EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0369

Il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (COM(2008)0553 – C6-0451/2008 – 2008/0180(CNS))

ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 326–346 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/326


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla *

P6_TA(2009)0369

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (COM(2008)0553 – C6-0451/2008 – 2008/0180(CNS))

2010/C 212 E/49

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0553),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0451/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0185/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal Regolament

Titolu

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-tbiċċir u l-qatla

Emenda 2

Proposta għal Regolament

Premessa 6

(6)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) adottat żewġ opinjonijiet fuq l-aspetti tal-benesseri tal-annimali fil-kuntest tas-sistemi ewlenin tal-isturdament u tal-qtil ta’ ċerti speċi ta’ annimali: Welfare aspects of the main systems of stunning and killing the main commercial species of animals (l-aspetti tal-benesseri tas-sistemi ewlenin tal-isturdament u tal-qtil tal-ispeċi ta’ annimali kummerċjali ewlenin), fl-2004 u Welfare aspects of the main systems of stunning and killing applied to commercially farmed deer, goats, rabbits, ostriches, ducks, geese and quail (l-aspetti tal-benesseri tas-sistemi ewlenin ta’ sturdament u qtil applikati għal ċriev imkabbra għal skopijiet kummerċjali, mogħoż, fniek, ngħam, papri, wiżżijiet u summien), fl-2006. Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità f'dan il-qasam għandha tiġi aġġornata sabiex tqis dawk l-opinjonijiet xjentifiċi. Ir-rakkomandazzjonijiet sabiex l-użu tad-dijossidu tal-karbonju jitneħħa f'fażijiet għall-ħnieżer u t-tjur, kif ukoll it-tneħħija f'fażijiet tal-isturdament permezz tal- banjijiet tal-ilma għat-tjur ma kinux inklużi fil-proposta minħabba li l-istima tal-impatt uriet li bħalissa ma kinux ekonomikament vijabbli fl-UE. Minbarra dan, rakkomandazzjonijiet oħra ma għandhomx ikunu parti minn dan ir-Regolament minħabba li jirreferu għal parametri tekniċi li għandhom ikunu parti mill-miżuri ta’ implimentazzjoni jew tal-kodiċi ta' prattika tajba. Ir-rakkomandazzjonijiet fuq il-ħut imkabbra fil-farms ma kinux inklużi fil-proposta minħabba li kien hemm ħtieġa għal opinjoni xjentifika oħra u evalwazzjoni ekonomika f'dan il-qasam.

(6)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) adottat żewġ opinjonijiet fuq l-aspetti tal-benesseri tal-annimali fil-kuntest tas-sistemi ewlenin tal-isturdament u tal-qtil ta’ ċerti speċi ta’ annimali:Welfare aspects of the main systems of stunning and killing the main commercial species of animals (l-aspetti tal-benesseri tas-sistemi ewlenin tal-isturdament u tal-qtil tal-ispeċi ta’ annimali kummerċjali ewlenin), fl-2004 u Welfare aspects of the main systems of stunning and killing applied to commercially farmed deer, goats, rabbits, ostriches, ducks, geese and quail (l-aspetti tal-benesseri tas-sistemi ewlenin ta’ sturdament u qtil applikati għal ċriev imkabbra għal skopijiet kummerċjali, mogħoż, fniek, ngħam, papri, wiżżijiet u summien), fl-2006. Fl-2001 il-Kumitat Xjentifiku għas-Saħħa tal-Annimali u l-Benesseri tal-Annimali (SCAHAW) adotta rapport dwar Il-Benesseri tal-Annimali Miżmuma għall-Produzzjoni tal-Fer li kien jinkludi analiżi tal-metodi ta' qtil użati fil-farms tal-fer. Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità f'dan il-qasam għandha tiġi aġġornata sabiex tqis dawk l-opinjonijiet xjentifiċi. Ir-rakkomandazzjonijiet sabiex l-użu tad-dijossidu tal-karbonju jitneħħa f'fażijiet għall-ħnieżer u t-tjur, ma kinux inklużi fil-proposta minħabba li l-istima tal-impatt uriet li bħalissa ma kinux ekonomikament vijabbli fl-UE. Minbarra dan, rakkomandazzjonijiet oħra ma għandhomx ikunu parti minn dan ir-Regolament minħabba li jirreferu għal parametri tekniċi li għandhom ikunu parti mill-miżuri ta’ implimentazzjoni jew tal-kodiċi ta’ prattika tajba. Ir-rakkomandazzjonijiet fuq il-ħut imkabbra fil-farms ma kinux inklużi fil-proposta minħabba li kien hemm ħtieġa għal opinjoni xjentifika oħra u evalwazzjoni ekonomika f'dan il-qasam.

Emenda 3

Proposta għal Regolament

Premessa 15

(15)

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi u d-drawwiet tal-Istati Membri dwar, b'mod partikolari, ir-riti reliġjużi, it-tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali meta jiġu fformulati u implimentati l-linji politiċi tal-Komunità dwar l-agrikultura u s-suq intern, inter alia. Huwa għalhekk xieraq li l-avvenimenti kulturali jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament, fejn il-konformità mar-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali jaffettwaw ħażin in-natura proprja tal-avveniment konċernat.

(15)

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi u d-drawwiet tal-Istati Membri dwar, b'mod partikolari, ir-riti reliġjużi, it-tradizzjonijiet kulturali jew ta' oriġini reliġjuża u l-wirt reġjonali meta jiġu fformulati u implimentati l-linji politiċi tal-Komunità dwar l-agrikultura u s-suq intern, inter alia. Huwa għalhekk xieraq li l-avvenimenti kulturali, reliġjużi u tradizzjonali jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament, fejn il-konformità mar-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali jaffettwaw ħażin in-natura proprja tal-avveniment konċernat.

Emenda 4

Proposta għal Regolament

Premessa 16

(16)

Barra minn hekk, it-tradizzjonijiet kulturali jirreferu għal mod ta' ħsieb, azzjoni jew imġiba abitwali, stabbilita u li tintiret, li tinkludi l-kunċett ta' xi ħaġa trasmessa minn, jew akkwistata minn, predeċessur. Huma jikkontribwixxu għat-tkabbir ta' konnessjonijiet soċjali li ilhom stabbiliti bejn il-ġenerazzjonijiet. Sakemm dawk l-attivitajiet ma jaffettwawx is-suq tal-prodotti tal-annimali u mhumiex motivati mill-għanijiet ta' produzzjoni , huwa xieraq li l-qtil tal-annimali li jseħħ waqt dawk l-avvenimenti jiġi eskluż mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

(16)

Barra minn hekk, it-tradizzjonijiet kulturali jew ta' oriġini reliġjuża jirreferu għal mod ta' ħsieb, azzjoni jew imġiba abitwali, stabbilita u li tintiret, li tinkludi l-kunċett ta' xi ħaġa trasmessa minn, jew akkwistata minn, predeċessur. Huma jikkontribwixxu għat-tkabbir ta' konnessjonijiet soċjali li ilhom stabbiliti bejn il-ġenerazzjonijiet. Sakemm dawk l-attivitajiet ma jaffettwawx is-suq tal-prodotti tal-annimali, huwa xieraq li t-tbiċċir tal-annimali li jseħħ waqt dawk l-avvenimenti jiġi eskluż mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Emenda 5

Proposta għal Regolament

Premessa 22 a (ġdida)

 

(22a)

L-isfidi l-ġodda li qed taffronta l-industrija agrikola u dik tal-laħam żgur se jwasslu għal implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-operaturi tal-Unjoni. Sabiex inkunu konformi mar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament, fondi Ewropej adegwati għandhom ikunu disponibbli sabiex ikunu ta' appoġġ finanzjarju sabiex is-settur Komunitarju jkun jista' jirregola l-benesseri tal-annimali f'kuntest internazzjonali.

