EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0006R(07)

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 4 tas-7 ta’ Jannar 2019)

ST/5298/2022/INIT

OJ L 89, 17.3.2022, p. 10–10 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/6/corrigendum/2022-03-17/oj

17.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/10


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 4 tas-7 ta’ Jannar 2019 )

It-terminu “perjodu ta’ rtirar” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “perjodu ta’ stennija” fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa;

Fil-paġna 61, Artikolu 9(2),

minflok:

“2.   L-approvazzjonijiet tal-provi kliniċi għandhom jingħataw bil-kundizzjoni li l-annimali li jipproduċu l-ikel użati fil-provi kliniċi jew prodotti minnhom ma jiddaħħlux fil-katina tal-ikel sakemm ma jkunx ġie stabbilit mill-awtorità kompetenti perjodu xieraq ta’ rtirar.”,

aqra:

“2.   L-approvazzjonijiet tal-provi kliniċi għandhom jingħataw bil-kundizzjoni li l-annimali li jipproduċu l-ikel użati fil-provi kliniċi jew prodotti minnhom ma jiddaħħlux fil-katina tal-ikel sakemm ma jkunx ġie stabbilit mill-awtorità kompetenti perjodu ta’ stennija xieraq.”;

It-terminu “perjodu tal-irtirar” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “perjodu ta’ stennija” fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa;

It-terminu “perjodu għall-irtirar” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “perjodu ta’ stennija” fir-Regolament kollu fil-forma grammatikali xierqa;

Fil-paġna 142, Anness II, Titolu I, Parti 3, Taqsima B, Kapitolu I, punt 1(2),

minflok:

“(2)

li sabiex ikun evitat kull riskju għas-saħħa tal-konsumatur ta’ prodotti tal-ikel minn annimali ttrattati, jew diffikultajiet fl-ipproċessar industrijali tal-prodotti tal-ikel, hu possibbli li jkunu stabbiliti perjodi realistiċi ta’ rtirar li jistgħu jkunu osservati taħt kundizzjonijiet prattiċi ta’ trobbija tal-bhejjem;”,

aqra:

“(2)

li sabiex ikun evitat kull riskju għas-saħħa tal-konsumatur ta’ prodotti tal-ikel minn annimali ttrattati, jew diffikultajiet fl-ipproċessar industrijali tal-prodotti tal-ikel, hu possibbli li jkunu stabbiliti perjodi ta’ stennija realistiċi li jistgħu jkunu osservati taħt kundizzjonijiet prattiċi ta’ trobbija tal-bhejjem;”;

Fil-paġna 143, Anness II, Titolu I, Parti 3, Taqsima B, Kapitolu II, punt 1, it-tieni paragrafu, is-sitt inċiż,

minflok:

“—

perjodu propost ta’ rtirar.”,

aqra:

“—

perjodu ta’ stennija propost.”;

Fil-paġna 143, Anness II, Titolu I, Parti 3, Taqsima B, Kapitolu II, punt 1, it-tielet paragrafu, is-seba’ inċiż,

minflok:

“—

diskussjoni oġġettiva tar-riżultati akkwistati, u tal-proposti li jikkonċernaw il-perjodi meħtieġa ta’ rtirar biex jiġi żgurat li l-ebda residwu li jista’ jikkostitwixxi periklu għal konsumatur ma jkun preżenti fil-prodotti tal-ikel miksub minn annimali ttrattati.”,

aqra:

“—

diskussjoni oġġettiva tar-riżultati akkwistati, u tal-proposti li jikkonċernaw il-perjodi ta’ stennija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ebda residwu li jista’ jikkostitwixxi periklu għal konsumatur ma jkun preżenti fil-prodotti tal-ikel miksub minn annimali ttrattati.”.


Top