn teżisti tali struttura, l-organizzazzjonijiet relevanti ma jaġixxux bħala impriżi (41).

23.

Fejn tkun teżisti dik l-istruttura, anki attivitajiet li fihom infushom jistgħu jkunu ta’ natura ekonomika, iżda li jitwettqu biss għall-għan li jfornu servizz ieħor mhux ekonomiku, mhumiex ta' natura ekonomika. Organizzazzjoni li tixtri l-oġġetti – anke fi kwantitajiet kbar – biex toffri servizz mhux ekonomiku ma taġixxix bħala impriża sempliċement għaliex hija xerrej f’suq partikolari (42).

24.

F’ħafna Stati Membri oħrajn, sptarijiet u fornituri oħra tal-kura tas-saħħa joffru s-servizzi tagħhom għal rimunerazzjoni, jew direttament mill-pazjenti jew mingħand l-assigurazzjoni tagħhom (43). F'sistemi bħal dawn, hemm ċertu grad ta' kompetizzjoni bejn l-isptarijiet fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tal-kura tas-saħħa. Fejn dan huwa l-każ, il-fatt li servizz tas-saħħa huwa pprovdut minn sptar pubbliku mhuwiex biżżejjed sabiex l-attività tiġi kklassifikata bħala mhux ekonomika.

25.

Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali ċċaraw ukoll li s-servizzi tal-kura tas-saħħa li t-tobba indipendenti u l-prattikanti privati oħra jipprovdu għal remunerazzjoni għar-riskju proprju għandhom jitqiesu bħala attività ekonomika (44). L-istess prinċipji japplikaw fir-rigward ta' spiżeriji indipendenti.

2.1.5.   L-edukazzjoni

26.

Il-ġurisprudenza tal-Unjoni stabbiliet li l-edukazzjoni pubblika organizzata fi ħdan is-sistema edukattiva nazzjonali ffinanzjata u ssorveljata mill-Istat tista' titqies bħala attività mhux ekonomika. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-Istat,

“billi jistabbilixxi u billi jżomm sistema ta’ edukazzjoni pubblika bħal din, iffinanzjata bħala regola ġenerali mill-baġit pubbliku u mhux mill-istudenti jew mill-ġenituri tagħhom, l-intenzjoni tal-Istat ma tkunx li jeżerċita attivitajiet bi ħlas iżda li jissodisfa l-missjoni tiegħu fl-oqsma soċjali, kulturali u edukattivi fil-konfront taċ-ċittadini tiegħu” (45).

27.

Skont l-istess ġurisprudenza, in-natura mhux ekonomika tal-edukazzjoni pubblika fil-prinċipju mhix affettwata mill-fatt li l-istudenti jew il-ġenituri tagħhom kultant ikollhom iħallsu miżati għat-tagħlim jew għall-iskrizzjoni li jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tas-sistema. Kontribuzzjonijiet finanzjarji bħal dawn spiss ikopru biss parti mill-ispejjeż reali tas-servizz u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala remunerazzjoni għas-servizz ipprovdut. Għalhekk ma jbiddlux in-natura mhux ekonomika ta' servizz tal-edukazzjoni ġenerali ffinanzjat fil-biċċa l-kbira minn fondi pubbliċi (46). Dawn il-prinċipji jistgħu jkopru s-servizzi edukattivi pubbliċi bħal taħriġ vokazzjonali (47), skejjel primarji privati u pubbliċi (48) u kindergartens (49), attivitajiet ta' tagħlim sekondarju fl-universitajiet (50) u l-għoti tal-edukazzjoni fl-universitajiet (51).

28.

Għandha ssir distinzjoni bejn dan il-forniment pubbliku tas-servizzi edukattivi u servizzi ffinanzjati fil-biċċa l-kbira mill-ġenituri jew l-istudenti jew minn dħul kummerċjali. Pereżempju, huwa ċar li l-impriżi kummerċjali li joffru edukazzjoni ogħla ffinanzjata kompletament mill-istudenti jaqgħu fil-kategorija tal-aħħar. F'ċerti Stati Membri l-istituzzjonijiet pubbliċi jistgħu joffru wkoll servizzi edukattivi li, minħabba n-natura tagħhom, l-istruttura ta’ finanzjament u l-eżistenza ta' organizzazzjonijiet privati li jikkompetu magħhom, għandhom jitqiesu bħala ekonomiċi.

29.

Fil-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (52), il-Kummissjoni ċċarat li ċerti attivitajiet ta’ universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan jikkonċerna l-attivitajiet ewlenin tal-organizzazzjonijiet ta’ riċerka, jiġifieri:

(a)

edukazzjoni għal iktar riżorsi umani u b'ħiliet aħjar;

(b)

it-twettiq ta’ riċerka u żvilupp indipendenti għal aktar għarfien u fehim aħjar, fosthom ir-riċerka u l-iżvilupp kollaborattivi; kif ukoll

(c)

it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka.

30.

Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li l-attivitajiet ta’ trasferiment tat-teknoloġija (liċenzjar, ħolqien ta' derivati jew suriet oħrajn ta' ġestjoni tat-tagħrif maħluq mill-organizzazzjoni tar-riċerka) huma nonekonomiċi fejn dawk l-attivitajiet huma ta' natura interna (53) u d-dħul kollu jiġi reinvestit fl-attivitajiet ewlenin tal-organizzazzjonijiet ta' riċerka kkonċernati (54).

2.2.   Ir-riżorsi tal-Istat

31.

Huma biss vantaġġi mogħtija direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat li jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat (55). Vantaġġi ffinanzjati minn riżorsi privati jistgħu jkollhom l-effett li jsaħħu l-pożizzjoni ta’ ċerti impriżi iżda ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat.

32.

Dan it-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat jista' jieħu ħafna forom bħalma huma l-għotjiet diretti, krediti tat-taxxa u benefiċċji in natura. B'mod partikolari, il-fatt li l-Istat ma jitlobx prezzijiet tas-suq għal ċerti servizzi jikkostitwixxi rinunzja ta’ riżorsi tal-Istat. Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-482/99 Franza vs il-Kummissjoni  (56), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat ukoll li r-riżorsi ta’ impriża pubblika jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-Trattat għaliex l-awtoritajiet pubbliċi huma kapaċi jikkontrollaw dawn ir-riżorsi. F'każijiet fejn l-impriża fdata bl-operat ta’ SGEI tkun iffinanzjata minn riżorsi pprovduti minn impriża pubblika u dan il-finanzjament ikun imputabbli lill-Istat, dan il-finanzjament għalhekk jista' jammonta għal għajnuna mill-Istat.

