ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.083.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 83

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
30 ta' Marzu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 267/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 268/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika tal-Istati Membri mill-istituzzjoniiet u l-entitajiet Komunitarji skont kundizzjonijiet armonizzati

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 269/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/181/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 li tirrendi pubblika r-Rakkomandazzjoni 2010/190/UE bil-ħsieb li tiġi mitmuma l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika fil-Greċja u li jitneħħa r-riskju li jiġi pperikolat l-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja

12

 

 

2010/182/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ li huwa meqjus neċessarju biex jagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv

13

 

 

2010/183/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2010 li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

19

 

 

2010/184/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/1/2010 tal-5 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

20

 

 

2010/185/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2010 tat-23 ta’ Marzu 2010 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/186/PESK tad-29 ta' Marzu 2010 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

23

 

 

2010/187/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1610)

24

 

 

2010/188/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni amministrattivi tal-Polonja u l-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1912)  ( 1 )

59

 

 

2010/189/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Marzu 2010 dwar it-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-papri mallard fil-Portugall u ċerti miżuri li jirrestrinġu l-movimenti ta’ dawn it-tjur u tal-prodotti tagħhom (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1914)

62

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2010/190/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 bil-ħsieb li tiġi mitmuma l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika fil-Greċja u li jitneħħa r-riskju li jiġi pperikolat il-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja

65

 

 

2010/191/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2010 dwar il-firxa u l-effetti tal-valuta legali tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro

70

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 267/2010

tal-24 ta’ Marzu 2010

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1534/91 tal-31 ta’ Mejju 1991 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a), (b), (c) u (e) tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1534/91 jagħti l-poter lill-Kummissjoni biex tapplika l-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) permezz ta’ regolament għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni li għandhom bħala l-għan tagħhom il-kooperazzjoni fir-rigward ta’:

l-istabbiliment ta’ tariffi komuni ta’ premium ta’ riskju bażati fuq statistiċi aċċertati kollettivament jew fuq in-numru ta’ pretensjonijiet,

it-twaqqif ta’ kundizzjonijiet komuni ta’ polza standard,

il-kopertura komuni ta’ ċerti tipi ta’ riskji,

ir-riżoluzzjoni ta’ pretensjonijiet,

l-ittestjar u l-aċċettazzjoni ta’ apparat ta’ sigurtà,

reġistri ta’, u informazzjoni dwar, riskji aggravati.

(2)

Skont ir-Regolament (KEE) Nru 1534/91, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 358/2003 tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni (3). Ir-Regolament (KE) Nru 358/2003 jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2010.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 358/2003 ma jipprovdix għall-eżenzjoni ta’ akkordji li jikkonċernaw ir-riżoluzzjoni ta’ pretensjonijiet u reġistri ta’, u informazzjoni dwar, riskji aggravati. Il-Kummissjoni kkunsidrat li kienet nieqsa minn esperjenza suffiċenti fit-trattazzjoni ta’ każijiet individwali biex tagħmel użu mill-awtorità mogħtija mir-Regolament (KEE) Nru 1534/91 f’dawn l-oqsma. Dik is-sitwazzjoni ma tbiddlitx. Barra dan, minkejja li r-Regolament (KE) Nru 358/2003 ta eżenzjoni għall-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ta’ politika standard u l-ittestjar u l-aċċettazzjoni ta’ apparat ta’ sigurtà, dan ir-Regolament m’għandux jagħmel dan minħabba li l-analiżi tal-Kummissjoni dwar it-tħaddim tar-Regolament (KE) Nru 358/2003 wriet li ma kienx iktar neċessarju li tali akkordji jiġu inklużi f’regolament ta’ eżenzjoni sħiħa ta’ kategorija speċifika. Fil-kuntest ta’ fejn dawk iż-żewġ kategoriji ta’ akkordji mhumiex speċifiċi għas-settur tal-assigurazzjoni u, kif uriet ir-reviżjoni, jistgħu jagħtu lok għal ċertu tħassib dwar il-kompetizzjoni, huwa aktar adatt li jkunu suġġetti għall-awto-valutazzjoni.

(4)

Wara konsultazzjoni pubblika mnedija fis-17 ta’ April 2008, il-Kummissjoni adottat, fl-24 ta’ Marzu 2009, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tar-Regolament (KE) Nru 358/2003 (4) (ir-Rapport). Fir-Rapport u d-Dokument ta’ Ħidma li jakkumpanjah saru proposti preliminari għall-emendar tar-Regolament (KE) Nru 358/2003. Fit-2 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni organizzat laqgħa pubblika mal-partijiet interessati, inklużi r-rappreżentanti tas-settur tal-assigurazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, dwar ir-riżultati u l-proposti fir-Rapport u d-Dokument ta’ Ħidma.

(5)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura ħarsien effettiv tal-kompetizzjoni filwaqt li jipprovdi benefiċċji għall-konsumaturi u ċertezza legali adegwata għall-impriżi. L-insegwiment ta’ dawn l-għanijiet għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-esperjenza tal-Kummissjoni f’dan il-qasam, u r-riżultati tal-konsultazzjonjiet li wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament.

(6)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1534/91 jitlob li r-regolament ta’ eżenzjoni tal-Kummissjonij iddefinixxi l-kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li japplika għalihom, jispeċifika r-restrizzjonijiet jew klawżoli li jistgħu, jew ma jistgħux, jidhru fl-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma, u jispeċifika l-klawżoli li għandhom jidhru fl-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma jew il-kundizzjonijiet l-oħra li jridu jiġu sodisfatti.

(7)

Madankollu, huwa xieraq li jitkompla l-approċċ meħud fir-Regolament (KE) Nru 358/2003 li titqiegħed enfażi fuq id-definizzjoni ta’ kategoriji ta’ akkordji li huma eżenti sa ċertu livell ta’ sehem fis-suq u fuq il-preċiżazzjoni tar-restrizzjonijiet jew klawżoli li ma jinsabux f’dawn it-tipi ta’ akkordji.

(8)

Il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal dawk l-akkordji li fir-rigward tagħhom wieħed jista’ jassumi b’ċertezza suffiċjenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat permezz ta’ regolament, mhuwiex neċessarju li jiġu definiti dawk l-akkordji li jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Fl-istess ħin, ma hemm l-ebda preżunzjoni li dawk l-akkordji li ma jibbenefikawx minn dan ir-Regolament jew jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat jew jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Fl-evalwazzjoni individwali tal-akkordji taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni diversi fatturi, u b’mod partikolari l-istruttura tas-suq fis-suq relevanti.

(9)

Il-kollaborazzjoni bejn l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew fi ħdan l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi fil-ġbir ta’ informazzjoni (li jista’ jinvolvi xi kalkoli statistiċi) li jippermetti l-kalkolu tal-ispiża medja tal-kopertura ta’ riskju speċifiku fil-passat jew, għal assigurazzjoni tal-ħajja, tabelli tar-rati tal-mortalità jew tal-frekwenza ta’ mard, inċidenti u invalidità, tagħmilha possibbli li jitjieb l-għarfien tar-riskji u tiffaċilita l-ikklassifikar tar-riskji għall-kumpaniji individwali. Dan min-naħa tiegħu jista’ jiffaċilita d-dħul fis-suq u b’hekk jibbenefika lill-konsumaturi. L-istess japplika għal studji konġunti dwar l-impatt probabbli ta’ ċirkostanzi estranji li jistgħu jinfluwenzaw il-frekwenza jew l-iskala tal-pretensjonijiet, jew kemm jirrendu tipi differenti ta’ investimenti. Madanakollu, huwa neċessarju li jiġi żgurat li tali kollaborazzjoni tkun eżentata biss sa fejn huwa neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit b’mod partikolari li l-akkordji fuq premiums kummerċjali mhumiex eżentati. Fil-fatt, il-premiums kummerċjali jistgħu jkunu inqas mill-ammonti indikati mill-kumpilazzjonjiet, mit-tabelli jew mir-riżultati ta’ studji inkwistjoni, peress li l-assiguraturi jistgħu jużaw id-dħul mill-investimenti tagħhom sabiex inaqqsu l-premiums tagħhom. Barra dan, il-kumpilazzjonjiet, tabelli jew studji inkwistjoni għandhom ikunu mhux vinkolanti u jservu biss għal finijiet ta’ referenza. L-iskambju ta’ informazzjoni li mhijiex neċessarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f’din il-premessa m’għandux ikun kopert b’dan ir-Regolament.

(10)

Barra dan, aktar kemm ikunu stretti l-kategoriji li fihom huma miġbura l-istatistiki dwar l-ispiża tal-kopertura ta’ riskju speċifiku fil-passat, aktar ikun hemm lok għall-impriżi tal-assigurazzjonijiet li jiddifferenzjaw il-premiums kummerċjali tagħhom meta jikkalkolawhom. Huwa għaldaqstant xieraq li jiġu eżentati kumpilazzjonjiet konġunti ta’ spiża tar-riskju tal-passat bil-kundizzjoni li l-istatistiċi disponibbli jiġu pprovduti b’daqstant dettall u differenzjazzjoni daqskemm ikun attwalment adegwat.

(11)

Barra minn hekk, l-aċċess għall-kumpilazzjonijiet, tabelli u riżultati ta’ studji konġunti huwa meħtieġ kemm għall-impriżi ta’ assigurazzjoni attivi fis-suq ġeografiku jew ta’ prodotti inkwistjoni kif ukoll għal dawk li jkunu qed jikkunsidraw jekk jidħlux f’dak is-suq. B’mod simili l-aċċess għal tali kumpilazzjonjiet, tabelli u riżultati tal-istudji jista’ jkun ta’ valur għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur jew organizzazzjonijiet tal-klijenti. L-impriżi tal-assigurazzjoni li għadhom mhux attivi fis-suq inkwistjoni u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur jew tal-klijenti jridu jingħataw aċċess għal tali kumpilazzjonijiet, tabelli u riżultati tal-istudji b’termini raġonevoli, mhux projbittivi ekonomikament u mhux diskriminatorji, ipparagunati mill-impriżi tal-assigruazzjoni li diġà huma preżenti f’dak is-suq. Tali termini jistgħu pereżempju jinkludu impenn minn impriża tal-assigurazzjoni li għadha mhix preżenti fis-suq li tipprovdi informazzjoni statistika fuq il-pretensjonijiet, jekk qatt tidħol fis-suq u tista’ tinkludi wkoll sħubija fl-assoċjazzjoni tal-assiguraturi responsabbli għall-produzzjoni tal-kumpilazzjonijiet. Eċċezzjoni għal dan l-obbligu li jingħata aċċess lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u organizzazzjonijiet tal-klijenti għandu jkun possibbli għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, pereżempju fejn l-informazzjoni għandha x’taqsam ma’ sistemi ta’ sigurtà ta’ impjanti nukleari jew id-dgħjufija ta’ sistemi ta’ prevenzjoni tal-għargħar.

(12)

L-affidabbiltà tal-kumpilazzjonjiet, tabelli u studji konġunti tikber iktar ma jiżdied l-ammont ta’ statistiċi li fuqhom huma bbażati. L-assiguraturi li għandhom ishma kbar fis-suq jistgħu jiġġeneraw biżżejjed statistiċi internament biex ikunu jistgħu jagħmlu kumpilazzjonijiet ta’ min jorbot fuqhom, iżda jista’ jkun li dawk li għandhom ishma żgħar fis-suq ma jkunux jistgħu jagħmlu hekk, u dawk li jidħlu ġodda għandhom anqas probabbiltà li jiġġeneraw tali statistiċi. L-inklużjoni f’tali kumpilazzjonijiet, tabelli u studji konġunti ta’ informazzjoni mill-assiguraturi kollha f’suq, inklużi dawk li huma kbar, fil-prinċipju tippromwovi l-kompetizzjoni billi tgħin lill-assiguraturi iżgħar, u tiffaċilita d-dħul fis-suq. Minħabba din l-ispeċifiċità tas-settur tal-assigurazzjoni, mhux xieraq li xi eżenzjoni għal tali kumpilazzjonijiet, tabelli u studji konġunti tiġi soġġetta għal limiti tas-sehem fis-suq.

(13)

Pools ta’ ko-assigurazzjoni jew ko-riassigurazzjoni, f’ċerti ċirkostanzi limitati, jistgħu jkunu neċessarji sabiex jippermettu lill-impriżi parteċipanti ta’ pool jipprovdu assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għal riskji li għalihom huma jkunu jistgħu joffru biss kopertura insuffiċjenti fin-nuqqas tal-pool. Dawn it-tipi ta’ Pools ġeneralment ma jagħtux lok għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat u għaldaqstant mhux projbiti minnu.

(14)

Pools ta’ ko-assigurazzjoni jew ko-riassigurazzjoni jistgħu jippermettu lill-assiguraturi u lir-riassiguraturi jipprovdu assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għal riskji anki jekk il-pooling imur lil hinn minn dak li jkun neċessarju jiġi żgurat li tali riskju jiġi kopert. Madanakollu, tali pools jistgħu jinvolvu restrizzjonjiet tal-kompetizzjoni, bħalma hija l-istandardizzazzjoni tal-kundizzjonjiet tal-polza u anki tal-ammonti tal-kopertura u l-premiums. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti ċ-ċirkustanzi li fihom tali pools jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni.

(15)

Għal riskji ġenwinament ġodda mhuwiex possibbli li jkun hemm għarfien minn qabel ta’ x’kapaċità ta’ sottoskrizzjoni hija neċessarja biex tkopri r-riskju, lanqas jekk żewġ pools jew aktar jistgħux jikkoeżistu sabiex jipprovdu t-tip speċifiku ta’ assigurazzjoni kkonċernat. Arranġament ta’ pools li joffri l-ko-assigurazzjoni jew il-ko-riassigurazzjoni ta’ tali riskji ġodda jista’ għalhekk jiġi eżentat għal perjodu limitat ta’ żmien mingħajr limitu tas-sehem fis-suq. Tliet snin għandhom ikunu perjodu adegwat għall-kostituzzjoni ta’ informazzjoni storika suffiċjenti dwar pretensjonijiet biex tiġi stmata n-neċessità jew inkella n-nuqqas ta’ neċessità ta’ pool.

(16)

Riskji li ma kinux jeżistu qabel għandhom jiġu meqjusa bħala riskji ġodda. Madankollu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, riskju jista’ jitqies bħala riskju ġdid fejn analiżi oġġettiva tindika li n-natura tar-riskju tant inbidlet materjalment li mhux possibbli li wieħed ikun jaf minn qabel x’kapaċità ta’ sottoskrizzjoni hija meħtieġa biex jiġi kopert tali riskju.

(17)

Dwar riskji li mhumiex ġodda, pools ta’ ko-assigurazzjoni u ko-riassigurazzjoni li jinvolvu restrizzjoni tal-kompetizzjoni jistgħu wkoll, f’ċerti ċirkostanzi limitati, jinvolvu benefiċċji tant li jiġġustifikaw eżenzjoni taħt l-Artikolu 101(3) tat-Trattat, anke jekk dawn jistgħu jiġu sostitwiti b’żewġ entitajiet tal-assigurazzjoni kompetituri jew aktar. Dawn jistgħu, pereżempju, iħallu lill-impriżi parteċipanti tagħhom jiggwadanjaw l-esperjenza neċessarja fis-settur tal-assigurazzjoni kkonċernat, jew jistgħu jħallu riżerva ta’ nfiq, jew tnaqqis fil-premiums kummerċjali permezz ta’ riassigurazzjoni konġunta fuq termini vantaġġjużi. Madankollu, tali eżenzjoni għandha tkun limitata għal akkordji li ma jagħtux lill-impriżi involuti l-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ parti sostanjzali tal-prodotti inkwistjoni. Il-konsumaturi jistgħu effettivament jibbenefikaw biss minn pools jekk ikun hemm kompetizzjoni biżżejjed fl-oqsma li fihom joperaw il-pools. Din il-kundizzjoni għandha titqies li tkun ġiet sodisfatta meta s-sehem fis-suq ta’ pool jibqa’ taħt limitu partikolari u għaldaqstant jista’ jiġi preżunt li jkun soġġett għal kompetizzjoni effettiva attwali jew potenzjali minn impriżi li ma jkunux qed jipparteċipaw f’dak il-pool.

(18)

Dan ir-Regolament għandu għalhekk jagħti eżenzjoni lil kull tali pool ta’ ko-assigurazzjoni jew ko-riassigurazzjoni li ilu jeżisti għal aktar minn tliet snin, jew li mhux magħmul sabiex ikopri xi riskju ġdid, bil-kondizzjoni li s-sehem fis-suq magħqud tal-impriżi parteċipanti ma jeċċedix ċerti limiti. Il-limitu għal pools ta’ ko-assigurazzjoni jrid ikun anqas minħabba li l-pools ta’ ko-assigurazzjoni jistgħu jinvolvu kondizzjonijiet ta’ polza uniformi u premiums kummerċjali. Għall-valutazzjoni dwar jekk il-pool jissodisfax il-kundizzjoni tas-sehem fis-suq, għandu jiżdied is-sehem globali tas-sehem fis-suq tal-impriżi parteċipanti. Is-sehem fis-suq ta’ kull impriża parteċipanti huwa bbażat fuq id-dħul gross globali mill-premiums ta’ dik l-impriża parteċipanti kemm f’dak il-pool kif ukoll barra minnu fl-istess suq rilevanti. Dawn l-eżenzjonijiet madankollu għandhom japplikaw biss jekk il-pool in kwistjoni jissodisfa l-kondizzjonijiet ulterjuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, liema kondizzjonijiet huma ntiżi li jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi parteċipanti tal-pool. Tinħtieġ analiżi individwali f’każijiet bħal dawn, sabiex jiġi determinat jekk il-kundizzjonjiet stabbiliti f’dan ir-Regolament humiex sodisfatti jew le.

(19)

Sabiex tiġi faċilitata l-konklużjoni ta’ akkordji, li ftit minnhom jistgħu jinvolvu deċiżjonijiet sinifikattivi ta’ investiment, il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi ffissat għal seba’ snin.

(20)

Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (5), meta ssib li f’każ partikolari akkordju li japplikaw għalih l-eżenzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(21)

L-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tat-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew parti minnu, meta, f’każ partikolari, akkordju li japplikaw għalih l-eżenzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew parti minnu, u fejn tali territorju għandu l-karatteristiċi kollha ta’ suq ġeografiku distint.

(22)

Fid-deċiżjoni dwar jekk il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament għandux jiġi rtirat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, għandhom importanza partikolari l-effetti antikompetittivi li jistgħu jirriżultaw mill-eżistenza ta’ rabtiet bejn pool ta’ ko-assigurazzjoni jew ko-riassugurazzjoni u/jew l-impriżi parteċipanti u pools oħra u/jew l-impriżi parteċipanti tagħhom fl-istess suq rilevanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“akkordju” tfisser akkordju, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi jew prattika miftiehma;

(2)

“impriżi parteċipanti” tfisser impriżi li huma parti fl-akkordju u l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom;

(3)

“impriżi konnessi” tfisser:

(a)

impriżi li fihom parti fl-akkordju, direttament jew indirettament:

(i)

ikollha s-setgħa li teżerċita iktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew

(ii)

ikollha s-setgħa li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord ta’ superviżjoni, tal-bord ta’ tmexxija jew ta’ korpi li jirrappreżentaw lill-impriża legalment, jew

(iii)

ikollha d-dritt li tiġġestixxi l-affarijiet tal-impriża;

(b)

impriżi li direttament jew indirettament ikollhom iddrittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) fuq parti fl-akkordju;

(c)

impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

(d)

impriżi li fihom parti fl-akkordju flimkien ma’ waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

(e)

impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament minn:

(i)

partijiet fl-akkordju jew l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom imsemmija fil-punti (a) sa (d), jew

(ii)

parti waħda jew aktar fl-akkordju jew impriża konnessa waħda jew aktar tagħhom imsemmija fil-punti (a) sa (d) u terz wieħed jew aktar.