Emenda 6

Proposta għal Regolament

Premessa 24

(24)

Skont il-mod kif jintużaw waqt il-proċess tat-tbiċċir jew tal-qtil, xi metodi ta' stordament jistgħu jwasslu għall-mewt waqt li jkun qed jiġi evitat l-uġigħ jew jitnaqqas id-dwejjaq jew it-tbatija għall-annimali. Bħala konsegwenza mhuwiex neċessarju li ssir distinzjoni bejn metodi riversibbli u mhux riversibbli ta' sturdament.

(24)

Skont il-mod kif jintużaw waqt il-proċess tat-tbiċċir jew tal-qtil, xi metodi ta' stordament jistgħu jwasslu għall-mewt waqt li jkun qed jiġi evitat l-uġigħ jew jitnaqqas id-dwejjaq jew it-tbatija għall-annimali.

Emenda 7

Proposta għal Regolament

Premessa 32

(32)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi għal-lista ta' stabbilimenti li għalihom huma permessi l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti speċifiċi li ġejjin mill-annimali. Ir-rekwiżiti ġenerali u r-rekwiżiti addizzjonali applikabbli għall-biċċeriji stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet ta' dik il-lista.

(32)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi għal-lista ta' stabbilimenti li għalihom huma permessi l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti speċifiċi li ġejjin mill-annimali. Ir-rekwiżiti ġenerali u r-rekwiżiti addizzjonali applikabbli għall-biċċeriji stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet ta' dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-importazzjoni tal-laħam u l-prodotti tiegħu minn pajjiżi terzi maħsuba għas-suq intern tikkonforma mar-regoli ġenerali stipulati f'dan ir-Regolament.

Emenda 8

Proposta għal Regolament

Premessa 33

(33)

Il-biċċeriji u t-tagħmir użat fihom huma mfasslin għal kategoriji partikolari ta' annimali u ta' kapaċitajiet. Meta dawn il-kapaċitajiet jinqabżu jew meta t-tagħmir jintuża għal għanijiet li ma kienx imfassal għalihom, ikun hemm impatt negattiv fuq il-benesseri tal-annimali. Informazzjoni fuq dawn l-aspetti għandha għalhekk tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti u għandha tkun parti mill-proċedura approvata għall-biċċeriji.

(33)

Il-biċċeriji u t-tagħmir użat fihom huma mfasslin għal kategoriji partikolari ta' annimali u ta' kapaċitajiet. Meta dawn il-kapaċitajiet jinqabżu jew meta t-tagħmir jintuża għal għanijiet li ma kienx imfassal għalihom, ikun hemm impatt negattiv fuq il-benesseri tal-annimali. Informazzjoni fuq dawn l-aspetti għandha għalhekk tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti u għandha tkun parti mill-proċedura approvata għall-biċċeriji. Biċċeriji żgħar, spezzjonati regolarment, b'kapaċità ta' tbiċċir sa 50 unità ta' mammiferi fil-ġimgħa jew 150 000 unità ta' tjur kull sena, li jbigħu l-aktar ikel direttament lill-konsumatur aħħari, ma jeħtiġilhomx proċedura għal permess li tkun tiswa ħafna flus biex ikunu konformi mal-prinċipji ta' dan ir-Regolament.

Emenda 9

Proposta għal Regolament

Premessa 34 a (ġdida)

 

(34a)

Huwa neċessarju li tkun evitata tbatija lill-annimali minħabba biza’ u tensjoni qabel it-tbiċċir. Ikun xieraq, għalhekk, li d-disinn ta' biċċeriji, l-ippjanar ta' proċeduri f'biċċeriji u t-taħriġ tal-persunal isiru b'mod li l-annimali ma jitħallewx ibatu minn tensjoni, biża’ u wġigħ bejn il-ħatt u t-tbiċċir.

Emenda 10

Proposta għal Regolament

Premessa 35

(35)

Progress xjentifiku u tekniku rigward il-bini, tqassim u tagħmir tal-biċċeriji jsir b'mod regolari. Huwa għalhekk importanti li l-Komunità tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex temenda r-rekwiżiti applikabbli għall-bini, tqassim u tagħmir tal-biċċeriji waqt li jinżamm livell uniformi u għoli ta' protezzjoni għall-annimali.

(35)

Progress xjentifiku u tekniku rigward il-bini, tqassim u tagħmir tal-biċċeriji jsir b'mod regolari. Huwa għalhekk importanti li l-Komunità tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex temenda r-rekwiżiti applikabbli għall-bini, tqassim u tagħmir tal-biċċeriji waqt li jinżamm livell uniformi u għoli ta' protezzjoni għall-annimali. Għandhom jissoktaw b'mod kostanti l-isforzi biex ikunu żviluppati proċeduri aħjar ta' sturdament. Ir-riċerka għandha wkoll issir b'mod mgħaġġel fl-ambitu ta' alternattivi għall-qtil ta' tiġieġ żejda.

Emenda 11

Proposta għal Regolament

Premessa 37

(37)

Il-qtil mingħajr sturdament jeħtieġ qtugħ preċiż tal-gerżuma sabiex titnaqqas it-tbatija. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-annimali li ma jkunux imrażżna mekkanikament wara l-qtugħ, titnaqqsilhom il-veloċità tal-proċess tal-iżvinar u b'hekk is-sofferenza tal-annimali titwal għalxejn. L-annimali maqtula mingħajr ma jiġu storduti għandhom għalhekk jitrażżnu individwalment.

(37)

It-tbiċċir mingħajr sturdament jeħtieġ qtugħ preċiż tal-gerżuma sabiex titnaqqas it-tbatija. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-annimali li ma jkunux imrażżna mekkanikament wara l-qtugħ, titnaqqsilhom il-veloċità tal-proċess tal-iżvinar u b'hekk is-sofferenza tal-annimali titwal għalxejn. L-annimali maqtula mingħajr ma jiġu storduti għandhom għalhekk jitrażżnu individwalment u jirċievu sturdament effettiv immedjatament wara l-qtugħ .

