ISSN 1725-5198

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
31 ta' Marzu 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

447 sessjoni plenarja tal-KTR it-17 u l-18 ta’ Settembru 2008

2009/C 077/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi għall-użu ħafif COM(2007) 856 finali — 2007/0297 (COD)

1

2009/C 077/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli COM(2008) 9 finali — 2008/0018 (COD)

8

2009/C 077/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21 COM(2007) 724 finali

15

2009/C 077/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta' mikrokreditu b'appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi COM(2007) 708 finali/2

23

2009/C 077/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (Dichloromethane) COM(2008) 80 finali — 2008/0033 (COD)

29

2009/C 077/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 68/151/KEE u 89/666/KEE fir-rigward tal-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni għal ċerti tipi ta' kumpaniji COM(2008) 194 finali — 2008/0083 (COD)

35

2009/C 077/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati COM(2008) 195 finali — 2008/0084 (COD)

37

2009/C 077/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti (Verżjoni kkodifikata) COM(2008) 318 finali — 2008/0099 (COD)

41

2009/C 077/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kkodifikata) COM(2008) 351 finali — 2008/0115 (COD)

41

2009/C 077/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta' membru wieħed b'responsabbiltà limitata (verżjoni kkodifikata) COM(2008) 344 finali — 2008/0109 (COD)

42

2009/C 077/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kkodifikata) COM(2008) 369 finali — 2008/0126 (COD)

42

2009/C 077/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' l-użu ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli COM(2008) 19 finali — 2008/0016 (COD)

43

2009/C 077/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Appoġġ għal Turija minn Kmieni tal-Produzzjoni Sostenibbli ta' l-Enerġija mill-Fjuwils FossiliCOM(2008) 13 finali

49

2009/C 077/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-ewwel valutazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija kif meħtieġ mid-Direttiva 2006/32/KE dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija Nimxu 'l quddiem flimkien għal użu aktar effiċjenti tal-enerġijaCOM(2008) 11 finali

54

2009/C 077/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-Internet tal-Oġġetti

60

2009/C 077/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Kontenut Kreattiv Onlajn fis-Suq UnikuCOM(2007) 836 finali

63

2009/C 077/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksurCOM(2008) 134 finali — 2008/0055 (COD)

69

2009/C 077/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroqCOM(2008) 151 finali — 2008/0062 (COD)

70

2009/C 077/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar In-negozjati internazzjonali dwar il-bidla fil-klima

73

2009/C 077/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturiCOM(2008) 40 finali — 2008/0028 (COD)

81

2009/C 077/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalfCOM(2008) 124 finali — 2008/0050 (COD)

84

2009/C 077/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-impatt tal-iżvilupp kontinwu tas-swieq tal-enerġija fuq il-ktajjen tal-valur industrijali fl-Ewropa

88

2009/C 077/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-White Paper — Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013 COM(2007) 630 finali

96

2009/C 077/24

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-estensjoni tal-miżuri kontra d-diskriminazzjoni għal oqsma barra l-impjiegi u l-possibbiltà ta' direttiva komprensiva unika kontra d-diskriminazzjoni

102

2009/C 077/25

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-multilingwiżmu

109

2009/C 077/26

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Inqisu l-ħtiġijiet tal-anzjani

115

2009/C 077/27

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Lejn żvilupp bilanċjat tal-ambjent urban: sfidi u opportunitajiet

123

2009/C 077/28

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Ekonomija tal-UE: Analiżi mill-ġdid għall-2007 — L-espansjoni tal-limitu tal-produttività tal-Ewropa

131

2009/C 077/29

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — L-applikazzjoni ta' miżuri ta' kontra l-abbuż fil-qasam ta' tassazzjoni diretta — ġewwa l-UE u b'relazzjoni ma' pajjiżi terzi COM(2007) 785 finali

139

2009/C 077/30

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il-governanza u s-sħubija fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali (Konsultazzjoni mill-Parlament Ewropew)

143

2009/C 077/31

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-proprjetà personali ta' individwi (verżjoni kkodifikata) COM(2008) 376 finali — 2008/0120 (COD)

148

2009/C 077/32

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-Istrateġija UE-Afrika

148

2009/C 077/33

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina: rwol dinamiku ġdid għas-soċjetà ċivili

157

MT

 


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

447 sessjoni plenarja tal-KTR it-17 u l-18 ta’ Settembru 2008

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi għall-użu ħafif

COM(2007) 856 finali — 2007/0297 (COD)

(2009/C 77/01)

Nhar it-22 ta' Frar 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi għall-użu ħafif

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-15 ta' Lulju 2008 Ir-rapporteur kien is-Sur Iozia.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'138 vot favur u 4 voti kontra.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Fil-bosta opinjonijiet tiegħu dwar is-suġġett tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, il-Kumitat minn dejjem appoġġja bis-sħiħ l-inizjattivi leġiżlattivi tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jilħqu miri speċifiċi viżibbli biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra bħala kontribut ewlieni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

1.2

Il-Kumitat jaqbel mal-għanijiet tar-regolament propost, li għandu l-għan li jnaqqas b'mod stabbli l-emissjonijiet tas-CO2 sabiex sal-2012 tintlaħaq il-mira proposta ta' 130 g/km, permezz ta' titjib fit-teknoloġija tal-vetturi bil-mutur.

1.3

Barra minn hekk, il-Kumitat jitlob impenn min-naħa tal-partijiet interessati kollha biex sal-2012 tintlaħaq il-mira ta' 120 g/km, permezz ta' approċċ integrat, kif stipulat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2007, u jistieden lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jadottaw malajr il-leġiżlazzjoni pendenti kollha mmirata lejn il-kontroll tat-tibdil fil-klima.

1.3.1

Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni tiffissa miri fit-tul, kif jagħti parir il-Parlament Ewropew: għall-2020 ikun jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet aktar qawwija.

1.4

B'mod speċifiku, il-Kumitat jitlob li d-Direttiva proposta dwar taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri tiġi adottata kemm jista' jkun malajr (COM(2005) 261 finali) u li tittejjeb id-Direttiva 1999/94/KEE dwar it-tikkettar tal-emissjonijiet tas-CO2. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tipproponi u tikkoordina inizjattivi dwar ir-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' vetturi bil-mutur mmirati biex jippromovu vetturi li jaħlu inqas karburant.

1.5

Jidher li żgur ser ikun jeħtieġ ta' leġiżlazzjoni speċifika għall-industrija tal-karozzi, minħabba l-bżonn li nimxu 'l quddiem mill-fażi ta' impenji volontarji min-naħa tal-industrija, li, għalkemm swew ta' ġid f'dak li hu l-progress importanti li sar fir-rendiment tal-karozzi tal-passiġġieri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, ma kinux biżżejjed biex jintlaħqu l-miri stipulati.

1.6

Filwaqt li japprova l-istrateġija u l-approċċ propost, il-Kumitat jitlob għal miżuri li huma tassew vijabbli, sakemm iżewġu b'mod xieraq il-ħtieġa li, min-naħa waħda, jinkiseb il-progress ambjentali kruċjali, u, min-naħa l-oħra, li jitħarsu l-impjiegi f'industrija li timpjega 13-il miljun ħaddiem u tinżamm bis-sħiħ il-kompetittività tal-manifatturi Ewropej f'settur li huwa bla dubju wieħed strateġiku għall-ekonomija tal-UE.

1.7

Il-Kumitat jaqbel li regolament huwa l-istrument legali xieraq għax jiżgura li jkun hemm konformità immedjata u b'hekk jevita li jkun hemm distorzjoni tal-kompetizzjoni. Iż-żminijiet previsti u d-dettalji speċifiċi tal-miżuri proposti għandhom jiġu maħsuba sewwa b'mod aktar konsenswali, sabiex tinżamm u tissaħħaħ il-kompetittività tal-manifatturi tal-UE f'suq globali u ma jinħolqux vantaġġi artifiċjali fost l-oqsma varji fis-settur.

1.8

Għal dan il-għan, il-Kumitat jipproponi li l-Kummissjoni tqis il-possibilità li tibdel is-sistema li tintuża bħalissa li tiddefinixxi l-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet skont il-massa tal-vettura (bħalma jsir fil-Ġappun), u li tqis aktar parametri oħrajn bħall-ispazju okkupat mill-vettura (id-distanza bejn iċ-ċentru tar-roti ta' quddiem u ċ-ċentru tar-roti ta' wara mmultiplikata mad-distanza miċ-ċentru ta' rota waħda saċ-ċentru ta' rota oħra li tkun tinsab fin-naħa opposta tal-vettura), parametru li diġà jintuża bħala l-bażi għal vetturi li jġorru l-merkanzija fl-Istati Uniti.

1.9

Il-Kumitat jitlob biex titqies aktar l-inklinazzjoni tal-funzjoni lineari (il-persentaġġ tal-inklinazzjoni), minħabba l-influwenza diretta tagħha fuq il-mod kif il-piż jinqasam bejn il-manifatturi. Il-Kummissjoni stess, fis-Sommarju Eżekuttiv tagħha dwar il-valutazzjonivalutazzjoni tal-impatt [SEC(2007) 1724] tgħid li “Abbażi ta' analiżi preliminari, l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji għandha tindika li biex jintlaħaq bilanċ bejniethom, ikun jaqbel li f'dan l-istadju tintuża medda ta' inklinazzjonijiet ta' bejn 50 % u 80 %”, b'hekk tagħraf b'mod impliċitu l-bżonn ta' valutazzjoni tal-impatt ħafna aħjar ta' kwistjoni tant sensittiva. L-għażla ta' inklinazzjoni ta' 60 % tħalli problemi mhux solvuti u tista' toħloq kunflitt ma' manifatturi li jqisu li d-deċiżjoni la hija ġusta u lanqas bilanċjata. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-impatt tad-deċiżjoni finali, wara li jkun tqies kollox, ma tkun tiddetermina la benifiċċji u lanqas ħsara.

1.10

Aspett ieħor li jeħtieġ li jitqies bir-reqqa huwa l-introduzzjoni ta' pienapienipieni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament. Filwaqt li l-Kumitat jaqbel ma' dan l-approċċ dissważiv, jidhirlu li n-natura progressiva tagħhom ma tippermettix lill-manifatturmanifatturi tal-UE biex jadattaw il-katini ta' produzzjoni tagħhom għal-limiti l-ġodda fil-perjodu ta' żmien ippjanat. Il-miżuri ma jagħmlux sens meta mqabbla jaqblu ma' dawk maħsuba għal setturi oħra, filwaqt li joħolqu żbilanċ intrinsiku bejn il-manifatturi ta' vetturi żgħar u ta' daqs medju u dawk ta' vetturi kbar, b'impatt ħafna akbar fuq dawk tal-ewwel.

1.11

Il-Kumitat jaħseb li dawn huma pieni dejjem akbar u li jistgħu jgħaddu għal fuq il-prezzijiet tal-konsumaturi, b'hekk jitfgħu l-piż fuq ix-xerrej u possibilment iwasslu għaldistorzjoni tal-kompetizzjoni, u b'hekk idewmu t-tiġdid tal-vetturi. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe fondi li jiġu minn din il-miżura jibqgħu fl-industrija tal-karozzi, biex b'hekk jipprovdu inċentivi għall-iskambju ta' karozzi li jniġġsu aktar u kampanji li jagħmlu lill-pubbliku konxju mill-emissjonijiet tas-CO2 meta jsir ix-xiri, kif ukoll jagħtu kontribut lir-riżorsi kbar meħtieġa għar-riċerka u l-iżvilupp.

1.12

Il-Kumitat jikkunsidra li r-riċerka xjentifika hija kruċjali għal-livell ta' progress li jista' jinkiseb mill-industrija. Filwaqt li r-riżultati jistgħu jinkisbu fil-fażi tal-bidu bl-użu ta' teknoloġiji li diġà jeżistu, huwa raġonevoli li wieħed jissoponi li l-futur ser jitlob “qabża teknoloġika mill-preżent” permezz tal-introduzzjoni ta' teknoloġija aktar avvanzata.

1.13

Fil-fehma tal-Kumitat, jekk tittieħed it-triq tar-riċerka ikun jeħtieġ riżorsi kbar u impenn sod, ibda mill-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm koordinazzjoni ta' inizjattivi li jkunu għaddejjin fl-Istati Membri, f'universitajiet u f'ċentri teknoloġiċi ta' eċċellenza fil-livelli kollha, filwaqt li tkun inkoraġġita l-parteċipazzjoni diretta tal-manifatturi.

1.14

Għal dan il-għan, il-Kumitat jaħseb li l-ħolqien ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (JTI) iddedikata għall-industrija tal-karozzi jkun ta' għajnuna għall-mobilizzazzjoni tal-komunità xjentifika.

1.15

Il-Kumitat jaħseb li l-valutazzjoni tal-impatt ma tfittixx biżżejjed fil-fond, kif enfasizzat mill-Bord ta' Stima dwar l-Impatt innifsu. Fid-dokument SEC(2007) 1725, il-Bord jitlob li jiġu ċċarati l-effetti li jista' jkun hemm kif jinkisbu l-miri, u li tingħata spjegazzjoni ta' kwalunkwe differenzi bejn ir-riżultati tal-mudell TREMOVE u l-analiżi ex-ante. Iżid li jeħtieġ aktar analiżita' ċerti varjanti sensittivi bħall-prezzijiet tal-karburant u ż-żieda awtonoma fil-piż (AWI). Għandha ssir aktar valutazzjoni tal-impatt reġjonali, l-iktar fuq l-impjiegi, l-industrija tal-fornituri tal-vetturi u l-kompetittività fis-swieq esterni.