33.

L-għoti, mingħajr sejħiet għall-offerti, ta' liċenzji sabiex jiġi okkupat jew użat id-dominju pubbliku, jew ta' drittijiet oħra speċjali jew esklussivi li għandhom valur ekonomiku, jista' jimplika rinunzja ta’ riżorsi tal-Istat u joħloq vantaġġ għall-benefiċjarji (57).

34.

L-Istati Membri jistgħu, f'ċerti każi, jiffinanzjaw SGEI minn miżati jew kontribuzzjonijiet imħallsa minn ċerti impriżi jew utenti, u d-dħul minn dawn jiġi trasferit lill-impriżi fdati bit-tħaddim ta’ dik l-SGEI. Dan it-tip ta’ arranġament ta' finanzjament ġie eżaminat mill-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari fis-sentenza tagħha fil-Kawża 173/73 L-Italja vs il-Kummissjoni  (58), fejn iddikjarat li:

“Billi l-fondi inkwistjoni huma ffinanzjati permezz ta' kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat u billi, kif juri dan il-każ, huma ġestiti u mqassma skont id-dispożizzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni, huma għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu (107 tat-Trattat), anke jekk huma amministrati minn istituzzjonijiet distinti mill-awtoritajiet pubbliċi.”

35.

Bl-istess mod, fis-sentenza tagħha tal-Kawżi magħquda C-78/90 u C-83/90 Compagnie Commerciale de l'Ouest  (59), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-miżuri ffinanzjati permezz ta' ħlasijiet parafiskali jikkostitwixxu miżuri ffinanzjati permezz tar-riżorsi tal-Istat.

36.

Għalhekk, ħlasijiet ta' kumpens għat-tħaddim ta' SGEIs li huma ffinanzjati permezz ta' ħlasijiet parafiskali jew kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti mill-Istat u amministrati u mqassma skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni huma ħlasijiet ta' kumpens magħmula permezz tar-riżorsi tal-Istat.

2.3.   L-effett fuq il-kummerċ

37.

Sabiex jinqabad taħt l-Artikolu 107 tat-Trattat, il-kumpens għal servizz pubbliku jrid jaffettwa jew jhedded li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Effett bħal dan ġeneralment jippresupponi l-eżistenza ta’ suq miftuħ għall-kompetizzjoni. Għalhekk, fejn is-swieq ġew miftuħa għal kompetizzjoni jew mill-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew de facto mill-iżvilupp ekonomiku, ir-regoli ta' għajnuna mill-Istat japplikaw. F'tali sitwazzjonijiet l-Istati Membri jżommu d-diskrezzjoni tagħhom dwar il-mod kif jiddefinixxu, jorganizzaw u jiffinanzjaw l-SGEIs, soġġetti għal kontroll mill-Istat dwar l-għajnuna f'każ li jkun ingħata kumpens lil fornitur tal-SGEI, kemm jekk privat kif ukoll pubbliku (inkluż intern). Fejn is-suq ġie riżervat għal impriża waħda (inkluż fornitur intern), il-kumpens mogħti lil dik l-impriza huwa ugwalment soġġett għal kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Infatti, fejn l-attività ekonomika ġiet miftuħa għall-kompetizzjoni, id-deċiżjoni li l-SGEI jiġi pprovdut b'metodi oħra apparti minn dak ta' proċedura tal-akkwist pubbliku li tiżgura l-anqas spejjeż għall-komunità, tista' twassal għal distorsjonijiet fil-forma tal-prevenzjoni tad-dħul ta' kompetituri jew tagħmilha eħfef għal benefiċjarju biex jespandi fi swieq oħra. Id-distorsjonijiet jistgħu jidhru wkoll fi swieq tal-prodotti intermedji (input markets). L-għajnuna mogħtija lil impriża li topera f'suq mhux liberalizzat tista' taffettwa l-kummerċ jekk l-impriża li tirċievi l-għajnuna tkun attiva wkoll fi swieq liberalizzati (60).

38.

Miżuri ta' għajnuna jista' wkoll ikollhom effett fuq in-negozju fejn l-impriża li tkun qed tirċievi l-għajnuna ma tipparteċipax hija stess f'attivitajiet transkonfinali. F'tali każijiet, il-forniment domestiku jista’ jinżamm jew jiżdied, bil-konsegwenza li l-opportunitajiet għal impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra biex joffru s-servizzi tagħhom f'dak l-Istat Membru jitnaqqsu (61).

39.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jeżisti l-ebda limitu minimu jew perċentwal li taħthom il-kummerċ bejn l-Istati Membri jista' jitqies li ma ġiex affettwat (62). L-ammont relattivament żgħir ta’għajnuna jew id-daqs relattivament ċkejken tal-impriża li tirċeviha ma jfissrux a priori li l-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jistax ikun affettwat.

40.

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni f'bosta każijiet ikkonkludiet li l-attivitajiet kienu ta' karattru purament lokali u ma kinux jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Xi eżempji huma:

(a)

pixxini li jintużaw l-aktar mill-popolazzjoni lokali (63);

(b)

sptarijiet lokali mmirati esklussivament għall-popolazzjoni lokali (64);

(c)

mużewijiet lokali li huma improbabbli li jattiraw viżitaturi transkonfinali (65); kif ukoll

(d)

avvenimenti kulturali lokali, li l-udjenza potenzjali tagħhom hija ristretta lokalment (66).

41.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn teżamina kull appoġġ finanzjarju mogħti mill-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis  (67) jistipula li għajnuna li tammonta għal inqas minn EUR 200 000 għal kull impriża matul kwalunkwe perjodu ta' tliet snin ma taqax taħt l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Limiti de minimis speċifiċi japplikaw fl-oqsma tat-trasport, is-sajd u l-agrikoltura (68) u l-Kummissjoni tipprevedi li tadotta Regolament b'limitu speċifiku de minimis għal servizzi lokali ta' interess ekonomiku ġenerali.

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET LI TAĦTHOM IL-KUMPENS GĦAL SERVIZZ PUBBLIKU MA JAMMONTAX GĦAL GĦAJNUNA MILL-ISTAT

3.1.   Il-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja

42.

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha Altmark  (69), kompliet tiċċara aktar il-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpens għas-servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe vantaġġ.

43.