Emenda 12

Proposta għal Regolament

Premessa 38

(38)

Progress xjentifiku u tekniku rigward it-trattament u t-trażżin tal-annimali fil-biċċeriji jsir regolament. Huwa għalhekk importanti li l-Komunità tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex temenda r-rekwiżiti applikabbli għall-immaniġġjar u t-trażżin tal-annimali qabel it-tbiċċir waqt li jinżamm livell uniformi u għoli ta' protezzjoni għall-annimali.

(38)

Progress xjentifiku u tekniku rigward it-trattament u t-trażżin tal-annimali fil-biċċeriji jsir regolament u f'farms li jipproduċu l-fer . Huwa għalhekk importanti li l-Komunità tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex temenda r-rekwiżiti applikabbli għall-immaniġġjar u t-trażżin tal-annimali qabel il-qtil waqt li jinżamm livell uniformi u għoli ta' protezzjoni għall-annimali.

Emenda 13

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt i

(i)

waqt esperimenti tekniċi jew xjentifiċi mwettqa taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti,

(i)

fil-kuntest tal-attivitajiet irregolati mid-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE tal-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi (1);

Emenda 14

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt ii

(ii)

waqt attivitajiet ta' kaċċa;

(ii)

waqt attivitajiet ta' kaċċa u sajd għar-rikreazzjoni ,

Emenda 15

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt iv a (ġdid)

 

(iv a)

għall-akbar festi reliġjużi li jinvolvu sagrifiċċji tradizzjonali għal konsum personali, pereżempju fl-Għid u l-Milied u għal perjodu ta' għaxart ijiem biss qabel id-dati relevanti.

Emenda 16

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)

 

(b a)

għal ċriev semidomestikati, li jinqatlu bl-isparar u jiġu pproċessat f'faċilità privata ta' trobbija tal-kaċċa (game farm facility).

Emenda 17

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt b

(b)

“operazzjonijiet relatati” : tfisser operazzjonijiet bħall-immaniġġjar, iż-żamma, it-trażżin, l-isturdament u l-iżvinar tal-annimali li jseħħu fil-kuntest u fil-post fejn dawn ikunu sejrin jinqatlu ;

(b)

“operazzjonijiet relatati” : “operazzjonijiet relatati” tfisser operazzjonijiet bħall-immaniġġjar, il-ħatt , iż-żamma, it-trażżin, l-isturdament u l-iżvinar tal-annimali li jseħħu fil-kuntest u fil-post fejn dawn ikunu sejrin jitbiċċru ;

Emenda 18

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt b a (ġdid)

 

b a)

“awtorità kompetenti”: tfisser l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru kompetenti biex tassigura konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jew kull awtorità oħra lil liema l-awtorità ċentrali ddelegat dik il-kompetenza;

Emenda 19

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt d a (ġdid)

 

d a)

“telfien mis-sensi”: tfisser stat ta' nuqqas ta' għarfien liema jġib miegħu sfrattament temporanju jew permanenti tal-funzjoni tal-moħħ u li wara l-annimal ma jkunx kapaċi li jwieġeb għal stimuli normali, inkluż l-uġigħ;

Emenda 20

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt f

(f)

“l-isturdament”: tfisser kwalunkwe proċess mibdi intenzjonalment sabiex jikkawża t-telfien mis-sensi u t-telf tas-sensibilità mingħajr uġigħ , inkluż kwalunkwe proċess li jirriżulta f'mewta istantanja;

(f)

“l-isturdament”: tfisser kwalunkwe proċess mibdi intenzjonalment sabiex jikkawża t-telfien mis-sensi u t-telf tas-sensibilità, inkluż kwalunkwe proċess li jirriżulta f'mewta istantanja;

Emenda 21

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt g

(g)

“rit reliġjuż”: tfisser serje ta' atti relatati mat-tbiċċir tal-annimali u preskritti minn reliġjon bħall-Iżlam jew il-Ġudajiżmu ;

(g)

“rit reliġjuż”: fisser serje ta' atti relatati mat-tbiċċir tal-annimali u preskritti minn reliġjon jew ikkawżat minn festi reliġjużi speċifiċi ;

Emenda 22

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt k

(k)

“biċċerija”: tfisser kwalunkwe stabbiliment użat għat-tbiċċir tal-annimali ta' fuq l-art;

(k)

“biċċerija”: tfisser stabbiliment użat għall-qatla u t-tindif tal-annimali, li l-laħam tagħhom ikun destinat li jittiekel mill-bniedem.

Emenda 23

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt m

(m)

“Annimali tal-fer”: tfisser annimali mill-ispeċi tal-mammiferi mrobbija primarjament għall-produzzjoni tal-fer bħall-minks, farretti, volpi, rakkuni, coypu u ċinċilli;

(m)

“Annimali tal-fer”: tfisser annimali mill-ispeċi tal-mammiferi mrobbija primarjament għall-produzzjoni tal-fer bħall-minks, farretti, volpi, rakkuni, klieb tar-rakkuni , coypu, fniek u ċinċilli;

Emenda 24

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

(a)

jiġu pprovduti b'kumdità fiżika u bi protezzjoni, b'mod partikolari billi jinżammu nodfa , f'kumdità termali u b'tali mod li ma jitħallewx jaqgħu jew jiżolqu;

(a)

jiġu pprovduti b'kumdità fiżika u bi protezzjoni, b'mod partikolari billi jinżammu f'kumdità termali u b'tali mod li ma jitħallewx jaqgħu jew jiżolqu;

Emenda 25

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

(d)

ma jurux sinjali ta' uġigħ, biża’ , aggressjoni jew imġiba oħra mhux normali;

(d)

ma jurux sinjali ta' wġigħ, aggressjoni jew imġiba oħra mhux normali;

Emenda 26

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

(f)

ma jitħallewx ikollhom interazzjoni avversa.

imħassar

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     Il-qtil ta' flieles żejda li jkunu għadhom kif faqqsu dakinhar, bi kwalunkwe mezz, ma għandux ikun aktar permess hekk kif ikunu disponibbli alternattivi xierqa għall-qtil ta' dawn l-annimali.

Emenda 27

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

2.    Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta dawn il-metodi jiġu preskritti minn riti reliġjużi, l-annimali jistgħu jinqatlu mingħajr ma jiġu storduti qabel, sakemm il-qtil isir f'biċċerija.

2.    B'konformità ma’ riti reliġjużi, l-annimali jistgħu jiġu mbiċċra mingħajr ma jiġu storduti qabel, sakemm it-tbiċċir isir f'biċċerija.

Emenda 28

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Iżda l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-deroga.

imħassar

Emenda 29

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

1.   L-isturdament jista' jitwettaq f'konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness I.

1.   L-isturdament jista' jitwettaq f'konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness I. Sabiex tirrikonoxxi l-progress xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni tista' tapprova metodi ġodda ta' sturdament fuq il-bażi ta' evalwazjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel u f'konformità mal-proċedura stipulata f'Artikolu 22(2).