1.16

Fil-fehma tal-Kumitat, sabiex tirnexxi strateġija tant ambizzjuża, jinħtieġu miżuri xierqa li jappoġġjaw u jħarsu l-istruttura industrijali li teżisti fl-Ewropa, bil-għan li jitħares jew saħansitra jitgħolla l-livell attwali ta' kompetittività, filwaqt li jibqa' jkun hemm impjiegi ta' kwalità fl-industrija. Il-KESE jirrakkomanda li jittieħed approċċ ta' introduzzjoni gradwali li jkun jeħtieġ li tal-inqas 80 % tal-mira finali tintlaħaq sal-2012, biex imbagħad il-mira sħiħa tintlaħaq b'mod progressiv sal-2015.

1.17

Fattur ewlieni għall-ksiba tal-miri ambjentali u l-ħarsien tal-kompetittività huwa li l-applikazzjoni stretta tal-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi kollha mhux manifatturati fl-UE li jinbiegħu fl-Ewropa. Dawn il-limiti japplikaw għal vetturi impurtati.

1.18

Peress li din il-proposta hija biss il-bidu ta' proċess li għandu l-għan li jaffronta l-problemi ambjentali fis-settur kollu tat-trasport, il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni biex fis tfassal leġiżlazzjoni ġdida biex jiġu limitati l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi li jġorru merkanzija ħafifa, vetturi għal tagħbijiet tqal u vetturi b'żewġ roti, biex b'hekk tinġabar l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-emissjonijiet tagħhom.

1.19

Il-Kumitat jemmen li filwaqt li l-politika settorjali għall-industrija tal-karozzi hija ta' importanza kbira, m'ijiex l-impenn usa' tagħna kollu lejn il-politika ġenerali tat-trasport. Madankollu, hija simbolu importanti ta' dak l-impenn, li tgħin biex tmexxi l-industrija sħiħa lejn il-miri ambjentali li diġà qegħdin jiġu segwiti minn setturi oħra tal-industrija tal-UE.

1.20

Il-Kumitat jittama li l-miżuri proposti speċifiċi għas-settur ser ikunu akkumpanjati minn azzjoni li tiffoka fuq it-talba għat-trasport. Huwa vitali li tiġi segwita politika rigoruża mmirata lejn bidla dejjem akbar mit-trasport bit-triq għal mezzi oħra li jiġġeneraw anqas gassijiet b'effett ta' serra bħat-trasport bil-ferroviji, fuq kanali tal-ibħra interni u trasport pubbliku (b'emissjonijiet baxxi ħafna, fejn possibbli).

1.21

Il-KESE ma jaqbilx mad-deroga temporanja proposta skont Artikolu 9 tar-Regolament, kif qed tiġi proposta bħalissa, peress li huwa ċar li dan ifisser trattament mhux ugwali tal-manifatturi. Fil-fehma tal-Kumitat huwa kruċjali li kemm jista' jkun ma jingħata l-ebda vantaġġ regolatorju li jiżbilanċja l-kompetizzjoni.

1.22

Il-KESE jirrakkomanda li jitfassal mudell biex jitkejjel is-CO2 fl-emissjonijiet kollha li jiġu mill-manifattura tal-karozzi. Il-marka tal-karbonju għandha titqies fejn tidħol iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-vetturi

1.23

Għal dan il-għan, jeħtieġ li nqajmu dibattitu dwar l-istili ta' ħajja — kwistjoni li dwarha l-Kumitat dan l-aħħar fassal opinjonijiet speċifiċi. Ħafna jemmnu li jekk l-għadd u d-daqs tal-vetturi privati jkomplu jikbru, u jekk il-vetturi li jġorru l-merkanzija li jiġġeneraw livelli għolja ta' gassijiet b'effett ta' serra u l-NOx ikomplu jingħataw preferenza, il-mira li s-CO2 jitmaqqas b'20 % mhux ser tinkiseb. Dan ma jistax u lanqas m'għandu jiġi aċċettat.

2.   Introduzzjoni: l-isfond tal-proposta

2.1

Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, li kienet approvata f'isem il-Komunità Ewropea mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta' Diċembru 1993, tesiġi li l-partijiet kollha jifformulaw u jimplimentaw programmi biex titnaqqas il-bidla fil-klima.

2.2

Il-Kummissjoni rreaġixxiet billi żviluppat gradwalment serje ta' miżuri leġiżlattivi li laħqu l-quċċata tagħhom f'Jannar 2007 bl-UE tissuġġerixxi, fil-kuntest ta' negozjati internazzjonali, li l-pajjiżi żviluppati jnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra bi 30 % (meta mqabbel mal-livelli tal-1990) u b'20 % sal-2020. Dawn il-miri mbagħad ġew approvati mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.

2.3

Analiżi tas-setturi individwali turi li, filwaqt li l-emissjonijiet globali ta' gassijiet b'effett ta' serra niżlu b'madwar 5 % fil-perjodu 1990-2004, l-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq fl-istess perjodu żdiedu b'26 %.

2.4

B'hekk, jeħtieġ leġiżlazzjoni speċifika biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkonforma mat-tendenza ġenerali ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. B'mod aktar partikolari, jeħtieġ b'mod urġenti li tittieħed azzjoni b'rabta mal-karozzi tal-passiġġieri, peress li dawn jammontaw għal 12 % mill-emissjonijiet totali tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) fl-UE, il-gass ewlieni li għandu effett ta' serra.

2.5

Għalkemm sar progress teknoloġiku sinifikanti fl-industrija tal-karozzi, li wassal għal tnaqqis ta' 12.4 % fl-emissjonijiet tas-CO2 bejn l-1995 u l-2004 billi żdiedet l-effiċjenza fil-konsum tal-karburant, it-tkabbir stabbli fit-talba għat-trasport u ż-żieda kostanti fid-daqs tal-vetturi għelbu kompletament dan it-tnaqqis, u fil-fatt wasslu għal żieda fl-emissjonijiet totali ta' gassijiet b'effett ta' serra mis-settur tat-trasport.

2.6

Ir-riżultat huwa li, mingħajr inizjattivi speċifiċi, l-UE x'aktarx li mhux ser tilħaq il-mira tagħha ta' 120 g CO2/km għall-medja tal-emissjonijiet mill-karozzi l-ġodda.

3.   Tapep fl-istrateġija tal-Kummissjoni

3.1

L-istrateġija tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 bdiet tieħu forma fl-1995. Ġiet imsejsa fuq tliet elementi:

impenji volontarji mill-industrija tal-karozzi biex inaqqsu l-emissjonijiet;

titjib fl-informazzjoni għall-konsumatur;

il-promozzjoni ta' karozzi effiċjenti fil-konsum tal-karburant permezz ta' miżuri fiskali.

3.2

Fl-1998, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi (ACEA) ħadet impenn li, sal-2008, tnaqqas il-medja tal-emissjonijiet mill-karozzi l-ġodda għal 140g tas-CO2/km, u l-Assoċjazzjonijiet Ġappuniżi u Koreani tal-Manifatturi tal-Karozzi (JAMA u KAMA) ħadu impenn simili l sal-2009 jnaqqsu l-medja tal-emissjonijiet.

3.3

Dawn l-impenji ġew rikonoxxuti mill-Kummissjoni billi ħarġet ir-Rakkomandazzjoni 1999/125/KE (dwar il-ftehim volontarju tal-ACEA), ir-Rakkomandazzjoni 2000/303/KE (dwar il-ftehim volontarju tal-KAMA) u r-Rakkomandazzjoni 2000/304/KE (dwar il-ftehim volontarju tal-JAMA). Dwar is-suġġett tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet, l-UE adottat id- Deċiżjoni 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema biex tissorvelja l-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda.

3.4

Fis-7 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni adottat żewġ komunikazzjonijiet paralleli għas-settur tal-karozzi:

Ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali ħfief, COM(2007) 19 finali (Opinjoni tal-KESE TEN/301, rapporteur is-Sur Ranocchiari).

Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21 — CARS 21, COM(2007) 22 finali (Opinjoni tal-KESE INT/351, rapporteur is-Sur Davoust).

3.5

Dawn il-komunikazzjonijiet irrapportaw progress lejn il-ksib tal-mira ta' 140 g CO2/km sal-perjodu 2008-2009, iżda kkonkludew li l-mira ta' 120 g CO2/km għall-karozzi ġodda mhux sertintlaħaq mingħajr ma jittieħdu miżuri oħrajn.

3.6

Iż-żewġ komunikazzjonijiet talbu għal approċċ integrat fuq żewġ spunti:

it-tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet tas-CO2 billi jsir titjib fit-teknoloġija tal-vetturi sabiex tintlaħaq il-mira medja ta' 130 g/km;

il-bqija tat-tnaqqis ta' 10 g/km għandu jinkiseb permezz ta' miżuri kumplimentari magħmula mill-istallazzjoni ta' tagħmir teknoloġiku ġdid fil-vetturi (indikaturi ta' meta għandu jinbidel il-gear (gear change indicators), indikaturi tal-pressjoni tat-tajers, tajers b'reżistenza tal-irrumblar tat-tajers, u sistemi effiċjenti ħafna ta' arja kkondizzjonata, eċċ.) u aktar użu ta' bijokarburanti.

3.7

Il-Kummissjoni f'dawn il-komunikazzjonijiet iddikjarat li l-mira medja għall-flotta ta' karozzi ġodda għandha tqis il-fatturi li ġejjin:

għandha tkun newtrali fis-sens tal-kompetittivà;

l-għażliet għandhom ikunu soċjalment ġusti u sostenibbli;

għandha tiġi evitata kull distorzjoni mhux ġustifikata fil-kompetizzjoni bejn il-manifatturi tal-karozzi;

għandha tkun kompatibbli bis-sħiħ mal-miri ta' Kyoto.

3.8

Il-qafas propost u approvat kemm mill-Kunsill tal-Kompetittività kif ukoll mill-Kunsill tat-Trasport iserraħ fuq żieda fl-isforzi min-naħa tal-manifatturi kollha tal-karozzi biex jipproduċu karozzi aktar ekologiċi, filwaqt li fl-istess ħin jaħdmu biex ikun hemm effiċjenza massima f'termini ta' spejjeż.

3.9

Dan ifisser li t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 irid jinkiseb permezz ta' approċċ integrat li jinvolvi lill-partijiet kollha. Għalhekk, hemm bżonn ta' proposta leġiżlattiva li tilħaq il-miri filwaqt li żżomm il-kompetittività globali tal-industrija tal-karozzi.

4.   Il-proposta tal-Kummissjoni

4.1

L-għan tar-Regolament propost (COM(2007) 856) hija li “jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi għall-użu ħafif” u li jittieħdu passi biex sal-2012 tintlaħaq il-mira ta' 130 g/km. Tapplika għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE u għall-vetturi li t-tip approvat tagħhom jiġi estiż skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li huma rreġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba u li ma ġew irreġistrati qatt qabel barra mill-Komunità.

4.2

Il-proposta hija parti minn approċċ integrat li għandu jingħalaq b'miżuri li jwasslu għal tnaqqis ulterjuri ta' 10 g CO2/km sabiex jintlaħaq l-objettiv Komunitarju finali ta' 120 g CO2/km kif stabbilit fil-COM(2007) 19 finali.

4.3

Fl-istabbiliment tal-livelli tal-emissjonijiet tas-CO2, ir-Regolament iqis:

l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi;

li tiġi stimulata l-innovazzjoni;

it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija.

4.4

Ir-Regolament propost jipprova wkoll:

iħeġġeġ l-industrija tal-karozzi tinvesti f'teknoloġiji ġodda;

jippromwovi b'mod attiv l-eko-innovazzjoni;

jqis l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni;

ikattar il-kompetittività tal-industrija Ewropea;

joħloq impjiegi ta' kwalità għolja.

4.5

Il-Kummissjoni tgħid li r-Regolament huwa konsistenti mal-għanijiet u l-politiki l-oħra tal-UE u huwa r-riżultat ta' konsultazzjoni u sehem estensiv minn grupp ta' ħidma maħluq apposta fil-kuntest tal-Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima (il-grupp CARS 21) bl-involviment dirett tal-partijiet interessati kollha.

4.6

Bażi ġuridika. L-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa kkunsidrat bħala l-bażi ġuridika xierqa biex tiġi żgurata ugwaljanza bejn l-atturi ekonomiċi kollha u biex tipprovdi livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent.

4.7

Sussidjarjetà u proporzjonalità. Il-proposta timxi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fis-sens li, għalkemm ma taqax taħt ir-responsabbiltà esklussiva tal-Komunità, twaqqaf il-ħolqien ta' tfixkil għas-suq uniku, u l-adozzjoni ta' miżuri leġiżlattivi fil-livell Komunitarju tissimplifika l-azzjoni biex jinkiseb tnaqqis armonizzat fl-impatt tal-karozzi tal-passiġġieri fuq it-tibdil fil-klima.