(4)

“pools ta’ ko-assigurazzjoni” tfisser gruppi stabbiliti minn impriżi tal-assigurazzjoni direttament jew permezz ta’ sensala jew aġenti awtorizzati, bl-eċċezzjoni ta’ akkordji ta’ ko-assigurazzjoni ad-hoc fis-suq tas-sottoskrizzjoni, li permezz tagħhom ċerta parti minn riskju partikolari tkun koperta minn assiguratur ewlieni u l-parti li tibqa’ tar-riskju tkun koperta minn assiguraturi li jsegwu li jiġu mistiedna jkopru l-kumplament, li:

(a)

jiftiehmu li jissottoskrivu fl-isem u fl-interess tal-parteċipanti kollha, l-assigurazzjoni ta’ kategorija speċifika ta’ riskju; jew

(b)

jafdaw is-sottoskrizzjoni u l-amministrazzjoni tal-assigurazzjoni ta’ kategorija speċifika ta’ riskju, f’isimhom u fl-interess tagħhom, lil waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni, lil sensar komuni jew lil korp komuni stabbilit għal dan il-għan;

(5)

“pools ta’ ko-riassigurazzjoni” tfisser gruppi stabbiliti minn impriżi tal-assigurazzjoni direttament jew permezz ta’ sensar jew aġenti awtorizzati, possibbilment bl-għanjuna ta’ impriża ta’ riassigurazzjoni waħda jew aktar, bl-eċċezzjoni ta’ akkordji ta’ ko-riassigurazzjoni ad-hoc fis-suq tas-sottoskrizzjoni, li permezz tagħhom ċerta parti minn riskju partikolari tkun koperta minn assiguratur ewlieni u l-parti li tibqa’ tar-riskju tkun koperta minn assiguraturi li jsegwu li jiġu mistiedna jkopru l-kumplament, sabiex:

(a)

jirriassiguraw reċiprokament il-passiv kollu tagħhom jew parti minnu fir-rigward ta’ kategorija speċifika ta’ riskju;

(b)

jaċċettaw inċidentalment, fl-isem u fl-interess tal-parteċipanti kollha, ir-riassigurazzjoni tal-istess kategorija ta’ riskji;

(6)

“riskji ġodda” tfisser:

(a)

riskji ma kinux jeżistu qabel, u li għalihom il-kopertura tal-assigurazzjoni tirrikjedi l-iżvilupp ta’ prodott tal-assigurazzjoni li huwa interament ġdid, u li ma jinvolvix estensjoni, titjib jew is-sostituzzjoni ta’ prodott tal-assigurazzjoni li jeżisti diġà; jew

(b)

f’każijiet eċċezzjonali, riskji li n-natura tagħhom, fuq il-bażi ta’ analiżi oġġettiva, tant inbidlet materjalment li mhux possibbli li wieħed ikun jaf minn qabel x’kapaċità ta’ sottoskrizzjoni hija meħtieġa biex jiġi kopert tali riskju;

(7)

“premium kummerċjali” tfisser il-prezz li hu addebitat kontra x-xerrej ta’ polza tal-assigurazzjoni.

KAPITOLU II

KUMPILAZZJONIJIET, TABELLI, U STUDJI KONĠUNTI

Artikolu 2

Eżenzjoni

Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-akkordji konklużi bejn żewġ impriżi jew aktar fis-settur tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’:

(a)

il-kumpilazzjoni konġunta u d-distribuzzjoni ta’ informazzjoni neċessarja għall-għanijiet segwenti:

(i)

il-kalkolu tal-ispiża medja tal-kopertura ta’ riskju speċifiku fil-passat (minn hawn ‘il quddiem ‘kumpilazzjonijiet’);

(ii)

it-tiswir ta’ tabelli tal-mortalità, u tabelli li juru l-frekwenza ta’ mard, inċidenti u invalidità b’konnessjoni mal-assigurazzjoni li tinvolvi element ta’ kapitalizzazzjoni (minn hawn ‘il quddiem ‘tabelli’);

(b)

it-twettiq konġunt ta’ studji dwar l-impatt probabbli ta’ ċirkostanzi ġenerali esterni għall-impriżi interessati, fuq il-frekwenza jew skala ta’ pretensjonijiet futuri għal riskju speċifiku jew għal kategorija ta’ riskju jew fuq kemm jirrendu tipi differenti ta’ investiment (minn hawn ‘il quddiem ‘studji’), u d-distribuzzjoni tar-riżultati ta’ tali studji.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni

1.   L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(a) għandha tapplika bil-kundizzjoni li l-kumpilazzjonijiet jew it-tabelli:

(a)

ikunu bbażati fuq il-ġbir ta’ dejta, mifruxa fuq numru ta’ snin ta’ riskju magħżula bħala perjodu ta’ osservazzjoni, li jirrelataw ma’ riskji identiċi jew komparabbli f’numri suffiċjenti biex jikkostitwixxu bażi li tista’ tiġi ttrattata statistikament u li tagħti ċifri fuq, fost l-oħrajn:

(i)

in-numru ta’ pretensjonijiet waqt dan il-perjodu;

(ii)

in-numru ta’ riskji individwali assigurati f’kull sena ta’ riskju tal-perjodu tal-osservazzjoni magħżul;

(iii)

l-ammonti totali mħallsa jew dovuti fil-każ ta’ pretensjonijiet li jinqalgħu waqt l-imsemmi perjodu;

(iv)

l-ammont totali ta’ kapital assigurat għal kull sena ta’ riskju waqt il-perjodu tal-osservazzjoni magħżul;

(b)

jinkludu brejkdawn tal-istatistiċi disponibbli li jkun dettaljat daqskemm ikun attwarjalment adegwat;

(c)

ma jinkludu bl-ebda mod elementi għal kontinġenzi, dħul li jiġi mir-riżervi, infiq amministrattiv jew kummerċjali jew kontribuzzjonijiet fiskali jew para-fiskali, u la jieħdu inkunsiderazzjoni d-dħul minn investimenti u lanqas il-profitti antiċipati.

2.   L-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 għandhom japplikaw bil-kundizzjoni li l-kumpilazzjonijiet, it-tabelli jew ir-riżultati ta’ studji:

(a)

ma jidentifikawx l-impriżi tal-assigurazzjoni konċernati jew xi parti assigurata;

(b)

meta miġbura u mqassma, jinkludu dikjarazzjoni li mhumiex vinkolanti;

(c)

li ma jkun fihom l-ebda indikazzjoni tal-livell tal-premiums kummerċjali;

(d)

ikunu disponibbli b’termini raġonevoli, mhux projbittivi ekonomikament u mhux diskriminatorji, għal kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni li titlob kopja tagħhom, inklużi impriżi tal-assigurazzjoni li mhumiex attivi fis-suq ġeografiku jew fis-suq tal-prodott li dawn il-kumpilazzjonijiet, tabelli jew riżultati ta’ studji jirrferu għalihom;

(e)

ħlief fejn in-non-żvelar ikun oġġettivament ġustifikat għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, ikunu disponibbli b’termini raġonevoli, mhux projbittivi ekonomikament u mhux diskriminatorji, għal organizzazzjonijiet tal-konsumatur jew organizzazzjonijiet tal-klijenti li jitolbu aċċess għalihom b’termini speċifiċi u preċiżi għal raġuni debitament ġustifikata.

Artikolu 4

Akkordji mhux koperti bl-eżenzjoni

L-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 m’għandhomx japplikaw fejn l-impriżi parteċipanti jidħlu f’obbligu jew rabta bejniethom, jew jobbligaw impriżi oħra, li ma jużawx kumpilazzjonijiet jew tabelli li huma differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 2(a), jew li ma jitbegħdux mir-riżultati tal-istudji msemmija fl-Artikolu 2(b).

KAPITOLU III

KOPERTURA KOMUNI GĦAL ĊERTI TIPI TA’ RISKJI

Artikolu 5

Eżenzjoni

Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandhux japplika għal akkordji konklużi bejn żewġ impriżi jew aktar fis-settur tal-assigurazzjoni fir-rigward tat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ pools ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u impriżi tar-riassigurazzjoni għall-kopertura komuni ta’ kategorija speċifika ta’ riskji fil-forma ta’ ko-assigurazzjoni u ko-riassigurazzjoni.

Artikolu 6

Applikazzjoni tal-eżenzjoni u limiti tas-sehem fis-suq

1.   Fir-rigward tal-pools ta’ ko-assigurazzjoni jew ko-riassigurazzjoni li jinħolqu sabiex ikopru esklużivament riskji ġodda, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 5 għandha tapplika għal perjodu ta’ tliet snin mid-data tal-kostituzzjoni tal-pool, indipendentement mis-sehem fis-suq tal-pool.

2.   Fir-rigward tal-pools ta’ ko-assigurazzjoni jew ko-riassigurazzjoni li ma jaqgħux fl-ambitu tal-paragrafu 1, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 5 għandha tapplika sakemm dan ir-Regolament jibqa’ fis-seħħ, bil-kundizzjoni li s-sehem fis-suq aggregat miżmum mill-impriżi parteċipanti ma jeċċedix:

(a)

fil-każ ta’ pools ta’ ko-assigurazzjoni, 20 % ta’ kwalunkwe suq rilevanti;

(b)

fil-każ ta’ pools ta’ ko-riassigurazzjoni, 25 % ta’ kwalunkwe suq rilevanti.

3.   Meta jiġi kalkolat is-sehem fis-suq ta’ impriża parteċipanti fis-suq rilevanti, għandu jittieħed kont ta’:

(a)

is-sehem fis-suq tal-impriża parteċipanti fi ħdan il-pool inkwistjoni;

(b)

is-sehem fis-suq tal-impriża parteċipanti fi ħdan pool ieħor fl-istess suq rilevanti bħal dak tal-pool inkwistjoni, li fih l-impriża parteċipanti hija parti; u wkoll

(c)

is-sehem fis-suq ta’ impriża parteċipanti fl-istess suq rilevanti bħall-pool inkwistjoni, ‘il barra minn kull pool.

4.   Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-limiti tas-sehem fis-suq previsti fil-paragrafu 2, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

is-sehem fis-suq għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi tad-dħul gross mill-premiums; jekk dejta dwar id-dħul gross mill-premiums ma tkunx disponibbli, stimi bbażati fuq informazzjoni oħra fuq is-suq ta’ min joqgħod fuqha, inklużi l-kopertura tal-assigurazzjoni pprovduta jew il-valur tar-riskju assigurat, jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu s-sehem fis-suq tal-impriża konċernata;

(b)

is-sehem fis-suq għandu jiġi kkalkolat abbażi ta’ dejta relatata mas-sena kalendarja preċedenti.

5.   Meta s-sehem fis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 inizjalment ma jkunx aktar minn 20 % iżda sussegwentement jogħla l fuq minn dak il-livell mingħajr ma jaqbeż il-25 %, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 5 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sentejn kalendarji konsekuttivi wara s-sena li fiha l-limitu ta’ 20 % jkun inqabeż għall-ewwel darba.

6.   Meta s-sehem fis-suq imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 inizjalment ma jkunx aktar minn 20 % iżda sussegwentement jogħla l fuq minn 25 %, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 5 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sena kalendarja wara s-sena li fiha l-limitu ta’ 25 % jkun inqabeż għall-ewwel darba.

7.   Il-benefiċċju tal-paragrafi 5 u 6 ma jistgħux jingħaqdu sabiex jaqbżu perjodu ta’ sentejn kalendarji.

8.   Meta s-sehem fis-suq imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 inizjalment ma jkunx aktar minn 25 % iżda sussegwentement jogħla l fuq minn dak il-livell mingħajr ma jaqbeż it-30 %, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 5 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sentejn kalendarji konsekuttivi wara s-sena li fiha l-limitu ta’ 25 % jkun inqabeż għall-ewwel darba.

9.   Meta s-sehem fis-suq imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 inizjalment ma jkunx aktar minn 25 % iżda sussegwentement jogħla l fuq minn 30 %, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 5 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ sena kalendarja wara s-sena li fiha l-limitu ta’ 30 % jkun inqabeż għall-ewwel darba.

10.   Il-benefiċċju tal-paragrafi 8 u 9 ma jistgħux jingħaqdu sabiex jaqbżu perjodu ta’ sentejn kalendarji.

Artikolu 7

Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 5 għandha tapplika bil-kondizzjoni li:

(a)

kull impriża parteċipanti jkollha d-dritt tirtira mill-pool, billi tagħti preavviż raġonevoli, mingħajr ma tinkorri xi sanzjoni;

(b)

ir-regoli tal-pool ma jobbligaw lil ebda impriża parteċipanti tal-pool tassigura jew tirriassigura permezz tal-pool u ma jimpedixxu lil ebda impriża parteċipanti tal-pool milli tassigura jew tirriassigura barra mill-pool, kompletament jew parzjalment, kwalunkwe riskju tat-tip kopert mill-pool;

(c)

ir-regoli tal-pool ma jirrestrinġux l-attività tal-pool jew tal-impriżi parteċipanti tiegħu għall-assigurazzjoni jew għar-riassigurazzjoni ta’ riskji li jinsabu f’parti ġeografika partikolari tal-Unjoni;

(d)

l-akkordju ma jillimitax il-produzzjoni jew bejgħ;

(e)

l-akkordju ma jallokax swieq jew klijenti; u

(f)

l-impriżi parteċipanti tal-pool ta’ ko-riassigurazzjoni ma jaqblux fuq il-premiums kummerċjali li jitolbu għall-assigurazzjoni diretta.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8

Perjodu tranżitorju

Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandhiex tapplika fil-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sat-30 ta’ Settembru 2010 fir-rigward ta’ akkordji li diġà jkunu fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2010 li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti f’dan ir-Regolament iżda li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 358/2003.

Artikolu 9

Perjodu ta’ validità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2010.

Għandu jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 143, 7.6.1991, p. 1.

(2)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 81 tat-Trattat KE sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ Artikoli huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, referenzi għall-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom, fejn xieraq, jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 81 tat-Trattat KE.

(3)  ĠU L 53, 28.2.2003, p. 8.

(4)  COM(2009) 138.

(5)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 268/2010

tad-29 ta’ Marzu 2010

li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika tal-Istati Membri mill-istituzzjoniiet u l-entitajiet Komunitarji skont kundizzjonijiet armonizzati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 17(8) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/2/KE teħtieġ li Istati Membri jipprovdu lill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji b’aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika skont kundizzjonijiet armonizzati.

(2)

Sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti għall-għoti tal-aċċess għas-settijiet u s-servizzi tad-dejta ġeografika, dan ir-Regolament għandu jiddefinixxi sett minimu ta’ kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati.

(3)

Id-Direttiva 2007/2/KE tippermetti l-eċċezzjonijiet mill-kondiviżjoni tad-dejta skont l-Artikolu 17(7). Madankollu, anki meta l-Istati Membri japplikaw dawk l-eċċezzjonijiet, għandhom ikunu ħielsa li jistipulaw miżuri, bħal miżuri ta’ sigurtà, li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom jieħdu sabiex jibqa’ jkollhom permess jaċċessaw dawn is-settijiet u servizzi ta’ dejta.

(4)

Kull ftehim, inkluż ftehimiet dwar liċenzji, kuntratti u skambji ta’ e-Mails jew kull arranġament ieħor dwar l-aċċess mill-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi skont dan ir-Regolament, għandhom jużaw it-terminoloġija definita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/2/KE.

(5)

Sabiex iwettqu l-kompiti pubbliċi tagħhom u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiiki Ewropej marbuta mal-ambjent, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom ikunu jistgħu jagħmlu disponibbli settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika għall-kuntratturi li qed jaħdmu f’isimhom.

(6)

Bħala rekwiżit ġenerali, l-arranġamenti għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament minn timintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu, billi jafu jkunu għadhom fis-seħħ arranġamenti stabbiliti qabel, hemm bżonn dispożżjoni ta’ transizzjoni. Għalhekk, l-arranġamenti mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jinġiebu konformi ma’ dan ir-Regolament mit-tiġdid jew l-iskadenza ta’ dawk l-arranġamenti, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati ta’ aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2007/2/KE.

Artikolu 2

Restrizzjonijiet fuq l-aċċess

Fuq talba tal-istituzzjoni jew l-entità Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jagħtu raġunijiet għal kwalunkwe limitazzjoni ta’ kondiviżjoni skont l-Artikolu 17(7) tad-Direttiva 2007/2/KE.

L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw skont liema kundizzjonijiet jista’ jkun premess l-aċċess ristrett konformi mal-Artikolu 17(7).

Artikolu 3

Arranġamenti

1.   Kull arranġament dwar l-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika għandu jkun għal kollox kompatibbli mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.   Id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jintużaw fi kwalunkwe arranġament dwar l-aċesss għas-settijiet u s-servizzi tad-dejta ġeografika.

Artikolu 4

L-użu ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika

1.   Istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Komunità jistgħu jagħmlu disponibbli settijet jew servizzi ta’ dejta ġeografika lill kuntratturi li jkunu qed jaġixxu f’isimhom.

2.   Meta settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika jkunu saru disponibbli skont il-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom jagħmlu kull sforz possibbli sabiex jevitaw l-użu mhux awtorizzat ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika.

3.   Meta sett jew servizz ta’ dejta ġeografika jkun sar disponibbli skont il-paragrafu 1, il-parti li tkun irċivietu ma tistax tagħmel is-sett jew is-servizz ta’ dejta ġeografika disponibbli għal kwalunkwe parti oħra mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-fornitur oriġinali tad-dejta jew tas-servizz.

Artikolu 5

Metadejta

Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji f’konformità mar-Regolament għandhom jiġu espressi f’elementi tal-metadejta 8.1, imsemmija fil-Parti B tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 (2).

Artikolu 6

Trasparenza

1.   Meta istituzzjoni jew entità tal-Komunità titlob l-għoti tal-aċċess għal sett jew servizz ta’ dejta ġoegrafika, l-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu disponibbli, fuq talba, informazzjoni għall-evalwazzjoni u l-użu, dwar il-mekkaniżmi għall-ġbir, l-ipproċessar, il-produzzjoni, il-kontrolll tal-kwalità u l-kisba tal-aċċess għas-settijiet u s-servizzi tad-dejta ġeografika, meta dik l-informazzjoni addizzjonali tkun disponibbli u jkun raġonevoli li dik id-dejta tiġi estratta u fornuta.

2.   Meta mitluba, l-offerti magħmula mill-Istati Membri għall-għoti tal-aċċess lis-settijiet u s-servizzi tad-dejta ġeografika għandhom jinkludu l-bażi għall-ħlasijiet u l-fatturi meqjusa.

Artikolu 7

Żminijiet ta’ Reazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprovdu aċċess għas-settijiet u s-servizzi tad-dejta mingħajr dewmien u mhux aktar minn 20 jum wara li tkun waslet talba bil-miktub, sakemm mhux maqbul mod ieħor bi ftehim reċiproku bejn l-Istat Membru u l-istituzzjoni jew l-entità Komunitarja.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet transizzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti jkunu konformi minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Meta l-arranġamenti għall-għoti tas-settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika jkunu implimentati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-arranġamenti jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament mit-tiġdid jew l-iskadenza ta’ dawn l-arranġamenti, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12.


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 269/2010

tad-29 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

156,4

JO

64,0

MA

141,2

TN

160,3

TR

101,1

ZZ

124,6

0707 00 05

JO

75,8

MA

87,9

TR

126,5

ZZ

96,7

0709 90 70

MA

143,4

TR

108,5

ZZ

126,0

0805 10 20

EG

46,7

IL

56,3

MA

53,6

TN

47,0

TR

65,5

ZZ

53,8

0805 50 10

EG

66,4

IL

91,6

MA

49,1

TR

68,9

ZA

69,5

ZZ

69,1

0808 10 80

AR

80,9

BR

83,8

CA

100,2

CL

85,6

CN

76,2

MK

23,6

US

130,0

ZA

94,1

ZZ

84,3

0808 20 50

AR

75,5

CL

96,3

CN

35,0

MX

100,0

UY

106,8

ZA

100,8

ZZ

85,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Frar 2010

li tirrendi pubblika r-Rakkomandazzjoni 2010/190/UE bil-ħsieb li tiġi mitmuma l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika fil-Greċja u li jitneħħa r-riskju li jiġi pperikolat l-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja

(2010/181/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Frar 2010, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni 2010/190/UE (1) bil-ħsieb li tiġi mitmuma l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika fil-Greċja u li jitneħħa r-riskju li jiġi pperikolat l-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(2)

Li r-Rakkomandazzjoni ssir pubblika għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni, jikkontribwixxi biex ikun hemm ftehim aħjar fost l-aġenti ekonomiċi u jiffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri rrakomandati,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Rakkomandazzjoni 2010/190/UE bil-ħsieb li tiġi mitmuma l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika fil-Greċja u jitneħħa r-riskju li jiġi pperikolat l-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mis-16 ta’ Frar 2010.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  Ara paġna 65 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Frar 2010

li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ li huwa meqjus neċessarju biex jagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv

(2010/182/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 126(9), flimkien mal-Artikolu 136 tiegħu;

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 126(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz ta’ tisħiħ tal-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(3)

Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fittxet li ssaħħaħ l-effikaċja u s-sostenn ekonomiku tiegħu, kif ukoll li tħares is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi għal tul ta’ żmien. Kellha l-għan li tiżgura li, b’mod partikolari, jitqies l-isfond ekonomiku u baġitarju kollu fl-istadji kollha fil-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jipprovdi l-qafas li jsostni l-linji politiċi tal-gvern għal ritorn malajr għal pożizzjonijiet baġitarji sodi waqt li titqies is-sitwazzjoni ekonomika.