Emenda 30

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

2.   Il-persunal responsabbli għall-isturdament għandu jwettaq kontrolli regolari sabiex jassigura li l-annimali ma jippreżentawx xi sinjal li juri li jkunu f'sensihom jew ta' sensibilità fil-perjodu bejn l-aħħar tal-proċess ta' sturdament u l-konferma tal- mewt.

2.   Il-persunal responsabbli għall-isturdament għandu jwettaq kontrolli regolari sabiex jassigura li l-annimali ma jippreżentawx xi sinjal li juri li jkunu f'sensihom jew ta' sensibilità fil-perjodu bejn l-aħħar tal-proċess ta' sturdament u l-konferma tal-mewt.

Emenda 31

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     L-iżvinar għandu jibda malajr kemm jista' jkun wara l-isturdament.

Emenda 32

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Iżda kwalunkwe emenda bħal din għandha tassigura livell ta' benesseri tal-annimali li jkun mill-inqas ekwivalenti għall-metodi eżistenti kif muri mill- provi xjentifiċi ppubblikati f'ġurnali adattati, rikonoxxuti fuq livell internazzjonali u li tkun saritilhom reviżjoni mill-kollegi .

Iżda kwalunkwe emenda bħal din għandha tassigura livell ta' benesseri tal-annimali li jkun mill-inqas ekwivalenti għall-metodi eżistenti kif muri mill- provi xjentifiċi adegwati .

Emenda 33

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

4.   Il- Kodiċi tal-Komunità ta' prattika tajba dwar il-metodi stabbiliti fl-Anness I jista' jiġi adottat b'konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2).

4.   Il- linji gwida tal-Komunità għat-tfassil tal-proċeduri u r-regoli tal-implimentazzjoni dwar il-metodi stabbiliti fl-Anness I jista' jiġi adottat b'konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2).

Emenda 34

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

2.   L-operaturi għandhom ifasslu u jimplimentaw dawn il-proċeduri operattivi standard sabiex jiżguraw li l-qtil u l-operazzjonijiet relatati jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 3(1).

2.   L-operaturi għandhom ifasslu u jimplimentaw dawn il-proċeduri operattivi standard sabiex jiżguraw li t-tbiċċir u l-operazzjonijiet relatati jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 3(1). F'dan is-sens, il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistgħu jiġu applikati għall-biċċeriji.

Emenda 35

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

3.   Il-proċeduri operattivi standard għandhom ikunu magħmulin disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din titlobhom.

3.   Il-proċeduri operattivi standard għandhom ikunu magħmulin disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din titlobhom. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiġi nnotifikat bil-miktub kull meta l-proċeduri operattivi standard jinbidlu.

Emenda 36

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     L-awtorità kompetenti jistgħu jimmodifikaw il-proċeduri operattivi standard meta jkun ċar li dawn ma jkunux konformi mar-regoli u mal-esiġenzi ġenerali ffissati f'dan ir-Regolament.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 b (ġdid)

 

3b.     Il-paragrafi 1 sa 3 m'għandhomx japplikaw għal qtil tal-annimali fil-biċċeriji fejn mhux iktar minn 50 unità kull ġimgħa jiġu maqtula.

Emenda 37

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

(a)

it-trattament u l-kura tal-annimali qabel jitrażżnu

(a)

it-trattament tal-annimali għall-iskopijiet ta' trażżin, sturdament jew tbiċċir ;

Emenda 38

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt f

(f)

l-iżvinar tal-annimali ħajjin.

(f)

l-iżvinar ta' annimali ħajjin u/jew il-metodi ta' tbiċċir msemmija fl-Artikolu 4(2) .

Emenda 39

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt f a (ġdid)

 

(fa)

il-qtil ta' annimali bil-fer

Emenda 40

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

3.    Il-qtil ta' annimali bil-fer għandu jiġi superviżjonat minn persuna li għandha ċertifikat ta' kompetenza kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 18 li jikkorrispondi għall-operazzjonijiet kollha mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha.

imħassar

Emenda 41

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – punt a

(a)

il- kategoriji jew il-piżijiet tal-annimali li għalihom huwa maħsub li jintuża t-tagħmir;

(a)

l-ispeċi jew il-piżijiet tal-annimali li għalihom huwa maħsub li jintuża t-tagħmir;

Emenda 42

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – punt c a (ġdid)

 

(ca)

metodi ta' manutenzjoni u ta' kalibrar għal dak l-apparat.

Emenda 43

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

2.   waqt l-operazzjonijiet tal-qatla, għandu jkun disponibbli immedjatament fuq il-post tagħmir ta' riżerva għall-isturdament u dan għandu jintuża fil-każ li t-tagħmir tal-isturdament użat inizjalment ma jaħdimx.

2.   Waqt l-operazzjonijiet tal-qatla, għandu jkun disponibbli immedjatament fuq il-post metodu ta' riżerva adattat għall-isturdament u dan għandu jintuża fil-każ li t-tagħmir tal-isturdament użat inizjalment ma jaħdimx. Fejn dan il-metodu ta' riżerva jikkonċerna installazzjonijiet tqal, tagħmir mobbli jkun addattat.

Emenda 44

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     L-ebda annimal m'għandu jinżamm jekk il-biċċier responsabbli għall-isturdament jew għat-tbiċċir tal-annimal ma jkunx għadu lest biex jaġixxi.

Emenda 45

Proposta għal Regolament

Artikolu 10

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu relevanti għall-għanijiet tal-Artikolu 12(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Matul l-ispezzjoni tal-biċċeriji jew tal-istabbilimenti li ġew approvati, jew li se jiġu approvati f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni lejn il-Komunità f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-esperti tal-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-annimali ħajjin imsemmija fl-Artikolu 5 inqatlu skont kundizzjonijiet li, fejn jidħol il-ġid tal-annimali, mill-inqas huma ekwivalenti għal dawk li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament.

iċ-ċertifikat tas-saħħa li jkollu l-laħam impurtat minn pajjiż terz għandu jingħata bħala prova li tiċċertifika li r-rekwiżiti ta' hawn fuq intlaħqu.

Emenda 46

Proposta għal Regolament

Artikolu 10 a (ġdid)

 

Artikolu 10 a

Arranġamenti għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-laħam u l-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi maħsuba għall-konsum fis-suq intern, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 11- paragrafu 2 - parti introduttorja

2.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandha tapprova għal kull biċċerija:

2.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandha tapprova għal kull biċċerija li fiha jistgħu jinqatlu aktar minn 50 unità ta' annimal kull ġimgħa jew iktar minn 150, 000 unità ta' tajra fis-sena :

Emenda 48

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

(a)

il-kapaċità massima għal kull linja għat-tbiċċir;

imħassar

Emenda 49

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c

(c)

il-kapaċità massima għal kull post ta' żamma temporanja maħsub għall-ekwidi u għall-annimali ta' speċi bovina, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tal-ħnieżer u tat-tjur u lagomorfi.