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja,

“Fejn miżura tal-Istat għandha titqies bħala kumpens għas-servizzi effettwati mill-impriżi benefiċjarji biex jesegwixxu l-obbligi ta’ servizz pubbliku, b'mod li dawk l-impriżi ma jgawdux minn vantaġġ finanzjarju reali u l-miżura għalhekk ma jkollhiex l-effett li tqegħidhom f’pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli minn dik tal-impriżi li jikkompetu magħhom, tali miżura ma taqax taħt l-Artikolu (107(1) tat-Trattat). Madankollu, biex kumpens bħal dan ma jaqax taħt il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat f’każ partikolari, għandhom jiġu ssodisfati għadd ta’ kundizzjonijiet.

… L-ewwel, l-impriża benefiċjarja għandha tkun effettivament ingħatat l-inkarigu li twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku, u dawn l-obbligi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar. …

… It-tieni, il-parametri li fuq il-bażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b'manjiera oġġettiva u trasparenti, sabiex jiġi evitat li jagħti vantaġġ ekonomiku li jista' jiffavorixxi l-impriża benefiċjarja fuq impriżi li jikkompetu magħha. … Ħlas minn Stat Membru ta' kumpens għat-telf imġarrab minn impriża mingħajr ma l-parametri ta' tali kumpens ikunu ġew stabbiliti minn qabel, fejn wara jirriżulta li l-operazzjoni ta' ċerti servizzi konnessi mat-twettiq ta' obbligi tas-servizz pubbliku ma kinitx ekonomikament vijabbli, għalhekk jikkostitwixxi miżura finanzjarja li taqa’ fi ħdan il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu (107(1) tat-Trattat).

… It-tielet, il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż ikkawżati mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku, waqt li jkun ikkunsidrat id-dħul relatat u profitt raġonevoli …

… Ir-raba', meta l-impriża li tkun ser twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku, f'każ speċifiku, ma tkunx intgħażlet skont proċedura tal-akkwist pubbliku li tippermetti li jintagħżel l-offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi li jiswew l-inqas lill-komunità, il-livell ta' kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li ġġarrab impriża tipika, li tkun immexxija tajjeb u li jkollha biżżejjed mezzi tat-trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa tas-servizz pubbliku, sabiex twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu d-dħul relevanti u profitt raġonevoli sabiex jitwettqu l-obbligi” (70).

44.

It-taqsimiet 3.2 sa 3.6 ser jindirizzaw il-ħtiġijiet differenti stabbiliti fil-ġurisprudenza Altmark, jiġifieri l-kunċett ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għall-għanijiet tal-Artikolu 106 tat-Trattat (71), il-bżonn ta' att ta' inkarigu (72), l-obbligu li jiġu ddefiniti l-parametri ta’ kumpens (73), il-prinċipji dwar l-evitar ta' kumpens żejjed (74) u l-prinċipji dwar is-selezzjoni tal-fornitur (75).

3.2.   L-eżistenza ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali

45.

Il-kunċett ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali huwa kunċett li qed jevolvi li jiddependi, fost affarijiet oħra, fuq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini, l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq u l-preferenzi soċjali u politiċi fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li l-SGEIs huma servizzi li juru karatteristiċi speċjali meta mqabbla ma’ dawk ta’attivitajiet ekonomiċi oħra (76).

46.

Fin-nuqqas ta' regoli speċifiċi tal-Unjoni li jiddefinixxu l-ambitu għall-eżistenza ta' SGEI, l-Istati Membri għandhom marġini wiesgħa ta' diskrezzjoni fid-definizzjoni ta' servizz partikolari bħala SGEI u fl-għoti ta' kumpens lill-fornitur tas-servizz. Il-kompetenza tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward hija limitata għal li tiċċekkja jekk l-Istat Membru għamilx żball ċar meta ddefinixxa s-servizz bħala SGEI (77) u li tevalwa l-għajnuna mill-Istat involuta fil-kumpens. Fejn jeżistu regoli tal-Unjoni speċifiċi, id-diskrezzjoni tal-Istati Membri hija ulterjorment marbuta minn dawn ir-regoli, mingħajr ħsara għad-dmir tal-Kummissjoni li twettaq valutazzjoni dwar jekk l-SGEI ġiex definit b’mod korrett għall-għan tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

47.

L-ewwel kriterju ta’ Altmark jirrikjedi d-definizzjoni ta' kompitu ta' SGEI. Din il-kundizzjoni taqbel ma’ dik tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat (78). Jirriżulta mill-Artikolu 106(2) tat-Trattat li l-impriżi inkarigati bit-tħaddim tal-SGEIs huma impriżi fdati b’“kompitu partikolari” (79). Ġeneralment, l-inkarigu biex jitwettaq “kompitu partikolari ta' servizz pubbliku” jimplika l-forniment ta' servizzi li, li kieku kellha tqis l-interessi kummerċjali tagħha stess, impriża ma tassumix jew ma tassumix sal-istess punt jew taħt l-istess kundizzjonijiet (80). Bl-applikazzjoni ta' kriterju ta' interess ġenerali, l-Istati Membri jew l-Unjoni jistgħu jorbtu obbligi speċifiċi ma' dawn is-servizzi.

48.

Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li ma jkunx xieraq li tinkludi obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ attività li qed tiġi diġà pprovduta jew li tista' tiġi pprovduta b’mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet, bħall-prezz, kriterji oġġettivi tal-kwalità, kontinwità u aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq (81). Rigward il-kwistjoni jekk servizz jistax jiġi pprovdut mis-suq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hi limitata biss għal; li tiċċekkja jekk l-Istati Membri għamlux xi żball ovvju.

49.

Eżempju importanti ta’ dan il-prinċipju huwa s-settur tal-broadband, li għalih il-Kummissjoni diġà tat indikazzjonijiet ċari rigward it-tipi ta’ attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala SGEIs. L-aktar ħaġa importanti hi li l-Kummissjoni tqis li f'oqsma li fihom investituri privati diġà investew fl-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband (jew huma fil-proċess ta' espansjoni ulterjuri tan-netwerk tagħhom) u diġà qed jipprovdu servizzi kompetittivi tal-broadband b’kopertura adegwata, it-twaqqif ta' infrastruttura parallela tal-broadband ma għandux jitqies bħala SGEI. B’kuntrast, fejn l-investituri mhumiex f'pożizzjoni li jipprovdu kopertura tal-broadband adegwata, il-kumpens tal-SGEI jista’ jingħata taħt ċerti kundizzjonijiet (82).

50.

Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li s-servizzi li għandhom jiġu kklassifikati bħala SGEIs għandhom ikunu indirizzati liċ-ċittadini jew ikunu fl-interess tas-soċjetà kollha kemm hi.

3.3.   L-att ta' inkarigu

51.