(4)

Fis-27 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), li fil-Greċja kien jeżisti żbilanċ eċċessiv u ħareġ rakkomandazzjonijiet biex ikun ikkoreġut l-iżbilanċ eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2010, skont l-Artikolu 104(7) tat-TKE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (1). Il-Kunsill stabbilixxa ukoll s-27 ta’ Ottubru 2009 bħala d-data sa meta għandha tittieħed azzjoni effikaċi.

(5)

L-iżbilanċ attwali u ppjanat tal-gvern u d-data dwar id-dejn innotifikati f’April 2009 mill-Greċja ġew riveduti sustanzjalment ‘il fuq fin-notifikazzjoni ta’ Ottubru 2009. Il-figura tal-iżbilanċ għall-2008 telgħet għal 7,75 % tal-PGD (minn 5 % tal-PGD notifikata f’April 2009), waqt li l-proporzjon tad-dejn kien irrapportat li kien laħaq 99 % tal-PGD fl-aħħar tal-2008 (meta mqabbel ma’ 97,6 % kif irrapportat f’April 2009). Skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal- 25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (2), il-Kummissjoni (Eurostat) esprimiet riżerva ġenerali dwar il-kwalità tad-data attwali rrapportata mill-Greċja, minħabba ‘inċertezzi sinifikanti’ dwar iċ-ċifri nnotifikati mill-Greċja. Ir-riżerva tal-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern Grieg għadha ma ġietx irtirata u, għalhekk, l-istatistika tal-finanzi tal-gvern Grieg bħalissa għadha mhijiex validata u hija soġġetta għal aktar reviżjonijiet. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġġornament ta’ Jannar 2010 tal-Programm ta’ Stabbiltà Grieg (minn hawn ‘il quddiem “l-aġġornament ta’ Jannar 2010”), l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern kien laħaq 12,75 % tal-PGD fl-2009, imqabbel mal-mira ta’ 3,7 % tal-PGD fl-aġġornament ta’ Jannar 2009. Abbażi tar-rata tat-tkabbir reali tal-PGD kif uffiċjalment ipprojettat ta’ – 0,25 % fl-2010, il-mira baġitarja tal-2010 hija ta’ 8,7 % tal-PGD u din hija ogħla sew mill-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD.

(6)

Fit-2 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill stabbilixxa, skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE, li l-Greċja ma kienet ittieħdet ebda azzjoni effikaċi bi tweġiba għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 104(7) TKE tas-27 ta’ April 2009 (minn hawn ‘il quddiem “ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2009”).

(7)

Fil-11 ta’ Frar 2010, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra s-sitwazzjoni fiskali fil-Greċja, appoġġja l-isforzi tal-Gvern Grieg u l-impenn tiegħu li jagħmel dak kollu neċessarju, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali, sabiex jiġi żgurat li l-miri ambizzjużi stabbiliti fil-programm ta’ stabbilità jiġu sodisfatti, u talab lill-Greċja sabiex timplimenta il-miżuri kollha b’mod rigoruż u determinat sabiex effettivament tnaqqas il-proporzjon tal-iżbilanċ fiskali b’4 punti perċentwali tal-PGD fl-2010.

(8)

Skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE, jekk Stat Membru jkompli jonqos milli jpoġġi fil-prattika r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li javża lill-Istat Membru biex, f’perjodu speċifikat ta’ żmien, jieħu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ. Din m’hijiex l-ewwel darba li l-Kunsill iddeċieda li jinnotifika lill-Greċja skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE. Fis-17 ta’ Frar 2005, il-Kunsill iddeċieda li jinnotifika lill-Greċja, skont l-Artikolu 104(9) TKE, sabiex tieħu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ meqjus neċessarju sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv.

(9)

Għandhom jitqiesu l-fatturi li ġejjin biex ikun stabbilit il-kontenut tal-avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE, inkluża l-iskadenza għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv. L-ewwel, ir-riżultat tal-istima tal-iżbilanċ għall-2009 huwa sostanzjalment ogħla milli kien mistenni meta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2009 kienet ġiet adottata u n-nuqqasijiet fl-infiq u t-tnaqqis fid-dħul aktar milli annullaw l-impatt tal-miżuri ta’ konsolidazzjoni baġitarja implimentati matul l-2009. L-aġġustament totali meħtieġ biex ikun ikkoreġut l-iżbilanċ eċċessiv huwa ogħla minn 9,75 punti perċentwali tal-PGD. It-tieni, l-aġġustament baġitarju nominali mbassar fl-aġġornament ta’ Jannar 2010 jammonta għal 4 punti perċentwali tal-PGD, li minnhom, skont l-awtoritajiet Griegi, żewġ terzi jirriżultaw minn miżuri permanenti.

(10)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi jidher li l-iskadenza li kienet iffissata fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2009 għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv fil-Greċja teħtieġ li, minħabba d-daqs tal-konsolidazzjoni meħtieġa, tiġi estiża b’sentejn sal-2012, f’konformità mal-aġġornament ta’ Jannar 2010.

(11)

Fis-16 ta’ Frar 2010, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni lill-Greċja (3) bil-għan li jtemm l-inkonsistenza mal-linji gwida wesgħin tal-politiki ekonomiċi fil-Greċja u t-tneħħija tar-riskju tat-tfixkil tal-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja (minn hawn ‘il quddiem “ir-Rakkomandazzjoni tas-16 ta’ Frar 2010”).

(12)

Abbażi tar-rati tat-tkabbir reali tal-PGD ta’ – 0,25 % u 0,75 %, skont it-tbassir tal-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-2010 u għall-2011, u minħabba r-riskji għall-prospett baġitarju, l-implimentazzjoni rigoruża tal-baġit għall-2010 se tkun ta’ importanza kbira biex il-kontijiet tal-gvern jitqiegħdu f’direzzjoni li twassal għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv sal-2012. L-adozzjoni ta’ miżuri permanenti konkreti fl-2011 u fl-2012 hija neċessarja biex jintlaħqu l-iżbilanċi tal-gvern li ma jkunux jaqbżu 5,6 % fl-2011 u 2,8 % tal-PGD fl-2012. L-isforz fiskali mkejjel f’termini strutturali biex tintlaħaq tali direzzjoni ta’ tnaqqis tal-iżbilanċ għandu jkun mill-inqas ta’ 3,5 % tal-PGD fl-2010 u fl-2011 u 2,5 % tal-PGD fl-2012.

(13)

Il-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv teħtieġ għadd ta’ tnaqqis speċifiku fl-infiq tal-gvern (inkluż, b’mod partikolari, tnaqqis fil-kont tal-pagi, it-trasferimenti soċjali u l-impjiegi pubbliċi) u żidiet fid-dħul (inkluż, b’mod partikolari, riforma fit-taxxa, żidiet fit-taxxi tas-sisa u tal-proprjetà immobiljari), kif ukoll titjib fil-qafas fiskali Grieg (bħal ibbaġitjar fuq perjodu ta’ żmien medju, l-adozzjoni ta’ regoli fiskali u numru ta’ tibdiliet istituzzjonali). Ħafna minn dawn il-miżuri ġew deskritti mill-awtoritajiet Griegi nfushom fl-aġġornament ta’ Jannar 2010. L-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri neċessarji kollha b’rispett għall-iskadenzi fissi għandha tintalab espliċitament minħabba li tidher li hija strettament neċessarja li s-sitwazzjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Greċja terġa’ tinġieb lura kif kienet b’mod kredibbli u sostenibbli. Minħabba r-riskji relatati mad-direzzjoni ppjanata għall-konsolidazzjoni fiskali, il-Greċja għandha, kif imħabbar fil-programm ta’ stabbiltà, tkun lesta li tadotta miżuri addizzjonali u timplimentahom sabiex tiżgura li d-direzzjoni ta’ aġġustament tiġi segwita.

(14)

Minħabba n-nuqqasijiet gravi u rikorrenti li ġew osservati fil-kumpilazzjoni tal-istatistika fiskali fil-Greċja, u sabiex ikun hemm monitoraġġ adegwat tal-qagħda tal-finanzi pubbliċi fil-Greċja, jeħtieġu jsiru aktar sforzi biex jitjiebu l-ġbir u l-ipproċessar tad-data tal-gvern ġenerali meħtieġa taħt il-qafas legali eżistenti, partikolarment bit-titjib tal-mekkaniżmi li jiżguraw il-forniment malajr u korrett ta’ din id-data. Dan jinkludi l-ġbir kull tliet xhur u kull sena tal-istatistika tal-finanzi tal-gvern skont ir-Regolamenti (KE) Nru 2223/96 (4), (KE) Nru 264/2000 (5), (KE) Nru 1221/2002 (6), (KE) Nru 501/2004 (7), (KE) Nru 1222/2004 (8), (KE) Nru 1161/2005 (9) u (KE) Nru 479/2009, kif ukoll tal-pubblikazzjoni ta’ dejta dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Istat u d-disponibbiltà fil-pront ta’ data finanzjarja dwar is-sigurtà soċjali, il-gvern lokali u fondi barra mill-baġit. Iżda, meta jitqies li l-bidliet amministrattivi li jkunu meħtieġa biex tkun miġbura statistika affidabbli jistgħu jieħdu ż-żmien, huwa importanti li l-bdil fil-livell tad-dejn tal-gvern jiġi regolarment monitorjat u li l-miri politiċi jkunu definiti kemm b’rabta mal-iżbilanċ, kif ukoll mal-bdil fil-livell tad-dejn.

(15)

Id-dejn gross fl-aħħar tal-2009 huwa stmat li qabeż 113 % tal-PGD. Dan huwa fost l-ogħla proporzjon ta’ dejn meta mqabbel mal-PGD fl-Unjoni, u huwa ogħla sew mill-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PGD stabbilit taħt it-TFUE. Meta akkoppjat mal-iżviluppi tas-suq u l-evalwazzjoni mill-ġdid implikata tar-riskju, dan mhux biss jagħmel il-finanzjament ta’ kwalunkwe ħruġ addizzjonali aktar għali, iżda jżid ukoll l-ispiża tar-rifinanzjament tal-istokk eżistenti ta’ dejn pubbliku. Barra minn dan, il-kontribuzzjoni għall-bidliet fil-livelli tad-dejn, ta’ fatturi barra minn self nett, kienet kbira. Huwa meħtieġ li l-Greċja tieħu azzjoni ulterjuri biex tikkontrolla fatturi bħal dawn biex tnaqqas il-proporzjon tad-dejn b’pass sodisfaċenti, b’mod konsistenti mal-projezzjonijiet għal bilanċ tal-gvern ġenerali u għal tkabbir nominali tal-PGD. Il-bidla annwali fil-livelli nominali tad-dejn tal-gvern ġenerali fl-2010-2012 għandha tkun skont il-miri tal-iżbilanċ u b’aġġustament totali tal-fluss ta’ ishma ta’ 0,25 % tal-PGD kull sena, fl-2010, 2011 u 2012.

(16)

Il-Greċja għandha tissottometti, sas-16 ta’ Marzu 2010, rapport li jiddeskrivi fid-dettall il-miżuri u l-kalendarju għall-implimentazzjoni, sabiex jinkisbu l-miri baġitarji tal-2010. Il-Greċja għandha tissottometti wkoll rapporti regolari lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li fihom tiddeskrivi fil-qosor kif il-miżuri speċifikati f’din id-Deċiżjoni jkunu qegħdin jiġu implimentati. Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fiskali fil-Greċja, dawn ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi regolarment sa mill-15 ta’ Mejju 2010 ‘l quddiem u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. B’mod partikolari, ir-rapporti għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-miżuri implimentati, u ta’ dawk li għandhom jiġu implimentati fl-2010, biex ikunu kkonsolidati l-finanzi pubbliċi u titjieb is-sostenibbiltà tagħhom għal tul ta’ żmien. Minħabba l-interazzjoni bejn il-konsolidazzjoni fiskali u l-ħtieġa li tkun implimentata riforma strutturali u li titjieb il-kompetittività, il-Greċja għandha tinkludi wkoll f’dawn ir-rapporti, il-miżuri li jkunu qed jittieħdu bi tweġiba għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010. Barra minn dan, ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni kull xahar tal-baġit tal-Istat; l-implimentazzjoni baġitarja mis-sigurtà soċjali u l-gvern lokali; il-ħruġ tad-dejn; żviluppi fl-impjiegi fis-settur pubbliku; l-infiq sakemm isir il-ħlas u, mill-anqas annwalment, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriżi pubbliċi. Minħabba l-interazzjoni bejn il-konsolidament fiskali u l-ħtieġa li jiġu implimentati riformi strutturali u li titjieb il-kompetittività, il-Kunsill stieden lill-Greċja biex tirrapporta fuq miżuri bi tweġiba għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 fil-kuntest tar-rapporti ta’ kull tliet xhur ipprovduti f’din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jeżaminaw ir-rapporti bil-għan li jevalwaw il-progress li jkun sar għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv.

(17)

Id-Dikjarazzjoni mill-Kapijiet tal-Istat jew Gvern tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Frar 2010 stiednet lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni flimkien nal-BĊE u biex tipproponi miżuri addizzjonali meħtieġa

(18)

Wara li jkun ġie kkoreġut l-iżbilanċ eċċessiv, il-Greċja għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li l-objettiv għal perjodu ta’ żmien medju (OŻM) ta’ baġit bilanċjat f’termini strutturali jinkiseb malajr kemm jista’ jkun. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Griegi għandhom ikomplu jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ miżuri permanenti biex jikkontrollaw l-infiq primarju kurrenti, inkluż b’mod partikolari il-kont tal-pagi, it-trasferimenti soċjali, is-sussidji u trasferimenti oħrajn. Barra minn hekk, il-Greċja għandha tiżgura li l-konsolidazzjoni fiskali tkun ukoll indirizzata għat-tisħiħ tal-kwalità tal-finanzi pubbliċi u għandha tikkontribwixxi biex tkun irkuprata l-kompetittività tal-ekonomija, fil-qafas ta’ programm ta’ riforma komprensiv, waqt li timplimenta malajr linji politiċi biex tirriforma ulterjorment l-amministrazzjoni fiskali. Minħabba l-livell dejjem jikber tad-dejn u ż-żieda projettata f’infiq relatat mal-età, l-awtoritajiet Griegi għandhom ikomplu jtejbu s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Greċja għandha ttemm is-sitwazzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv li għandha bħalissa malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-iskadenza tal-2012.

2.   Id-direzzjoni tal-aġġustament lejn il-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv għandha tinkludi aġġustament strutturali annwali ta’ mill-anqas 3,5 punti perċentwali tal-PGD fl-2010 u fl-2011, u ta’ mill-inqas 2,5 punti perċentwali tal-PGD fl-2012.

3.   Id-direzzjoni tal-aġġustament imsemmija fil-paragrafu 2 tirrikjedi li l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali ma teċċedix EUR 21 270 miljun fl-2010, EUR 14 170 miljun fl-2011 u EUR 7 360 miljun fl-2012.

4.   Id-direzzjoni tal-aġġustament imsemmija fil-paragrafu 2 tirrikjedi li l-bidla annwali fid-dejn gross ikkonsolidat tal-gvern ġenerali ma teċċedix EUR 21 760 miljun fl-2010, EUR 14 680 miljun fl-2011 u EUR 7 880 miljun fl-2012.

5.   It-tnaqqis tal-iżbilanċ għandu jiġi aċċellerat jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew baġitarji jirriżultaw aħjar minn kif mistenni attwalment.

Artikolu 2

Biex ittemm is-sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv u biex tikkonforma mad-direzzjoni ta’ aġġustament, il-Greċja għandha timplimenta għadd ta’ miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali, inklużi dawk deskritti fil-programm ta’ stabbiltà, u b’mod partikolari:

A.   MIŻURI FISKALI URĠENTI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU SAL-15 TA’ MEJJU 2010

Kif deskritt fil-programm ta’ stabbiltà, inklużi l-miżuri fiskali mħabbra fit-2 ta’ Frar 2010, il-Greċja għandha:

Infiq

(a)

tmexxi 10 % tal-approprjazzjonijiet baġitarji (barra mill-pagi u l-pensjonijiet) tad-dipartimenti tal-gvern fil-baġit għall-2010 lejn riżerva ta’ kontinġenza, sakemm ma jkunx hemm riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet fost id-dipartimenti u l-identifikazzjoni ta’ programmi ta’ nfiq li għandhom jiġu razzjonalizzati u li jwasslu għal tnaqqis permanenti mdaqqas fl-infiq;

(b)

tnaqqas il-kont tal-pagi, anke billi tiffriża pagi nominali tal-gvern ċentrali, il-gvernijiet lokali, l-aġenziji statali u istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn u billi timplimenta tnaqqis fl-impjiegi; twaqqaf ir-reklutaġġ ġdid fl-2010 u tneħħi l-karigi battala fis-settur tal-gvern ġenerali, inklużi kuntratti temporanji, b’mod partikolari billi ma tissostitwix uffiċjali permanenti li jirtiraw;

(c)

taqtal-benefiċċji speċjali mħallsin lil uffiċjali taċ-ċivil (inklużi dawk f’kontijiet mhux tal-baġit) li twassal għal tnaqqis fir-rimunerazzjoni totali fis-settur tal-gvern ġenerali, bħala l-ewwel pass biex ittejjeb is-sistema tal-pagi pubbliċi u tissimplifika x-xibka tal-pagi pubbliċi;

(d)

tadotta tnaqqis nominali fi trasferimenti mħallsin mis-sigurtà soċjali, inkluż permezz ta’ miżuri li jirrestrinġu l-indiċjar ta’ benefiċċji u jeddijiet;

Dħul

(e)

timplimenta skala progressiva ta’ taxxa għas-sorsi kollha ta’ dħul u trattament unifikat orizzontali ta’ dħul iġġenerat minn xogħol u minn assi kapitali;

(f)

tneħħi l-eżenzjonijiet kollha u d-dispożizzjonijiet ta’ tassazzjoni awtonoma fis-sistema tat-taxxa, inkluż id-dħul minn benefiċċji speċjali mħallsin lil uffiċjali ċivili;

(g)

tintroduċi tassazzjoni preżuntiva għal persuni li jaħdmu għal rashom;

(h)

tintroduċi imposti permanenti fuq bini u żżid ir-rati tat-taxxa fuq il-proprjetà immobiljari meta mqabbel mar-rati tal-31 ta’ Diċembru 2009;

(i)

iżżid id-dazji tas-sisa fuq it-tabakk, l-alkoħol u l-fjuwil, meta mqabblin mar-rati kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2009;

(j)

tispjega fid-dettall u timplimenta, sal-aħħar ta’ Marzu 2010, ir-riformi tas-sistema tat-taxxa kif ippjanati attwalment, waqt li tuża l-kisbiet tal-effikaċja potenzjali biex tkompli tnaqqas l-iżbilanċ.

B.   MIŻURI TA’ SOSTENN GĦAS-SALVAGWARDJA TAL-MIRI TAL-BAĠIT TAL-2010

(a)

Fid-dawl tal-materjalizzazzjoni ta’ numru ta’ riskji marbuta mal-limiti tal-iżbilanċ u d-dejn imsemmija fl-Artikolu 1(3) u (4), il-Greċja għandha tħabbar, fir-rapport li għandu jiġi ppreżentat sas-16 ta’ Marzu 2010, miżuri addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 2, Taqsima A, sabiex tiżgura li l-mira baġitarja tal-2010 tiġi sodisfatta. Il-miżuri addizzjonali għandhom jiffukaw fuq tnaqqis tal-infiq (pereżempju, tnaqqis ulterjuri tan-nefqa kurrenti u kapitali, inkluż billi jiġu kkanċellati approprjazzjonijiet baġitarji fir-riżerva ta’ kontinġenza), iżda jinkludu ukoll miżuri biex iżidu d-dħul (bħal pereżempju, żieda fid-dħul mill-VAT, l-istabbiliment ta’ dazji tas-sisa fuq prodotti lussużi, fost oħrajn il-karozzi privati, żieda ulterjuri tad-dazji tas-sisa fuq prodotti tal-enerġija). L-ewwel vaultazzjoni f’dan ir-rigward għandha ssir fl-okkażjoni tal-ewwel rappurtar fis-16 ta’ Marzu 2010.