4.8

L-għażla tal-istrument leġiżlattiv. Fil-fehma tal-Kummissjoni, regolament huwa l-aktar strument xieraq biex jiżgura konformità immedjata mad-dispożizzjonijiet adottati, li jevita distorzjonijiet fil-kompetizzjoni li jista' jkollhom riperkussjonijiet għas-suq intern.

4.9

Monitoraġġ. L-Istati Membri individwali jridu jiġbru informazzjoni dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju minn karozzi tal-passiġġieri ġodda, li jitkejlu fuq bażi armonizzata skont il-metodoloġija stipulata fir-Regolament (KE) Nru 715/2007, u jirrappurtawha lill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6.

4.10

Ċertifikat ta' konformità. Id-Direttiva 2007/46/KE tesiġi li l-manifatturi joħorġu ċertifikat ta' konformità li jrid jakkumpanja kull karozzatal-passiġġieri ġdida. L-Istati Membri jippermettu r-reġistrazzjoni u l-użu ta' karozza ġdida tal-passiġġieri biss jekk jiġi preżentat dan iċ-ċertifikat (bl-eċċezzjoni tad-derogi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament).

4.11

Primjum għall-emissjonijiet żejda. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament propost, mill-2012 'il quddiem, il-manifatturi jew f'każ ta' għaqda, il-maniġers tal-għaqda, li l-emissjonijiet tagħhom jaqbżu l-mira speċifika, ser ikollhom iħallsu primjum għall-emissjonijiet żejda. L-ammont tal-primjum ser tiżdied sostanzjalment fis-snin ta' wara l-2012 u s-somom miġbura ser jitqiesu bħala dħul għall-baġit tal-UE.

5.   Proposta strateġika tal-Parlament Ewropew

5.1

Fir-riżoluzzjoni tiegħu adottata fl-24 ta' Ottubru 2007, il-Parlament Ewropew laqa' l-istrateġija tal-Kummissjoni iżda ppropona li l-miri tal-emissjonijiet jiġu implimentati mill-2011 'il quddiem sabiex sal-2015 jintlaħaq l-ammont ta' 125 g CO2/km permezz ta' titjib tekniku fil-vetturi biss. Il-Parlament enfasizza t-tieni miżura li trid tittieħed fid-dawl tal-mira għall-futur iktar imbiegħed: li sal-2020 jintlaħaq l-ammont ta' 95 g CO2/km u possibilment ta' 70 g CO2/km sal-2025, suġġetti għal konferma jew analiżi mill-ġdid sa mhux aktar tard mill-2016.

6.   L-importanza tal-imġiba tal-konsumatur

6.1

L-imġiba tal-konsumatur hija ta' importanza partikolari biex jitnaqqsu b'suċċess l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi. Għalhekk, il-Kummissjoni bdiet il-ħidma biex temenda d-Direttiva 1999/94/KE dwar id-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar il-konformità ta' vetturi ġodda mal-miri ta' emissjonijiet u l-ekonomija tal-karburanti, immirata biex l-utenti tal-karozzi jagħtu kontribut akbar biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti.

7.   Kummenti ġenerali

7.1

Bħal fl-opinjonijiet preċedenti rigward proposti tal-Kummissjoni dwar tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2, il-Kumitat jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi kollha tal-UE li għandhom l-għan li jilħqu miri speċifiċi dwar tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, bħala aspett ewlieni fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

7.2

Il-Kumitat jaqbel mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament propost, abbażi tal-kummenti t'hawn taħt. Jistieden lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jadottaw malajr il-leġiżlazzjoni pendenti kollha mmirata lejn il-kontroll fil-bidla tal-klima.

7.3

Il-Kumitat jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jadottaw malajr id-Direttiva COM(2005) 261 dwar taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri, li għandha tgħin biex il-mira tintlaħaq aktar malajr, billi tħeġġeġ il-kumpaniji jagħmlu sforzi akbar biex itejbu kemm jista' jkun malajr id-Direttiva 1999/94/KEE dwar it-tikketti tal-emissjonijiet tas-CO2 u biex jiġu proposti u kkoordinati inizjattivi dwar ir-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' vetturi motorizzati. Dawn għandhom jinkludu miżuri għall-promozzjoni ta' vetturi aktar effiċjenti fil-konsum tal-karburant u għall-projbizzjoni tar-reklamar tal-vetturi li jniġġsu l-aktar.

7.4

Il-Kumitat jappoġġja l-għażla tal-Artikolu 95 tat-Trattat KE bħala l-bażi ġuridika għar-Regolament propost, minħabba li dan huwa xieraq ħafna biex jiġu żgurati ugwaljanza fost l-atturi kollha u livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent.

7.5

Il-Kumitat jaqbel li regolament huwa l-istrument legali adattat minħabba li jiżgura li jkun hemm konformità immedjata u jipprevjeni milli sseħħ kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni. Jidher li din l-għażla hija neċessarja minħabba li l-impenji volontarji li ħadet l-industrija, li għalkemm huma ta' benefiċċju f'dak li jirrigwarda r-riżultati miksuba fil-prestazzjoni tal-emissjonijiet minn karozzi tal-passiġġieri, ma kinux biżżejjed biex jintlaħqu l-miri stipulati.

7.6

Il-Kumitat japprova l-proposta li l-emissjonijiet jitnaqqsu sa 130 g CO2/km permezz ta' titjib fit-teknoloġija ta' vetturi motorizzati, filwaqt li jiddispjaċih li l-mira iktar stretta ta' 120 g CO2/km li kienet maħsuba qabel għall-2012 ma jidhirx li għad tista' tintlaħaq. Jagħraf li l-Kummissjoni issa qed tipproponi li tikseb il-mira ta' 120 g/km b'mod differenti, permezz ta' approċċ integrat, li jinkludi standards imtejba għat-tajers, il-promozzjoni ta' kemm huma konxji l-konsumaturi, inċentivi għas-sewqan ekoloġiku (1) u b'mod partikolari permezz ta' użu akbar tal-bijokarburanti. Iżda minħabba d-dubji dejjem jikbru dwar kemm hi possibbli u mixtieqa l-mira li jintużaw il-bijokarburanti fis-settur tat-trasport, il-Kumitat ma jqisx din l-alternattiva bħala waħda sodisfaċenti.

7.7

Għalhekk il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi minn issa iktar miri għall-industrija tal-karozzi biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-vetturi fl-użu tal-karbonju fis-snin li ġejjin. Nemmnu li jekk jiġu stabbiliti minn issa miri dejjem aktar stretti għas-snin li ġejjin jingħata sinjal ċar lill-industrija Ewropea tal-istandards li ser ikunu japplikaw f'dawk is-snin, biex tkun tista' tadatta l-pjanijiet tal-produzzjoni tagħha kif xieraq.

7.8

Il-Kumitat jaħseb li jekk tinkiseb din il-mira, din tkun tirrappreżenta kontribut importanti mill-industrija motorizzata fil-ġlieda kontra l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mis-settur tat-trasport, minħabba li f'dak il-perjodu tirriżulta fi tnaqqis ta' 400 miljun tunnellata fl-emissjonijiet tas-CO2.

7.9

Il-Kumitat jemmen li l-investiment sinifikanti fir-riċerka u fl-iżvilupp huwa fattur ewlieni biex jinkisbu kemm l-għanijiet attwali u kif ukoll dawk għall-futur aktar imbiegħed. Dan għandu jitfassal biex jorbot u jikkoordina ma' inizjattivi li jkunu għaddejjin fl-Istati Membri individwali, fl-universitajiet u fiċ-ċentri teknoloġiċi kollha ta' eċċellenza relatati mal-industrija u jinvolvi l-parteċipazzjoni diretta tal-manifatturi.

7.9.1

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri lejn il-ħtieġa li jiġu introdotti miżuri ta' appoġġ tad-dħul, anke permezz ta' inċentivi tat-taxxa, għal familji kbar li bilfors ikollhom jużaw vetturi kbar. Għandha wkoll titqies is-sitwazzjoni fis-swieq tal-Lvant tal-Ewropa fejn il-ħajja medja tal-karozzi hija twila ħafna u fejn jinbiegħu aktar karozzi second u third-hand li jniġġsu iżjed l-arja. Għandhom jinstabu modi kif f'dawn il-pajjiżi jiġi inċentivat l-iskambju, permezz ta' miżuri speċifiċi. Huwa ċar li l-pajjiżi fejn id-dħul għal kull ras huwa inqas mhux ser ikunu jistgħu jgawdu minn tnaqqis ġenerali fl-emissjonijiet, għax in-nies mhux ser ikunu jistgħu jixtru l-vetturi l-ġodda, aktar effiċjenti, li x'aktarx li jkunu aktar għoljin.

7.10

Jidher biċ-ċar li filwaqt li matul is-snin li ġejjin jistgħu jinkisbu riżultati raġonevoli permezz tal-użu ta' teknoloġiji li diġà jeżistu, ser ikun hemm bżonn li fil-futur jiġi kkunsidrat “waqfa teknoloġika mit-teknoloġija preżenti” bl-introduzzjoni ta' teknoloġija aktar avvanzata.

7.11

Għal dan il-għan, il-Kumitat jaħseb li l-ħolqien ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (JTI) jista' jgħin sabiex tiġi mmobilizzata l-komunità xjentifika. Din tista' tkun ikkofinanzjata minn allokazzjoni mdaqqsa tal-baġit tal-UE, flimkien ma' finanzjament mill-manifatturi, kif ġie propost dan l-aħħar f'setturi importanti bħaċ-ċelloli tal-idroġenu u tal-karburant, l-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, mediċini innovattivi, sistemi tal-IT u n-nanoelettronika.

7.12

Il-Kumitat jappoġġja l-introduzzjoni ta' pieni mill-2012 jekk ma jintlaħqux il-miri, kif stabbilit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament, filwaqt li jaqbel ma' dan l-appoċċ dissważiv, iżda jaħseb li dawn il-pieni għandhom jinżammu għal attivitajiet relatati mal-industrija tal-vetturi li:

jarmonizzaw l-inizjattivi kollha ta' riċerka u żvilupp;

jinvestu fit-taħriġ vokazzjonali;

jiffinanzjaw inċentivi għall-iskambju ta' vetturi eqdem, li jniġġsu aktar;

iwettqu kampanji ta' informazzjoni li jħeġġu lill-konsumaturi biex meta jixtru vettura, jikkunsidraw l-emissjonijiet bħala kriterju importanti; u

isostnu t-trasport pubbliku lokali.

7.13

Madankollu, il-Kumitat jidhirlu li dawn il-miżuri u n-natura progressiva ħafna tagħhom mhumiex kompatibbli mal-kapaċità tal-manifatturi tal-UE biex jadattaw il-katini ta' produzzjoni tagħhom skont il-limiti l-ġodda. Il-pieni, li probabbli jiġu inklużi fil-prezzijiet tal-konsumaturi, jidhru li huma għoljin mhux ħażin, u jistgħu jikkawżaw distorzjoni tal-kompetizzjoni u joħolqu sitwazzjoni ta' penalizzazzjoni għas-settur, meta mqabbel ma' setturi oħrajn. Ser ikun jeħtieġ li tinstab soluzzjoni li tarmonizza l-piż, billi tqis l-ispiża medja li ser ikollhom is-setturi l-oħrajn involuti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2.

7.14

Il-Kumitat jipproponi li l-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà li tinbidel is-sistema attwali li tiddefinixxi l-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet abbażi tal-massa tal-vettura ma' waħda bbażata fuq parametri oħra, bħall-ispazju okkupat mill-vettura (l-ispazju okkupat mill-vettura jiġi kkalkolat billi d-distanza bejn iċ-ċentru tar-roti ta' quddiem u ċ-ċentru tar-roti ta' wara tiġi mmultiplikata mad-distanza miċ-ċentru ta' rota waħda saċ-ċentru ta' rota oħra li tkun tinsab fin-naħa opposta tal-vettura).

7.15

L-inklinazzjoni tal-funzjoni lineari (jiġifieri l-perċentwali tal-inklinazzjoni) ser tinfluwenza l-mod kif il-piż jiġi kondiviż fost il-manifatturi u ċ-ċertezza tar-riżultat ambjentali. Iktar ma l-inklinazzjoni tkun qrib il-100, iktar ikun ħafif il-piż li jrid jinġarr mill-manifatturi ta' karozzi itqal. Viċiversa, iktar ma l-inklinazzjoni tkun qrib iż-żero, iktar ikun tqil il-piż sabiex jintlaħqu l-miri (inklinazzjoni ta' 80 % tippermetti eċċess ta' 6 g ta' emissjonijiet, inklinazzjoni ta' 20 % tippermetti biss eċċess ta' emissjonijiet ta' 1.5 g). Il-Kummissjoni indikat inklinazzjoni ta' 60 % (eċċess ta' 4.6 g). Il-Kumitat qed jitlob lill-Kummissjoni taħseb aktar dwar din il-proposta, sabiex tkun żgura li r-regolament ma jivvantaġjax jew joħloq xkiel għal kwalunkwe impriżaEwropea.