(c)

il-kapaċità massima għal kull post ta' żamma temporanja maħsub għall-ekwidi u għall-annimali ta' speċi bovina, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tal-ħnieżer u tat-tjur, tal-għasafar li ma jtirux u lagomorfi.

Emenda 50

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

2.   L-operaturi għandhom jiżguraw li l-annimali li jinqatlu mingħajr ma jiġu storduti jitrażżnu b'mod mekkaniku.

2.   L-operaturi għandhom jiżguraw li, meta applikabbli u f'każi ta' qtil ritwali fejn l-annimali jinqatlu mingħajr ma jiġu storduti, dawn jitrażżnu b'mod mekkaniku.

Emenda 51

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt e

(e)

l-użu ta' kurrenti tal-elettriku li ma jistordux jew li ma joqtlux lill-annimali taħt ċirkostanzi kkontrollati, b'mod partikolari kwalunkwe applikazzjoni ta' kurrent elettriku li ma taffettwax lill-moħħ.

imħassar

Emenda 52

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Iżda l-punti (a) u (b) ma għandhomx japplikaw għat-trażżin tat-tjur.

Iżda l-punti (a) u (b) ma għandhomx japplikaw għat-trażżin tat-tjur u tal-lagomorfi .

Emenda 53

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

1.   L-operaturi għandhom idaħħlu fis-seħħ u jimplimentaw proċeduri ta' monitoraġġ xierqa sabiex jivverifikaw u jikkonformaw li l-annimali għall-qatla jiġu storduti effettivament fil-perjodu ta' bejn l-aħħar tal-proċess ta' sturdament u l-konferma tal-mewt.

1.   L-operaturi għandhom idaħħlu fis-seħħ u jimplimentaw proċeduri ta' monitoraġġ xierqa sabiex jivverifikaw u jikkonformaw li l-annimali għall-qatla jiġu storduti effettivament fil-perjodu ta' bejn l-aħħar tal-proċess ta' sturdament u l-konferma tal-mewt. L-annimali għandhom ikunu mejta qabel ma jsiru proċeduri oħra ta' tbiċċir jew jiġu applikati trattamenti li jikkawżaw uġigħ.

Emenda 54

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a.     Operaturi ta' rziezet għat-trobbija ta' annimali għall-fer għandhom jgħarrfu minn qabel lill-awtorità kompetenti dwar meta se jinqatlu l-annimali, biex il-Veterinarju Uffiċjali jkun jista' jaċċerta li l-ħtiġijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, u l-proċeduri operativi standard, qed jiġu osservati.

Emenda 55

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

5.   Il- kodiċi tal-komunità ta' prattika tajba dwar il-proċeduri ta' monitoraġġ fil-biċċeriji jistgħu jiġu adottati f'konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2).

5.    Linji gwida tal-komunità għat-tħejjija ta' proċeduri u l-implimentazzjoni ta' regoli dwar il-proċeduri ta' monitoraġġ fil-biċċeriji jistgħu jiġu adottati f'konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22(2).

Emenda 56

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a.     Il-Veterinarju Uffiċjali għandu jivverifika b'mod regolari l-proċeduri ta' monitoraġġ hawn fuq imsemmija u l-osservazzjoni tal-proċeduri standard ta' operazzjoni.

Emenda 57

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 - paragrafu -1 (ġdid)

 

-     1. L-operaturi jinżammu responsabbli għall-iżgurar tal-osservazzjoni tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda 58

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

1.   L-operaturi għandhom jaħtru uffiċjal għall-benesseri tal-annimali għal kull biċċerija li għandu jkun responsabbli sabiex jassigura l-konformità mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament f'dik il-biċċerija. Huwa jew hija għandha tirrapporta direttament lill-operatur fuq kwistjonijiet relatati mal-benesseri tal-annimali.

1.   L-operaturi għandhom jaħtru uffiċjal għall-benesseri tal-annimali għal kull biċċerija li għandu jkun responsabbli sabiex jikkontrolla l-konformità mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament f'dik il-biċċerija. Huwa jew hija għandha tirrapporta direttament lill-operatur fuq kwistjonijiet relatati mal-benesseri tal-annimali.

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

5.    Il-paragrafi 1 u 4 ma għandhomx japplikaw għall-biċċeriji li jbiċċru inqas minn 1 000 unità ta' mammiferi jew 150 000 unità ta' tajra kull sena.

5.    Il-biċċeriji li joqtlu inqas minn 1 000 unità ta' mammiferi jew 150 000 unità ta' tajra kull sena għandhom ikunu mmexxija minn uffiċjal tal-benessri tal-annimali, filwaqt li l-proċedura biex jingħataw ċertifikat ta' kompetenza se tkun simplifikata skont l-ispeċifikazzjonijiet definiti mill-awtorità kompetenti.

Emenda 60

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

1.     L-awtorità kompetenti u l-operaturi involuti fl-operazzjoni ta' depopulazzjoni għandhom jistabbilixxu pjan ta' azzjoni sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, qabel il-bidu tal-operazzjoni.

B'mod partikolari, il-metodi ta' qtil ippjanati u l-proċeduri operattivi standard li jikkorrispondu sabiex tiġi assigurata l-konformità mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' kontinġenza meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa tal-annimali, fuq il-bażi ta' ipoteżi stabbilita fil-pjan ta' kontinġenza dwar id-daqs u l-post ta' tifqigħat suspettati.

imħassar

Emenda 61

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

3.   Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu u f'ċirkostanzi eċċezzjonali , l-awtorità kompetenti tista' tagħti derogi minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament meta tikkunsidra li huwa probabbli li l-konformità tkun se taffettwa s-saħħa tal-bniedem jew tnaqqas b'mod sinifikanti l-proċess ta' qerda ta' marda.

3.   Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu u f'każijiet ta' force majeure , l-awtorità kompetenti tista' tagħti derogi minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament meta tikkunsidra li huwa probabbli li l-konformità tkun se taffettwa s-saħħa tal-bniedem, tnaqqas b'mod sinifikanti l-proċess ta' qerda ta' marda, jew tkun ta' aktar theddid għall-benesseri tal-annimali .

Emenda 62

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

4.     Fi żmien sena mid-data tat-tmiem tal-operazzjoni tad-depopulazzjoni, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittrasmetti lill-Kummissjoni u tagħmel pubblikament disponibbli, b'mod partikolari permezz tal-internet, rapport ta' evalwazzjoni fuq ir-riżultati tagħhom.

Dak ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari :

(a)

ir-raġunijiet għad-depopulazzjoni;

(b)

in-numru u l-ispeċi tal-annimali maqtula;

(c)

il-metodi tal-isturdament u ta' qtil użati;

(d)

deskrizzjoni tad-diffikultajiet li nqalgħu u fejn ikun xieraq, is-soluzzjonijiet misjuba li jtaffu jew li jnaqqsu t-tbatija tal-annimali konċernati;

(e)

kwalunkwe deroga mogħtija f'konformità mal-paragrafu 3.

imħassar

Emenda 63

Proposta għal Regolament

Artikolu 16

Fil-każ ta' qtil minħabba emerġenza, il-persuna responsabbli għall-annimali konċernati għandha tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex toqtol lill-annimal malajr kemm jista' jkun.

