EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AE1467

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets COM(2009) 268 finali - 2009/0077 (COD)

ĠU C 318, 23.12.2009, p. 121–121 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/121


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets”

COM(2009) 268 finali - 2009/0077 (COD)

2009/C 318/23

Nhar it-30 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 152(4b) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu CES 1411/2000 u CESE 1705/2007 adottati fid-29 ta’ Novembru 2000 (1) u t-12 ta’ Diċembru 2007 (2), iddeċieda, matul l-456 sessjoni plenarja tiegħu tat-30 ta’ Settembru – l-1 ta’ Ottubru 2009 (seduta tat-30 ta’ Settembru 2009), b’180 vot favur, u 9 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favoreveli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.

Brussell, 30 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi – ĠU C 116, 20.4.2001, p. 54 (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoniĠU C 120, 16.5.2008, p. 49.


Top