7.16

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li żżomm l-approċċ ibbażat fuq il-massa, ma tantx ikun jagħmel sens li fl-2010 tiġi riveduta l-kurva, filwaqt li l-massa għandha tiġi kkunsidrata mill-2013.

7.17

Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfassal malajr standards leġiżlattivi adegwati li jistgħu jillimitaw l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi għal merkanzija ħafifa, vetturi għal tagħbijiet tqal u vetturi b'żewġ roti, li għalihom jeħtieġ data verifikata li wieħed jista' joqgħod fuqha dwar l-emissjonijiet stess.

7.18

Minbarra l-kwistjoni kruċjali tal-ħarsien ambjentali, il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra b'mod xieraq l-effetti potenzjali ta' dan il-proċess kumpless fuq it-13-il miljun ħaddiem li bħalissa huma impjegati fl-industrija motorizzata. Bil-prezzijiet taż-żejt dejjem jogħlew u konsumaturi li dejjem ser ikunu jridu jiffrankaw il-flus li jonfqu għall-karburant, bil-produzzjoni ta' karozzi iżgħar u aktar effiċjenti, il-produtturi tal-karozzi fl-UE jista' jkollhom vantaġġ kompetittiv li jiffavorixxi l-impjieg fl-UE.

7.19

Fl-opinjoni tal-Kumitat, hemm bżonn ta' miżuri xierqa u prattiċi sabiex issir riċerka dwar teknoloġiji innovattivi u effiċjenti ġodda sabiex titħares l-istruttura industrijali tal-manifatturi ewlenin ibbażati fl-Ewropa, sabiex iżommu jew saħansitra jżidu l-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-karozzi u l-kwalità tal-impjiegi li tipprovdi.

7.20

Il-Kumitat jemmen li element importanti f'dan il-proċess huwa li l-limiti tal-emissjonijiet jiġu applikati b'mod sħiħ u strett għall-vetturi kollha mhux manifatturati fl-UE li jinbiegħu fl-Ewropa. Dawn il-limiti ser jiġu kkalkulati skont l-importazzjonijiet.

7.21

Il-Kumitat jaħseb li r-rapporti ta' progress li għandhom jitfasslu fl-2010, jirrappreżentaw opportunità ewlenija sabiex tiġi stmata l-istrateġija kollha. Għalhekk, jitlob li jkun involut f'dawn il-valutazzjonijiet perijodiċi bl-opportunità li jkun jista' jesprimi l-fehma tiegħu.

7.22

Il-KESE jaħseb li l-valutazzjoni tal-impatt mhix analizzata biżżejjed. L-opinjoni tal-Bord ta' Stima dwar l-Impatt talab li jiġu ċċarati ċerti punti kruċjali, minħabba l-importanza ta' din il-kwisjoni.

7.23

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord, stipulati fid-dokument SEC(2007) 1725, huma kif ġej: li jiġi ċċarat l-impatt fuq il-kompożizzjoni tal-flotta u l-effetti li dan jista' jħalli fuq il-ksib tal-miri, u li jiġu spjegati d-differenzi possibbli bejn ir-riżultati ta' TREMOVE (2) u l-analiżi ex-ante; li titwettaq analiżi dwar is-sensittività ta' ċerti varjanti bħall-prezzijiet tal-karburant jew żieda awtonoma fil-piż (AWI); li jiġi stmat l-impatt reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-impjiegi; u li jiġu kkunsidrati l-effetti fuq l-industrija tal-fornituri tal-vetturi u fuq il-kompetittività fis-swieq esterni. Il-Kumitat jaqbel ma' dawn is-suġġerimenti u jittama li l-analiżi tal-impatt tkun kompluta kif xieraq.

7.24

Flimkien mal-miżuri proposti, il-Kumitat jenfasizza l-bżonn li jiżdiedu l-politiki mmirati sabiex inaqqsu t-talba tat-trasport, permezz ta' trasferiment akbar tat-trasport fit-triq għal metodi oħra li jiġġeneraw anqas emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra bħat-trasport tal-ferroviji, f'kanali tal-ilma interni jew it-trasport pubbliku.

7.25

Il-KESE ma jaqbilx mad-deroga temporanja proposta skont l-Artikolu 9 tar-Regolament. Kif miktuba bħalissa tmur kontra l-prinċipju li l-kumpaniji għandhom jiġu trattati bl-istess mod, u b'hekk tgħawweġ il-kompetizzjoni f'dan is-settur partikolari tas-suq fejn jidħlu prodotti simili b'karatteristiċi simili. Il-KESE jidhirlu li d-deroga għandha tingħata lill-manifatturi kollha (għandhomx rabta jew le ma' manifattur ieħor) li qed jikkompetu fl-istess settur tas-suq, li hu x'inhu l-każ huwa żgħir (0.2 %).

7.26

Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni tistabbilixxi objettivi fuq perijodu fit-tul, skont il-parir tal-Parlament Ewropew: sa mill-2020 ser ikun jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet aktar ċari, b'enfasi partikolari fuq kemm jistgħu jitwettqu fil-prattika. Huwa kruċjali li nkomplu nnaqqsu l-emissjonijiet, sabiex ngħaddu messaġġ ċar li beħsiebna nistinkaw f'din it-triq.

7.27

Il-KESE jirrakkomanda li jitfassal mudell sabiex jiġi kkalkulat is-CO2 tal-emissjonijiet kollha marbutin mal-manifattura tal-karozzi. F'ċerti pajjiżi, pereżempju, ħafna partijiet tal-karozzi jinġiebu mill-bogħod ħafna, b'hekk dan iżid in-numru totali ta'emissjonijiet għal kull karozza li tiġi manifatturata, qabel ma biss il-karozzi jinżlu fit-triq. Il-marka tal-karbonju għandha titqies fejn jidħol iċ-ċiklu ta' ħajja sħiħ tal-vetturi, ikluż is-CO2 meħtieġ għar-rimi.

7.28

F'diversi opinjonijiet reċenti, il-Kumitat ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tniedi dibattitu dwar l-istili ta' ħajja. Filwaqt li jaqbel mal-objettivi proposti, il-Kumitat jenfasizza li jekk il-livelli attwali ta' tkabbir ikomplu jiżdiedu b'rabta mal-għadd ta' vetturi privati, vetturi tat-trasport fit-triq u mezzi oħra ta' trasport li jiġġeneraw livelli għolja ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u NOx, u jekk it-tbassir tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir isir realtà, ikun impossibbli li jinkiseb l-għan li s-CO2 jitnaqqas b'20 %, kif stabbilit fi proposti riċenti tal-Kummissjoni.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni tal-KESE: ĠU C 44, 16.2.2008 (rapporteur: is-Sur Ranocchiari).

(2)  TREMOVE huwa mudell ta' stima ta' politika sabiex tiġi analizzata l-effikaċja ta' l-ispejjeż ta' miżuri tekniċi u mhux tekniċi mmirati lejn it-tnaqqis ta' emissjonijiet mis-settur tat-trasport kollu u lejn it-titjib tal-kwalità ta' l-arja, għal 21 pajjiż: l-UE-15, l-Iżvizzera, in-Norveġja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovenja (l-erba' Stati Membri ġodda ntgħażlu abbażi tad-disponibbiltà tad-data).


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/8


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

COM(2008) 9 finali — 2008/0018 (COD)

(2009/C 77/02)

Nhar is-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-15 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Pegado Liz.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'49 vot favur, vot wieħed kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tirrevedi d-Direttiva dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, għalkemm din waslet kemxejn tard u mhix ambizzjuża biżżejjed.

1.2

Il-KESE jinnota li l-valutazzjoni tal-impatt li fuqha hija bbażata din l-inizjattiva tmur lura għall-2004, u b'hekk ma ġewx ikkunsidrati l-pajjiżi kollha li llum il-ġurnata huma Stati Membri tal-UE.

1.3

Fid-dawl taż-żieda fit-twissijiet tal-ġugarelli, hekk kif ħareġ fid-dieher fl-aħħar rapport tar-RAPEX (2007), il-KESE ma jistax jifhem kif il-valutazzjoni tal-impatt ma tasal għall-ebda konklużjoni mhux biss rigward ir-rabta bejn id-Direttiva attwali u l-inċidenti tat-tfal bil-ġugarelli, iżda iktar u iktar rigward in-nuqqas ta' għarfien b'rabta mal-proposta preżenti dwar in-numru u l-gravità tal-inċidenti marbuta mal-ġugarelli fil-ġejjieni — dan għandu jkun it-tħassib ewlieni u r-raġuni fundamentali ta' din l-inizjattiva.

1.4

Billi l-Kummissjoni rrikonoxxiet in-nuqqas ta' statistika affidabbli u kredibbli dwar l-inċidenti kkawżati mill-ġugarelli fl-UE, il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandha twaqqaf sistema adegwata ta' informazzjoni statistika dwar tali inċidenti, u li tal-inqas tkun komprensiva bħal dik li hemm diġà f'ċerti sistemi legali, li hija aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha fil-katina tal-produzzjoni u tal-bejgħ bil-għan li timpedixxi l-inċidenti (1).

1.5

Il-KESE jemmen li l-bażi legali għall-proposta għandha tkun l-Artikolu 153 tat-Trattat u mhux l-Artikolu 95 biss, ladarba l-protezzjoni effettiva tat-tfal hija iktar importanti mill-proċess li sempliċement jiffaċilita n-negozju transkonfinali tal-ġugarelli.

1.6

Il-KESE jemmen ukoll li, fid-dawl tal-ambitu u n-natura tal-proposta leġiżlattiva l-ġdida u tal-esperjenza fl-implimentazzjoni tad-Direttiva attwali f'diversi Stati Membri, u billi ġie aċċettat approċċ ta' armonizzazzjoni sħiħa, regolament ikun strument ħafna iżjed xieraq minn direttiva.

1.7

Il-KESE japprezza l-forma koerenti u strutturata tajjeb, kemm mil-lat tekniku kif ukoll minn dak legali, tal-proposta, u b'mod ġenerali jaqbel mal-miżuri innovattivi tagħha, li jinkludu:

definizzjoni usa' tal-kelma “ġugarelli” u l-adozzjoni tal-kunċett ta' użu previdibbli fid-dawl tal-imġiba tat-tfal;

it-tisħiħ tal-miżuri ta' sorveljanza tal-Istati Membri;

l-introduzzjoni ta' regoli ta' prevenzjoni u informazzjoni adegwati dwar is-sikurezza tal-ġugarelli — twissijiet u sinjali.

1.8

Madankollu, il-KESE jinnota b'dispjaċir li numru ta' aspetti importanti ferm ma ġewx koperti jew ma ġewx koperti b'mod xieraq. Dawn huma:

a)

konformità sħiħa mal-prinċipju tal-prekawzjoni;

b)

taħriġ u edukazzjoni iżjed stretti ta' dawk in-nies li jieħdu ħsieb it-tfal li jkunu f'kuntatt mal-ġugarelli;

c)

kjarifika ta' ċerti kunċetti li għadhom ambigwi jew vagi, bħall-kunċett ta' ġugarell jew l-ammont ta' ħsara;

d)

l-importaturi u r-rappreżentanti awtorizzati mhumiex fuq l-istess livell tal-produtturi, u dan ineħħi r-responsabilità tal-partijiet interessati fl-oqsma tad-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-ġugarelli rigward il-kumpens għall-ħsara;

e)

proċedura għall-evalwazzjoni tal-konformità li mhijiex adatta għall-SMEs.

1.9

Għalhekk il-Kumitat iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-proposta tagħha fid-dawl ta' din l-opinjoni bil-għan li ssir strument iżjed kredibbli għall-protezzjoni u s-sikurezza effettivi tat-tfal meta jkunu qegħdin jużaw il-ġugarelli.

1.10

Il-Kumitat jistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jaċċettaw is-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet imressqa f'din l-opinjoni, u jintegrawhom fil-proċedura leġiżlattiva li twassal għall-adozzjoni tad-Direttiva l-ġdida.

2.   Introduzzjoni: sommarju tal-proposta

2.1

L-ewwel darba li l-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tieħu passi legali fil-qasam tas-sikurezza tal-ġugarelli kien fis-sebgħinijiet, meta ressqet numru ta' proposti li sussegwentement ġew revokati minħabba li ma kienx hemm kunsens politiku. Eventwalment, wara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 1986 (2) dwar il-protezzjoni u s-sikurezza tal-konsumatur, il-Kummissjoni ressqet proposta ġdida li f'termini iktar konsenswali wriet il-ħtieġa tal-armonizzazzjoni fuq livell Ewropew tad-definizzjoni ta' ġugarelli, l-istandards tal-manifattura tagħhom, ir-rekwiżiti prinċipali ta' sikurezza, il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-garanziji li dawn jistgħu jintużaw mit-tfal mingħajr l-ebda periklu.

2.2

Id-Direttiva 88/378/KE tat-3 ta' Mejju 1988, ippubblikata dak iż-żmien (3), hija waħda mill-ewwel inizjattivi leġiżlattivi li nibtet mill-“approċċ il-ġdid” fil-qasam tal-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni teknika, ibbażata fuq ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 (4).