Fil-każ ta' tbiċċir minħabba emerġenza, il-persuna responsabbli għall-annimali konċernati għandha tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex tbiċċer lill-annimal malajr kemm jista' jkun, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'Taqsima I, Kapitolu VI ta' Anness III għar- Regolament (KE) Nru 853/2004 li jikkonċerna l-qtil ta' emergenza barra mill-biċċerija.

Emenda 64

Proposta għal Regolament

Artikolu 17

Artikolu 17

Ċentri ta' Referenza

1.     Kull Stat Membru għandu jaħtar ċentru ta' referenza nazzjonali (minn issa 'l quddiem “ċentru ta' referenza”) sabiex iwettaq id-dmirijiet li ġejjin:

(a)

jipprovdi kompetenza xjentifika u teknika relatata mal-approvazzjoni tal-biċċeriji;

(b)

iwettaq valutazzjonijiet tal-metodi ġodda ta' sturdament;

(c)

iħeġġeġ b'mod attiv l-iżvilupp ta' operaturi u ta' kwalunkwe parti interessata oħra ta' kodiċijiet ta' prattika tajba għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u l-pubblikazzjoni u t-tqassim ta' dawn il-kodiċijiet u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tagħhom;

(d)

jiżviluppa linjigwida għall-awtorità kompetenti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(e)

jakkredita korpi u entitajiet għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' kompetenza, kif hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 18;

(f)

jikkorrispondi u jikkoopera mal-Kummissjoni u ma’ ċentri ta' referenza oħrajn, sabiex jaqsam informazzjoni teknika u xjentifika u l-aħjar prattiċi fil-każ tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.     Fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jissottomettu dettalji taċ-ċentru ta' referenza tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn u għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli pubblikament fuq l-internet.

3.     Ċentri ta' referenza jistgħu jiġu stabbiliti bħala netwerk, magħmul minn entitajiet separati, sakemm id-dmirijiet elenkati fil-paragrafu 1 jiġu allokati għall-attivitajiet relevanti kollha li jseħħu fl-Istati Membri konċernati.

L-Istati Membri jistgħu jaħtru entità li tinsab barra mit-territorju tagħhom stess sabiex twettaq wieħed minn dawn id-dmirijiet jew aktar.

imħassar

Emenda 65

Proposta għal Regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

(b)

it-tqassim ta' ċertifikati ta' kompetenza li juru li jkun għadda b'suċċess minn eżami finali indipendenti; is-suġġetti ta' dan l-eżami għandhom ikunu relevanti għall-kategoriji tal-annimali konċernati u għandhom jikkorrispondu għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 7(2), u s-suġġetti stabbiliti fl-Anness IV;

(b)

żgurar li kull min hu responsabbli għall-iżvilupp jew għaż-żamma ta' proċeduri operattivi standard imsemmija f'Artikolu 6 għadda mit-taħriġ xieraq;

Emenda 66

Proposta għal Regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c

(c)

l-approvazzjoni ta' programmi ta' taħriġ tal-korsijiet imsemmija fil-punt (a) u l-kontenut u l-modalitajiet tal-eżami msemmi fil-punt (b);

imħassar

Emenda 67

Proposta għal Regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

2.    L-awtorità kompetenti tista' tiddelega l-organizzazzjoni tal-korsijiet, l-eżami finali u l-ħruġ ta' ċertifikat ta' kompetenza lil korp separat jew lil entità li:

a)

għandha l-kompetenza, il-persunal u t-tagħmir neċessarju sabiex tagħmel dan;

b)

hija indipendenti u ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess fil-każ tal-ħruġ ta' ċertifikati ta' kompetenza;

c)

hija akkreditata miċ-ċentru ta' referenza.

Id-dettalji ta' dawn il-korpi u l-entitajiet għandhom ikunu disponibbli pubblikament, b'mod partikolari permezz tal-internet.

2.    Il-programmi ta' taħriġ għandhom jiġu żviluppati u, fejn meħtieġ, immexxija mill-kumpanija nnifisha jew minn organizzazzjoni awtorizzata mill-awtorità kompetenti.

Il-kumpanija jew organizzazzjoni għandha toħroġ ċertifikati ta' kompetenza fil-qasam.

L-awtorità kompetenti tista', fejn tħoss li huwa meħtieġ, tiżviluppa u tmexxi programmi ta' taħriġ u toħroġ ċertifikati ta' kompetenza.

Emenda 68

Proposta għal Regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

3.    Iċ-ċertifikati ta' kompetenza għandhom jindikaw għal liema kategoriji ta' annimali u għal liema mill-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 7(2) jew (3) huwa validu ċ-ċertifikat.

3.    L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti responsabbli sabiex tapprova l-kontenut tal-programmi ta' taħriġ imsemmija f'paragrafu 2.

Emendi69 u 70

Proposta għal Regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Iċ-ċertifikati ta' kompetenza ma għandhomx ikunu validi għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin .

Iċ-ċertifikati ta' kompetenza għandhom ikunu validi għal perjodu illimitat. Dawk li jinħarġulhom iċ-ċertifikati ta' kompetenza se jkunu mistennija li jattendu għal taħriġ regolari.

Emenda 71

Proposta għal Regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2014, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal ċertifikati ta' kompetenza, kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 18, li għandhom jinħarġu mingħajr eżami lill-persuni li juru esperjenza professjonali mhux interrotta relevanti ta' mill-anqas [għaxar] snin .

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2014, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal ċertifikati ta' kompetenza, kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 18, li għandhom jinħarġu mingħajr eżami lill-persuni li juru taħriġ addattat u esperjenza professjonali relevanti ta' mill-anqas 12- il xahar qabel tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti .

Emenda 72

Proposta għal Regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Sal-1 ta' Jannar 2013 il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-żieda fl-użu ta' biċċeriji mobbli fi ħdan l-Unjoni, li jiżgura li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha f'dawn l-unitajiet mobbli sabiex il-benesseri tal-annimali ma jiġix kompromess.

Emenda 73

Proposta għal Regolament

Anness I – Kapitolu I – Tabella I – vers Nru 2 – Kategoriji ta' annimali

Annimali li jixtarru sa 10 kg , tjur u lagomorfi.

Annimali li jixtarru, tjur u lagomorfi.

Emenda 74

Proposta għal Regolament

Anness I – Kapitolu I – Tabella I – vers Nru 2 – Parametri ewlenin - subparagrafu 2

Veloċità u dijametru adattat tal-balla skont id-daqs u l-ispeċi tal-annimal.

Veloċità u dijametru adattat tal-balla (pjanċa ta' kuntatt) skont id-daqs u l-ispeċi tal-annimal.

