EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0221

Arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' skambji applikabbli għal ċerti oġġetti kummerċjali li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0796 – C6-0018/2009 – 2008/0226(CNS))

ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 141–141 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/141


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata) *

P6_TA(2009)0221

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' skambji applikabbli għal ċerti oġġetti kummerċjali li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0796 – C6-0018/2009 – 2008/0226(CNS))

2010/C 184 E/35

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0796),

wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 133 tat-Trattat KE, skont liema artikoli huwa kien ikkonsultat mill-Kunsill (C6-0018/2009),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar – Metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0249/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Top