C.   MIŻURI OĦRAJN LI GĦANDHOM JITTIEĦDU SA TMIEM L-2010

Infiq

(a)

tadotta r-riformi meħtieġa, biex tnaqqas b’mod sinifikanti l-impatt baġitarju tax-xjuħija permezz ta’ riforma tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-pensjonijiet, li għandhom jiġu vvalidati bil-proċess ta’ reviżjoni bejn il-pari tal-Kumitat għall-Politika Ekonomika, b’mod partikolari, billi tadotta riforma parametrika tas-sistema tal-pensjonijiet li għandha tiżgura li s-sistema tal-pensjonijiet tkun finanzjarjament sostenibbli fid-dawl ta’ popolazzjoni li qed tikber fl-età, u għal dan il-għan, ir-riforma għandha tinkludi tnaqqis tal-limiti massimi tal-pensjonijiet, żieda progressiva fl-età statutorja għall-irtirar kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel, u bidla fil-formula tal-għoti ta’ pensjoni biex ikunu riflessi aħjar il-kontribuzzjonijiet imħallsin matul il-ħajja professjonali kollha tal-persuna u titjieb il-ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet u tkun irrazzjonalizzata s-sistema ta’ benefiċċji speċjali għal pensjonijiet baxxi;

(b)

tnaqqas l-impjiegi fis-settur pubbliku tal-gvern ġenerali, billi tnaqqas aktar il-kuntratti temporanji u timplimenta r-regola ta’ persuna reklutata waħda għal kull ħamsa li jirtiraw;

(c)

tagħmel riforma fis-sistema tal-ħlas tal-pagi għall-impjegati diretti tal-amministrazzjoni pubblika, li tipprovdi prinċipji unifikati fl-iffissar u fl-ippjanar tal-pagi; tissimplifika x-xibka tal-pagi, waqt li timmira li tnaqqas il-kont tal-pagi; jeħtieġ li jinkiseb ukoll tfaddil mill-kont tal-pagi fil-livell lokali; x-xibka tal-pagi unifikata ġdida tas-settur pubbliku għandha tkun estiża, iżda wkoll irfinuta, biex tkun tapplika għall-gvernijiet lokali u għal diversi aġenziji oħrajn u tiżgura li l-aħjar impjegati jinżammu fis-settur pubbliku;

Dħul

(d)

issaħħaħ bi premura l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u kontra l-frodi (b’mod partikolari fir-rigward tal-VAT, taxxa korporattiva u s-sistema ta’ tassazzjoni tad-dħul ta’ pesuni li jaħdmu għal rashom), anke billi ssaħħaħ l-infurzar tal-liġi fuq ħlasijiet tat-taxxa, u tuża denunzji potenzjali biex tnaqqas l-iżbilanċ aktar;

(e)

issegwi l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa, inkluż billi tistabbilixxi dipartiment għall-ġbir tat-taxxa li jkun kompletament responsabbli, li għandu jiffissa miri ta’ nfiq annwali u li jopera f’sistemi ta’ monitoraġġ li jevalwaw il-prestazzjoni tal-uffiċċji tat-taxxa; jalloka r-riżorsi meħtieġa f’termini ta’ persunal, infrastruttura u għajnuna f’tagħmir, organizzazzjoni maniġerjali u sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni, ilkoll ta’ livell għoli; li għandu jkollu salvagwardji suffiċjenti kontra l-interferenza politika;

Qafas fiskali

(f)

tispjega fid-dettall il-miżuri li għandhom jiġu implimentati fl-2011 u fl-2012, biex tikkonforma mal-miri tal-aġġornament ta’ Jannar 2010;

(g)

issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi rigward tal-Ministri fil-linja matul il-preparazzjoni tal-baġit annwali u l-leġiżlazzjoni u ssaħħaħ ukoll il-mekkaniżmi ta’ kontroll tiegħu matul l-eżekuzzjoni baġitarja; tiżgura, b’żieda ma’ dan, l-implimentazzjoni effikaċi ta’ bbaġitjar imsejjes fuq programmi;

(h)

issegwi r-riforma tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kontabilità, inkluż bl-istabbiliment ta’ dipartiment tal-baġit li jkun kompletament responsabbli, li għandu jiffissa miri ta’ nfiq matul is-sena u jopera skont sistema ta’ evalwazzjoni ta’ monitoraġġ ta’ prestazzjoni; jalloka r-riżorsi meħtieġa f’termini ta’ persunal, infrastruttura u għajnuna f’tagħmir, organizzazzjoni maniġerjali u sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni, lkoll ta’ livell għoli; li għandu jkollu salvagwardji suffiċjenti kontra l-interferenza politika;

(i)

tadotta qafas baġitarju għal żmien medju, inklużi limiti obbligatorji ta’ nfiq ibbażati fuq regola ta’ nfiq multi-annwali, u twaqqaf aġenzija indipendenti tal-politika fiskali, li tirrapporta f’waqtu b’mod pubbliku dwar il-pjanijiet u l-eżekuzzjoni tal-entitajiet kollha tal-gvern ġenerali li jagħmlu nfiq minn fondi pubbliċi;

(j)

fil-qafas baġitarju għal żmien medju imsemmi fil-punt (i), tħabbar, mingħajr dewmien, miżuri permanenti addizzjonali li jnaqqsu l-infiq għal perjodu ta’ żmien medju;

(k)

issaħħaħ bi premura l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika, b’mod partikolari fir-rigward tal-pagi pubbliċi u benefiċċji, l-akkwisti pubbliċi, u l-istima u l-ġbir tat-taxxa;

(l)

tieħu l-passi meħtieġa biex tevita tnaqqis fil-maturità medja tad-dejn pubbliku;

(m)

issegwi l-isforzi għall-kontroll ta’ fatturi barra minn self nett, li jikkontribwixxu għall-bidla fil-livelli tad-dejn.

D.   MIŻURI FISKALI OĦRA LI GĦANDHOM JIĠU ADOTTATI SAL-2012

Infiq

(a)

fl-2011 u tal-2012, timplimenta miżuri ta’ natura permanenti, li jkunu ffokati b’mod ewlieni fuq l-infiq attwali; b’mod aktar speċifiku, tadotta tnaqqis fl-infiq bil-għan li jkun hemm tfaddil permanenti fl-infiq fuq il-konsum tal-gvern, inklużi l-kont tal-pagi u trasferimenti soċjali, u tnaqqas l-impjiegi pubbliċi;

Dħul

(b)

f’qafas baġitarju għal perjodu ta’ żmien medju, tkompli timplimenta b’rigorożità r-riforma tal-amministrazzjoni tat-taxxa, waqt li talloka dħul potenzjali għat-tnaqqis tal-iżbilanċ;

Qafas fiskali

(c)

issaħħaħ il-mekkaniżmi istituzzjonali għall-għoti ta’ tbassir uffiċjali affidabbli u fattibbli li jqis żviluppi u tendenzi fl-eżekuzzjoni riċenti disponibbli; għal dan il-għan, it-tbassir makroekonomiku uffiċjali għandu jiġi rivedut minn esperti barranin; it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni għandu jittieħed bħala punt ta’ referenza;

(d)

tibqa’ lura milli tinkludi fil-miri baġitarji, miżuri li jnaqqsu l-iżbilanċ ta’ natura ta’ darba waħda biss;

(e)

fil-qafas baġitarju għal perjodu ta’ żmien medju, tadotta miżuri permanenti addizzjonali li jnaqqsu l-infiq bil-għan li jinkiseb l-OŻM li jkun qrib il-bilanċ jew b’bilanċ pożittiv.

Artikolu 3

Sabiex tippermetti li jsir kontroll f’waqtu u effettiv tad-dħul u l-infiq u monitoraġġ xieraq tal-iżviluppi fiskali, il-Greċja għandha:

(a)

sal-15 ta’ Mejju 2010, tadotta leġiżlazzjoni li tagħmilha obbigatorju li jkunu pprovduti rapporti pubbliċi dwar l-eżekuzzjoni baġitarja kull xahar b’dewmien ta’ mhux aktar minn għaxart ijiem, wara l-għeluq tax-xahar;

(b)

tinforza l-obbligu legali attwali biex fondi tas-sigurtà soċjali u sptarijiet jippubblikaw kull sena l-kontijiet u l-karti tal-bilanċ uffiċjali;

(c)

tkompli tagħmel sforzi biex ittejjeb il-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta tal-gvern ġenerali, partikolarment bit-titjib tal-mekkaniżmi tal-kontroll tal-awtoritajiet tal-Istatistika u l-Uffiċċju Ġenerali tal-Kontabilità u bl-iżgurar ta’ responsabbiltà personali effettiva għal każijiet ta’ rappurtar ħażin, sabiex tingħata malajr dejta tal-gvern ġenerali bi kwalità għolja kif rikjest mir-Regolamenti (KE) Nru 2223/96, (KE) Nru 264/2000, (KE) Nru 1221/2002, (KE) Nru 501/2004, (KE) Nru 1222/2004, (KE) Nru 1161/2005, (KE) Nru 223/2009 (10) u (KE) Nru 479/2009;

(d)

tikkoopera mal-Kummissjoni (Eurostat) biex taqbel fil-pront fuq pjan ta’ azzjoni biex tindirizza n-nuqqasijiet statistiċi, istituzzjonali u ta’ tmexxija;

(e)

tikkoopera mal-Kummissjoni (Eurostat) u tirċievi l-għajnuna teknika residenti xierqa fuq il-kompilazzjoni ta’ statistika fiskali u makroekonomika oħra.

Artikolu 4

1.   Il-Greċja għandha tippreżenta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u tagħmel pubbliku, mhux aktar tard mis-16 ta’ Marzu 2010, rapport bil-kalendarju tal-implimentazzjoni tal-miżuri skont fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni biex jinkisbu l-miri baġitarji tal-2010, inklużi, l-miżuri neċessarji previsti fl-Artikolu 2, Taqsima B.

2.   Il-Greċja għandha tippreżenta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u tagħmel pubbliku, mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2010, rapport li jiddeskrivi l-miżuri politiċi biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni. Wara dan, il-Greċja għandha tippreżenta u tagħmel dawn ir-rapporti pubbliċi fuq bażi trimestrali.

3.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun fihom informazzjoni dettaljata fuq:

(a)

miżuri konkreti implimentati sad-data tar-rapport b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, inkluż l-impatt baġitarju kwantifikat tagħhom;

(b)

miżuri konkreti ppjanati sabiex jiġu implimentati wara d-data tar-rapport sabiex tinkiseb konformità ma’ din id-Deċiżjoni, il-kalendarju tal-implimentazzjoni tagħhom, u l-istima tal-impatt baġitarju tagħhom;

(c)

eżekuzzjoni ta’ kull xahar tal-baġit tal-Istat;

(d)

data matul is-sena dwar l-implimentazzjoni baġitarja mis-sigurtà soċjali, il-gvernijiet lokali u fondi barra mill-baġit;

(e)

ħruġ u rimborż ta’ dejn tal-gvern;

(f)

żviluppi fl-impjiegi permanenti u temporanji tas-settur pubbliku;

(g)

infiq tal-gvern sakemm isir il-ħlas (arretrati akkumulati);

(h)

is-sitwazzjoni finanzjarja f’intrapriżi pubbliċi u f’entitajiet pubbliċi oħrajn (tali informazzjoni għandha tiġi provduta fuq bażi annwali).

4.   Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom janalizzaw ir-rapporti bil-għan li jevalwaw il-konformità tal-Greċja ma’ din id-Deċiżjoni.

Fil-kuntest ta’ dawn l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tindika il-miżuri neċessarji sabiex tiġi rispettata d-direzzjoni stabbilita minn din id-Deċiżjoni għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv.

Artikolu 5

Il-Greċja għandha tieħu azzjoni effikaċi biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni sal-15 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(3)  Ara pagna 65 ta’ il-GU.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 264/2000 tat-3 Frar 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 rigward statistiċi ta’ finanzi pubbliċi fuq żmien qasir (ĠU L 29, 4.2.2000, p. 4).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar kontijiet mhux finanzjarji ta’ kull tliet xhur tal-amministrazzjoni pubblika (ĠU L 179, 9.7.2002, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 501/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar kontijiet finanzjarji ta’ kull kwart tas-sena għal gvern ġenerali (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1222/2004 tat- 28 ta’ Ġunju 2004 dwar il-kompilazzjoni u t-trasmissjoni ta’ data dwar id-dejn trimestrali tal-gvern (ĠU L 233, 2.7.2004, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta’ kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skont is-settur istituzzjonali (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 22).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164)


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Marzu 2010

li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

(2010/183/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-ħlasijiet (1) tal-Istati Membri u b’mod partikolari l-Artikolu 5, it-tieni sottopragrafu, flimkien mal-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2009/458/KE (2), il-Kunsill ikkonċeda assistenza reċiproka lir-Rumanija u bid-Deċiżjoni 2009/459/KE (3), il-Kunsill ipprovda assistenza finanzjarja fuq il-medda medja ta’ żmien lir-Rumanija.

(2)

L-ambitu u l-intensità tar-reċessjoni ekonomika li qed taffettwa lir-Rumanija titlob għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika previsti għall-għoti tal-ħlasijiet bin-nifs tal-assistenza finanzjarja bil-ħsieb li jittieħed kont tal-impatt tat-tnaqqis ikbar milli mistenni tal-PGD reali.

(3)

Id-Deċiżjoni 2009/459/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/459/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(5), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

implimentazzjoni ta’ programm fiskali mfassal b’mod ċar fuq il-medda medja ta’ żmien sabiex l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern jinġieb taħt il-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD fi żmien stipulat u fi triq ta’ konsolidazzjoni li huma konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill lir-Rumanija adottati skont il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.”

(2)

Fl-Artikolu 3(5), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġits annwali għall-2010 u lil hinn, konsistenti mat-triq lejn il-konsolidazzjoni stabbilita fil-Memorandum ta’ Ftehim Supplementali.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 150, 13.6.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 150, 13.6.2009, p. 8.


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/1/2010

tal-5 ta’ Marzu 2010

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2010/184/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 (2) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 (3), u l-addendum magħha (4),

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Diċembru 2008 l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE żamm Konferenza dwar il-Ħolqien ta’ Forza.

(2)

Wara l-offerta mill-Ukraina li tikkontribwixxi għall-operazzjoni Atalanta, ir-rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Ukraina għandu jiġi aċċettat.

(3)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Kontribuzzjonijiet ta’ Stati Terzi

Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi, il-kontributi tan-Norveġja, il-Kroazja, il-Montenegro u l-Ukraina għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)”.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/3/2009 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. FERNÁNDEZ-ARIAS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 109, 30.4.2009, p. 52.

(3)  ĠU L 112, 6.5.2009, p. 9.

(4)  ĠU L 119, 14.5.2009, p. 40.


ANNESS

“ANNESS

LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

Norveġja

Kroazja

Montenegro

Ukraina”.


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/2/2010

tat-23 ta’ Marzu 2010

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2010/185/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(2)

Fl-4 ta’ Diċembru 2009, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/8/2009 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Giovanni GUMIERO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Jan THÖRNQVIST bħala l-Kmandant ġdid tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall (LH) Jan THÖRNQVIST huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ April 2010.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. FERNÁNDEZ-ARIAS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 327, 12.12.2009, p. 40.


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/186/PESK

tad-29 ta' Marzu 2010

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Ottubru 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1).

(2)

Fit-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/1003/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK u li tinkludi miżuri restrittivi addizzjonali (2).

(3)

Il-Kunsill jikkunsidra li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw l-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK. Il-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni msemmijin fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fid Brussell 29 ta’ Marzu 2010

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

(2)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 51.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 1

Nru 2

Ġeneral tad-Diviżjoni Mamadouba (psewdonimu Mamadou) Toto CAMARA

Nru 3

Ġeneral Sékouba KONATÉ

Nru 16

Kmandant Kelitigui FARO

Nru 43

Is-Sur Kabinet (psewdonimu Kabiné) KOMARA


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Marzu 2010

li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1610)

(2010/187/UE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 6(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.3., l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jitqiesu ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Dawn il-listi għandhom jiġu aġġornati biex jinkludu derogi nazzjonali ġodda.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li dawn it-Taqsimiet jiġu ssostitwiti kompletament.

(3)

Id-Direttiva 2008/68/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat għat trasport tal-oġġetti perikolużi mwaqqaf mid-Direttiva 2008/68/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma awtorizzati li jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 2

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESS

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, it-Taqsima I.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO = Triq

a/bi/bii = l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għal Stat Membru

nn = numru tal-ordni

Msejjes fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE il-Belġju

RO–a–BE–1

Suġġett: Klassi 1 – Kwantitajiet żgħar

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6 jillimita għal 20 kg il-kwantità ta’ splussiv għall-minjieri li jista’ jiġi trasportat f’vettura ordinarja.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta’ ċentri ‘l bogħod minn żoni ta’ provvista jistgħu jkunu awtorizzati jġorru 25 kg ta’ dinamite jew splussiv qawwi u mhux aktar minn 300 detonatur f’vetturi motorizzati ordinarji, soġġett għall-kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz dwar l-isplussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l’arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–BE–2

Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport ‘kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti’.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Kummenti: Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–BE–3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–a–UK–4

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–BE–4

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti ADR kollha għat-trasport nazzjonali sa massimu ta’ 1 000 detettur joniku tad-duħħan minn djar privati għall-faċilità tat-trattament fil-Belġju minn ġol-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan

Referenza għall-ADR: ir-rekwiżiti kollha

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhux sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku la darba d-detettur tad-duħħan ikun ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 2.2.7.1.2.(d)).

Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) teżiġi l-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan użati ħalli jiġu trattati ċ-ċirkwiti elettroniċi u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjoattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lill-unitajiet domestiċi privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f’punt tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi minn daqqiet permezz ta’ punt tal-ġbir ieħor jew post ta’ ħżin immedjat.

Fil-punt tal-ġbir ikun hemm disponibbli kontenituri tal-metall li jesgħu sa massimu ta’ 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn il-punti, kontenitur bħal dawn bid-detetturi tad-duħħan jista’ jiġi trasportat flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem ‘detettur tad-duħħan’.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan huwa parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet irjali tal-20.7.2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

DE il-Ġermanja

RO–a–DE–1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ parts tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jiġu mgħobbija flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f’ċerti ammonti, kif imniżżla fl-eżenzjoni. Ma għandux jinqabeż il-valur ta’ 1 000 (komparabbli ma’ 1.1.3.6.4).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jitwasslu bla telf ta’ żmien, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħażna ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhijiex komuni.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–DE–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif iddefiniti f’1.1.3.6 (n1)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra mill-Klassi 7: mhuwa meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: It-tagħrif mogħti fl-immarkar u l-ittikkettar tal-pakketti jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun xieraq fejn tidħol id-distribuzzjoni lokali.

Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–DE–3

Suġġett: It-trasport tal-istandards tal-kejl u pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ippakkjar, immarkar, dokumenti, struzzjonijiet tat-trasport u l-maniġġ, struzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ pakketti vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: Konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–DE–5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-ippakkjar imħallat

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ ppakkjar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ ppakkjar imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’ippakkjar imħallat fil-grupp II tal-ippakkjar u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

DK id-Danimarka

RO–a–DK–1

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti jew oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ merkanzija perikoluża miġbura minn entitajiet domestiċi u ċerti impriżi biex jintremew.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet 2, 3, 4.1, 5.2, 5.4 u 8.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-prinċipji għall-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet tal-immarkar u l-ittikkettar, id-dokument tat-trasport u t-taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti interni jew oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi li jkunu nġabru minn entitajiet domestiċi jew ċerti impriżi jistgħu jkunu ppakkjati flimkien fl-ippakkjar estern. Il-kontenut ta’ kull pakkett intern u/jew ta’ kull ippakkjar estern ma jridx jaqbeż il-limiti stabbiliti tal-massa jew tal-volum. Id-derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar, id-dokumentazzjoni u t-taħriġ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, § 4 stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li ssir klassifikazzjoni eżatta u jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-ADR kollha meta jinġabru skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi, minn entitajiet domestiċi u ċerti impriżi, biex jintremew. L-iskart tipikament jinżamm f’pakketti li jkunu nbigħu f’bejgħ bl-imnut.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–DK–2

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti li jkun fihom sustanzi splussivi u ta’ pakketti li jkun fihom id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jitħarsu meta jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma’ detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport b’dawn il-kundizzjonijiet:

(1)

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta’ sustanzi splussivi taħt il-Grupp D;

(2)

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta’ detonaturi taħt il-Grupp B;

(3)

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f’pakkjar ċertifikat min-NU skont ir-regoli stipulati fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE;

(4)

Id-distanza bejn il-pakketti li jkun fihom id-detonaturi u dawk li jkun fihom is-sustanzi splussivi għandha tkun mill-inqas metru (1). Id-distanza għandha titħares anki wara ż-żamma għall-għarrieda tal-brejkijiet. L-ippakkjar li jkun fih sustanzi splussivi u dak li fih detonaturi jrid jitpoġġa b’mod li ma jkunx possibbli li jitneħħa malajr mill-vettura;

(5)

Irid jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

FI il-Finlandja

RO–a–FI–1

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti fix-xarabanks u materjali b’radjoattività baxxa fi kwantitajiet żgħar għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u r-riċerka

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1, 5.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar, dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti inqas mil-limitu ta’ 1.1.3.6 b’massa massima netta ta’ mhux aktar minn 200 kg fix-xarabanks huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tal-ippakkjar. Waqt it-trasport tal-materjali b’radjoattivà baxxa b’piż massimu ta’ 50 kg għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma hemmx għalfejn tkun immarkata jew mgħammra skont l-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–FI–2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mniżżla fid-dokument tat-trasport,

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal pakketti vojta u mhux imnaddfa, vetturi, kontejners, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta’ elementi multipli (‘MEGCs’).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ vetturi bit-tank, vojta u mhux imnaddfa li fihom inġarru żewġ sustanzi jew aktar bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista’ timtela bil-kliem ‘L-aħħar tagħbija’ flimkien ma’ isem il-prodott li għandu bl-aktar punt ta’ infjammabbiltà baxx. ‘Vettura bit-tank vojt, 3, l-aħħar tagħbija: NU 1203 Motor spirit, II’.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–FI–3

Suġġett: Tikkettar u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport li jittrasportaw (normalment f’vannijiet) ammonti żgħar ta’ splussivi (sa massimu ta’ 1 000 kg (netti)) għall-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u wara, bl-użu tal-plakards skont il-mudell Nru 1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

FR Franza

RO–a–FR–2

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 12.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–FR–5

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’vetturi pubbliċi li jġorru l-passiġġieri (18)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, f’vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalja tal-idejn (hand luggage): japplikaw biss id-dispożizzjonijiet marbuta mal-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ pakki stabbiliti f’4.1, 5.2 u 3.4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1.