Sabiex japplika l-Artikolu 106(2) tat-Trattat, it-tħaddim ta’ SGEI irid ikun fdat lil impriża waħda jew aktar. L-impriżi inkwistjoni jridu għalhekk ikunu ġew inkarigati b’kompitu speċjali mill-Istat (83). Anki l-ewwel kriterju ta’ Altmark jitlob li l-impriża jkollha obbligu ta' servizz pubbliku xi twettaq. B'hekk, sabiex ikun konformi mal-ġurisprudenza Altmark, huwa meħtieġ li jingħata inkarigu ta' servizz pubbliku li jiddefinixxi l-obbligi tal-impriżi in kwistjoni u tal-awtorità.

52.

Il-kompitu tas-servizz pubbliku irid ikun assenjat permezz ta’ att li, skont il-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, jista' jieħu l-forma ta' strument leġiżlattiv jew regolatorju jew kuntratt. Jista' wkoll jiġi stabbilit f'diversi atti. Fuq il-bażi tal-approċċ meħud mill-Kummissjoni f'dawn il-każijiet, l-att jew sensiela ta' atti għandhom mill-inqas jispeċifikaw:

(a)

il-kontenut u t-terminu ta' żmien tal-obbligi ta' servizz pubbliku;

(b)

l-impriża u, fejn applikabbli, it-territorju kkonċernat;

(c)

in-natura ta' kwalunkwe drittijiet esklussivi jew speċjali mogħtija lill-impriża mill-awtorità in kwistjoni;

(d)

il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens; kif ukoll

(e)

l-arranġamenti biex jiġi evitat u jiġi rkuprat kull kumpens eċċessiv.

53.

L-involviment tal-fornitur tas-servizz fil-proċess li bih huwa inkarigat bil-kompitu ta' servizz pubbliku ma jfissirx li l-kompitu mhux ġej minn att ta' awtorità pubblika, ukoll jekk l-għoti tal-kompitu jsir fuq talba tal-fornitur tas-servizz (84). F’xi Stati Membri, mhux rari li l-awtoritajiet jiffinanzjaw is-servizzi li kienu żviluppati u proposti mill-fornitur innifsu. Madankollu, l-awtorità għandha tiddeċiedi jekk tapprovax il-proposta tal-fornitur qabel ma tagħti xi kumpens. Huwa irrelevanti jekk l-elementi meħtieġa tal-att ta' inkarigu jkunux imdaħħla direttament fid-deċiżjoni fejn tiġi aċċettata l-proposta tal-fornitur jew jekk isirx att legali separat, pereżempju, jiġi magħmul kuntratt mal-fornitur.

3.4.   Il-parametri ta' kumpens

54.

Il-parametri li jservu bħala l-bażi biex jiġi kkalkulat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti bil-quddiem b'mod oġġettiv u trasparenti sabiex jiżguraw li ma jagħtux vantaġġ ekonomiku li jista' jiffavorixxi lill-impriża li tirċievi l-kompitu fuq impriżi konkorrenti.

55.

Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti parametri ta' kumpens bil-quddiem ma tfissirx li l-kumpens għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' formula speċifika (pereżempju, ċertu prezz għal kull jum, għal kull ikla, għal kull passiġġier jew kull utent). Dak li huwa importanti huwa biss li jkun ċar mill-bidu kif il-kumpens ikun se jiġi determinat.

56.

Meta l-awtorità tiddeċiedi li tikkumpensa l-elementi kollha tal-ispiża tal-fornitur, hija għandha tiddetermina mill-bidu kif dawk l-ispejjeż ser jiġu determinati u kkalkulati. Huma biss l-ispejjeż assoċjati direttament mal-forniment tal-SGEI li jistgħu jiġu kkunsidrati f'dak il-kuntest. Id-dħul kollu li l-impriża tirċievi mill-għoti tal-SGEI għandu jitnaqqas.

57.

Fejn l-impriża hija offruta profitt raġonevoli bħala parti mill-kumpens tagħha, l-att ta' inkarigu għandu wkoll jistabbilixxi l-kriterji għall-kalkolu ta' dak il-profitt.

58.

Fejn hija prevista reviżjoni tal-ammont tal-kumpens matul il-perjodu tal-għoti tal-inkarigu, l-att ta' inkarigu għandu jispeċifika l-arranġamenti għar-reviżjoni u kwalunkwe impatt li jista' jkollha fuq l-ammont totali ta' kumpens.

59.

Jekk l-SGEI hu mogħti taħt proċedura ta' sejħa għall-offerti, il-metodu tal-kalkolu tal-kumpens għandu jiġi inkluż fit-tagħrif ipprovdut lill-impriżi kollha li jixtiequ jieħdu sehem fil-proċedura.

3.5.   Nuqqas ta' kumpens żejjed

60.

Skont it-tielet kriterju tal-Altmark, il-kumpens ma jridx jaqbeż dak li huwa neċessarju biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż ikkawżati mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku, fid-dawl tad-dħul relatat u profitt raġonevoli. Għaldaqstant, kull mekkaniżmu dwar is-selezzjoni tal-fornitur tas-servizz irid jiġi deċiż b'tali mod li l-livell tal-kumpens jiġi determinat fuq il-bażi ta' dawn l-elementi.

61.

Profitt raġonevoli għandu jitqies li jfisser ir-rata tar-redditu fuq l-ishma (85) li tkun meħtieġa minn kumpanija tipika li tikkonsidra jekk tipprovdix is-servizz ta' interess ekonomoku ġenerali jew le għat-tul kollu tal-perjodu tal-att ta' inkarigu, meta tieħu inkunsiderazzjoni l-livell tar-riskju. Il-livell tar-riskju jiddependi fuq is-settur konċernat, it-tip ta' servizz u l-karatteristiċi tal-mekkaniżmu tal-kumpens. Ir-rata għandha tiġi determinata b'referenza għar-rata tar-redditu fuq il-kapital li tinkiseb fuq tipi simili ta' kuntratti tas-servizz pubbliku taħt kundizzjonijiet kompetittivi (pereżempju: kuntratti mogħtija b'appalt). F'setturi fejn ma jkun hemm l-ebda impriża kumparabbli mal-impriża inkarigata bit-tħaddim tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, tista' ssir referenza ta' impriżi lokalizzati fi Stati Membri oħra jew, jekk ikun meħtieġ, f'setturi oħra, sakemm il-karatteristiċi partikolari ta' kull settur jittieħdu inkunsiderazzjoni. Meta jkun qed jiġi stabbilit x'jikkostitwixxi profitt raġonevoli, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu kriterji ta' inċentivi relatati, b'mod partikolari, mal-kwalità tas-servizz ipprovdut u l-kisbiet fl-effiċjenza produttiva. Kisbiet fl-effiċjenza ma jistgħux jinkisbu akkost tal-kwalità tas-servizz pprovdut.

