EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0319

Rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati ma' l-enerġija ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (COM(2008)0399 – C6-0277/2008 – 2008/0151(COD))
P6_TC1-COD(2008)0151 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija
ANNESS

ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 439–440 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/439


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati ma' l-enerġija (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0319

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0399 – C6-0277/2008 – 2008/0151(COD))

2010/C 184 E/79

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0399),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0277/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tad-9 ta' Ottubru 2008 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0096/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.


Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0151

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/125/KE.)

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
ANNESS

Il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2009
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

“Il-Kummissjoni tiddikjara li l-adozzjoni tal-estensjoni proposta għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta' prodotti relatati mal-enerġija mhix se taffettwa l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma stabbilit attwalment.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tqis l-esperjenza miksuba permezz tad-Direttiva fl-istabbiliment tal-programm ta' ħidma u meta tipproponi miżuri ta' implimentazzjoni ġodda skont id-Direttiva riformulata. Skont l-Artikolu 15(2)(c) tad-Direttiva u l-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni se taħdem biex tiżgura li jkun hemm konsistenza ġenerali fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, waqt li tevalwa jekk tkunx xierqa l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għal prodotti mhux relatati mal-enerġija skont l-Artikolu 21, tqis il-ħtieġa għall-adattament tal-metodoloġija għall-identifikar u l-indirizzar ta' parametri ambjentali sinjifikanti għal prodotti tali.”


Top