2.3

Il-KESE ħejja opinjoni obbligatorja dwar il-Proposta għal Direttiva li tressqet dak iż-żmien (5) fejn, filwaqt li laqa' l-proposta, innota b'dispjaċir id-dewmien fit-tħejjija tagħha. Fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li l-ġugarelli kollha għandhom ikunu affidabbli, u li t-tfal huma vulnerabbli għar-riskji u għandhom jitħarsu iktar minn ħaddieħor, enfasizza l-ħtieġa li l-kwistjoni tas-sikurezza tal-ġugarelli tkun indirizzata fil-kuntest iktar ġenerali tad-Direttiva dwar ir-responsabilità għall-prodott (6).

2.4

Sadattant, id-Direttiva tal-1988 (7) kellha għadd ta' corrigenda, emenda prinċipali permezz tad-Direttiva 93/68/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 (8), u l-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha (9).

2.5

Fl-1992 u fl-2001 ġew adottati u ppubblikati żewġ Direttivi dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, u indirizzaw is-sikurezza tal-ġugarelli b'mod ġeneriku (10). Id-Direttiva tal-2001 tenfasizza b'mod partikolari l-“bidliet magħmula lit-Trattat, b'mod speċjali l-Artikoli 152 li jirrigwarda s-saħħa u l-153 li jirrigwarda l-protezzjoni tal-konsumatur, u fid-dawl tal-prinċipju prekawzjonarju”.

2.6

Għoxrin sena wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva tal-1988, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi Direttiva ġdida dwar dan is-suġġett, wara li ntebħet li l-leġiżlazzjoni implimentata sadattant skadiet, li l-ambitu tagħha u l-kunċetti użati għandhom bżonn jiġu ċċarati u jkunu konformi maċ-ċirkostanzi attwali, li hemm ħtieġa urġenti li wieħed jiżgura li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-qafas leġiżlattiv ġenerali propost reċentement (11) għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq u, fuq kollox, li ħarġu nuqqasijiet u differenzi serji rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva waqt it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tagħha f'numru ta' Stati Membri, u li jenħtieġ li tinstab soluzzjoni għal dan kollu.

2.7

Din il-proposta hija bbażata fuq tliet studji tekniċi prinċipali, li għandhom jittieħdu bħala parti integrali minnha. Tnejn jirrigwardaw ir-rekwiżiti u l-użu ta' ċerti sustanzi allegatament perikolużi fil-manifattura tal-ġugarelli; u t-tielet wieħed huwa valutazzjoni tal-impatt ġenerali u l-aħħar rapport ta' din il-valutazzjoni ħareġ fl-2004.

2.8

Fi ftit kliem, il-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq l-għanijiet li ġejjin permezz ta' din il-proposta:

A)

Rekwiżiti mtejba tas-sikurezza, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw:

a)

l-użu ta' sustanzi kimiċi;

b)

it-twissijiet u l-informazzjoni għall-konsumaturi u l-utenti;

c)

ir-riskji ta' fgar u soffokazzjoni;

d)

il-ġugarelli fl-ikel;

e)

id-definizzjoni tar-rekwiżit ġenerali ta' sikurezza.

B)

Infurzar iktar effiċjenti u koerenti tad-Direttiva, fost affarijiet oħra, permezz ta':

a)

rinfurzar tal-miżuri ta' sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri;

b)

informazzjoni dwar il-kimiċi fil-fajl tekniku;

c)

il-marka CE u t-twaħħil tagħha;

d)

l-evalwazzjoni tas-sikurezza.

C)

Allinjament mal-qafas leġiżlattiv ġenerali dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti

D)

L-iċċarar tal-ambitu u l-kunċetti tad-Direttiva

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-KESE jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni għalkemm waslet pjuttost tard, ladarba d-Direttiva li qiegħda tiġi riveduta ilha teżisti 'l fuq minn 20 sena u l-parametri u l-metodi tal-produzzjoni u tat-tqegħid fis-suq tal-ġugarelli nbiddlu b'mod sostanzjali matul is-snin, hekk kif inbiddlu l-gosti u d-drawwiet tal-iżjed konsumaturi naturali tagħhom. Barra minn dan, il-KESE jemmen li l-proposta attwali tista' tkun ħafna iżjed ambizzjuża fil-miri tagħha, u d-dispożizzjonijiet tagħha jistgħu jikkunsidraw it-tħassib li qam minħabba l-avvenimenti reċenti, li ħarġu fil-pubbliku u li, barra minn hekk, intużaw mhux biss fid-diskorsi u l-pożizzjonijiet tal-Kummissarju inkarigat mill-protezzjoni tal-konsumatur, iżda wkoll fir-Riżoluzzjoni tal-PE ta' Settembru 2007, li s-sens ġenerali tagħha huwa fil-fatt ripetut mill-KESE (12). Għalhekk jinnota b'dispjaċir li d-diskussjonijiet mal-KESE ma ġewx akkumpanjati wkoll mid-DĠ SANCO, li ma kienx involut direttament fil-preparazzjoni tagħha.

3.2

Il-KESE huwa sorpriż li l-valutazzjoni tal-impatt, li fuqha ssejset din il-proposta, ilha teżisti iktar minn erba' snin u ma tkoprix is-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha. Lanqas mhuwa ċar x'konsiderazzjoni ngħatat lir-rappreżentanti tal-konsumaturi u tal-familji jew kemm kienu fil-fatt involuti fit-tħejjija tagħha.

3.3

Fid-dawl tal-kritika tal-Kummissjoni dwar l-allegati nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, il-KESE huwa sorpriż li tali kritika mhijiex akkumpanjata minn inizjattivi min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' din il-liġi Komunitarja.

3.4

Il-KESE jsibha diffiċli li jifhem kif, għalkemm il-Kummissjoni taf u tammetti li hemm nuqqas ta' data statistika, huwa possibbli li jintlaħqu konklużjonijiet adegwati dwar kif l-affarijiet għandhom jinbidlu, jew inkella dwar l-effikaċja tal-miżuri proposti. Madankollu, huwa fatt magħruf li s-suq tal-ġugarelli fl-Ewropa, li fl-2002 ġie stmat li jirrappreżenta EUR 17 300 miljun bil-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut, u b'importazzjonijiet li jammontaw għal iktar minn EUR 9 000 miljun, huwa settur promettenti li jinvolvi madwar 2 000 intrapriża, l-iktar SMEs, u jħaddem b'mod dirett 'il fuq minn 100 000 persuna (13).

3.5

Il-KESE huwa tal-opinjoni li n-natura tal-proposta msemmija tirrikjedi li ma jiġix ikkunsidrat biss l-Artikolu 95, iżda wkoll l-Artikolu 153, bħala l-bażi legali, minħabba l-fatt li l-ambitu tagħha m'għandux x'jaqsam biss mat-tlestija tas-suq intern, iżda pjuttost jirrigwarda kategorija ta' konsumaturi vulnerabbli iktar mill-oħrajn, li bl-ebda mod ma tista' tiġi assoċjata ma' dik tal-“konsumatur medju”.

3.6

Barra minn hekk, il-fatt li t-tfal huma l-konsumaturi indiretti tal-ġugarelli, fis-sens li mhumiex huma li jixtruhom direttament, iżda huma l-ġenituri tagħhom jew adulti oħra li jixtruhomlhom, għandu jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu approċċ iktar strett biex tiżgura li l-ħtieġa li tinforma u teduka lil din il-klassi ta' konsumaturi tkun riflessa kif jixraq fil-mod ta' kif jinkitbu d-dispożizzjonijiet tagħha.

3.7

Il-KESE jifhem għaliex f'dan il-każ il-Kummissjoni għażlet l-armonizzazzjoni kompluta, iżda jerġa' jsostni l-konvinzjoni tiegħu li, f'tali każijiet, ikun aħjar jekk bħala strument jingħażel Regolament minflok Direttiva, b'vantaġġi ovvji b'rabta maċ-ċertezza legali u mingħajr riskji li t-traspożizzjoni ssir tard wisq jew tkun difettuża, u b'hekk mingħajr ir-riskju ta' differenzi fl-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni ammettiet li dan kollu seħħ fid-Direttiva preżenti (14).

3.8

Minħabba n-natura tas-suġġett, l-evoluzzjoni kontinwa ta' “l-aħħar avvanzi tat-teknoloġija”, il-possibbiltà ta' inċidenti okkażjonali, hekk kif urew biċ-ċar il-każijiet tal-Mattel u l-Fisher Price, u ż-żieda allarmanti fin-numru ta' twissijiet relatati mal-ġugarelli fl-aħħar rapport annwali tar-RAPEX (2007), li tirrappreżenta s-settur bl-ikbar numru ta' notifiki (31 %) (15), wieħed seta' jittama li l-proposta preżenti titħejja fid-dawl tat-tagħlimiet minn dawn l-avvenimenti — u b'mod partikolari mill-falliment tas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq — u li tfisser li d-Direttiva ssir iktar prattikabbli u infurzabbli, li tista' twassal għal suq tal-ġugarelli iktar sikur. Dan ifisser li, f'każ ta' dubju, jiġi pprojbit kulma jkun suspettat b'mod leġittimu, għalkemm dan ma jkunx ċert għal kollox, li huwa perikoluż, anki jekk ir-riskju huwa żgħir, fl-użu tiegħu mit-tfal bħala ġugarell, u b'konsiderazzjoni tal-imġiba imprevedibbli tagħhom. Madankollu, dan mhuwiex il-każ.

3.9

Rigward il-marka CE, il-KESE sempliċement ser jerġa' jtenni dak li qal fl-opinjoni tiegħu, li ġiet espressa f'opinjoni preċedenti dwar qafas komuni għat-tqegħid fis-suq, li “nuqqas ta' kredibilità tal-marka CE iwassal għal nuqqas ta' fiduċja fis-sistema kollha: l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, il-fabbrikanti, il-laboratorji u dawk li jiċċertifikaw, u fl-aħħar l-adegwatezza tal-leġiżlazzjoni tal-Approċċ il-Ġdid”  (16).

F'dan il-każ, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tarmonizza t-test finali ta' din il-proposta mat-test adottat għall-proposti kollha li jirrigwardaw il-qafas komuni msemmi hawn fuq (17).

3.10

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ is-suġġeriment tal-PE għall-introduzzjoni ta' tikketta Ewropea għas-sikurezza tal-ġugarelli, li għandha tingħata minn korpi terzi indipendenti, u jinnota b'dispjaċir li l-proposta ma indirizzatx għal kollox is-suġġerimenti mniżżla fir-Riżoluzzjoni tal-PE ta' Settembru 2007; il-KESE jtenni wkoll it-tħassib tal-SMEs, mhux b'rabta mal-fatt li l-ġugarelli li jipproduċu u jbigħu jistgħu jkunu inqas sikuri, iżda — hekk kif ġie diskuss fl-opinjoni msemmija hawn fuq — b'rabta mal-proporzjonalità tal-miżuri użati fil-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità, b'mod speċjali għall-prodotti mhux iffabbrikati f'massa jew prodotti ffabbrikati fi kwantitajiet żgħar (18).

3.11

Il-KESE jaħseb li kwalunkwe sustanza li hija rikonoxxuta bħala potenzjalment perikoluża għandha titneħħa kompletament mill-industrija tal-manifattura tal-ġugarelli, f'qafas li jkun proporzjonat, ibbilanċjat u fattibbli għall-produtturi responsabbli, kif ukoll li jkun jista' jiġi infurzat mill-awtoritajiet.

3.12

Il-KESE jilqa' d-Deċiżjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar “ġugarelli li fihom kalamita”, iżda huwa sorpriż li din il-kwistjoni lanqas biss issemmiet fil-proposta preżenti għal Direttiva: ir-reazzjoni tal-Kummissjoni ma tidhirx li hija b'saħħitha biżżejjed meta wieħed jikkunsidra l-gravità tal-perikli u l-inċidenti li diġà seħħew b'dan it-tip ta' ġugarell, li rriżulta biss f'appell lill-Istati Membri sabiex kull wieħed minnhom jiżgura, kulħadd bil-mod tiegħu, li jitwaħħal sinjal ta' “twissija”.

3.13

Il-KESE jaħseb li tista' tingħata definizzjoni iżjed preċiża tal-livell u n-natura tal-penali, hekk kif il-Kummissjoni diġà għamlet f'oqsma fejn il-ħsara kkawżata minn imġiba ħażina huwa konsiderevolment inqas mil-lat soċjali.

3.14

B'mod iżjed ġenerali, il-KESE jinnota b'dispjaċir li hawnhekk intilfet opportunità li setgħet tpoġġi l-protezzjoni tat-tfal Ewropej tal-inqas fuq l-istess livell li jeżisti, inkluż fuq inizjattiva tal-produtturi, f'xi wħud mill-Istati Membri u f'xi pajjiżi oħra, fejn ċerti tipi ta' ġugarelli huma sempliċement projbiti, hekk kif intwera fi studju reċenti kkummissjonat mill-PE (19).