3.6.   Għażla tal-fornitur

62.

Skont ir-raba' kriterju ta' Altmark, il-kumpens offrut irid ikun jew ir-riżultat ta' proċedura tal-akkwist pubbliku li tippermetti li jintagħżel l-offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas prezz għall-komunità, jew riżultat ta' eżerċizzju ta’ punt ta riferiment ma’ impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament ipprovduta bil-mezzi neċessarji.

3.6.1.   L-ammont ta’ kumpens fejn l-SGEI hu assenjat taħt proċedura xierqa ta' sejħiet għall-offerti

63.

L-eħfef mod għall-awtorijitajiet pubbliċi biex jissodisfaw ir-raba’ kriterju ta’ Altmark huwa billi jagħmlu proċedura ta’ akkwist pubbliku miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja konformi mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (86) u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (87) hekk kif jidher hawn taħt (88). Hekk kif indikat fil-paragrafu 5, it-twettiq ta’ tali proċedura ta’ akkwist pubbliku hija spiss rekwiżit obbligatorju skont ir-regoli diġà eżistenti tal-Unjoni.

64.

Anki f’każijiet fejn mhuwiex rekwiżit legali, proċedura tal-akkwist pubbliku permezz ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorji hija spiss metodu approprjat sabiex jitqabblu offerti potenzjali differenti u jiġi stabbilit il-kumpens Sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna.

65.

Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, proċedura ta’ akkwist pubbliku teskludi l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat biss hi tippermetti li jintagħżel l-offerent li jkun kapaċi jipprovdi s-servizz “bl-inqas prezz għall-komunità”.

66.

Rigward il-karatteristiċi tal-appalti, proċedura miftuħa (89) skont ir-rekwiżi tar-regoli tal-akkwist pubbliku hija ċertament aċċettabbli, iżda proċedura ristretta (90) wkoll tista' tissodisfa r-raba' kriterju ta' Altmark, sakemm l-operaturi interessati ma jkunux imwaqqfa milli jagħmlu offerta mingħajr raġunijiet validi. Min-naħa l-oħra, djalogu kompetittiv (91) jew proċedura negozjata b'pubblikazzjoni preċedenti (92) jagħtu diskrezzjoni wiesgħa lill-awtorità aġġudikanti u jistgħu jirrestrinġu l-parteċipazzjoni ta' operaturi interessati. Madankollu, jistgħu biss jitqiesu li huma suffiċjenti biex jissodifaw ir-raba' kriterju ta' Altmark f'każijiet eċċezzjonali. Il-proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt (93) ma tistax tiżgura li l-proċedura twassal għas-selezzjoni ta' offerent kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas spiża għall-komunità.

67.

Rigward il-kriterji tal-għotja, l-“aktar prezz baxx” (94) ovvjament jissodisfa r-raba' kriterju ta' Altmark. Barra minn dan, l-“offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament” (95) titqies suffiċjenti sakemm il-kriterji tal-għotja, inklużi kriterji ambjentali (96) jew soċjali, ikunu relatati mill-qrib mas-suġġett tas-servizz provdut u jippermettu għall-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża li taqbel mal-valur tas-suq (97). Fejn iseħħu tali ċirkostanzi, mekkaniżmu ta’ restituzzjoni jista’ jkun adatt sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' kumpens żejjed ex ante. L-awtorità aġġudikanti mhijiex prekluża milli tiffissa l-istandards kwalitattivi li għandhom jintlaħqu mill-operaturi ekonomiċi jew milli tqis aspetti kwalitattivi relatati mal-proposti differenti fid-deċiżjoni tal-għoti tagħha.

68.

Fl-aħħar nett, jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn proċedura ta’ akkwist ma tistax tippermetti għall-inqas spejjeż tal-komunità ladarba ma tagħtix lok għal kompetizzjoni miftuħa u ġenwina biżżejjed. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, minħabba l-partikolaritajiet tas-servizz ikkonċernat, id-drittijiet eżistenti tal-proprjetà intellettwali jew l-infrastruttura neċessarja li tkun ta' fornitur partikolari tas-servizz. Bl-istess mod, fil-każ ta’ proċeduri fejn ġiet ippreżentata biss offerta waħda, l-offerta ma tistax titqies biżżejjed sabiex tiżgura li l-proċedura twassal għall-inqas spejjeż għall-komunità.

3.6.2.   L-ammont ta’ kumpens fejn l-SGEI mhuwiex assenjat taħt proċedura ta' sejħiet għall-offerti

69.

Fejn teżisti remunerazzjoni tas-suq ġeneralment aċċettata għal servizz partikolari, dik ir-remunerazzjoni tas-suq tipprovdi l-aqwa punt ta' riferiment għall-kumpens fin-nuqqas ta’ sejħa għall-offerti (98).

70.

Fejn ma teżisti l-ebda remunerazzjoni tas-suq, l-ammont ta’ kumpens irid jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament ipprovduta b'mezzi materjali sabiex tkun kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti tas-servizz pubbliku meħtieġa, tkun sofriet fit-twettiq ta' dawk l-obbligi, filwaqt li jitqies l-introjtu relevanti u profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-ispejjeż għoljin ta' impriża ineffiċjenti ma jittiħdux bħala l-punt ta' riferiment.

71.

Rigward il-kunċett ta’ “impriża mmexxija tajjeb” u fin-nuqqas ta' kwalunkwe definizzjoni uffiċjali, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi li huma ekonomikament rikonoxxuti bħala rappreżentattivi ta' ġestjoni sodisfaċenti. Il-Kummissjoni tqis li l-fatt sempliċi li jiġi ġġenerat profitt mhuwiex kriterju biżżejjed, sabiex impriża titqies bħala “mmexxija tajjeb”. Għandu wkoll jittieħed kont tal-fatt li r-riżultati finanzjarji tal-impriżi, partikolarment fis-setturi l-aktar spiss ikkonċernati mill-SGEIs, jistgħu jiġu influwenzati ħafna mis-setgħa tas-suq tagħhom jew mir-regoli settorjali.