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew inkella għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

RO–a–FR–6

Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6. mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif stipulat f’5.4.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

IE l-Irlanda

RO–a–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klass 3 tal-ADR, elenkati fi 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (b’punt ta’ infjammabbiltà < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’temperatura biex jieħu n-nar ta’ anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li jkunu qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klassijiet 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004’.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta’ dawn il-pestiċidi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–IE–2

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-ADR, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għal ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rimi ta’ materjal pirotekniku skadut.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ materjal pirotekniku skadut, bin-numri rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-ippakkjar tal-ADR jiġu rispettati u tagħrif addizzjonali jiġi inkluż fid-dokument tat-trasport. Dan japplika biss għat-trasport lokali, lejn l-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut bl-għan li jiġu eliminati b’mod sikur.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(10) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004’.

Kummenti: Il-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ raġġi (flares) ‘skaduti’ għall-emerġenza fuq il-baħar, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u minn fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jintremew b’mod sikur, partikolarment b’rabta mar-rekwiżiti tal-ippakkjar. Id-deroga hija għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati fil-punt 1.1.3.6) għat-trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–IE–3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8, fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ttestjati jew skreppjati

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.7 u 6.8.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ispezzjoni u l-ittestjar tat-tankijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 6.7 u 6.8 tal-ADR għall-ġarr bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ttestjati jew skreppjati sakemm (a) jitneħħew il-pajpijiet kollha mqabbda mat-tank li jkunu raġonevolment jistgħu jitneħħew; (b) jitwaħħal valv tal-pressjoni adatt fit-tank u li għandu jibqa’ operattiv matul il-ġarr; u (c) soġġett għal (b) hawn fuq l-aperturi kollha fit-tank u fi kwalunkwe pajp imwaħħal magħhom ġew issiġillati biex jipprevjenu r-rilaxx ta’ kwalunkwe oġġett perikoluż, sakemm dan ikun raġonevolment fattibbli.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Dawn it-tankijiet jintużaw għall-ħżin ta’ sustanzi f’postijiet fissi u mhux għat-trasport ta’ oġġetti. Dawn ikun fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ oġġetti perikolużi waqt li huma (it-tankijiet) ikunu trasportati lejn stabbilimenti differenti għat-tindif, tiswija, eċċ.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–IE–4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B għall-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: L-attivitajiet prinċipali jikkonsistu fit-tqassim ta’ pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar ta’ gassijiet assoċċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b’mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew, ittestjati u użati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b’trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet dwar il-vjaġġi b’trasport multimodali, fosthom it-trasport marittimu, l-użu ta’ ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u l-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew u ttestjati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn il-kunsinnatur permezz ta’ trasport multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, f’ġurnata waħda, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fi ħdan l-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta’ trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fi ħdan l-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati - ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f’ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi ma’ u aċċettati għall-għanijiet tal-kodiċi IMDG. It-trasport multimodali, li jibda barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan il-ġarr, fl-Irlanda jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE, kif emendat.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

LT il-Litwanja

RO–a–LT–1

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–UK–6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 ‘Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje’ (riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

UK ir-Renju Unit

RO–a–UK–1

Suġġett: Il-ġarr ta’ ċerti oġġetti li jkun fihom materjal radjoattiv ta’ periklu baxx bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux iktar minn 500 detettur tad-duħħan għall-użu domestiku b’attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b’attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(10).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (‘IAEA’) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi (minbarra tal-Klassi 7) kif iddefinit fi 1.1.3.6 (E2)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jifformaw parti minn tagħbija akbar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–UK–3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta’ radjoattività ta’ livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat tat-tifi tan-nar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarru ċilindri tat-tifi tan-nar meta jkun qed jiġi trasportat biss pakketti ta’ eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta’ pakketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Il-ġarr ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta’ NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–UK–4

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ippakkjar ma jeħtiġlux ikollu l-marka RID/ADR jew NU u lanqas immarkat b’xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti stipulati fl-Iskeda 3.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) and Regulation 36 Authorisation Number 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-ippakkjar estern.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–UK–5

Suġġett: Sabiex tkun permessa ‘kwantità massima totali differenti għal kull unità ta’ trasport’ għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f’1.1.3.6.3 (N10)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f’kull unità ta’ trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; reg. 14 and Schedule 4.

Kummenti: Biex tippermetti limiti differenti ta’ kwantitajiet għall-oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri ‘50’ għall-Kategorija 1 u ‘500’ għall-Kategorija 2. Sabiex tkun tista’ tiġi kkalkolata tagħbija mħallta, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom ikunu ‘20’ għall-Kategorija tat-Trasport 1 u ‘2’ għall-Kategorija tat-Trasport 2.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–UK–6

Suġġett: Iż-żieda tal-massa massima netta ta’ splussiv permessibbli f’vetturi EX/II (N13)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa massima netta ta’ 5 000 kg f’vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta’ Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jiċċaqalqu fl-Ewropa huma kbar jew goffi u bejn wieħed u ieħor jaqbżu t-tul ta’ 2.5 m. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi EX/III użati fir-Renju Unit u jkun ta’ piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta’ aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jġorru dan it-tip ta’ splussiv.

Fir-Renju Unit, l-isplussiv militari jinġarr l-aktar b’vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux japprofittaw ruħhom mill-eżenzjoni għall-vetturi militari li teżisti fid-Direttiva Qafas. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg minn dawn l-oġġetti f’vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem suffiċjenti għaliex oġġett jista’ jkun fih aktar minn 1 000 kg ta’ splussiv.

Mill-1950 seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin 50) li kienu jinvolvu splussiv li kien jiżen aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b’tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti.

Hemm evidenza empirika li tindika li oġġetti splussivi ppakkjati sew ma tantx jieħdu b’daqqa, eż. f’inċident tat-traffiku. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta’ provi tal-impatt ta’ missili juru li sabiex jieħdu l-iskrataċ għandhom bżonn veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta’ tfigħ minn għoli ta’ 12-il metru.

L-istandards attwali ta’ sikurezza ma jkunux milquta.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–UK–7

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1(6).

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprovdi għal parkeġġ sikur u faċilitajiet ta’ superviżjoni iżda ma teżiġix li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti kif inhu meħtieġ fi 8.5 S1(6) tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f’kuntest nazzjonali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–UK–8

Suġġett: It-tħaffif tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussiv, u ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, f’vetturi u f’kontejners (N4/5/6)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussiv, sakemm dan il-ġarr jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-tħallit tal-isplussiv ma’ splussiv ieħor kif ukoll ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija u tkun permessa biss jekk ‘ikunu ttieħdu l-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussiv jiġi f’kuntatt ma’, jew b’xi mod jipperikola jew ikun mhedded minn dawn l-oġġetti’.

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jrid jippermetti:

1.

Splussiv bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jista’ jinġarr fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi bin-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 permessa li tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta’ 1.1D;

2.

Splussivi kklassifikati bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbiżx il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussiv ta’ 1.4G jista’ jinġarr flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija tat-trasport 2 jew ma’ gassijiet li mhumiex fjammabbli jew tossiċi fil-kategorija tat-trasport 3, jew f’xi taħlita tagħhom fl-istess vettura, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbiżx il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg;

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussiv tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–a–UK–9

Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta’ materjal radjoattiv f’vetturi żgħar

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjoattiv.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi jrid jew:

(a)

ikollhom plakard skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-ADR; jew

(b)

fil-każ ta’ vettura li jġorr mhux aktar minn għaxar pakketti b’materjal radjoattiv mhux fissili jew inkella li jista’ jsir fissiliu fejn is-somma tal-indiċi tat-trasport ta’ dawn il-pakketti ma taqbiżx il-valur ta’ 3, tista’ minflok iġġorr nota f’konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5 (4) (d).

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE il-Belġju

RO–bi–BE–1

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, l-ittikkettar u l-immarkar ta’ pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Derogi 2-89, 4-97 u 2-2 000.

Kummenti: Oġġetti perikolużi trasferiti minn post għall-ieħor:

deroga 2-89: qsim ta’ awtostrada pubblika (kimiki f’pakketti),

deroga 4-97: distanza ta’ 2 km (lingotti tal-ħadid (pig-iron) f’temperatura ta’ 600 °C),

deroga 2-2 000: distanza ta’ madwar 500 m (Intermediate Bulk Container (‘IBC’), PG II, III, Klassijiet 3, 5.1, 6.1, 8 u 9).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–BE–3

Suġġett: It-taħriġ għas-sewwieqa,

It-trasport lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet (fil-Belġju, f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva:

Struttura tat-taħriġ:

(1)

Taħriġ dwar il-pakketti;

(2)

Taħriġ dwar it-tankijiet;

(3)

Taħriġ speċjali dwar il-Klassi 1;

(4)

Taħriġ speċjali dwar il-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Definizzjonijiet — ċertifikat — ħruġ — duplikati — validità u proroga — organizzazzjoni ta’ korsijiet u eżamijiet — derogi — penali — dispożizzjonijiet finali.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’regolament imminenti.

Kummenti: Huwa propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami limitat għat-trasport tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat – it-tul tat-taħriġ irid ikun skont ir-rekwiżiti tal-ADR – wara 5 snin is-sewwieq irid isegwi kors ta’ aġġornament u jgħaddi minn eżami – iċ-ċertifikat jistipula t-‘trasport nazzjonali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE’.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–BE–4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’tankijiet biex jinqerdu permezz tal-inċinerazzjoni

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta’ deroga mit-tabella fil-Kapitolu 3.2, huwa permess l-użu ta’ kontenitur tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok il-kodiċi tat-tank L4DH għat-trasport ta’ likwidu idroreattiv, tossiku, III, n.o.s. (mhux speċifikati b’mod ieħor) f’kundizzjonijiet speċifiċi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 01 – 2002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat biss għat-trasport ta’ skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–BE–5

Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti ta’ żmaltiment tal-iskart

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12).

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti li jikkonċernaw l-ippakkjar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan xi grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-ippakkjar huma inqas restrittivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għal-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart sal-impjanti tar-rimi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–BE–6

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-5

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–BE–7

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–BE–8

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–UK–2

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

DE il-Ġermanja

RO–bi–DE–1

Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassijiet 1 (bl-eċċezzjoni ta’ 1.4S), 5.2 u 7.

Ebda indikazzjoni mhija meħtieġa fid-dokument tat-trasport:

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta’ distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f’ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi tal-ippakkjar, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(ċ)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku konċernat.

Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–DE–2

Suġġett: Trasport bl-ingrossa ta’ materjal tal-Klassi 9 kontaminat bil-PCB

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Trasport bl-ingrossa.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport bl-ingrossa f’kabini interkambjabbli (swap bodies) jew kontejners issiġillati tal-vetturi biex ma jidħolx trab jew likwidi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11.

Kummenti: Deroga 11 limitata sal-31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID.

Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137.

Lista Nru 4*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–DE–3

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż pakkettat

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar imħallat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti intern (kif miġbura) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

DK id-Danimarka

RO–bi–DK–1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil destinatarju jew destinatarji u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub barra mit-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jitrażmettu lill-vetturi tagħrif dwar il-klijenti. Peress li dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u jintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli – qabel ma jibda t-trasport – li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–DK–2

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–DK–3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK–1

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

EL il-Greċja

RO–bi–EL–1

Suġġett: Deroga għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il-31.12.2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta’ xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontejners tank u vetturi bit-tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi tal-batterija u MEGCs.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1.1.1985 u l-31.12.2001 jistgħu jintużaw sal-31.12.2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Hija intenzjonata biex tkopri kwantitajiet żgħar jew it-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, (ADR 1999: 211 151, 211 152, 211 153, 211 154);

2.

Ħxuna minima tal-qoxra ta’ 3 mm għat-tankijiet li jkollhom kompartimenti bil-qoxra b’kapaċità sa 3 500 litru, u minn tal-anqas 4 mm ħxuna ta’ ħadid azzarjat għal kompartimenti b’kapaċità sa 6 000 litru, indipendentement mit-tip jew il-ħxuna tal-ħitan diviżorji;

3.

Jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ħxuna u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra direvati minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn dawn kienu rreġistrati qabel. Fin-nuqqas ta’ disinji tekniċi, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ 6.8.2.1.17 (211 127);

4.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi marġinali 211 128, 6.8.2.1.28 (211 129), il-paragrafu 6.8.2.2 bis-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211 130, 211 131).

B’mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b’massa ta’ inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta’ nafta (gas oil) biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31.12.2002, li jkollhom il-ħxuna tal-qoxra inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f’konformità mal-paragrafu marġinali 211 127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–EL–2

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-vetturi bażi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi rreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ Vetturi Bażi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi (il-kategoriji NU 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li ġew irreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Il-vetturi msemmija hawn fuq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9 (9.2.1 sa 9.2.6) tal-Anness B għad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin.

Konformità mar-rekwiżiti ta’ 9.2.3.2. hija meħtieġa biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’sistema ABS (anti-lock braking system); trid tkun mgħammra b’sistema EBS (endurance braking system) kif iddefinita f’9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma’ 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3.

L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun ipprovduta permezz ta’ lqugħ ta’ sikurezza mqabbad direttament mal-batterija (marġinali 220 514) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu għall-irfigħ ta’ fus ta’ karru jrid ikun installat fejn kien oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u jrid ikun protett f’kaxxa adegwata u siġillata (marġinali 220 517).

Partikolarment, il-vetturi bit-tank b’massa massima ta’ inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali taż-żejt tat-tisħin bid-diżil (NU: 1202) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5, iżda mhux neċessarjament mal-oħrajn.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων. (ir-rekwiżiti tekniċi ta’ vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.)

Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija hawn fuq huwa żgħir meta mqabbel mal-għadd totali ta’ vetturi li huma diġà rreġistrati u barra minn dan huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta’ oġġetti trasportati ma joħolqux problemi ta’ sikurezza fit-triq.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

ES Spanja

RO–bi–ES–2

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonja anidra

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Sabiex ikun evitat kwalunkwe telf tal-kontenut fl-eventwalità ta’ ħsara lill-istrutturi esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq (lateral shut-off devices), il-valv intern tal-għeluq u fejn hi mqiegħda jrid ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn tensjonijiet esterni jew ikunu ddisinjati sabiex jirreżistu dawn it-tensjonijiet. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) irid ikunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tankijiet użati fl-agrikoltura għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonja anidra li bdew jaħdmu qabel l-1 ta’ Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir ta’ sikurezza estern minflok intern sakemm joffru protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dik li jagħti l-ħajt tat-tank.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 551/2006. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1997, tip ta’ tank mgħammar b’tagħmir ta’ sikurezza estern kien jintuża biss fl-agrikoltura għall-applikazzjoni tal-ammonja anidra direttament fl-għelieqi. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

FI il-Finlandja

RO–bi–FI–1

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a).

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta’ splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Id-deroga hija rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 31.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–FI–2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–10

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–FI–3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–DE–1

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

FR Franza

RO–bi–FR–1

Suġġett: L-użu ta’ dokument marittimu bħala dokument tat-trasport għal vjaġġi qosra wara l-ħatt minn fuq il-bastiment

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-tagħrif li għandu jidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 23-4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–FR–3

Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħażna tal-LPG (18)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħażna tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 30.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–FR–4

Suġġett: Kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ għas-sewwieqa u l-approvazzjoni tal-vetturi użati għat-trasport agrikolu (distanzi qosra).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħmir għat-tankijiet u taħriġ għas-sewwieqa.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi.

Taħriġ speċjali għas-sewwieqa.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 29-2 - Annex D4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

IE l-Irlanda

RO–bi–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.1.1.1. li jkun hemm (i) l-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarji, (ii) l-għadd u d-deskrizzjoni tal-pakketti, u (iii) il-kwantità totali tal-oġġetti perikolużi fid-dokument tat-trasport, għat-trasport sa għand l-utenti aħħarija ta’ pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965, kif speċifikat fl-Appendiċi B.5. tal-Anness B għall-ADR, ikunu qed jiġu trasportati sa għand l-utenti aħħarija, ma hemmx ħtieġa li jkunu inklużi fl-unità ta’ trasport l-isem u l-indirizz tad-destinatarju, in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakketti, l-Intermediate Bulk Containers jew ir-reċipjenti, u lanqas il-kwantità totali tal-oġġetti trasportati.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(2) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Fil-każ ta’ tqassim ta’ żejt għat-tisħin tad-djar għand klijenti domestiċi, hija prattika komuni li ‘jimtela’’ it-tank tal-ħażna tal-klijent – b’hekk il-kwantità mqassma ma tkunx magħrufa u lanqas l-għadd ta’ klijenti (fi vjaġġ wieħed) ma jkun magħruf meta t-tank mimli jibda l-vjaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ tqassim ta’ ċilindri tal-LPG fid-djar, hija prattika komuni li ċ-ċilindri vojta jinbidlu b’ċilindri mimlija – b’hekk l-għadd ta’ klijenti u l-kunsinni individwali tagħhom ma jkunux magħrufa fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–IE–2

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti li d-dokument tat-trasport, meħtieġ fi 5.4.1.1.1, ikun dak użat għall-aħħar tagħbija f’każ ta’ trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ tal-ġarr ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(3) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Partikolarment fil-każ ta’ tqassim ta’ petrol u/jew diżil lill-pompi tal-petrol, il-vettura bit-tank tirritorna direttament lejn id-depożitu tal-fjuwil (biex terġa’ timtela’ ħalli tkompli tqassam) immedjatament wara l-kunsinna tal-aħħar tagħbija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–IE–3

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti t-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, soġġetti għad-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11. jew S1 fi 8.5, f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mingħand l-awtoritajiet kompetenti

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku huma permessi mingħajr permess speċjali mingħand l-awtoritajiet kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni mill-‘projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta’ ta’ 7.5.2.1 għall-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u s-sustanzi u l-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1 u 8

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pakketti li jkun fihom oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà B tal-ADR Klassi 1 u pakketti li jkun fihom sustanzi u oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà D tal-ADR Klassi 1 jisgħu jinġarru fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR sakemm (a) dawn il-pakketti tal-Klassi 1 tal-ADR jinġarru f’kontenituri/kompartimenti separati b’disinn approvat u skont il-kundizzjonijiet meħtieġa, mill-awtoritajiet kompetenti, u (b) dawn is-sustanzi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR jinġarru f’reċipjenti konformi mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-eżaminazzjoni, it-tħaddim u l-użu tagħhom.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(7) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Sabiex tippermetti, skont kundizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti, it-tagħbija ta’ oġġetti u sustanzi tal-Klassi 1 tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u D fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1. u 8 - jiġifieri ‘Trakkijiet bil-Pompa’.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–IE–6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li teħtieġ il-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil li jkunux imqabbda permanentement mal-qoxra ta’ vettura bit-tank ikunu vojta matul it-trasport

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Użu ta’ vetturi bit-tank.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi bit-tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Il-mankiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi bit-tank tat-tqassim domestiku jrid jibqgħu mimlija l-ħin kollu anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-‘wet-line’ li teħtieġ li l-arloġġ u manka tal-vettura bit-tank jkunu mimlija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta’ prodott.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–IE–7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11. tal-ADR għat-trasport bl-ingrossa ta’ Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet sa għand id-destinatarji

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali koretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattiċitajiet tat-trasport bl-ingrossa bejn il-port u d-destinatarju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal ‘Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004’.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali ‘CV24’ dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-merkanzija, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-merkanzija u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport li approssimattivament jindika l-massa totali ta’ kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali ‘CV24’.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

LT il-Litwanja

RO–bi–LT–1

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL–1

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 ‘Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje’ (riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–LT–2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL–2

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 ‘Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje’ (riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

NL l-Olanda

RO–bi–NL–13

Suġġett: Skema tal-2004 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjoni għal ċerti kwanitajiet; Dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-ippakkjar; l-użu ta’ ppakkjar żejjed; dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar; it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ; il-ħaddiema; it-tagħmir; l-operat; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: 17-il dispożizzjoni sustantivi marbuta mat-trasport ta’ skart żgħir domestiku perikoluż miġbur. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulata skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004.