3.15

Il-KESE huwa konxju tal-kompetizzjoni internazzjonali ħarxa fl-industrija tal-ġugarelli. Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex iqisu l-kompetittività tas-settur meta jintroduċu modifiki matul il-proċess leġiżlattiv lejn l-adozzjoni ta' din id-Direttiva. L-istandards tas-sikurezza għall-ġugarelli m'għandhomx jitbaxxew billi tiddgħajjef il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod speċjali it-tfal, iżda r-regoli tal-kummerċ internazzjonali għandhom jiġu osservati strettament sabiex il-kumpaniji Ewropej ikunu jistgħu jikkompetu bl-istess kundizzjonijiet.

3.16

Fl-aħħar nett, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tkun konxja mit-tħassib soċjali b'rabta mal-industrija tal-manifattura tal-ġugarelli, speċjalment f'pajjiżi terzi fejn tfal żgħar jiġu mġiegħla jaħdmu f'kundizzjonijiet atroċi u għal sigħat twal, fejn kuljum imissu prodotti tossiċi u verament perikolużi. Jistedinha wkoll tadotta pożizzjoni ċara favur ġugarelli ekoloġiċi u etiċi.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Artikolu 1 u Anness I — Lista ta' prodotti li ma jitqisux bħala ġugarelli

Il-KESE jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li taġġorna d-definizzjoni tat-terminu “ġugarell” sabiex ikun jista' jintuża għall-prodotti kollha li mhumiex maħsuba għal-logħob biss.

Madankollu, il-KESE jenfasizza li d-definizzjoni attwali ta' “ġugarelli” mhijiex adegwata għall-ambitu tal-miri stabbiliti, peress li mhux biss ma tippermettix l-aġġornament li hemm bżonn sabiex wieħed jimxi id f'id mal-iżviluppi fis-suq teknoloġiku, iżda tistabbilixxi wkoll lista ta' prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva. Hemm dubju serju dwar kemm huma xierqa dawn il-prodotti, b'mod partikolari l-oġġetti dekorattivi għall-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet, il-ġojjelli artifiċjali, il-logħob li jkollu missili bil-ponta, il-prodotti maħsuba għall-użu edukattiv fi skejjel u oqsma pedagoġiċi oħra, u tagħmir tal-isport.

Il-bażi li fuqha jiġu stabbiliti arranġamenti speċjali għall-protezzjoni tal-konsumaturi tal-prodott tiddependi min-natura tal-konsumaturi, u b'mod partikolari mill-vulnerabilità tagħhom. Il-konsumaturi ma jagħmlux distinzjoni bejn il-finijiet ta' kull oġġett li jitpoġġa quddiemhom — il-prodotti stess ta' spiss jitqiesu bħala ġugarelli mit-tfal, mill-ġenituri tagħhom u min-negozjanti li jikkatologawhom u jbigħuhom bħala ġugarelli. Għalhekk, il-Kumitat ma jifhimx għalfejn il-ġugarelli li jintużaw għal skopijiet edukattivi fl-iskejjel ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva ladarba m'hemmx differenza fin-natura tal-utent.

Il-KESE jenfasizza li l-apparat u l-prodotti li huma aċċessibbli u li jistgħu jintużaw bħala ġugarelli minn tfal ta' taħt l-14-il sena għandhom jiġu inklużi fl-ambitu protettiv tad-Direttiva, b'konformità mal-prinċipju tal-prekawzjoni.

Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi d-definizzjoni mniżżla fl-Artikolu 1 u fil-lista bil-għan li tagħmilhom konformi ma' xulxin.

4.2   Artikoli 2 sa 5

Il-KESE ma jaqbel assolutament xejn mad-distinzjoni li ssir bejn il-produtturi u l-importaturi, ladarba d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti tpoġġi l-importaturi fuq l-istess skala tal-produtturi, fejn dawn tal-aħħar m'għandhomx rappreżentant fl-Istat Membru. Jekk tinżamm id-distinzjoni attwali mhux talli wieħed ma jżommx kif jixraq id-dritt tal-konsumaturi għal kumpens f'każ ta' ħsara (peress li r-responsabilità taqa' kompletament f'idejn il-produttur), iżda lanqas ma jiġu armonizzati b'mod adegwat il-liġijiet Komunitarji, u b'hekk wieħed ikun qiegħed ipoġġi fil-periklu l-prinċipju ta' ċertezza fi kwistjonijiet legali.

Għalhekk il-KESE jikkunsidra li għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, ir-rappreżentanti awtorizzati u l-importaturi (fejn m'hemmx rappreżentanti uffiċjali tal-produtturi) għandhom jiġu kkunsidrati bħala produtturi, għall-kuntrarju tal-għan tad-Direttiva attwali li tpoġġihom fuq l-istess skala biss meta l-ġugarelli jitqiegħdu fis-suq f'isimhom jew bit-trejdmark tagħhom jew meta jkunu għamlu xi bidliet fin-natura tal-prodott, anki jekk dan ma jkunx affettwa l-proċess tal-produzzjoni.

Il-KESE jopponi d-distinzjoni li ssir bejn ir-rappreżentanti awtorizzati u l-produtturi fir-rigward tar-responsabilità. Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-fatt li jekk tinżamm din ir-regola, id-drittijiet tal-konsumatur ma jkunux jistgħu jinżammu. Dan jgħodd b'mod partikolari għad-dritt għal kumpens b'rabta mal-ħsara f'sitwazzjonijiet fejn hemm biss rappreżentant awtorizzat stabbilit fl-Istat Membru.

B'mod ġenerali, il-KESE jappoġġja dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li huma implimentati attwalment, li jaqsmu r-responsabilità bejn dawk kollha involuti fil-katina tat-tqegħid fis-suq.

Rigward id-definizzjoni ta' ħsara, il-Kumitat jaħseb li din għandha tinkludi s-sitwazzjonijiet li jinqalgħu fuq perijodu twil ta' żmien u li huma l-konsegwenzi diretti ta' inċidenti konfermati.

4.3   Artikolu 9

Il-KESE jilqa' l-emenda tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fejn jistipula li, fid-dawl tal-imġiba tat-tfal, l-użu tal-ġugarelli fil-ġejjieni għandu jiġi kkunsidrat waqt li jiġu evalwati l-perikli tagħhom (għalkemm jidher li b'hekk il-premessa (16) tkun tista' tiġi interpretata bil-kontra).

Madankollu, il-KESE jemmen li l-produtturi għandhom jiġu obbligati jbassru il-possibbiltà ta' użi inadegwati tal-prodotti tagħhom — użi li jkunu raġonevolment aċċettabbli għat-tfal. Barra minn hekk, iż-żamma tal-kriterju tat-tbassir huwa kontradittorju meta l-memorandum ta' spjegazzjoni jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jikkunsidra l-imġiba ta' spiss imprevedibbli tat-tfal waqt id-disinn tal-ġugarelli.

Il-KESE ma jaqbilx mal-kliem f'paragrafu 3 għax din id-dispożizzjoni mhux talli tistabbilixxi suppożizzjoni evidenti, iżda tintroduċi wkoll kriterji vagi u mhux ċari, bħal pereżemju l-kunċetti “prevedibbli” u “normali” u dan, fl-aħħar mill-aħħar, jeskludi kwalunkwe obbligu li l-produttur iżomm ruħu aġġornat mal-esperimenti xjentifiċi u tekniċi fil-qasam speċifiku tiegħu minħabba l-fatt li ġaladarba l-prodott tiegħu jinsab fis-suq, b'mod awtomatiku dan ifisser li huwa jżomm mas-sikurezza ġenerali tal-prodott (20).

Fil-fatt, id-dmir li wieħed jimpedixxi d-difetti fil-prodott ma jispiċċax hekk kif il-prodott jitqiegħed fis-suq. Il-produttur, jew jekk ikollu r-rappreżentant lokali tiegħu, għandu l-obbligu li jissorvelja u josserva l-ġugarelli kontinwament sabiex dawk id-difetti li wieħed ma jkunx jaf bihom u li ma setgħux joħorġu meta tqiegħdu fis-suq jiġu skoperti, flimkien mad-difetti marbuta mad-deterjorament, l-użu eċċessiv u mal-ħajja tal-ġugarell iqsar minn dik prevista.

4.4   Artikolu 10

Il-KESE jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li titlob li t-twissjiet jintwerew b'mod ċar, viżibbli u leġġibbli fil-post fejn jinbiegħu sabiex jiġi żgurat li l-utenti jirċievu informazzjoni effettiva minn qabel. Però jemmen li dawn it-twissijiet m'għandhomx jidhru biss fuq l-imballaġġ, iżda anki fuq il-prodotti stess.

Madankollu, il-Kumitat jikkunsidra li dawn it-twissijiet għandu jkollhom mhux biss informazzjoni dwar l-età minima jew massima tal-utenti, iżda wkoll indikazzjonijiet rigward il-piż massimu jew minimu tal-utenti għall-użu ta' ċerti ġugarelli, kif ukoll informazzjoni dwar il-ħtieġa li l-ġugarell jintuża biss taħt is-superviżjoni ta' dawk li jieħdu ħsiebhom.

Il-Kumitat jenfasizza wkoll li t-twissijiet għandhom jinkitbu b'mod adegwat għall-utenti, u fid-dawl tas-sensibilitajiet partikolari tagħhom.

Il-KESE jsejjaħ mill-ġdid biex jiġu mħeġġa inizjattivi ta' taħriġ għall-ġenituri u n-nies li jieħdu ħsieb it-tfal bil-għan li jiġbdulhom l-attenzjoni għall-prekawzjonijiet u r-riskji marbuta ma' ċertu tip ta' ġugarelli. Madankollu, il-fatt li fl-aħħar mill-aħħar is-sikurezza tat-tfal hija r-responsabilità tal-ġenituri, il-gwardjani, il-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal, l-għalliema tagħhom, eċċ. ma jistax jintuża bħala skuża biex tonqos ir-responsabilità min-naħa tal-produtturi, l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut għas-sikurezza sħiħa tal-ġugarelli.

Billi wieħed jikkunsidra l-fatt li t-tikketti ta' spiss jinkitbu b'lingwa differenti minn dik nazzjonali, il-KESE huwa tal-opinjoni li paragrafu 3 għandu jistabbilixxi l-obbligu li t-twissijiet u l-istruzzjonijiet ta' sikurezza għandhom jidhru bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-ġugarelli jitqiegħdu fis-suq, is-sempliċi possibbiltà li tinsab fid-dispożizzjoni attwali.

4.5   Artikoli 12 u 26

Għalkemm jaċċetta l-ħtieġa li tinżamm il-preżunzjoni ta' konformità, il-KESE jħoss li jkun iżjed konformi mal-“aħħar avvanzi tat-teknoloġija” jekk issir l-inverżjoni tal-piż tal-prova f'każ ta' inċident li jikkawża ħafna ħsara.

4.6   Artikolu 17

Il-KESE jenfasizza d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob lill-produtturi jagħmlu analiżi tal-perikli li jirriżultaw mill-użu tal-ġugarell, minflok ma tillimita din l-analiżi għar-riskji inerenti fl-użu tiegħu biss. Madankollu, il-Kumitat jikkunsidra li din l-analiżi għandha tkopri ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-ġugarell, irrispettivament minn jekk jinqalgħux jew le sitwazzjonijiet ta' ħsara, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal tal-każ Mattel.

4.7   Artikolu 18

Il-KESE jikkunsidra li l-proċedura għall-evalwazzjoni tal-konformità għandha tiġi implimentata għall-kategoriji kollha tal-ġugarelli, u mhux biss għall-każijiet imniżżla f'paragrafu 3, filwaqt li jiġi żgurat l-użu ta' kriterji uniformi u tiġi introdotta tikketta Ewropea tas-sikurezza, hekk kif ippropona l-PE (21).

Barra minn hekk, ladarba dan huwa qasam tekniku fejn hemm nuqqas ta' għarfien prattiku speċifiku jew ta' statistika dwar inċidenti kkawżati waqt l-użu tal-prodott, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tikkonkretizza l-prinċipju tal-prekawzjoni fil-proposta attwali, bl-istess mod kif seħħ fil-White Paper ta' Jannar 2000 dwar is-sikurezza tal-ikel (22).

4.8   Anness II — Rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza

Parti I — Il-kwalitajiet fiżiċi u mekkaniċi

Il-KESE jemmen li l-ambitu tat-tielet paragrafu ta' punt 4 għandu jiġi estiż għat-tfal ta' taħt is-60 xahar, ladarba huwa possibbli li t-tfal ta' din l-età jistgħu jużaw ġugarell mingħajr il-prudenza u l-prekawzjoni xierqa billi jpoġġuh f'ħalqhom, anki jekk din ma kinetx l-intenzjoni tal-produttur fl-istadju tad-disinn tal-ġugarell.

Il-KESE jikkunsidra wkoll li l-aspetti li ġejjin ma ġewx koperti:

l-imballaġġ tal-prodott, u speċjalment f'sitwazzjonijiet fejn il-ġugarelli jiġu ppakkjati f'boroż tal-plastik;

il-possibbiltà li ċerti komponenti tal-ġugarell jinħallu u jinbelgħu mit-tfal;

il-karatteristiċi f'każ li ġugarell jinkiser.

Parti III — Kwalitajiet kimiċi

Filwaqt li jilqa' l-bidliet proposti, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi implimentat, mingħajr telf ta' żmien, il-prinċipju tal-prekawzjoni rigward il-kwalitajiet kimiċi, ladarba l-istudji tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa juru li l-espożizzjoni tat-tfal għal dawn il-prodotti tista' twassal għal mard kroniku li jkompli jaffettwa lit-tfal li għandhom iktar minn tliet snin.