72.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kunċett ta' “impriża mmexxija tajjeb” jinvolvi l-konformità mal-istandards tal-kontabilità nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali fis-seħħ. L-Istati Membri jistgħu jibbażaw l-analiżi tagħhom, fost affarijiet oħra, fuq proporzjonijiet analitiċi rappreżentattivi tal-produttività (bħall-fatturat bħala proporzjon tal-kapital użat, l-ispiża totali bħala proporzjon tal-fatturat, il-fatturat gћal kull impjegat, il-valur miżjud għal kull impjegat, jew l-ispejjeż tal-persunal bħala proporzjon tal-valur miżjud). L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw proporzjonijiet analitiċi rigward il-kwalità tal-provvista meta mqabbla mal-aspettativi tal-utenti. Impriża fdata bl-operat ta’ SGEI li ma tissodisfax il-kriterji kwalitattivi stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat ma tikkostitwix impriża mmexxija tajjeb anke jekk l-ispejjeż tagħha jkunu baxxi.

73.

Impriżi bi proporzjonijiet analitiċi bħal dawn, rappreżentattivi ta' ġestjoni effiċjenti, jistgħu jitqiesu bħala impriżi tipiċi rappreżentattivi. Madankollu, l-analiżi u tqabbil tal-istrutturi tal-ispejjeż għandhom iqisu d-daqs tal-impriża inkwistjoni u l-fatt li f'ċerti setturi impriżi bi strutturi tal-ispejjeż differenti ħafna jistgħu jeżistu ħdejn xulxin.

74.

Ir-referenza għall-ispejjeż ta' impriża “tipika” fis-settur taħt kunsiderazzjoni timplika li hemm numru suffiċjenti ta' impriżi li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati. Dawk l-impriżi jistgħu jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri oħrajn. Madankollu, il-Kummissjoni temmen li ma tistax issir referenza għall-ispejjeż ta’ impriża li tkun tgawdi pożizzjoni ta' monopolju jew li tirċievi kumpens għas-servizz pubbliku mogħti taħt kundizzjonijiet li ma jikkonformawx mal-liġi tal-Unjoni, minħabba li fiż-żewġ każijiet il-livell tal-ispiża jaf ikun ogħla minn dak normali. L-ispejjeż li għandhom jiġu kkunsidrati huma l-ispejjeż kollha relatati mal-SGEI, jiġifieri l-ispejjeż diretti meħtieġa għat-twettiq tal-SGEI u kontribuzzjoni xierqa għall-ispejjeż indiretti komuni kemm għall-SGEI u għall-attivitajiet l-oħra.

75.

Jekk l-Istat Membru jista’ juri li l-istruttura tal-ispejjeż tal-impriża inkarigata bit-tħaddim tas-SGEI tikkorrispondi għall-istruttura tal-ispejjeż medja ta' impriżi effiċjenti u komparabbli fis-settur taħt kunsiderazzjoni, l-ammont ta' kumpens li jippermetti lill-impriża sabiex tkopri l-ispejjeż tagħha, inkluż qligħ raġonevoli, jitqies konformi mar-raba’ kriterju ta’ Altmark.

76.

L-espressjoni “impriża adegwatament ipprovduta b'mezzi materjali” għandha tittieħed li tfisser impriża li jkollha r-riżorsi meħtieġa sabiex tkun tista' twettaq immedjatament l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq l-impriża biex tkun fdata bit-tħaddim tal-SGEI.

77.

“Profitt raġonevoli” għandu jitqies li jfisser ir-rata tar-redditu fuq il-kapital (99) li tkun meħtieġa minn kumpanija tipika li tikkonsidra jekk tipprovdix is-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jew le għat-tul tal-perjodu kollu tal-att ta' inkarigu, meta tieħu inkunsiderazzjoni l-livell tar-riskju, hekk kif stipulat fit-taqsima 3.5.


(1)  Skont l-Artikolu 345 tat-Trattat, it-Trattati bl-ebda mod ma jippreġudikaw ir-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà. Konsegwentement, ir-regoli tal-kompetizzjoni ma jiddiskriminawx kontra l-kumpaniji skont jekk humiex ta’ sjieda pubblika jew privata.

(2)  Aktar tagħrif jinstab fil-Gwida għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u s-suq intern għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, u b’mod partikolari għas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali, SEC(2010) 1545 finali, 7 ta’ Diċembru 2010.

(3)  Ara paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-21 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(5)  Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU L 134, 30.4.2004. p. 1.

(7)  ĠU L 134, 30.4.2004. p. 114.

(8)  Ara pereżempju, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(9)  Kawża C-324/98 Telaustria Verlags GmbH u Telefonadress GmbH vs Telekom Austria AG, [2000] Ġabra p. I-10745, punt 60 u l-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni dwar il-liġi Komunitarja applikabbli għall-għoti ta’ kuntratti mhux, jew mhux kompletament, suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku (ĠU C 179, 1.8.2006, p. 2).

(10)  http://ec.europa.eu/services_general_interest/registration/form_en.html

(11)  Kawżi magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavlov et [2000] Ġabra p. I-6451.

(12)  Kawżi magħquda C-209/78 sa 215/78 u 218/78 Van Landewyck [1980] Ġabra p. 3125, punt 21; Kawża C-244/94 FFSA et [1995] Ġabra p. I-4013. Kawża C-49/07 MOTOE [2008], Ġabra p. I-4863, punti 27 u 28.

(13)  Kawża C-480/09 P AceaElectrabel Produzione SpA vs Il-Kummissjoni [2010] Ġabra punti 47 u 55. Kawża C-222/04 Ministero dell’Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze SpA et [2006] Ġabra p. I-289, punt 112.

(14)  Kawża C-222/04 Ministero dell’Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze SpA et [2006] Ġabra p. I-289, punti 107-118 u 125.

(15)  Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja, [1987] Ġabra p. 2599, punt 7; Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja, [1998] Ġabra p. I-3851, punt 36; Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavlov et, punt 75.

(16)  Kawżi magħquda C-159/91 u C-160/91 Poucet u Pistre [1993] Ġabra p. I-637.

(17)  Ara l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-Kawża C-295/05 Asociación Nacional de Empresas Forestales (Asemfo) vs Transformación Agraria SA (Tragsa) u Administración del Estado [2007] Ġabra I-2999, punti 110 sa 116; Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70, ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1, l-Artikoli 5(2) u 6(1). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/501/UE tat-23 ta’ Frar 2011 dwar għajnuna mill-Istat C 58/06 (ex NN 98/05) implimentata mill-Ġermanja għal Bahnen der Stadt Mohnheim (BSM) u Rheinische Bahngesellschaft (RBG) fl-assoċjazzjoni tat-trasport ta’ Rhein-Ruhr, ĠU L 210, 17.8.2011, p. 1, paragrafi 208-209.