Kummenti: L-iskema twaqqfet sabiex tippermetti lill-individwi jarmu skart zgħir kimiku f’sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal żebgħa għar-rimi. Il-livell ta’ periklu huwa mminimizzat permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’pakketti siġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġama’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għal ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentat, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

PT il-Portugall

RO–bi–PT–1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva ‘UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.’, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

 

‘NU 1965 Butan’ fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-sottotaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri;

 

‘NU 1965 Propan’ fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-sottotaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri;

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, is-16 ta’ April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta’ October.

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–PT–2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jitbiddel bid-dokument ta’ trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex titwassal il-merkanzija.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, 28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu trasportaw merkanzija perikoluża jrid ikun akkumpanjat minn dokument ta’ trasport skont l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

SE l-Iżvezja

RO–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u tikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar.

Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-ADR, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-ADR, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat).

Kull pakkett irid jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż minn siti pubbliċi ta’ riċiklaġġ lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–2

Suġġett: Isem u indirizz tal-kunsinnatur fid-dokument tat-trasport

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħrif ġenerali meħtieġ fid-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk il-pakket vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ħafna drabi l-pakket vojt u mhux imnaddaf li jiġi ritornat ikun għad fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma’ oħrajn mimlija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–3

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw l-ittikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont 9.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom oġġetti perikolużi jiġu trasferiti bejn postijiet li jinsabu fuq in-naħa l-oħra ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwixxix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta’ provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti kkonfiskati mill-pulizija bħal splussiv jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ppakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq bosta mijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ta’ dan it-tip. Fil-każ ta’ alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tejn tal-aħħar jistgħu jkunu ‘l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) kull pakkett ma jeħtieġx li jiġi ttikkettat, u b) pakketti approvati ma jeħtiġux ikunu użati. Madankollu, kull pelit b’dawn il-pakketti trid tkun ittikkettata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom jiġu ssodisfati. Kull sena, isiru madwar 20 minn dawn it-trasportazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–5

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’portijiet jew fil-viċinanzi ta’ portijiet

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fi 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F’ċerti każijiet, il-vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati waqt l-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, pereżempju tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom applikabbli.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’tankijiet

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. Isem u indirizz destinatarji multipli jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa jew għal kontejners tank, id-deskrizzjoni fid-dokument tat-trasport skont 5.4.1.1.6 mhijiex meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanzi fil-pjan tat-tagħbija jkun immarkat b’0. Isem u indirizz id-destinatarji mhumiex meħtieġ fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–9

Suġġett: Trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni mhux meħtieġ jikkonforma ma’ xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta’ oġġetti perikolużi mhijiex meħtieġa;

(b)

tankijiet/kontenituri eqdem mhux magħmula skont 6.8 iżda skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ qabel u li jkunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ jisgħu jibqgħu jintużaw;

(ċ)

tankijiet eqdem, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti f’6.7 jew 6.8, maħsuba għat-trasport ta’ sustanzi NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta’ fejn ikun qed isir xogħol fit-toroq;

(d)

mhumiex meħtieġa ċertifikati tal-approvazzjoni għall-vaguni tal-ekwipaġġ jew it-tankijiet b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa tip ta’ karavann għall-ewkipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u mgħammar b’tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ tratturi tal-foresti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–10

Suġġett: Trasport ta’ splussivi f’tankijiet

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjatti biss skont 4.1.4.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa biss permessibbli għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bl-isplussivi f’tankijiet għandha tkun immarkata u ttikkettata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2 u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg. Utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg och den svenska förordningen SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti konċernati kienu fis-seħħ qabel mal-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-isplussivi f’vetturi b’tank. Fil-futur qrib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga antika Nru 84.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–11

Suġġett: Il-liċenzja tas-sewwieq

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex permess taħriġ tas-sewwieq bi kwalunkwe vettura msemmija fi 8.2.1.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–SE–12

Suġġett: Ġarr ta’ logħob tan-nar NU 0335

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1).

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta’ vetturi EX/II u EX/III.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f’ 7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b’NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fi 2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tal-NU.

Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: It-trasport ta’ logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand il-kunsinnaturi sat-terminals jista’ jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta’ dak li jibqa’ lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati jinvestu f’approvazzjonijiet bħal dawn għax ma jistgħux jirkupraw l-ispejjeż tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

UK ir-Renju Unit

RO–bi–UK–1

Suġġett: Qsim ta’ toroq pubbliċi b’vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Is-sospenzjoni tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn binjiet privati separati bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplika għal ebda dispożizzjoni tar-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni tista’ sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta’ triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi trasport ta’ oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f’każ bħal dan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent aħħari u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut sa għand l-utent aħħari (għajr għall-Klassi 7) (N11)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta’ ftuħ ta’ pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni ‘Unless authorised to do so by the operator of the vehicle’ (Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12 (3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–UK–3

Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għall-ġarr ta’ btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-Ippakkjar III

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti tal-ippakkjar u ttikkettar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-ġarr ta’ xorb alkoħoliku b’iktar minn 24 %, iżda b’inqas minn 70 % f’volum ta’ alkoħol (Grupp tal-Ippakkjar III) fi btieti tal-injam mingħajr approvazzjoni NU u mingħajr tikketti ta’ periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7 (13) and (14).

Kummenti: Dan huwa prodott b’valur għoli suġġett għal dazju tas-sisa tal-gvern li jeħtieġlu jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f’vetturi ssiġillati u żguri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tħaffif fuq l-ippakkjar u l-ittikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–UK–4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–12

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Parti 1.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RO–bi–UK–5

Suġġett: Il-ġbir ta’ batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Ċelluli u batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta’ ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma’ ċelluli jew batteriji li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Għandhom ikunu ppakkjati f’kartelli IH2 jew f’kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta’ prestazzjoni tal-grupp II tal-ippakkjar għas-solidi;

Mhux aktar minn 5 % ta’ kull pakkett għandu jkun litju u batteriji tal-litju;

Il-massa totali massima ta’ kull pakkett ma għandhiex taqbeż il-25 kg;

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport ma għandhiex taqbeż it-333 kg;

Ma jistgħu jinġarru l-ebda prodotti perikolużi oħra.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1.

Kummenti: Il-punti ta’ ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarreġ għadd kbir ta’ nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħataw pakketti adatti konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015”

(2)

L-Anness II, it-Taqsima II.3 tidbiddel b’dan li ġej:

“II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA = Ferrovija

a/bi/bii = l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għal Stat Membru

nn = numru tal-ordni

Ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–a–DE–2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ ppakkjar imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (tal-Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattament fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkati) kif lesti għall-bejgħ f’ippakkjar ikkombinat fil-grupp II tal-ippakkjar u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

FR Franza

RA–a–FR–3

Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-konsinna.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stipulati f’1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu tad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer - Article 20.2.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RA–a–FR–4

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq ċerti vaguni postali

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni postali biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal tal-istess klassi (li mhux tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) irid jiġu ttikkettati.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer - Article 21.1.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

SE l-Iżvezja

RA–a–SE–1

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Hemm limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

UK ir-Renju Unit

RA–a–UK–1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti li fihom ċertu materjal b’radjoattività baxxa bħal arloġġi, detetturi tad-duħħan, boxxli

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-RID.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA fl-RID.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RA–a–UK–2

Suġġett: It-tħaffif tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, f’vetturi u f’kontejners (N4/5/6)

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-tħallit għall-splussivi ma’ splussivi oħra, kif ukoll ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk ‘il-miżuri raġonevolment fattibbli kollha jkunu ttieħdu sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f’kuntatt ma’ dawn l-oġġetti, jew inkella jipperikolahom jew ikun ipperikolat minnhom.’

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jrid jippermetti:

1.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jinġarru fl-istess vettura mal-oġġetti perikolużi li ngħataw in-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 li tista’ tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv tal-1.1D;

2.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbiżx il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta’ 1.4G jistgħu jinġarru flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma’ gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew fi kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussivi bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RA–a–UK–3

Suġġett: Li tkun permessa kwantità massima totali għal kull unità ta’ trasport għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fi 1.1.3.1.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex tistipula regoli dwar eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b).

Kummenti: Sabiex tippermetti limiti differenti għall-kwantitajiet limitati u fatturi ta’ multiplikazzjoni għal tagħbija mħallat ta’ oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri ‘50’ għall-Kategorija 1 u ‘500’ għall-Kategorija 2. Għal finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni għandhom ikunu ‘20’ għall-Kategorija 1 tat-trasport u ‘2’ għall-Kategorija 2 tat-trasport.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RA–a–UK–4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RA–a–FR–6

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tbiġġil tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ ‘piggyback carriage’.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f’każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b’mod ċar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(12).

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RA–a–UK–5

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti f’pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Regulation 26.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID huma inadatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta’ distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr il-pakkett ta’ barra.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

Ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–bi–DE–2

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż pakkjat

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar kumbinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti interni (kif miġbur) u mqassam f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

DK id-Danimarka

RA–bi–DK–1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanżi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II it-Taqsima II.1 għad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta’ Frar 2005.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015

RA–bi–DK–2

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II it-Taqsima II.1 għad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja tal-link fissa li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta’ Frar 2005.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016

SE l-Isvezja

RA–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u ttikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-RID, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-RID, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż minn siti pubbliċi tar-riċiklaġġ lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015”

(3)

Fl-Anness III, it-Taqsima III.3 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“III.3.   Derogi nazzjonali

—…”


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni amministrattivi tal-Polonja u l-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1912)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/188/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina fir-rigward ta’ merħliet bovini, suġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(2)

Il-listi tar-reġjuni tal-Istati Membri ddikjarati ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u mil-lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2).

(3)

Il-Polonja ressqet ukoll dokumentazzjoni quddiem il-Kummissjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta’ 25-il reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodship) ta’ Kujawsko-Pomorskie, Podlaskie u Mazowieckie sabiex dawk ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika tal-Polonja.

(4)

Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Polonja, ir-reġjunijiet (powiaty) ikkonċernati għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni mill-Polonja uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika.

(5)

Il-Portugall ppreżentat ukoll lill-Kummissjoni b’dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tar-Reġjun tal-Ażores sabiex dan ir-reġjun ikun jista’ jiġi uffiċjalment iddikjarat bħala reġjun mill-Portugall ħieles mil-lewkożi bovina enżootika.

(6)

Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Portugall, ir-Reġjun Awtonomu tal-Ażores għandu jiġi ddikjarat bħala reġjun ta’ Stat Membru uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika.

(7)

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 156, 25 6 2003, p. 74.


ANNESS

1.

Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, l-annotazzjoni għall-Polonja tinbidel b’dan li ġej:

“Fil-Polonja:

Voivodship Dolnośląskie,

Powiaty:

bolesławiecki, dzierżoniowski, głogowski, górowski, jaworski, jeleniogórski, Jelenia Góra, kamiennogórski, kłodzki, legnicki, Legnica, lubański, lubiński, lwówecki, milicki, oleśnicki, oławski, polkowicki, strzeliński, średzki, świdnicki, trzebnicki, wałbrzyski, Wałbrzych, wołowski, wrocławski, Wrocław, ząbkowicki, zgorzelecki, złotoryjski.

Voivodship lubelskie,

Powiaty:

bialski, Biała Podlaska, biłgorajski, chełmski, Chełm, hrubieszowski, janowski, krasnostawski, kraśnicki, lubartowski, lubelski, Lublin, łęczyński, łukowski, opolski, parczewski, puławski, radzyński, rycki, świdnicki, tomaszowski, włodawski, zamojski, Zamość.

Voivodship kujawsko-pomorskie,

Powiaty:

aleksandrowski, brodnicki, chełmiński, golubsko-dobrzyński, grudziądzki, lipnowski, Grudziądz, radziejowski, rypiński, toruński, Toruń, wąbrzeski, Włocławek, włocławski.

Voivodship łódzkie,

Powiaty:

bełchatowski, brzeziński, kutnowski, łaski, łęczycki, łowicki, łódzki, Łódź, opoczyński, pabianicki, pajęczański, piotrkowski, Piotrków Trybunalski, poddębicki, radomszczański, rawski, sieradzki, skierniewicki, Skierniewice, tomaszowski, wieluński, wieruszowski, zduńskowolski, zgierski.

Voivodship Małopolskie,

Powiaty:

brzeski, bocheński, chrzanowski, dąbrowski, gorlicki, krakowski, Kraków, limanowski, miechowski, myślenicki, nowosądecki, nowotarski, Nowy Sącz, oświęcimski, olkuski, proszowicki, suski, tarnowski, Tarnów, tatrzański, wadowicki, wielicki.

Voivodship Mazowieckie,

Powiaty:

białobrzeski, garwoliński, grójecki, gostyniński, grodziski, kozienicki, legionowski, lipski, łosicki, makowski, miński, nowodworski, ostrowski, otwocki, piaseczyński, Płock, płocki, płoński, pruszkowski, przysuski, Radom, radomski, Siedlce, siedlecki, sierpecki, sochaczewski, sokołowski, szydłowiecki, Warszawa, warszawski zachodni, węgrowski, wołomiński, wyszkowski, zwoleński, żyrardowski.

Voivodship Opolskie,

Powiaty:

brzeski, głubczycki, kędzierzyńsko-kozielski, kluczborski, krapkowicki, namysłowski, nyski, oleski, opolski, Opole, prudnicki, strzelecki.

Voivodship Podkarpackie,

Powiaty:

bieszczadzki, brzozowski, dębicki, jarosławski, jasielski, kolbuszowski, krośnieński, Krosno, leski, leżajski, lubaczowski, łańcucki, mielecki, niżański, przemyski, Przemyśl, przeworski, ropczycko-sędziszowski, rzeszowski, Rzeszów, sanocki, stalowowolski, strzyżowski, Tarnobrzeg, tarnobrzeski.

Voivodship Podlaskie,

Powiaty:

augustowski, białostocki, Białystok, bielski, grajewski, hajnowski, moniecki, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski, Suwałki, wysokomazowiecki, zambrowski.

Voivodship Pomorskie,

Powiaty:

Gdańsk, Gdański, Gdynia, Lęborski, Sopot, Wejherowski.

Voivodship Śląskie,

Powiaty:

będziński, bielski, Bielsko-Biała, bieruńsko-lędziński, Bytom, Chorzów, cieszyński, częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa Górnicza, gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, kłobucki, lubliniecki, mikołowski, Mysłowice, myszkowski, Piekary Śląskie, pszczyński, raciborski, Ruda Śląska, rybnicki, Rybnik, Siemianowice Śląskie, Sosnowiec, Świętochłowice, tarnogórski, Tychy, wodzisławski, Zabrze, zawierciański, Żory, żywiecki.

Voivodship świętokrzyskie,

Powiaty:

buski, jędrzejowski, kazimierski, kielecki, Kielce, konecki, opatowski, ostrowiecki, pińczowski, sandomierski, skarżyski, starachowicki, staszowski, włoszczowski.

Voivodship Warmińsko-mazurskie,

Powiaty:

ełcki, giżycki, gołdapski, olecki.

Voivodship wielkopolskie,

Powiaty:

jarociński, kaliski, Kalisz, kępiński, kolski, koniński, Konin, krotoszyński, ostrzeszowski, słupecki, turecki, wrzesiński.”

2.

Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“Fil-Portugall:

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores”.


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Marzu 2010

dwar it-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-papri mallard fil-Portugall u ċerti miżuri li jirrestrinġu l-movimenti ta’ dawn it-tjur u tal-prodotti tagħhom

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1914)

(Il-verżjoni bil-Portugiż biss hija awtentika)

(2010/189/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula ċerti miżuri preventivi marbuta mas-sorveljanza u s-sejba bikrija tal-influwenza avjarja u li jżidu l-livell ta’ għarfien tal-awtoritajiet kompetenti u tal-komunità agrikola u l-preparazzjoni għar-riskji ta’ din il-marda.

(2)

Wara li kien hemm tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fl-2007 u fl-2008 f’xi rziezet fil-Portugall ċentrali u tal-Punent, u b’mod partikolari f’irziezet fejn jitrabbew it-tjur maħsubin għall-istokkjar mill-ġdid ta’ tjur għall-kaċċa, twettaq pjan ta’ emerġenza għat-tlaqqim skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/285/KE (2) li rnexxa fil-qerda tal-marda. Iżda ġie deċiż abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, li xi papri mallard ta’ valur għoli, miżmuma għat-trobbija f’razzett fir-reġjun ta’Lisboa e Vale do Tejo, Ribatejo Norte, Vila Nova da Barquinha xorta waħda kienu għadhom esposti għar-riskju potenzjali li jiġu infettati bl-influwenza avjarja, speċjalment permezz tal-possibbiltà ta’ kuntatt indirett ma’ għasafar slavaġ (“l-azjenda”).

(3)

Il-Portugall għalhekk iddeċieda li jkompli bit-tilqim kontra l-influwenza avjarja bħala miżura għal terminu ta’ żmien twil billi implimenta pjan ta’ tilqim preventiv fl-azjenda, li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/838/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar it-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-papri mallard fil-Portugall u ċerti miżuri li jirrestrinġu l-movimenti ta’ dawn it-tjur u tal-prodotti tagħhom (3). Dik id-Deċiżjoni skadiet fil-31 ta’ Lulju 2009.

(4)

Il-Portugall għamel rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ tilqim preventiv lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u esprima l-intenzjoni li jkompli bl-implimentazzjoni tat-tilqim preventiv jekk issir disponibbli tilqima xierqa.

(5)

Fit-8 ta’ Jannar 2010, il-Portugall ressaq pjan għat-tilqim preventiv li għandu jiġi applikat sal-31 ta’ Lulju 2011 (‘il-pjan ta’ tilqim preventiv’) quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha.

(6)

Fl-opinjonijiet xjentifiċi tiegħu dwar l-użu tat-tilqim għall-kontroll tal-influwenzja avjarja maħruġa mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Alimentari fl-2005 (4), l-2007 (5) u l-2008 (6), il-Bord tas-Saħħa u l-Benessri tal-Annimali stqarr li t-tilqim ta’ emerġenza u prevenzjoni kontra l-influwenza avjarja huwa għodda siewja biex tikkomplementa l-miżuri ta’ kontroll għal din il-marda.

(7)

Flimkien ma’ dan, il-Kummissjoni eżaminat il-pjan ta’ tilqim preventiv imressaq mill-Portugall, u hija sodisfatta li dan jikkonforma mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-Portugall, tat-tip ta’ razzett fejn għandha tingħata t-tilqima u tal-ambitu limitat tal-pjan ta’ tilqim preventiv, dan għandu jiġi approvat.

(8)

Għall-għanijiet tat-tilqim preventiv li se jitwettaq mill-Portugall, għandhom jintużaw biss vaċċini awtorizzati skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (7) jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (8).

(9)

Barra minn hekk, għandu jkun hemm sorveljanza u ttestjar tal-laboratorju fir-razzett li jżomm il-papri mallard imlaqqma u fl-irziezet tat-tjur mhux imlaqqma, kif stabbilit fil-pjan ta’ tilqim preventiv.

(10)

Huwa xieraq ukoll li jiġu introdotti ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-papri mallard imlaqqma, il-bajd għat-tfaqqis tagħhom u l-papri mallard li jitnisslu minn dawn it-tjur skont il-pjan preventiv ta’ tilqim. Minħabba n-numru żgħir ta’ papri mallard li hemm fir-razzett fejn se jitwettaq it-tilqim preventiv, kif ukoll għal raġunijiet ta’ loġistika u traċċabbiltà, il-papri mallard li jkunu ngħataw it-tilqima ma għandhomx jinħarġu mir-razzett, iżda jridu jinqatlu meta jispiċċa ċ-ċiklu reproduttiv tagħhom b’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta’ annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil (9).

