EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DP0235

Talba għar-revoka tal-immunità tas-Sur Antonio Di Pietro Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-konsultazzjoni dwar l-immunità u privileġġi ta' Antonio Di Pietro (2008/2146(IMM))

ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 136–136 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/136


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Talba għar-revoka tal-immunità tas-Sur Antonio Di Pietro

P6_TA(2009)0235

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-konsultazzjoni dwar l-immunità u privileġġi ta' Antonio Di Pietro (2008/2146(IMM))

2010/C 184 E/30

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għall-konsultazzjoni dwar l-immunità parlamentari ta' Antonio Di Pietro, imressqa mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana fil-15 ta' Mejju 2008, u mħabbra fis-seduta plenarja fil-5 ta' Ġunju 2008,

wara li sema' lil Antonio Di Pietro bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta' Ottubru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 68(1) tal-Kostituzzjoni Taljana,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(1) u 7(13) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0197/2009),

1.

Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Antonio Di Pietro;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana.


(1)  Kawża 101/63, Wagner/Fohrmann u Krier, [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85, Wybot/Faure u oħrajn, [1986] Ġabra 2391, u KAwżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio and Clemente, li għadhom mhumiex irrapportati fil-Ġabra.


Top