(18)  Lanqas ma għandu relevanza għall-kwistjoni jekk servizz jistax jiġi definit bħala SGEI; ara t-taqsima 3.2.

(19)  Kawża C-519/04 P David Meca-Medina u Igor Majcen vs l-Kummissjoni [2006] Ġabra p. I-6991, punti 30 sa 33. Kawża C-350/07 Kattner Stahlbau [2009] Ġabra p. I-1513, punti 66, 72, 74 u 75; L-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro mogħtija fl-10 ta' Novembru 2005 fil-Kawża C-205/03 P FENIN [2006] Ġabra p. I-6295, punti 50 u 51.

(20)  Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni v l-Italja, punti 7 u 8.

(21)  Kawża C-30/87 Bodson/Pompes funèbres des régions libérées [1988] Ġabra p. I-2479, punt 18.

(22)  Ara, b'mod partikolari, l-Kawża C-364/92 SAT/Eurocontrol [1994] Ġabra p. I-43, punt 30.

(23)  Kawża C-364/92 SAT/Eurocontrol, punt 27; Kawża C-113/07 P Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni [2009] Ġabra p. I-2207, punt 71.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2002 fil-Każ N 438/02 – il-Belġju – Għajnuna għall-awtoritajiet tal-port, ĠU C 284, 21.11.2002.

(25)  Kawża C-343/95 Calì & Figli [1997] Ġabra p. I-1547, punt 22.

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 140/06 – il-Litwanja – Għoti ta' sussidji lill-Impriżi tal-Istat fid-Djar Korrettivi, ĠU C 244, 11.10.2006.

(27)  Kawżi magħquda C-159/91 u C-160/91 Poucet u Pistre [1993] Ġabra p. I-637, punt 13.

(28)  Kawża C-218/00 Cisal u INAIL [2002] Ġabra p. I-691, punt 45.

(29)  Kawżi magħquda C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01 AOK Bundesverband [2004] Ġabra p. I-2493, punti 47 sa 55.

(30)  Kawżi magħquda C-159/91 u C-160/91 Poucet u Pistre, punti 15 sa 18.

(31)  Kawża C-218/00 Cisal u INAIL, punt 40.

(32)  Kawżi magħquda C-159/91 u C-160/91 Poucet u Pistre, punt 14; Kawża C-218/00 Cisal u INAIL, punt 43 sa 48; Kawżi magħquda C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01 AOK Bundesverband, punti 51 sa 55.

(33)  Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-244/94 FFSA et, punt 19.

(34)  Kawża C-67/96, Albany, [1999], Ġabra p. I-5751, punti 80-87.

(35)  Kawża C-244/94 FFSA et, punti 9 u 17 sa 20. Kawża C-67/96 Albany, punti 81 sa 85; ara wkoll il-Kawżi Magħquda C-115/97 sa C-117/97 Brentjens [1999] Ġabra p. I-6025, punti 81 sa 85, il-Kawża C-219/97 Drijvende Bokken [1999] Ġabra p. I-6121, punti 71 sa 75, u l-Kawżi magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavlov et, punti 114 u 115.

(36)  Kawżi Magħquda C-115/97 sa C-117/97 Brentjens.

(37)  Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavlov et.

(38)  Kawża C-350/07 Kattner Stahlbau [2009] Ġabra p. I-1513.

(39)  Abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej, l-aktar eżempju importanti huwa s-Sistema tas-Saħħa Nazzjonali Spanjola (ara l-Kawża T-319/99 FENIN [2003] Ġabra p. II-357).

(40)  Skont il-karatteristiċi ġenerali tas-sistema, ħlasijiet li jkopru biss frazzjoni żgħira tal-ispiża reali tas-servizz ma jistgħux jaffettwaw il-klassifikazzjoni tiegħu bħala mhux ekonomiku.

(41)  Kawża T-319/99 FENIN [2003] Ġabra p. II-357, punt 39.

(42)  Kawża T-319/99 FENIN, punt 40.

(43)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-244/94 FFSA, il-Kawża C-67/96 Albany, il-Kawżi magħquda C-115/97, C-116/97 u C-117/97 Brentjens, u l-Kawża C-219/97 Drijvende Bokken.

(44)  Ara l-Kawżi Magħquda C-180 sa C-184/98 Pavlov et, punti 75 u 77.

(45)  Ara, fost affarijiet oħrajn, il-Kawża C-318/05 Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [2007] Ġabra p. I-6957, punt 68. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ April 2001, N 118/00 Subvention publiques aux clubs sportifs professionnels u d-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fil-Każ 68123 in-Norveġja Nasjonal digital laeringsarena, 12.10.2011, p. 9.

(46)  Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-21 ta' Frar 2008 fil-Kawża E-5/07.

(47)  Kawża 263/86 Humbel [1988] Ġabra p. 5365.

(48)  Kawża C-318/05 Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [2007] Ġabra p. I-6957; Kawża C-76/05 Schwartz [2007] Ġabra p. 6849.

(49)  Sentenza tal-Qorti tal-EFTA tal-21 ta' Frar 2008 fil-Kawża E-5/07.

(50)  Kawża C-281/06 Jundt [2007] Ġabra p. I-12231.

(51)  Kawża 109/92 Wirth [1993] Ġabra p. I-6447.

(52)  Ara l-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u żvilupp u l-innovazzjoni, ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

(53)  Skont in-Nota 25 ta' qiegħ il-paġna tal-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, “in-natura interna” tfisser sitwazzjoni fejn il-ġestjoni tal-għarfien tal-organizzazzjoni ta’ riċerka tkun immexxija jew minn dipartiment jew minn sussidjarju ta' organizzazzjoni ta’ riċerka jew b’mod konġunt ma’ organizzazzjonijiet oħra tar-riċerka. Il-kuntrattar tal-forniment ta’ servizzi speċifiċi lil partijiet terzi permezz ta’ sejħiet miftuħa għall-offerti ma jipperikolawx in-natura interna ta’ tali attivitajiet.

(54)  Ara l-paragrafi 3.1.1 u 3.1.2 tal-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni.

(55)  Kawżi magħquda C-52/97 sa C-54/97 Viscido et, [1998] Ġabra p. I-2629, punt 13; u Kawża C-53/00 Ferring [2001] Ġabra p. I-9067, punt 16. Ara wkoll il-Kawża C-379/98 PreussenElektra vs Schleswag [2001] Ġabra p. I-2099.

(56)  [2002] Ġabra p. I-4397.