(11)

Fir-rigward tal-kummerċ fit-tjur maħsub għall-istokkjar mil-ġdid ta’ tjur għall-kaċċa, il-Portugall ħa miżuri addizzjonali skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/605/KE tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ kummerċ intrakomunitarju tat-tjur maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvista ta’ annimali tal-kaċċa (10).

(12)

Biex jitnaqqas l-impatt ekonomiku fuq ir-razzett ikkonċernat għandhom jiġu stipulati ċerti derogi mir-restrizzjonijiet ta’ moviment għall-papri mallard li jitnisslu minn papri mallard imlaqqma, minħabba li dawn il-movimenti ma huma ta’ ebda riskju speċifiku għat-tixrid tal-marda sakemm titwettaq sorveljanza uffiċjali u jkun hemm konformità mar-rekwiżiti speċifiċi għas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni.

(13)

Il-pjan ta’ tilqim preventiv għandu jiġi approvat biex ikun jista’ jiġi implimentat sal-31 ta’ Lulju 2011. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tapplika sa dik id-data.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontenut u l-ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tistipula ċerti miżuri li se jiġu applikati fil-Portugall fejn jitwettaq it-tilqim preventiv ta’ papri mallard (Anas platyrhynchos) maħsuba għall-istokkjar mill-ġdid ta’ tjur għall-kaċċa (“papri mallard”) f’razzett li jinsab espost għar-riskju tal-influwenza avjarja.

Dawn il-miżuri jinkludu ċerti restrizzjonijiet dwar il-moviment ġewwa l-Portugall u l-bgħit mill-Portugall tal-papri mallard imlaqqma, il-bajd għat-tfaqqis tagħhom u papri mallard li jitnisslu minnhom.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għall-miżuri ta’ ħarsien li se jittieħdu mill-Portugall skont id-Direttiva 2005/94/KE u d-Deċiżjoni 2006/605/KE.

Artikolu 2

L-Approvazzjoni tal-pjan ta’ tilqim preventiv

1.   Il-pjan għat-tilqim preventiv kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-Portugall, kif imressaq mill-Portugall lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Jannar 2010, li se jiġi implimentat f’razzett fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo, Ribatejo Norte, Vila Nova da Barquinha sal-31 ta’ Lulju 2011 (‘il-pjan ta’ tilqim preventiv’) huwa approvat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-pjan għat-tilqim preventiv.

Artikolu 3

Il-Kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-pjan tat-tilqim preventiv

1.   Il-Portugall għandu jiżgura li l-papri mallard huma mlaqqma skont il-pjan ta’ tilqim preventiv b’vaċċin eterologu monovalenti inattivat li fih is-sottotip H5 tal-influwenza avjarja awtorizzat minn dan l-Istat Membru skont id-Direttiva 2001/82/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

2.   Il-Portugall għandu jiżgura li jkun hemm sorveljanza u ttestjar tal-laboratorju fir-razzett li jżomm il-papri mallard imlaqqma u fl-irziezet tat-tjur mhux imlaqqma, kif stabbilit fil-pjan ta’ tilqim preventiv.

3.   Il-Portugall għandu jiżgura li l-pjan ta’ tilqim preventiv jiġi implimentat b’mod effiċjenti.

Artikolu 4

L-immarkar u r-restrizzjonijiet fuq il-moviment, it-tqassim u r-rimi ta’ papri mallard imlaqqma

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-papri mallard imlaqqma miżmuma fir-razzett imsemmi fl-Artikolu 2(1):

(a)

ikunu mmarkati individwalment;

(b)

ma jinħarġux lejn rziezet oħra tat-tjur fil-Portugall, jew

(ċ)

jintbagħtu mill-Portugall.

Wara li jintemm il-perjodu reproduttiv tagħhom, dawn il-papri għandhom jinqatlu fir-razzett imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċizjoni, b’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 93/119/KEE, u l-karkassi tagħhom għandhom jintremew b’mod sikur.

Artikolu 5

Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment u t-tqassim ta’ bajd ta’ tfaqqis tal-papri mallard li joriġinaw mir-razzett imsemmi fl-Artikolu 2(1)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-bajd tat-tfaqqis imnissel mill-papri mallard fir-razzett imsemmi fl-Artikolu 2(1) jista’ jittieħed biss f’mafqas fil-Portugall u mhux jintbagħat ‘il barra mill-Portugall.

Artikolu 6

Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment u t-tqassim ta’ papri mallard li jitnisslu minn papri mallard imlaqqma

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-papri mallard li jitnisslu mill-papri mallard imlaqqma, wara li jfaqqsu jistgħu jinħarġu biss lejn razzett li jinsab fil-viċinanza tar-razzett imsemmi fl-Artikolu 2(1), stabbilit mill-Portugall, kif stipulat fil-pjan ta’ tilqim preventiv.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 u sakemm il-papri mallard imnissla mill-papri mallard imlaqqma jkollhom aktar minn erba’ xhur, dawn jistgħu:

(a)

jinħelsu f’ambjent selvaġġ fil-Portugall, jew

(b)

jintbagħtu ‘l barra mill-Portugall, bil-kundizzjonijiet li:

(i)

ir-riżultati tas-sorveljanza u tat-testijiet tal-laboratorju kif stipulat fil-pjan ta’ tilqim preventiv, ikunu favorevoli; u

(ii)

il-kundizzjonijiet għat-tqassim tat-tjur maħsuba għall-istokkjar mil-ġdid ta’ tjur għall-kaċċa stipulati fid-Deċiżjoni 2006/605/KE jkunu sodisfatti.

Artikolu 7

Iċ-Ċertifikazzjoni tas-saħħa għal kummerċ fl-Unjoni ta’ papri mallard imnissla minn papri mallard imlaqqma

Il-Portugall għandu jiżgura li ċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur maħsuba għall-istokkjar mill-ġdid ta’ tjur għall-kaċċa msemmija fl-Artikolu 6(2)(b) jinkludu s-sentenza li ġejja:

“Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimal ta’ din il-kunsinna huma konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/189/UE”.

Artikolu 8

Ir-rapporti

Il-Portugall għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tilqim preventiv fi żmien xahar mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jressaq rapport kull sitt xhur lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali minn hemm ‘il quddiem.

Artikolu 9

L-applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2011.

Artikolu 10

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(2)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 37.

(3)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 40.

(4)  The EFSA Journal (2005) 266, 1-21; Scientific Opinion on Animal health and welfare aspects of Avian Influenza.

(5)  The EFSA Journal (2007) 489, Scientific Opinion on Vaccination against avian influenza of H5 and H7 subtypes in domestic poultry and captive birds.

(6)  The EFSA Journal (2008) 715, 1-161, Scientific Opinion on Animal health and welfare aspects of avian influenza and the risks of its introduction into the EU poultry holdings.

(7)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 340, 31.12.1993, p. 21.

(10)  ĠU L 246, 8.9.2006, p. 12.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/65


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Frar 2010

bil-ħsieb li tiġi mitmuma l-inkonsistenza mal-linji gwida wiesgħin tal-politika ekonomika fil-Greċja u li jitneħħa r-riskju li jiġi pperikolat il-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja

(2010/190/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 121(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Is-sitwazzjoni makroekonomika u baġitarja marret lura ħafna fil-Greċja matul l-aħħar sena, u l-finanzi pubbliċi Griegi marru ħafna għall-agħar minn dak li kien mistenni bħala riżultat tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Dawn l-iżviluppi saru l-aktar minħabba fatturi nazzjonali li żviluppaw matul il-medda twila taż-żmien, li rriżultaw f’deterjorament tal-pożizzjoni tat-tislif nett tal-ekonomija Griega u żbilanċi esterni għoljin u persistenti, li jirriflettu telf kbir fil-kompetittività u deterjorament qawwi fil-pożizzjoni fiskali.

(2)

Il-politika nazzjonali f’termini tal-kondotta tal-politika fiskali, l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u n-nuqqas ta' riformi strutturali (fejn l-indikaturi juru li l-Greċja tikklassifika bħala dgħajfa meta mqabbla ma’ livelli internazzjonali) ikkontribwew għal prestazzjoni ekonomika u fiskali dgħajfa.

(3)

Is-sitwazzjoni attwali tippreżenta sfidi kbar għal sostenibbiltà fuq medda twila taż-żmien tal-ekonomija Griega, u s-sitwazzjoni ekonomika u fiskali jista’ jkollha effett negattiv mifrux fuq il-membri l-oħrajn taż-żona tal-euro, kif ippruvat biċ-ċaqliq fil-firxiet finanzjarji ta’ Stati Membri. Hemm riskju li s-sitwazzjoni attwali tipperikola il-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(4)

Il-Kunsill u l-Kummissjoni saħqu ripetutament fuq problemi strutturali fuq medda itwal taż-żmien tal-ekonomija Griega f'eżerċizzji ta’ sorveljanza multilaterali varji. Dawn jinkludu sorveljanza baġitarja fil-qafas tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-Istateġija ta’ Liżbona li fihom il-Linji Gwida Wesgħin tal-Politika Ekonomika (1) jipprovdu qafas ta’ referenza ġenerali għal riforma strutturali fl-Unjoni u ż-żona tal-euro. Dawn jinkludu rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri biex jirrispettaw l-għanijiet baġitarji fuq medda medja taż-żmien u biex jieħdu azzjoni effettiva sabiex jiżguraw korrezzjoni fil-pront ta’ żbilanċi eċċessivi, kif ukoll biex jimmiraw lejn korrezzjoni tal-iżbilanċ tal-kont attwali billi jimplimentaw riformi strutturali, jagħtu spinta lill-kompetittività esterna u jikkontribwixxu lejn il-korrezzjoni tagħhom permezz ta’ politika fiskali.

(5)

F’dan il-kuntest, f’dak li jirrifletti problemi strutturali fondi fl-ekonomija Griega li jkopru kwistjonijiet fiskali, lavorattivi u s-suq tal-prodotti, il-Kunsill, fir-Rakkomandazzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ġunju 2009 (2), innota li għall-Greċja “l-intensifikazzjoni tal-isforzi biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi u d-dgħjufija strutturali tal-ekonomija Griega hi obbligatorja” u għamel rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mmirati lejn il-Greċja, inkluż li din għandha tkompli bil-konsolidazzjoni fiskali; iżżid il-kompetizzjoni fis-servizzi professjonali, tirriforma biex jiżdiedu l-investimenti fl-R&D; tuża fondi strutturali b’mod aktar effiċjenti; tirriforma tal-amministrazzjoni pubblika u tieħu firxa wiesgħa ta’ miżuri tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-approċċ integrat ta’ flessigurtà. Fl-istess ħin, il-Kunsill irrakkomanda lill-Greċja, bħala membru taż-żona tal-euro, li tassigura s-sostenibbiltà u ttejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi, timmodernizza l-amministrazzjoni pubblika, u timplimenta l-prinċipji komuni tal-Unjoni ta’ flessigurtà.

(6)

Billi l-politika ekonomika u baġitarja Griega mhix konformi mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi maħruġa taħt il-Linji gwida Wesgħin tal-Politika Ekonomika, lanqas ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri li jagħmlu parti miż-żona tal-euro, stabbiliti fir-Rakkomandazzjonijiet tal-14 ta' Mejju 2008 dwar il-linji gwida wesgħin tal-politika ekonomika għall-Istati Membri u l-Komunità.

(7)

Fil-15 ta’ Jannar 2010, il-Greċja ressqet l-aġġornament 2010 tal-programm ta’ stabbiltà tagħha li jikkonsisti fl-għanijiet fil-qasam baġitarju għall-perjodu sal-2013 u li għandu jinqara flimkiien mal-baġit għall-2010 adottat mill-Parlament Grieg fit-23 ta’ Diċembru 2009; il-Kunsill ta opinjoni fis-16 ta’ Frar 2010 dwar l-aġġornament 2010 tal-programm Grieg ta’ stabbiltà f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (3). Fis-16 ta' Frar 2010, il-Kunsill adotta wkoll Deċiżjoni skont l-Artikolu 126(9) TFUE li jinnotifika lill-Greċja, biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ iġġudikat bħala meħtieġ sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv (4) (minn hawn 'il quddiem “Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010”).

(8)

Il-funzjonament korrett tal-kooperazzjoni tal-politika ekonomika fiż-żona tal-euro teħtieġ użu f’waqtu tal-istrumenti disponibbli skont l-Artikolu 121 TFUE. L-Artikolu 121(4) TFUE jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru kkonċernat u tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji lil dak l-Istat Membru. Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni u sabiex tkun żgurata l-konsistenza mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010, huwa xieraq li l-Kunsill jadotta r-rakkomandazzjonijiet neċessarji. Barra minn dan, il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jirrendi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu pubbliċi.

(9)

Għalkemm id-deterjorament fil-kundizzjonijiet makroekonomiċi fl-2009 kien ikbar milli mistenni mill-awtoritajiet, il-finanzi pubbliċi marru lura ferm iktar minn dak li seta' jkun mistenni b'riżultat tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ikbar milli previst.. Id-deterjorament hu sa ċertu punt ir-riżultat tal-politika baġitarja implimentata mill-gvern Grieg. L-iżbilanċ tal-gvern ġenerali fl-2009 bħalissa hu stmat għal 12,75 % tal-PGD, meta mqabbel ma’ mira ta’ 3,75 % tal-PGD fl-aġġornamnet ta’ Jannar 2009 tal-programm ta’ stabbiltà.

(10)

Il-baġit tal-2010 ġie adottat mill-Parlament Grieg fit-23 ta Diċembru 2009 li ffissa mira ta’ żbilanċ ta’ 9,1 % tal-PGD fl-2010. Fil-frattemp, l-awtoritajiet Griegi ħabbru l-intenzjoni li jżidu aġġustament fiskali diġà fl-2010, billi jiffissaw il-mira baġitarja għall-2010 ta' 8,7 % tal-PGD. L-aġġornament ta’ Jannar 2010 tal-programm ta’ stabbiltà kkonferma l-mira baġitarja riveduta għall-2010 ta' 8,7 % tal-PGD.

(11)

L-impatt baġitarju fit-tul tat-tixjiħ fuq l-infiq pubbliku huwa ferm ogħla mill-medja fl-Unjoni, l-iktar b'riżultat ta' żieda għolja maħsuba fl-infiq fuq il-pensjonijiet bħala proporzjon tal-PGD tul id-deċennji li ġejjin. Indikaturi disponibbli, kif ippruvat fir-rapport ta’ sostenibbiltà tas-servizzi tal-Kummissjoni 2009, jindikaw riskji għoljin ħafna għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li, barra mill-konsolidazzjoni baġitarja, jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz tar-riforma tal-pensjoni u sistemi tal-kura tas-saħħa. Is-sistema Griega tal-pensjoni ssofri minn problemi f’diversi problemi, inkluż il-fatt li hija frammentata fil-kopertura tagħha. Għalkemm il-Greċja għandha wieħed mill-ogħla medji ta’ proporzjonijiet ta’ benifiċċji fl-Unjoni – b’impatt negattiv fuq inċentivi għax-xogħol kif rifless b’mod partikolari fir-rata baxxa tal-impjiegi fost ħaddiema mdaħħla aktar fl-età, hija għandha waħda mill-ogħla rati ta’ faqar fost l-anzjani. Hemm ukoll problemi bi skemi ta’ rtirar kmieni li jipprovdu toroq alternattivi għall-irtirar, iżda li jiswew il-flus. Is-sistema tal-kura tas-saħħa teħtieġ riforma wkoll, b’mod partikolari biex ittejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza u l-ġestjoni minħabba li dawn kienu kawża ta’ infiq kbir tal-baġit rikorrenti. Riformi tas-suq tax-xogħol għandhom jappoġġaw sors akbar ta' xogħol sabiex tiżdied il-bażi tal-kontribuzzjoni.

(12)

Il-Greċja għandha tirkupra t-telf tal-kompetittività u tindirizza żbilanċi kbar esterni. F’dan il-kuntest, konformement mal-Linji Gwida Wesgħin tal-Politika Ekonomika, il-Greċja għandha timmira lejn il-korrezzjoni tal-iżbilanċ tal-kont kurrenti “billi timplimenta riformi strutturali, tagħti spinta l-kompetittività esterna u (…) tikkontribwixxi għall-korrezzjoni tagħhom permezz ta’ politika fiskali”. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Griegi għandhom jimplimentaw miżuri permanenti biex jikkontrollaw l-infiq primarju attwali, inkluż l-ispiża tal-pagi fis-settur pubbliku, u jimplimentaw b’mod urġenti riformi strutturali tax-xogħol u tas-suq tal-prodotti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Griegi għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali huma wkoll immirati lejn it-titjib ta’ kwalità tal-finanzi pubbliċi fi ħdan il-qafas ta’ programm ta’ riforma komprensiva, filwaqt li jimplimentaw malajr politika biex jirriformaw ulterjorment l-amministrazzjoni tat-taxxa.

(13)

Varjetà ta’ indikaturi u analiżi jikkonfermaw li l-Greċja ilha titlef il-kompetittività tal-prezz fuq bażi wiesgħa u sostnuta matul l-aħħar għaxar snin. Iż-żieda fil-pagi, b’eċċess ta’ tkabbir tal-produttività hu fattur ta’ spjegazzjoni. Il-pagi tas-settur pubbliku meta mqabbla mal-pagi tas-settur privat żdiedu b’mod mgħaġġel fil-Greċja meta mqabbla ma’ ekonomiji oħra taż-żona tal-euro u affettwaw in-negozjar ta’ pagi b’mod ġenerali, waqt li saħqu fuq il-ħtieġa għas-settur pubbliku li jkollu r-rwol ewlieni fl-għajnuna biex iġib lura l-moderazzjoni tal-pagi. Barra minn dan, uħud mill-karatteristiċi tas-sistema Griega ta’ negozjar kollettiv (pereżempju il-livell intermedju ta’ negozjar) jistgħu wkoll jispegaw in-nuqqas ta' allinjament tal-paga u t-tkabbir tal-produttività, u jeħtieġu aġġustamenti li għandhom jiġu miftiehma mill-imsieħba soċjali. B'ħarsa 'il quddiem, is-sistema tan-negozjar ta’ pagi għandha tappoġġa tibdiliet fil-pagi li jirriflettu aktar fil-qrib l-iżviluppi tal-kompetitività, produttività u kundizzjonijiet tas-suq lokali tax-xogħol.

(14)

L-amministrazzjoni pubblika kienet ostaklu maġġuri fit-titjib fl-effiċjenza fil-Greċja. Il-Greċja tikklassifika ħażin fir-rigward tas-settur pubbliku f’ħafna paraguni internazzjonali u ħafna problemi huma maħsuba li jiġu minn kapaċità u effiċjenza amministrattiva insuffiċjenti. L-awtoritajiet impenjaw ruħhom biex itejbu l-funzjonament tagħha. Dawn għandhom jissarrfu fit-tnaqqis tal-persunal, ġestjoni mtejba ta’ riżorsi umani fl-entitajiet pubbliċi, spejjeż imnaqqsa, żieda fit-trasparenza, żieda fiċ-ċertezza legali u l-implimentazzjoni effettiva ta' politika.

(15)

Il-Greċja għandha ambitu konsiderevoli biex ittejjeb l-ambjent ta’ negozju tagħha u l-funzjonament tas-suq tal-prodotti. In-negozji jiffaċċjaw proċeduri amministrattivi kumplessi, b’ħafna piżijiet u li jieħdu fit-tul. Is-servizzi professjonali huma rregolati ħafna, l-ostakli għall-kompetizzjoni huma fost l-ogħla fl-Unjoni. Barra minn dan, il-liberalizzazzjoni ta’ industriji ta’ netwerk (pereżempju, l-enerġija) tinsab wara l-medja tal-Unjoni, kif ukoll il-ftuħ tas-swieq fis-settur tat-trasport, speċjalment tal-ferrovija. Riformi f’dawn l-oqsma jistgħu jżidu l-impjiegi u l-investiment privat bi prezz baxx tal-finanzi pubbliċi. Riformi fis-suq tal-prodotti jistgħu wkoll jgħinu l-implimentazzjoni tar-riformi tas-suq tax-xogħol, billi jnaqqsu l-pressjonijiet tal-ispejjeż.

(16)

Is-suq tax-xogħol tal-Greċja hu wkoll fil-ħtieġa ta’ riforma f’konformità mal-prinċipji komuni ta’ flessigurtà, kif innotat mill-Kunsill fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu tal-2009 dwar l-implimentazzjoni ta’ politiki tal-impjiegi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ, minħabba d-diffikultajiet li dawn jiffaċċjaw biex jidħlu f’impjiegi formali. Hemm ambitu serju għas-sostenn tat-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol inkluż permezz ta' titjib fil-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ, aġġornar tal-kapaċitajiet tal-ħaddiema, u titjib tal-effiċjenza ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol, ukoll fit-tħejjija tas-sostenn tal-Fond Soċjali Europew. Hemm bżonn ukoll li tiġi rilassata il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi. Barra minn dan, il-politiki għandhom jinkoraġixxu parteċipazzjoni attiva tas-suq tax-xogħol. L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet hi ta’ importanza ewlenija għall-ekonomija Griega. Għaldaqstant għandu jittieħed kont tal-effetti tal-impjiegi tal-azzjonijiet strutturali implimentati fiż-żona ekonomika.

