EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/187/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6218 – INEOS/Tessenderlo Group S-PVC Assets) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 187, 28.6.2011, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6218 – INEOS/Tessenderlo Group S-PVC Assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 187/13

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Kerling plc, li topera taħt l-isem kummerċjali ta’ INEOS ChlorVinyls, u parti minn INEOS Group of Companies (“INEOS”, l-Isvizzera), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet minn Tessenderlo Chemie NV, li topera taħt l-isem kummerċjali Tessenderlo Group (“Tessenderlo”, il-Belġju), permezz tax-xiri ta’ ċerti assi relatati mas-Suspension Polyvinyl Chloride (“S-PVC”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal INEOS: Il-manifattura ta’ petrokimiċi, kimiċi speċjalizzati u prodotti miż-żejt. Permezz tas-sussidjarja tagħha INEOS ChlorVinyls, il-kumpanija hi waħda mill-produtturi ewlenin tal-chlor-alkali fl-Ewropa u fornitur importanti tal-PVC,

għal Tessenderlo: L-industrija tal-kimika, id-derivattivi naturali, il-konverżjoni tal-plastik, il-ġelatina, u soluzzjonijiet agrikoli. L-assi li se jinbiegħu jinkludu n-negozju ta’ S-PVC ta’ Tessenderlo.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6218 – INEOS/Tessenderlo Group S-PVC Assets, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top