Għalhekk il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li s-sustanzi kollha kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) — inklużi dawk ta' kategorija 3, sakemm ikunu rikonoxxuti bħala potenzjalment perikolużi — jiġu pprojbiti, mhux biss mid-disinn tal-prodott innifsu, iżda anki mill-komponenti interni tiegħu, b'konformità, barra minn hekk, mad-Direttiva dwar prodotti kosmetiċi. Il-KESE javża wkoll lill-Kummissjoni dwar il-laxkezza żejda relatata mhux biss mal-limiti permessi ta' migrazzjoni, iżda wkoll mal-interrutturi endokrinali (endocrine interruptors), li jistgħu jxekklu l-iżvilupp normali tat-tfal.

Rigward l-użu ta' sustanzi allerġeniċi, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tipprojbixxi l-użu tal-fwejjaħ u s-sensitizzaturi kollha, peress li dawn jista' jkun fihom mhux biss sustanzi allerġeniċi iżda anki sustanzi oħra li jkollhom konsegwenzi diretti fuq is-sistemi immunitarji tat-tfal.

Sabiex inkunu realistiċi f'termini ta' fattibbiltà u fil-kuntest tal-istruttura tal-industrija tal-ġugarelli, li għandha maġġoranza kbira ta' SMEs, u l-bidliet sostanzjali li ġġib magħha din id-Direttiva, speċjalment fil-kamp tal-proprjetajiet kimiċi, il-KESE jixtieq jirrakkomanda perijodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin.

Fl-aħħar nett, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-kumpatibilità tal-proposta attwali mar-regoli tas-sikurezza tas-saħħa, speċjalment dawk relatati mal-materjali użati f'ġugarelli għat-tfal ta' taħt is-36 xahar. Għalhekk, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex, għad-disinn ta' tali ġugarelli, tawtorizza biss l-istess sustanzi li huma permessi għal materjali f'kuntatt dirett ma' prodotti tal-ikel.

Parti IV — Kwalitajiet elettriċi

Il-KESE jikkunsidra li l-Anness għandu jinkludi regoli speċifiċi dwar prodotti li jużaw il-batteriji, b'mod partikolari l-batteriji tal-merkurju.

4.9   Anness V — Twissijiet

Il-KESE jikkunsidra li għandu jkun hemm twissijiet speċifiċi rigward kundizzjonijiet speċjali għal tfal b'ċerti diżabilitajiet fiżiċi jew mentali, sabiex b'hekk il-ġenituri jew il-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal jafu minn qabel ir-riskji inerenti fl-użu tal-ġugarell.

Rigward l-użu ta' ġugarelli fl-ikel, il-KESE jikkunsidra li għandu jkun hemm indikazzjonijiet speċifiċi, murija b'mod viżibbli u li ma jitħassarx, li hemm ġugarell fl-ikel, u dan għandu jkun jidher irrispettivament minn kif inhu ppakkjat il-prodott.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  National Electronic Injury Surveillance System (NEISS), immexxija mill-Kummissjoni għas-Sikurezza tal-Prodott tal-Konsumatur (CPSC), fl-Istati Uniti.

(2)  ĠU C 167, 5.7.1986, p. 1.

(3)  ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1. Opinjoni tal-KES: ĠU C 232, 31.8.1987, p. 22.

(4)  ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

(5)  COM(1986) 541 finali (ĠU C 282, 8.11.1986, p. 4).

(6)  Opinjoni CES 639/87, rapporteur: is-Sinjura Williams (ĠU C 232, 31.8.1987, p. 22).

(7)  ĠU L 281,14.10.1988, p. 55; ĠU L 37, 9.2.1991, p. 42.

(8)  ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1. Opinjoni tal-KES: ĠU C 14, 20.1.1992, p. 15 u ĠU C 129, l-10.5.1993, p. 3.

(9)  ĠU C 297, 9.12.2003, p. 18.

(10)  Direttiva 92/59/KEE tad-29 ta' Ġunju 1992 (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 24 — opinjoni tal-KES: ĠU C 75, 26.3.1990, p. 1) u Direttiva 2001/95/KE tat-3 ta' Diċembru 2001 (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4); il-KES adotta l-opinjoni CES 1008/2000 tal-20 ta' Settembru 2000, rapporteur: is-Sinjura Williams (ĠU C 367, 20.12.2000, p. 34), dwar il-proposta għall-aħħar Direttiva msemmija, COM(2000) 139 finali. Iktar kmieni, opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar l-istess suġġett tħejjiet mis-Sinjura Williams u adottata mill-KES fit-8 ta' Diċembnu 1999 (CES 1131/99 — ĠU C 51, 23.2.2000, p. 67).

(11)  Pakkett ta' proposti COM(2007) 36, 37 u 53 finali, 14.2.2007, opinjonijiet tal-KESE INT/352/353/354 (CESE 1693/2007 tat-13 ta' Diċembru 2007, rapporteur: is-Sur Pezzini).

(12)  Ara d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Kuneva lill-PE fit-12 ta' Settembru 2007, id-dikjarazzjonijiet tagħha fil-laqgħat mal-Viċi President ta' Mattel International fl-20 ta' Settembru 2007 u ma' delegazzjoni ta' produtturi tal-ġugarelli, fosthom Hornby, Lego u Mattel, fid-9 ta' April 2008, flimkien mal-konferenza stampa tat-22 ta' Novembru 2007. Ara wkoll ir-Riżoluzzjoni tal-PE dok P6-TA(2007)0412 tas-26 ta' Settembru 2007.

(13)  Dejta mis-sit tal-Internet tal-Kummissjoni.

(14)  Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta' Mejju 1988 (ĠU L 187 tas-16.7.1988, p. 1). Ta' min jinnota li għall-kuntrarju tal-proposta preżenti, fil-proposta dwar il-prodotti kosmetiċi (COM(2008) 49 finali/2), il-Kummissjoni ġustament iddeċidiet li tissostitwixxi d-direttiva b'regolament. Għandu jiġi enfasizzat ukoll il-fatt li l-emendi tal-protokoll dwar is-sussidjarjetà fit-Trattat ta' Riforma l-emenda tal-protokoll dwar is-sussidjarjetà fit-Trattat ta' Riforma tirrappreżenta argument ieħor favur dan l-approċċ fil-ġejjieni billi tneħħi l-“preferenza” għad-direttivi.

(15)  Skont ir-rapport, fis-sajf tal-2007 biss, 'il fuq minn 18-il miljun ġugarell li kien fih il-kalamiti tneħħa mis-suq, flimkien ma' 2 miljun ġugarell li kien miżbugħ b'żebgħa li fiha ċ-ċomb.

(16)  Opinjoni CESE 1693/2007 tat-13 ta' Diċembru 2007, rapporteur: is-Sur Pezzini (INT/352-353-354) fejn, f'punt 5.2.11, hemm enfasi, b'rilevanza ċara, li:

“L-aħjar mod kif tissaħħaħ il-pożizzjoni u l-importanza tal-marka CE, kif definita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465, huwa permezz ta' taqliba radikali ta' limmarkar innifsu, li tkun tinvolvi:

li jkun iċċarat li m'għandhiex tintuża bħala sistema ta' immarkar jew tikkettjar għal skopijiet ta' konsum, lanqas bħala garanzija ta' kwalità jew ċertifikazzjoni jew approvazzjoni minn partijiet terzi indipendenti, imma biss bħala dikjarazzjoni ta' konformità u ta' dokumentazzjoni teknika, li l-fabbrikant jew l-importatur għandu l-obbligu u r-responsabbiltà sħiħa li jipproduċi għall-awtoritajiet u l-konsumaturi;

li jkunu rrazzjonalizzati l-proċeduri varji għall-evalwazzjoni tal-konformità;

li tissaħħaħ il-protezzjoni legali tal-marka CE billi tiġi reġistrata bħala marka kollettiva, li tfisser li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jaġixxu b'ħeffa biex irażżnu l-abbużi, waqt li jżommu miftuħa l-possibbiltà ta' immarkar nazzjonali addizzjonali;

li jissaħħu l-mekkaniżmi tas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli doganali fil-fruntieri;

li produtturi u konsumaturi jistħarġġu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kodiċi tal-kondotta volontarju possibbli fuq l-effettività tal-proliferazzjoni ta' marki u tikketti ta' kwalità nazzjonalivolontarji jew xorta oħra — u kif jirrelataw mal-marka CE”.

(17)  COM(2007) 36, 37 u 53 finali tal-14.2.2007.

(18)  Opinjoni kkwotata f'footnote 16, punti 5.2.7.1 u 5.2.9. Ara wkoll l-opinjoni tal-KESE dwar il-miżuri ta' politika għall-SMEs (INT/390), rapporteur: is-Sur Cappellini, u dwar il-prodotti kosmetiċi (INT/424), rapporteur: is-Sur Krawczyk).

(19)  Study on Safety and Liability Issues Relating to Toys (PE 393.523), awturi: Frank Alleweldt — Direttur tal-proġett; Anna Fielder — Awtur prinċipali; Geraint Howells — Analiżi legali; Senda Kara, Kristen Schubert u Stephen Locke.

(20)  F'dan il-kuntest ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tad-29 ta' Mejju 1997 (każ C-300/95, Rapporti tal-Qorti Ewropea 1997, paġna I-02649).

(21)  Riżoluzzjoni tal-PE tad-19.9.2007 dwar ġugarelli perikolużi (dokument P6-TA(2007)0412) tas-26/9/2007.

(22)  COM(1999) 719 finali tat-12.1.2000.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/15


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21

COM(2007) 724 finali

(2009/C 77/03)

Nhar l-20 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-15 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Cassidy u l-korapporteurs kienu s-Sur Hencks u s-Sur Cappellini.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'51 vot favur, 2 voti kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Sommarju eżekuttiv — konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jisħaq fuq l-importanza tal-Istrateġija ta' Liżbona bħala għajnuna għaż-żamma tal-benefiċċji tas-Suq Uniku u l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tiegħu.

1.2

Suq Uniku li jiffunzjona sew, kompetittiv u favur l-innovazzjoni huwa essenzjali sabiex l-Ewropa tkun tista' tisfrutta bis-sħiħ il-globalizzazzjoni filwaqt li tħares l-istandards soċjali tagħha. F'dan il-kuntest, il-KESE jinsab imħasseb dwar is-sentenzi reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar is-sekondar tal-ħaddiema. Bħalissa l-Kumitat qed janalizza r-riperkussjonijiet ta' dawn is-sentenzi fuq l-acquis communautaire mil-lat tal-politika soċjali (1).

1.3

Sabiex jiġi żviluppat is-Suq Uniku, il-KESE jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni u l-isfruttar tar-riċerka xjentifika u r-riżultati tal-innovazzjoni, l-għajnuna lill-provvedituri nazzjonali tat-teknoloġija fil-promozzjoni fil-livell Ewropew tal-prodotti u t-teknoloġiji innovattivi, il-promozzjoni tat-tixrid u l-isfruttar transnazzjonali tar-riżultati tar-riċerka. Is-Suq Uniku huwa strument ewlieni għat-twettiq tal-Aġenda ta' Liżbona. L-għan tagħha huwa li jibbenefikaw il-konsumaturi, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi billi jitneħħew l-ostakli għall-moviment ħieles tal-persuni, tal-merkanzija, tas-servizzi u tal-kapital, għalkemm għad fadal ħafna minnhom. Ħadd ma jista' jinnega l-benefiċċji ta' integrazzjoni aktar mill-qrib.

1.4

Il-Pakkett ta' Analiżi tal-Kummissjoni dwar is-Suq Uniku jipprovdi bażi tajba biex is-Suq Uniku jerġa' jissaħħaħ, iżda s-suċċess ta' dan jiddependi ħafna mill-ħila u l-ambizzjoni tal-gvernijiet nazzjonali u l-imsieħba soċjali tagħhom li jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom u jużaw ir-riżorsi neċessarji biex dan il-kliem jinbidel f'fatti.

1.5

L-infurzar korrett u uniformi tal-leġiżlazzjoni u l-istandards attwali huwa waħda mill-iktar sfidi importanti. L-istimi tal-impatt, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u l-ispiża tal-konformità leġiżlattiva li jinbtu mill-frammentazzjoni tas-suq intern, konsultazzjoni aħjar mal-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati, partikularment mal-SMEs huma essenzjali kemm biex il-miri regolatorji jinftiehmu aħjar kif ukoll biex jiġu identifikati soluzzjonijiet mhux regolatorji.

1.6

L-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju jagħtu kontribut vitali għat-tħaddim effettiv tas-Suq Uniku. L-SMEs, fid-diversi forom tagħhom, għandhom rwol importanti ferm fis-settur tas-servizzi u huma kruċjali għall-kompromessi soċjali li jappoġġjaw l-ekonomija tal-UE. Is-Small Business Act u l-Karta tal-SME jirrikonoxxu l-importanza tal-SMEs fil-proċessi ta' politika u fl-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri. Madankollu, il-KESE jemmen li r-rwol tal-SMEs fl-implimentazzjoni tal-politika għandu jingħata aktar importanza, speċjalment fir-rigward tal-kontribut tagħhom biex jinkisbu l-għanijiet ekonomiċi, ambjentali u tal-politika soċjali.