(17)

Assorbiment aktar mgħaġġel u effettiv tal-fondi ta’ koeżjoni u strutturali tal-Unjoni għandu l-potenzjal li jkollu rwol kritiku fis-suċċess tal-isforzi biex iġib lura l-kompetittività u l-finanzi pubbliċi sostenibbli. Meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra, il-progress mal-assorbiment tal-fondi baqa’ lura. Bil-ħidma tagħha mal-Kummissjoni biex tieħu miżuri biex ittejjeb il-kapaċità ta’ assorbiment u t-tfassil ta’ programmi operattivi, il-Greċja setgħet tiffinanzja investimenti pubbliċi ewlenin li jsostnu potenzjal ta’ tkabbir fuq medda twila taż-żmien filwaqt li fl-istess ħin tippermetti l-proċediment ta’ konsolidazzjoni baġitarja. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-programm operattiv dwar “ir-Riforma Amministrattiva” u “l-Konverġenza Diġitali” minħabba li dawn isostnu riformi essenzjali fl-amministrazzjoni pubblika li huma ċentrali għall-istrateġija ta’ riforma msemmija fl-aġġornament ta’ Jannar 2010 tal-programm ta’ stabbiltà. Pereżempju, il-fondi strutturali tal-Unjoni skont dawn il-programmi operattivi, jistgħu jkunu ta' sostenn għas-settur pubbliku fir-riformi tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, is-servizzi tal-impjiegi pubbliċi, it-tagħlim tul il-ħajja, il-ġlieda kontra xogħol mhux iddikjarat u t-twaqqif ta’ kontroll regolatorju effettiv u kapaċitajiet ta’ infurzar.

(18)

Il-banek Griegi jidhru relattivament sodi f’termini ta’ adegwatezza kapitali u ta’ profitabbiltà. Barra minn dan, ir-reżistenza tas-settur ġiet ikkonfermata b’ittestjar estensiv ta’ tensjoni. Barra minn dan, il-banek Griegi jżommu livell baxx ta’ self mhux produttiv (bejn wieħed u ieħor 7,2 % tas-self totali) u proporzjon ta’ depożitu ta’ self relattivament baxx. Madankollu, is-settur tal-bank Grieg esperjenza diffikultajiet fl-aċċess ta’ likwidità fis-swieq bl-ingrossa, bil-konsegwenza li din saret sostanzjalment dipendenti fuq is-self tal-Eurosistema. F'konklużjoni, filwaqt li s-sistema tal-bank Grieg hi b'saħħitha b'mod ġenerali u ġarrbet inqas mill-kriżi finanzjarja globali minn xi Stati Membri oħra, mhux probabbli li tibqa’ ma tħossx id-diffikultajiet fil-finanzi pubbliċi Griegi. Barra minn dan, l-impatt tal-problemi ekonomiċi u finanzjarji f’uħud mill-pajjiżi ġirien tal-Greċja hu ta’ tħasssib ukoll.

(19)

Fid-dawl tal-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali attwali fuq l-ekonomija Griega, l-iffissar implikat ta' prezzijiet mill-ġdid tar-riskji jitfa' pressjoni ulterjuri fuq il-piż tad-dejn u jgħolli l-premia tar-riskju fuq id-dejn pubbliku.

B’ DAN JIRRAKKOMANDA:

1.

B'kont meħud tan-nuqqasijiet istituzzjonali tal-finanzi pubbliċi Griegi u tal-ekonomija b’mod ġenerali, il-Greċja għandha tfassal u timplimenta malajr kemm jista’ jkun fl-2010, pakkett ta’ riformi strutturali kuraġġużi u komprensivi li jmorru oltre l-miżuri msemmija fl-aġġornament ta’ Jannar 2010 tal-programm ta’ stabbiltà. Għandhom isiru disponibbli pjanijiet ta' żmien ċari u dettaljati għar-riformi proposti u dawn għandhom jiġu segwiti waqt l-implimentazzjoni. B’mod aktar speċifiku, b'kont meħud tal-importanza li tiġi żgurata l-effettività tas-sistema ta’ negozjar tal-pagi u l-ħtieġa għal moderazzjoni ġenerali tal-pagi, fl-isfond tat-telf tal-kompetittività, il-Greċja għandha:

(a)

tnaqqas l-ispejjeż fuq il-pagi tas-settur pubbliku, sabiex tiżgura li l-politika tal-pagi tas-settur pubbliku jkollha rwol ewlieni fil-formazzjoni tal-pagi tas-settur privat u tikkontribwixxi għall-moderazzjoni tal-pagi ġenerali;

(b)

tagħmel sistema tal-ispejjeż ta’ pagi aktar effettiva għal impjegati diretti tal-amministrazzjoni pubblika billi tipprovdi prinċipji unifikati fl-iffissar u l-ippjanar tal-pagi u żżid l-effiċjenza tas-sistema tal-pagi, din il-politika dwar il-pagi għandha tiġi estiża għal regoli ta’ kumpens għal impjegati ta’ impriżi pubbliċi.

(c)

ittejjeb il-flessibbiltà tas-sistema tal-iffissar tal-pagi billi tippromwovi aktar in-negozjar deċentralizzat ta’ pagi (pereżempju tevita l-estensjoni amministrattiva ta’ ftehim kollettiv għal impriżi mhux involuti fin-negozjati), inkluż id-diżakkoppjament minn żviluppi tal-pagi tas-settur pubbliku; ittejjeb l-implimentazzjoni tal-liġi tan-negozjar tal-pagi biex tillimita l-użu tal-klawżola ta’ eżenzjoni.

2.

Minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi riformata s-sitema ta’ pensjoni, u minħabba l-isfidi għas-sostenibbiltà fuq medda twila taż-żmien ta’ finanzi pubbliċi, il-Greċja għandha:

(a)

tipproċedi b’riforma ta’ pensjoni tempestiva u komprensiva, li għandha tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi;

(b)

tiżgura l-allinjament tal-etajiet statutarji tal-irtirar bejn in-nisa u l-irġiel u tintroduċi parametri addizzjonali li awtomatikament jaġġustaw il-livell ta' pensjoni u l-etajiet statutarji tal-irtirar għal tibdil fil-fatturi sottostanti ekonomiċi u demografiċi;

(c)

tiżgura li r-riformi komprensivi tas-suq tax-xogħol ikunu jappoġġaw sors akbar ta' xogħol sabiex tiżdied il-bażi tal-kontribuzzjoni.

(d)

tadatta l-formula tal-għoti ta’ pensjoni billi ssaħħaħ il-konnessjoni bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa u l-benefiċċji rċevuti, u l-indiċjar ta’ pensjonijiet fuq bażi ta’ prezzijiet, minflok l-indiċjar diskrezzjonali s’issa;

(e)

iżżid l-età medja tat-tluq mis-suq tax-xogħol permezz ta’ kriterji aktar stretti ta’ eliġibbiltà għal irtirar kmieni; tnaqqas b’mod sostanzjali l-lista attwalment twila ħafna tal-impjiegi li tippermetti għal irtirar kmieni;

(f)

tissimplifika s-sistema frammentata ta’ pensjoni u tintroduċi leġiżlazzjoni universalment vinkolanti dwar l-intitolament, il-kontribuzzjonijiet, l-akkumulazzjoni u l-indeċjar;

(g)

tadotta, diġà fl-2010, l-atti legali neċessarji.

3.

Fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riformi għandhom jiffokaw fuq:

(a)

tbiddil fl-istruttura frammentata b’mod eċċessiv tas-sistema tal-kura tas-saħħa u l-governanza tagħha;

(b)

titjib fil-kwalità u l-effiċjenza ta’ servizzi primarji pubbliċi tal-kura tas-saħħa;

(c)

modernizzar tal-amministrazzjoni tal-isptar u tal-proċeduri ta’ kontabilità; wkoll

(d)

proċeduri ta’ akkwist, anke billi tagħmel reviżjoni tal-lista ta’ mediċini akkwistati.

4.

Hemm il-ħtieġa li titjieb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika. Għal dan il-għan, il-Greċja għandha:

(a)

tiżviluppa, tapprova u timplimenta r-riforma strateġika meħtieġa sabiex jiġi żgurat titjib sinifikanti fit-trasparenza u l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika tagħha; din tkun ibbażata fuq reviżjoni funzjonali indipendenti tal-istruttura ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika, sabiex tiżdied l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika f’diversi oqsma ta’ politika, partikolarment l-istrutturi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, id-diviżjoni ta’ responsabbiltajiet fost l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjoni interna ta’ ministeri ewlenin, is-sorveljanza u r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni, u l-punt tal-livelli ta’ persunal u l-ġestjoni tar-riżorsi umani; ix-xejra ta' tkabbir fl-impjiegi mas-settur pubbliku għandha titbiddel għall-oppost.

(b)

tikkonsolida l-għadd ta’ muniċipaitajiet u l-kunsilli lokali, billi tistimula ffrankar fuq infiq imdaqqas;

(c)

tieħu miżuri bl-għan li tiżgura li l-akkwist pubbliku jitwettaq b’mod kosteffettiv, trasparenti u kompetittiv;

5.

Prijorità oħra, li trid tiġi indirizzata fl-2010, tikkonċerna t-titjib fil-funzjonament tas-suq tal-prodotti u l-ambjent tan-negozju. Għal dan il-għan, il-Greċja għandha:

(a)

tikseb l-għanijiet iffissati fl-aġenda ta’ regolamenti aħjar billi tissimplifika l-proċeduri għal ftuħ, liċenzjar u tħaddim ta’ negozju; tissimplifika s-sistema regolatorja tal-Greċja u tagħmilha aktar effettiva, billi toħloq unitajiet speċjalizzati f’kull ministeru għal regolamentar aħjar, billi ssaħħaħ ir-rwol ta’ valutazzjoni ta’ impatt u b’mod ġenerali, billi tħaffef l-implimentazzjoni tal-programm ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv;

(b)

tadotta u timplimenta qafas ċar ta’ politika ta’ kompetizzjoni orjentata lejn l-azzjoni inkluża r-reviżjoni ta’ regoli għall-iffissar ta’ prijoritajiet u riforma ta’ prattika ta’ infurzar; issaħħaħ ir-rwol u l-kapaċità tal-Kummissjoni Ellenika tal-Kompetizzjoni;

(c)

b'ħeffa u b'ambizzjoni, timplimenta r-regoli tad-Direttiva tas-Servizzi;

(d)

tieħu miżuri effettivi biex iżżid il-kompetizzjoni fis-servizzi professjonali;

(e)

tippromwovi aktar u tissorvelja d-deregulazzjoni tas-settur tat-trasport u tal-enerġija, b’mod partikolari billi tneħħi r-restrizzjonijiet tal-prezzijiet u l-ostakli għad-dħul fis-settur tal-merkanzija bit-triq, billi timplimenta b’mod sħiħ l-ewwel pakket ferrovjarju (5) sabiex tippromwovi l-ftuħ tas-suq tas-settur ferrovjarju u billi tħaffef l-liberalizzazzjoni tas-settur tal-elettriku billi tissepara l-ħidmiet attwali stabbiliti;

(f)

tiffaċilita r-regolament fis-settur tal-imnut.

6.

Bl-għan li ssostni t-tkabbir tal-produttività u tal-impjiegi, il-Greċja għandha:

(a)

tieħu miżuri immedjati biex tiġġieled xogħol mhux iddikjarat;

(b)

tirrevedi r-regolamenti dwar is-suq tax-xogħol, inkluża l-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi, bl-għan li żżid il-provvista tax-xogħol;

(c)

issostni d-domanda tax-xogħol billi ssaħħaħ it-tnaqqis immirat fl-ispejjeż tax-xogħol;

(d)

tapplika riformi fis-sistema edukattiva mmirati lejn titjib tal-livell ta’ kapaċità tal-ħaddiema u ttejjeb ir-reazzjoni għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.

7.

F’dan l-isfond tal-isfida biex titjieb il-produttività li tinkludi strateġiji ta’ prijorità ta’ investiment pubbliku, il-Greċja għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex ittejjeb l-effiċjenza u r-ritmu ta’ assorbiment tal-fondi strutturali tal-UE. Meta tagħmel dan, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni b'ħeffa u effiċjenti tal-programmi operattivi dwar “ir-Riforma Amministrattiva” u “l-Konverġenza Diġitali”, minħabba li dawn isostnu riformi essenzjali fl-amministrazzjoni pubblika li hija ċentrali għall-istrateġija ta’ riforma msemmija fl-aġġornament ta’ Jannar 2010 tal-programm ta’ stabbiltà.

8.

Il-Greċja hi mistiedna li tirrapporta dwar il-miżuri li ttieħdu b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni, u fuq il-kalendarju tal-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali, msemmija fl-aġġornament tal-programm ta’ stabbiltà ta' Jannar 2010, fil-kuntest tar-rapporti ta’ kull tliet xhur stabbiliti bl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010.

Din ir-Rakkomandazzjoni hi indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill,

Il-President

E. SALGADO


(1)  http://ec.europa.eu/economy_finance/structural_reforms/growth_jobs/guidelines/index_en.htm

(2)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar l-aġġornament tal-2009 tal-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (ĠU L 183, 15.7.2009, p. 1).

(3)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 13.

(5)  Id-Direttivi 91/440/KEE (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25), 95/18/KE (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70) u 2001/14/KE (ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29).


30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/70


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Marzu 2010

dwar il-firxa u l-effetti tal-valuta legali tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro

(2010/191/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-istatus ta’ valuta legali tal-karti tal-flus tal-euro stabbiliti bl-Artikolu 128 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fil-kapitolu dwar il-politika monetarja. Skont l-Artikolu 3(1) (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandu jkollha kompetenza esklussiva fir-rigward tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (“l-Istati Membri parteċipanti”).

(2)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro, (1) il-muniti tal-euro għandhom ikunu l-uniċi muniti li għandhom l-istatus tal-valuta legali fl-Istati Membri parteċipanti.

(3)

Attwalment hemm xi inċertezza fil-livell taż-żona tal-euro fir-rigward tal-firxa tal-valuta legali u l-konsegwenzi ta’ dan.

(4)

Din ir-rakkomandazzjoni hija bbażata fuq il-konklużjonijiet ewlenin ta’ rapport imħejji minn grupp ta’ ħidma li jikkonsisti minn rappreżentanti mill-Ministeri tal-Finanzi u mill-Banek Ċentrali Nazzjonali taż-żona tal-euro.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni tliet snin wara l-adozzjoni tagħha u tevalwa jekk humiex meħtieġa l-miżuri regolatorji.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.   Definizzjoni komuni tal-valuta legali

Fejn jeżisti obbligu ta’ ħlas, il-valuta legali ta’ karti tal-flus u muniti tal-euro għandha timplika:

(a)

Aċċettazzjoni obbligatorja:

Il-kreditur ta’ xi obbligu ta’ ħlas ma jistax jirrifjuta karti tal-flus u muniti tal-euro sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu fuq mezzi oħra ta’ ħlas.

(b)

Aċċettazzjoni fuq valur nominali sħiħ:

Il-valur monetarju ta’ karti tal-flus u muniti tal-euro huwa ugwali għall-ammont indikat fuq il-karti tal-flus u l-muniti.

(c)

Il-poter li jinħelsu l-obbligi għall-ħlas:

Debitur jista’ jeħles lilu nnifsu minn obbligu tal-ħlas billi joffri l-karti tal-flus u l-muniti lill-kreditur.

2.   Aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet bil-karti tal-flus u l-muniti fit-transazzjonijiet tal-bejgħ bl-imnut

L-aċċettazzjoni tal-karti tal-flus u muniti bħala mezzi ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet tal-bejgħ bl-imnut għandha tkun ir-regola. Rifjut ta’ dawn jista’ jkun possibbli biss abbazi ta’ raġunijiet marbuta mal-“prinċipju tal-buona fede” (per eżempju, il-bejjieħ bl-imnut ma jkollux bqija disponibbli).

3.   Aċċettazzjoni ta’ karti tal-flus b’denominazzjoni għolja fi tranżazzjonijiet bl-imnut

Il-karti tal-flus b’denominazzjoni għolja għandhom ikunu aċċettati bħala mezz ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet tal-bejgħ bl-imnut. Rifjut ta’ dan għandu jkun possibbli biss abbażi ta’ raġunijiet marbuta mal-“prinċipju tal-buona fede” (per eżempju, il-valur nominali tal-karta tal-flus offruta ma tkunx proporzjonata meta mqabbla mal-ammont dovut lill-kreditur tal-ħlas).

4.   L-assenza tal-ħlasijiet żejda imposti fuq l-użu tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro

L-ebda ħlas żejjed m’għandu jiġi impost fuq il-ħlasijiet li jsiru bil-karti tal-flus u bil-muniti.

5.   Il-karti tal-flus tal-Euro imċappsa permezz tas-sistemi ta’ newtralizzazzjoni intelliġenti tal-karti tal-flus (Intelligent Banknote Neutralisation Systems – IBNS)

Anke jekk il-karti tal-flus tal-euro mċappsa bil-linka tas-sigurtà tas-Sistemi ta’ Newtralizzazzjoni Intelliġenti tal-Karti tal-Flus (IBNS) huma valuta legali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw attivament lill-partijiet interessati (banek, bejjiegħa bl-imnut, il-pubbliku ġenerali) li l-karti tal-flus mċappsa għandhom jinġiebu lura fil-Banek Ċentrali Nazzjonali billi x’aktarx illi jkunu insterqu.

6.   Il-qerda totali ta’ karti tal-flus u muniti maħruġa minn individwi

L-Istati Membri m’għandhom la jipprojbixxu u lanqas jippenalizzaw il-qerda totali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ karti tal-flus jew muniti tal-euro minn individwi. Dawn għandhom madankollu jipprojbixxu l-qerda ta’ kwantitajiet kbar ta’ karti tal-flus jew muniti tal-euro.

7.   Mutilazzjoni ta’ karti tal-flus jew muniti għal-għanijiet artistiċi

L-Istati Membri m’għandhomx jinkoraġġixxu l-mutilazzjoni ta’ karti tal-flus jew ta’ muniti għal għanijiet artistiċi iżda għandhom jittollerawha. Karti tal-flus jew muniti bħal dawn għandhom jitqiesu bħala mhux tajbin għaċ-ċirkulazzjoni.

8.   Il-kompetenza għad-deċiżjoni dwar il-qerda ta’ muniti li huma tajbin għaċ-ċirkulazzjoni

Id-deċiżjoni biex jinqerdu muniti li huma tajbin għaċ-ċirkulazzjoni m’għandhiex tittieħed minn awtorità nazzjonali waħda biss. Qabel ma ssir il-qerda ta’ muniti tal-euro tajbin għaċ-ċirkulazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompententi għandha tikkonsulta lis-Sotto-Kumitat tal-Munita tal-Euro tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u tinforma l-Grupp ta’ Ħidma tad-Diretturi taz-Zekka.

9.   Il-valuta legali tal-muniti taċ-ċenteżmu u ż-żewġ ċenteżmi tal-euro u r-regoli ta’ tqarrib

Fi Stati Membri fejn ġew adottati r-reġimi ta’ tqarrib u l-prezzijiet tqarrbu għall-eqreb ħames ċenteżmi, il-muniti tal-euro taċ-ċenteżmu u taż-żewġ ċenteżmi għandhom jibqgħu valuta legali u għandhom ikomplu jiġu aċċettati bħala mezz ta’ ħlas. L-Istati Membri madankollu għandhom jevitaw li jadottaw regoli ġodda ta’ tqarrib billi dawn jaffettwaw b’mod negattiv il-poter li jeħilsu minn obbligu ta’ ħlas billi joffru l-ammont eżatt dovut u billi f’xi ċirkustanzi dan jista’ jwassal għal ħlas żejjed fuq il-ħlasijiet bil-flus kontanti.

10.   Il-valuta legali tal-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprevjenu li l-muniti tal-euro għall-kollezzjonisti jintużaw bħala mezz ta’ ħlas (per eżempju pakkettjar speċjali, komunikazzjoni ċara, użu ta’ metall prezzjuż, prezzijiet tal-bejgħ ‘il-fuq mill-valur nominali).

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri taż-żona tal-euro, lill-Bank Ċentrali Ewropew, u lill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u tal-konsumatur nazzjonali u Ewropej.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.