(57)  Kawża C-462/99 Connect Austria Gesellschaft für Telekommunikation GmbH vs Telekom-Control-Kommission, u Mobilkom Austria AG [2003] Ġabra p. I-05197, punti 92 u 93; Kawża T-475/04, Bouygues u Bouygues Télécom SA vs Il-Kummissjoni [2007] Ġabra p. II-02097, punti 101, 104, 105 u 111.

(58)  Kawża 173/73 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1974] Ġabra p. 709, punt 16. Ara wkoll il-Kawża 78/79 Steinike [1977] Ġabra p. 595, punt 21, il-Kawża C 206/06, Essent Netwerk [2008] 5497, punti 47, 57 u 96.

(59)  Compagnie Commerciale de l'Ouest et vs Receveur Principal des Douanes de La Pallice Port [1992] Ġabra p. I-1847, punt 35. Ara wkoll il-Kawżi magħquda C-34/01 sa C-38/01 Enirisorse SpA vs Ministero delle Finanze, [2003] Ġabra p. I-14243, punt 26.

(60)  Kawżi magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa T-607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98, Mauro Alzetta et vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra p. II-2319, punti 143-147.

(61)  Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH [2003] Ġabra p. I-7747.

(62)  Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, punt 81.

(63)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N 258/00 – il-Ġermanja – Leisure Pool Dorsten, ĠU C 172, 16.6.2001, p. 16.

(64)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N 543/01 – L-Irlanda – Allowances kapitali għall-isptarijiet, ĠU C 154, 28.6.2002, p. 4.

(65)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N 630/03 – L-Italja – Mużewijiet lokali – Sardinja, ĠU C 275, 8.12.2005, p. 3.

(66)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 257/07 – Spanja – Għotjiet għal produzzjonijiet teatrali fil-Pajjiż Bask, ĠU C 173, 26.7.2007, p. 2.

(67)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna de minimis, ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.

(68)  Ara l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 għat-trasport; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 tal-24 ta' Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u r-Regolament li jemenda (KE) Nru 1860/2004 (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6); u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna de minimis fis-settur ta’ produzzjoni agrikola (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35).

(69)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH.

(70)  Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, punti 87 sa 93.

(71)  Ara t-taqsima 3.2.

(72)  Ara t-taqsima 3.3.

(73)  Ara t-taqsima 3.4.

(74)  Ara t-taqsima 3.5.

(75)  Ara t-taqsima 3.6.

(76)  Il-Kawżi C-179/90 Merci convenzionali porto di Genova [1991] Ġabra p. I-5889, punt 27; Kawża C-242/95 GT-Link A/S [1997] Ġabra p. I-4449, punt 53; u l-Kawża C-266/96, Corsica FerriesFrance SA [1998] Ġabra p. I-3949, punt 45.

(77)  Kawża Nru T-289/03 BUPA et vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra p. II-81, punti 166-169 u 172; Kawża T-17/02, Fred Olsen [2005] Ġabra p. II-2031, punt 216.

(78)  Il-Kawża T-289/03 British United Provident Association Ltd (BUPA) vs Il-Kummissjoni [2008], Ġabra p. II-81, punti 171 u 224.

(79)  Ara, b’mod partikolari, il-Kawża C-127/73, BRT vs SABAM [1974] Ġabra p.313.

(80)  Ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(81)  Il-Kawża C-205/99 Analir [2001] Ġabra p. I-1271, punt 71.

(82)  Għal dispożizzjonijiet aktar dettaljati ara l-paragrafi 24 sa 30 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji gwida Komunitarji għall-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mat-tusigħ rapidu tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 235, 30.9.2009, p. 7).

(83)  Ara, b’mod partikolari, il-Kawża C-127/73, BRT vs SABAM [1974] Ġabra p.313.

(84)  Il-Kawża T-17/02 Fred Olsen, punt 188.

(85)  Ir-rata tar-redditu fuq il-kapital tfisser ir-Rata tar-Redditu Intern (Internal Rate of Return – IRR) li l-kumpanija tagħmel fuq il-kapital investit matul il-ħajja tal-proġett, jiġifieri l-IRR fuq il-fluss tal-flus tal-kuntratt.

(86)  ĠU L 134, 30.4.2004. p. 114.

(87)  ĠU L 134, 30.4.2004. p. 1.

(88)  Il-Kummissjoni beħsiebha temenda din il-Komunikazzjoni hekk kif jiġu adottati regoli ġodda tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku sabiex tiċċara r-rilevanza tal-għanijiet tal-għajnuna mill-Istat għall-użu tal-proċeduri previsti f’dawk ir-regoli ġodda.

(89)  L-Artikolu 1(11)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikolu 1(9)(a) tad-Direttiva 2004/17/KE.

(90)  L-Artikolu 1(11)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE, Artikolu 1(9)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE.

(91)  L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikolu 1(9)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE.

(92)  L-Artikolu 29 tad-Direttiva 2004/18/KE.

(93)  L-Artikolu 31 tad-Direttiva 2004/18/KE. Ara wkoll l-Artikolu 40(3) tad-Direttiva 2004/17/KE.

(94)  L-Artikolu 53(1)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE, Artikolu 55(1)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE.

(95)  L-Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikolu 55(1)(a) tad-Direttiva 2004/17/KE, il-Kawża 31/87 Beentjes [1988] Ġabra p. 4635 u Kawża C-225/98 Il-Kummissjoni vs. Franza [2000] Ġabra p. I-7445, il-Kawża C-19/00 SIAC Construction [2001] Ġabra p. I-7725.

(96)  Ara pereżempju l-edizzjoni l-ġdida ta’ “Ixtri għal Ambjent Aħjar! Akkwist pubbliku ekoloġiku fl-Ewropa” disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/gpp/buying_handbook_en.htm

(97)  Fi kliem ieħor, il-kriterji għandhom ikunu ddefiniti b’tali mod li jippermettu kompetizzjoni effettiva li timminiżża l-vantaġġi għall-offerent li jintagħżel.

(98)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 49/06 – L-Italja – dwar l-iskema tal-għajnuna mill-Istat li implimentat l-Italja biex tirremunera lil Poste Italiane għad-distribuzzjoni ta' ċertifikati ta’ tfaddil postali, ĠU L 189, 21.7.2009, p. 3.

(99)  Ir-rata tar-redditu fuq il-kapital tfisser ir-Rata tar-Redditu Intern (Internal Rate of Return- IRR) li l-kumpanija tagħmel fuq il-kapital investit matul il-ħajja tal-proġett, jiġifieri l-IRR fuq il-fluss tal-flus tal-kuntratt.


Top