EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0219

L-adeżjoni tal-KE fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2009 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament tal-Ewropa Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali fir-rigward ta' oġġetti ħerġin 'il barra quddiem il-pannell ta' wara tal-kabina (COM(2008)0675 – 7240/2009 - C6-0119/2009 – 2008/0205(AVC))

ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 139–139 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/139


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
L-adeżjoni tal-KE fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali ***

P6_TA(2009)0219

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament tal-Ewropa Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali fir-rigward ta' oġġetti ħerġin 'il barra quddiem il-pannell ta' wara tal-kabina (COM(2008)0675 – 7240/2009 - C6-0119/2009 – 2008/0205(AVC))

2010/C 184 E/33

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0675 - 7240/2009),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 4(2), tieni inċiż, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (C6-0119/2009) (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 75(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0243/2009),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346 17.12.1997, p. 78).


Top