Emenda 75

Proposta għal Regolament

Anness I – Kapitolu I – Tabella 2 – vers Nru 2 – Isem

Qtil elettriku mir-ras għad-dahar

Tagħmir għall-isturdament jew tbiċċir elettriku mir-ras għall-qalb jew mir-ras għad-dahar

Emenda 76

Proposta għal Regolament

Anness I – Kapitolu I – Tabella 2 – vers 2 – Kategoriji ta' annimali

L-ispeċi kollha ħlief il-ħrief u l-qżieqeż żgħar ta' inqas minn 5 kg piż ħaj u baqar .

L-ispeċi kollha.

Emenda 77

Proposta għal Regolament

Anness I – Kapitolu I – Tabella 3 – vers 2 – Kategoriji ta' annimali

Ħnieżer u tjur.

Ħnieżer, tjur u annimali bil-fer .

Emenda 78

Proposta għal Regolament

Anness I – Kapitlu II – Punt 7 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Id-dijossidu tal-karbonju b'konċentrazzjoni ta' aktar minn 30 % m'għandux jintuża għall-isturdament jew it-tbiċċir tat-tajr f'biċċerija. Konċentrazzjoni bħal din tista' tintuza biss għall-qtil ta' tiġieġ żejda jew biex jiġi kkontrollat il-mard.

Emenda 79

Proposta għal Regolament

Anness II – punt 2.3

2.3.

Ikun hemm maqjel għall-istennija, b'art dritta u ġnub solidi, bejn l-imqajjel fejn jinżammu l-annimali u l-korsija li twassal għall-punt tal-isturdament, sabiex tiġi żgurata provvista regolari ta' annimali għall-isturdament u l-qtil u sabiex jiġi evitat li dawk li jittrattaw l-annimali jkollhom iħaffu lill-annimali mill-imqajjel fejn jinżammu. Il-maqjel għall-istennija għandu jitfassal b'tali mod li l-annimali ma jkunux marsusin jew mgħaffġin.

2.3.

Ikun hemm maqjel għall-istennija bejn l-imqajjel fejn jinżammu l-annimali u l-korsija li twassal għall-punt tal-isturdament, sabiex tiġi żgurata provvista regolari ta' annimali għall-isturdament u t-tbiċċir u sabiex jiġi evitat li dawk li jittrattaw l-annimali jkollhom iħaffu lill-annimali mill-imqajjel fejn jinżammu. Il-maqjel għall-istennija għandu jitfassal b'tali mod li l-annimali ma jkunux marsusin jew mgħaffġin.

Emenda 80

Proposta għal Regolament

Anness II – punt 3.2

3.2.

Il-kaxex tat-trażżin użati flimkien mal-captive bolt għandhom ikunu mgħammra b'appart li jillimita kemm il-moviment laterali kif ukoll dak vertikali tar-ras tal-annimal.

imħassar

Emenda 81

Proposta għal Regolament

Anness II – punt 3.3

3.3.

Ma għandhomx jintużaw sistemi li jrażżnu lill-annimali bovini permezz tal-inversjoni jew kwalunkwe pożizzjoni mhux naturali.

imħassar

Emenda 82

Proposta għal Regolament

Anness II – Punt 4.1 a (ġdid)

 

4.1a

It-tagħmir elettriku ta' sturdament għandu:

(a)

jinkorpora apparat li jinstema’ jew jidher li jindika t-tul ta' ħin tal-applikazzjoni tiegħu lill-annimal;

(b)

ikun imqabbad ma’ apparat li jindika l-vultaġġ u l-kurrent taħt il-piż, imqiegħed sabiex ikun jidher b'mod ċar mill-operatur.

Emenda 83

Proposta għal Regolament

Anness II – punt 4.2

4.2.

It-tagħmir elettriku għandu joħroġ kurrent kostanti.

imħassar

Emenda 84

Proposta għal Regolament

Anness II – punt 7.2

7.2.

Il-faċilitajiet għat-tjur għandhom jitfasslu u jinbnew sabiex l-annimali jintbagħtu biss fit-taħlitiet tal-gass f'kaxex għat-trasport mingħajr ma jinħattu.

7.2.

Tajr ħaj għandu jitwassal fit-taħlitiet tal-gass f'kaxex għat-trasport tiegħu jew fuq konvejer.

Emenda 85

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 1.2

1.2.

L-annimali għandhom jinħattu malajr kemm jista' jkun wara li jaslu u wara jitbiċċru mingħajr dewmien bla bżonn.

Fil-każ tat-tjur jew tal-lagomorfi, il-ħin totali tal-ġarr miżjud mal-ħin li jgħaddi bejn il-ħatt u l-qatla ma għandux jaqbeż it-12-il siegħa.

Fil-każ tal-mammiferi, ħlief il-lagomorfi, il-ħin totali tal-ġarr miżjud mal-ħin bejn il-ħatt u t-tbiċċir ma għandux jaqbeż:

(a)

id-19-il siegħa għall-annimali li mhumiex miftumin;

(b)

l-24 siegħa għall-ekwidi u għall-ħnieżer;

(c)

29 siegħa għall-annimali li jixtarru.

Wara l-iskadenza ta' dawn il-limiti ta' żmien, l-annimali għandhom jinżammu f'postijiet temporanji għaż-żamma, għandhom jiġu mitmugħin u wara mogħtija ammonti moderati ta' ikel f'intervalli adattati. F'dawn il-każijiet, l-annimali għandhom jiġu pprovduti b'ammont addattat ta' materjal biex l-annimal jistrieħ fuqu jew b'materjal ekwivalenti li jiggarantixxi livell ta' kumdità xieraq skont l-ispeċi u n-numru ta' annimali konċernati. Dan il-materjal għandu jassigura l-assorbiment adegwat tal-awrina u tal-ħmieġ tal-imsaren.

imħassar

Emenda 86

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 1.5

Għall-għanijiet tat-tbiċċir, l-annimali mhux miftumin, l-annimali li jkunu qegħdin ireddgħu, annimali nisa li jkunu welldu waqt il-vjaġġ, jew annimali li jkunu ġew ikkunsinjati fir-reċipjenti għandhom jingħataw prijorità fuq tipi ta' annimali oħrajn. Jekk dan ma jkunx possibbli, għandhom isiru arranġamenti sabiex titneħħielhom is-sofferenza, b'mod partikolari billi:

(a)

l-annimali jinħelbu f'intervalli ta' mhux aktar minn 12-il siegħa;

(b)

jiġu pprovduti kundizzjonijiet adattati għat-treddigħ u għall-benesseri tal-annimali li jkunu għadhom kemm jitwieldu fil-każ ta' annimali nisa li jkunu għadhom kif welldu;

(c)

annimali kkunsinjati fir-reċipjenti jkollhom ilma pprovdut.

imħassar

Emenda 87

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 1.7 – sottopunt c

(c)

l-annimali jintrefgħu jew jinġibdu mir-ras, widnejn, qrun, saqajn, denb jew mis-suf b'mod li l-annimali jsofru minn uġigħ jew sofferenza li tista' tiġi evitata;

(c)

l-annimali jintrefgħu jew jinġibdu mir-ras, widnejn, qrun, saqajn (bl-eċċezzjoni għas-saqajn tat-tjur u l-lagomorfi) , denb jew mis-suf b'mod li l-annimali jsofru minn uġigħ jew sofferenza li tista' tiġi evitata;

Emenda 88

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 1.8 a (ġdid)

 

1.8a

Tagħmir elettriku ta' sturdament m'għandux jintuża bħala mezz ta' żamma jew immobilizzazzjoni jew biex l-annimali jiġu mġiegħla jiċċaqalqu.

Emenda 89

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 1.8 b (ġdid)

 

1.8b

Annimali li ma jkunux jistgħu jimxu m'għandhomx jiġu mkaxkra sal-post tat-tbiċċir, imma għandhom jinqatlu fejn ikunu.

Emenda 90

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 2.1

2.1.

Kull annimal għandu jkollu biżżejjed spazju biex joqgħod bilwieqfa, jimtedd u jdur.

2.1.

Għajr għall-annimali bovini li jinżammu f'maqjel individwali għal perjodu li ma jaqbiżx limitu raġonevoli, kull annimal għandu jkollu biżżejjed spazju biex joqgħod bilwieqfa, jimtedd u jdur.

Emenda 91

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 2 a (ġdida)

 

2a.

L-isturdament bil-“captive bolt”

2a.1.

Il-“captive bolt” trid titqiegħed b'mod li jiġi żgurat li l-balla tidħol fil-kortiċi tal-moħħ. B'mod partikulari, il-qtil ta' baqar b'tir fin-naħa ta' fuq tar-ras għandu jiġi pprojbit. In-nagħaġ u l-mogħoż jistgħu jinqatlu b'tir fin-naħa ta' fuq tar-ras jekk il-preżenza tal-qrun ma tippermettix li tintuża n-naħa tal-qurriegħa. F'każijiet bħal dawn l-isparatura trid tkun imqiegħda eżatt wara l-bażi tal-qrun u mmirata lejn il-ħalq, u l-iżvinar irid jibda fi żmien 15-il sekonda mill-isparatura.

2a.2.

Meta jiġi użat strument ta' bolt li jaqbad, l-operatur irid jiżgura li l-bolt jidħol kollu kemm hu wara kull sparatura. Jekk ma jidħolx lura kollu, l-istrument m'għandux jerġa’ jintuża qabel ma jissewwa.

Emenda 92

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 2 b (ġdid)

 

2b.

Iż-żamma tal-annimali

Annimal m'għandux jitqiegħed fil-kaxxa tal-isturdament u lanqas rasu m'għandha titqiegħed f'apparat li jxekkillu l-moviment sakemm il-persuna inkarigata biex tistordi l-annimal ma tkunx lesta li taġixxi malli l-annimal jitqiegħed fil-kaxxa tal-isturdament jew malli rasu tintrabat.

Emenda 93

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 3.1

3.1.

Meta persuna waħda tkun responsabbli għall-isturdament, it-trażżin, l-irfigħ u l-iżvinar tal-annimali, dik il-persuna trid twettaq dawk l-operazzjonijiet kollha konsekuttivament fuq annimal wieħed qabel ma twettaqhom fuq annimal ieħor.

3.1.

Meta persuna waħda tkun responsabbli għall-isturdament, it-trażżin, l-irfigħ u l-iżvinar tal-annimali, dik il-persuna trid twettaq dawk l-operazzjonijiet kollha konsekuttivament fuq annimal wieħed qabel ma twettaqhom fuq annimal ieħor. Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta jsir l-isturdament fi grupp.

Emenda 94

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 3.1 a (ġdid)

 

3.1a

L-iżvinar għandu jibda bla dewmien wara l-isturdament u jsir b'mod li jkun rapidu, abbundanti u komplet.

Emenda 95

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 3.2 a (ġdid)

 

3.2a

Wara l-qtugħ tal-vini tad-demm, ma jistgħux isiru proċeduri ta' tbiċċir oħra u lanqas ma tista' ssir xi stimulazzjoni elettrika fuq l-annimali qabel ma l-iżvinar jintemm, u f'kull każ, mhux qabel l-iskadenza ta' :

(a)

fil-każ ta' dundjan jew wiżża, perjodu ta' mhux inqas minn 120 sekonda;

(b)

fil-każ ta' tajr ieħor, perjodu ta' mhux inqas minn 90 sekonda;

(c)

fil-każ ta' annimali bovini li jkunu ġew sturduti, perjodu ta' mhux inqas minn 30 sekonda;

(d)

fil-każ ta' annimali bovini li ma jkunux ġew sturduti, perjodu ta' mhux inqas minn 120 sekonda;

(e)

fil-każ ta' nagħaġ, mogħoż, ħnieżer u ċriev, perjodu ta' mhux inqas minn 20 sekonda.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Anness III – Punt 3.2 b (ġdid)

 

3.2b.

Meta annimali tqal jinqatlu:

(a)

Jekk l-uteru jkun għadu mhux mittiefes, il-fetu għandu jitħalla f'postu sakemm imut.

(b)

Fid-dubju, jew jekk fetu ħaj jinsab fil-ġuf tal-annimal wara li l-annimal jiġi maqtul, għandu jitneħħa immedjatament, sturdut b'captive bolt penetranti u maqtul permezz ta' żvinar.

Il-biċċeriji għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir xieraq biex iwettqu l-proċedura immedjatament jekk meħtieġ.

Emenda 96

Proposta għal Regolament

Anness III – punt 3.3

3.3.

L-għasafar ma għandhomx jitbiċċru permezz ta' magni awtomatiċi li jaqtgħu l-għonq sakemm ma jiġix żgurat li l-magni li jaqtgħu l-għonq ikunu qatgħu b'mod effettiv il-vażi tad-demm. Meta l-magni li jaqtgħu l-għonq ma jkunux effettivi, l-għasfur għandu jinqatel minnufih.

3.3.

L-għasafar ma għandhomx jitbiċċru permezz ta' magni awtomatiċi li jaqtgħu l-għonq sakemm ma jiġix żgurat li l-magni li jaqtgħu l-għonq ikunu qatgħu b'mod effettiv il-vażi tad-demm. Meta l-magni li jaqtgħu l-għonq ma jkunux effettivi, l-għasfur għandu jitbiċċer minnufih.

Emenda 97

Proposta għal Regolament

Anness IV – punt (f a) (ġdid)

 

(fa)

il-qtil ta' annimali bil-fer.

Aspetti prattiċi ta' mmaniġġjar u jew ta' trażżin.

Aspetti prattiċi tat-tekniki tal-isturdament.

Metodi ta' riżerva ta' sturdament u/jew metodi ta' tbiċċir.

Il-manutenzjoni tat-tagħmir tal-isturdament u/jew tat-tbiċċir.

Monitoraġġ tal-effikaċja tal-isturdament.


(1)   ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1.


Top