1.7

Il-KESE jenfasizza li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa strument ta' solidarjetà importanti li ser joffri għajnuna speċifika lill-ħaddiema li jitilfu xogħolhom minħabba t-tibdil fit-tendenzi tal-kummerċ dinji biex isibu impjieg ieħor. Filwaqt li jilqa' l-fatt li l-iskema tapplika għall-impjegati tal-SMEs, il-Kumitat jiddispjaċih li din l-iskema mhix disponibbli għal dawk il-persuni li jaħdmu għal rashom u li ser ikunu vulnerabbli għall-istess tibdil.

1.8

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw ruħhom li jiġu allokati biżżejjed riżorsi sabiex jittejjeb l-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku. Għandhom jiġu żviluppati wkoll inizjattivi biex jiżguraw li jkun hemm sinerġiji bejn politika tas-Suq Uniku, il-politika tal-kompetizzjoni u l-politika soċjali u ambjentali li huma importanti biex Suq Uniku jiffunzjona sew.

1.9

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-inizjattivi regolatorji l-ġodda għandhom jikkontribwixxu biex is-Suq Uniku jiffunzjona mingħajr xkiel u jqisu l-impatt fuq il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej u l-effetti soċjali u ambjentali. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u ċ-ċertezza legali għall-intrapriżi u l-konsumaturi, u biex jiġi evitat li inizjattivi ġodda li jikkontradixxu lil xulxin, għandu jkun hemm “Test tal-kompatibilità mas-Suq Uniku” (2) għal proposti ġodda kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali biex janalizzaw l-impatt soċjali u ambjentali tagħhom.

1.10

Iċ-ċittadini u n-negozji għandhom jingħataw aċċess faċli u bi prezz raġonevoli għall-ġustizzja kif ukoll mezzi xierqa għar-riżarċiment u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim. F'dan ir-rigward, għandu jissaħħaħ l-iżvilupp tal-għodod għar-riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti.

1.11

Il-KESE ma jistax ma jilqax l-għan tal-Komunikazzjoni tal-20 ta' Novembru 2007 dwar l-SIĠ (Servizzi ta' Interess Ġenerali), jiġifieri li “l-Kummissjoni se tkompli tikkonsolida l-qafas tal-UE applikabbli għas-servizzi ta' interess ġenerali, inkluż għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, billi tipprovdi soluzzjonijiet konkreti għal problemi konkreti fejn jeżistu” u “taħlita ta' azzjonijiet speċifiċi għas-setturi u speċifiċi għall-kwistjonijiet”.

1.12

Peress li l-liġi primarja tal-UE jew it-trattati jirrikonoxxu li l-SIEĠ jiffurmaw parti mill-“valuri komuni” tal-UE u jikkontribwixxu għall-“koeżjoni soċjali u territorjali” tagħha, l-azzjonijiet speċifiċi (li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull settur) għandhom jintrabtu ma' approċċi speċifiċi għall-kwistjonijiet.

1.13

Bl-inklużjoni tad-distinzjoni bejn is-servizzi ekonomiċi u non-ekonomiċi fil-leġiżlazzjoni primarja, kif ukoll fid-dawl tal-bżonn li jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji tal-operat tal-SIEĠ, il-protokoll tal-SIĠ juri kif il-proċess tal-kjarifika tal-kunċetti u tal-iskemi attwali issa huwa importanti aktar minn qatt qabel biex jiġi żgurat li tali servizzi ma jibqgħux jiddependu mill-approċċ fuq bażi ta' każ b'każ li huwa esklużivament leġiżlattiv jew ġudizzjarju.

1.14

Għalkemm il-Parlament Ewropew kemm-il darba talab ċertezza legali ġenwina għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, il-proposti stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-SIĠ huma biss sett ta' risposti għal “mistoqsijiet frekwenti”, li ser ikunu utli iżda m'għandhom l-ebda valur legali vinkolanti.

1.15

Għaldaqstant, il-KESE jipproponi approċċ gradwali li jittratta diversi aspetti u li jgħaqqad l-aspetti speċifiċi għas-settur u speċifiċi għall-kwistjonijiet. Dan l-approċċ kapaċi jwassal biex, fejn ikun meħtieġ, jiġu adottati inizjattivi leġiżlattivi u/jew biex dawn il-prinċipji u l-kondizzjonijiet jiġu adattati għas-setturi differenti kkonċernati (l-approċċ orizzontali u speċifiku għall-kwistjonijiet).

2.   L-elementi prinċipali tal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni

2.1

Dan il-pakkett tal-Kummissjoni jipproponi firxa ta' inizjattivi appoġġjati minn ħames dokumenti ta' ħidma u żewġ komunikazzjonijiet dwar is-servizzi ta' interess ġenerali u d-dimensjoni soċjali tas-Suq Uniku (3).

2.2

Il-KESE ħareġ opinjonijiet dwar kull waħda minn dawn it-temi (4). Dan l-aħħar, adotta opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar id-dimensjoni esterna tas-Suq Uniku u bħalissa qed iħejji waħda dwar id-dimensjoni soċjali u ambjentali ta' dan is-Suq (5).

3.   Kummenti ġenerali — Infurzar aktar effettiv

3.1

Il-Kumitat jilqa' l-enfasi fil-COM(2007) 724 finali fuq l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi u lill-SMEs sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-Suq Uniku u jirreaġixxu aħjar għall-istennijiet u t-tħassib tagħhom. Għalhekk jilqa' l-fatt li l-politika dwar is-Suq Uniku tagħti attenzjoni speċjali lill-oqsma marbuta mal-konsumaturi, bħall-enerġija, it-telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji bl-imnut u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut.

3.2

Is-suċċess ta' politika futura tas-Suq Uniku jiddependi mill-kapaċità konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni sabiex jittejjeb il-funzjonament tiegħu. Is-Suq Uniku huwa “ħidma li għadha għaddejja” u huwa responsabbiltà konġunta. L-Istati Membri għandhom iħossu sens ta' responsabbiltà ikbar fir-rigward tiegħu. L-awtoritajiet nazzjonali ta' spiss jonqsu milli jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fil-ġestjoni tas-Suq Uniku u dan iwassal għal ostakli ġodda li jnaqqsu l-fiduċja li s-Suq Uniku għandu jispira. Ir-rwol importanti tal-imsieħba soċjali fl-appoġġ għas-Suq Uniku għandu jiġi rikonoxxut aktar.

3.2.1

L-għan tal-Kummissjoni huwa li tagħti aktar prijorità sabiex l-infurzar isir b'mod korrett. Hemm bżonn li jiġu stabbiliti strumenti li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni taħdem aħjar fil-prattika. It-traspożizzjoni f'waqtha u korretta tal-leġiżljazzjoni Komunitarja u s-semplifikazzjoni amministrattiva huma kruċjali biex l-infurzar isir iktar faċli. It-traspożizzjoni korretta tad-direttiva tas-servizzi hija partikularment importanti biex jinkisbu l-miri tagħha għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir.

3.3

Il-provvista ta' soluzzjonijiet faċli u rapidi għall-problemi li jiffaċċjaw iċ-ċittadini u n-negozji fis-Suq Uniku għandha tibqa' prijorità. Is-SOLVIT huwa strument siewi ferm iżda b'xorti ħażina “ma jintużax biżżejjed” minħabba n-nuqqas ta' għarfien dwar is-sistema u s-siewi tagħha u ta' riżorsi xierqa speċjalment fil-livell nazzjonali. Kull inizjattiva biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni, li tinkludi azzjonijiet biex jiġu żgurati biżżejjed riżorsi fiċ-ċentri tas-SOLVIT, kemm umani kif ukoll finanzjarji, huma rakkomandati ħafna, bħalma huma l-inizjattivi biex iwessgħu l-ambitu tagħhom.

3.4

Il-KESE jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tissemplifika u tħaffef il-proċeduri ta' ksur tal-liġi billi tingħata prijorità lill-każijiet ta' ksur li jirrappreżentaw l-akbar riskju u li huma ekonomikament importanti mingħajr ma jiġu kompromessi l-effikaċja tad-deterrenti eżistenti.

3.5

Għad fadal ħafna xi jsir rigward is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti li jiġu manifatturati lokalment u dawk importati. Dan jimponi ċerti dmirijiet kemm fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll fuq il-Kummissjoni Ewropea.

3.6

Il-KESE jixtieq li l-Kummissjoni tenfasizza aktar l-għajnuna li għandha tingħata lill-SMEs billi torbot il-politika tal-SMEs mal-għanijiet soċjali u ambjentali tal-Unjoni Ewropea, u fl-aħħar nett tneħħi l-ostakli nazzjonali li mhumiex tariffi li jinkludu ostakli għall-moviment ħieles tal-kapital u tal-ħaddiema (6).

3.7

F'kuntest iktar ġenerali, jibqa' essenzjali li l-Kummissjoni tkompli taqdi rwol b'saħħtu bħala gwardjan tat-Trattat u teżerċita d-dritt tagħha ta' inizjattiva sabiex tiżgura li s-Suq Uniku jiffunzjona sew.

3.8

Il-KESE jappoġġja l-importanza ta' sforz kontinwu għat-tnaqqis addizzjonali tal-ispejjeż, li jinħolqu mill-frammentazzjoni fiskali tas-Suq Uniku, bis-saħħa tal-promozzjoni ta' regolamenti Komunitarji li ser jappoġġjaw l-iżvilupp ta' attivitajiet transkonfinali u jipprovdu għall-konsolidazzjoni tas-Suq Uniku.

4.   Regolamentazzjoni aħjar

4.1

Il-KESE jilqa' l-għan li jiġi żgurat “tfassil ta' politika aktar inklużiv” u r-rieda li l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati tikber. L-istimi tal-impatt sistematiċi huma ta' importanza ewlenija.

4.2

Meta tkun qed titħejja stima tal-impatt, huwa essenzjali li jkun hemm konsultazzjoni mal-partijiet interessati rappreżentattivi. L-istimi tal-impatt sistematiċi għandhom jiġu analizzati bir-reqqa minn korp estern indipendenti ta' esperti li jinkludi l-gruppi tal-utenti aħħarija tal-leġiżlazzjoni.

4.3

Għandu jiġi garantit ukoll it-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji mingħajr ma jiġu kompromessi r-riżultati soċjali.

4.4

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u ċ-ċertezza legali għan-negozji u l-konsumaturi, u biex jiġi evitat li inizjattivi ġodda joħolqu ostakli ġodda, għandu jkun hemm “Test tal-Kompatibilità mas-Suq Uniku” flimkien ma' evalwazzjoni tal-konsegwenzi soċjali u ambjentali (7) għall-proposti l-ġodda kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali. Testi legali li ma jkunux ċari, li ta' spiss jiġu implimentati u interpretati b'mod differenti, iwasslu għal kontradizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

4.5

Huwa kruċjali li jittejbu l-informazzjoni u d-data dwar l-implimentazzjoni prattika tar-regoli tas-Suq Uniku. Il-Kummissjoni għandha tkun aktar trasparenti fil-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar dawk l-Istati Membri li ma jwettqux ir-responsabbiltajiet tagħhom u fl-appoġġ li tagħti lir-rwol tal-imsieħba soċjali nazzjonali billi tagħmel ir-rapporti nazzjonali aktar konsistenti u trasparenti.

5.   Id-dimensjoni esterna tas-Suq Uniku (8)

5.1

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-globalizzazzjoni hija sors formidabbli ta' dinamiżmu u kompetittività u li s-Suq Uniku għandu kwalità ta' valur li għandha tintuża bħala lieva biex jiġu ffaċċjati l-isfidi tal-globalizzazzjoni.

5.2

Il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ hija identifikata b'mod korrett bħala l-ewwel pilastru tal-istrateġija tal-UE f'dan il-qasam. Is-suċċess tal-UE ser jitkejjel minn konklużjoni ambizzjuża fiċ-Ċiklu ta' Doha u mit-tlestija tan-negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles influwenti li ngħata bidu fil-qafas ta' “l-Ewropa Globali”.

5.3

Il-kwistjonijiet regolatorji u ta' standards qed jiddeterminaw dejjem aktar il-ħila tal-kumpaniji li jsibu posthom fil-livell internazzjonali. L-organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni bħas-CEN, is-CENELEC u l-ETSI, b'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet konsultattivi, bħal pereżempju n-NORMAPME (9), għandhom jiżguraw li tali standards ikunu aċċessibbli għall-impriżi kollha, b'mod partikulari għall-impriżi ż-żgħar, madwar l-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

5.4

Il-Kummissjoni bir-raġun tenfasizza l-bżonn li jinkisbu kooperazzjoni regolatorja aħjar, l-ekwivalenza u l-konverġenza internazzjonali. Fuq il-perijodu fit-tul, il-mira għandha tkun “Test wieħed, standard wieħed, aċċettat kullimkien”.

5.5

Ir-regolamenti tal-UE għandhomx iżommu l-kompetittività. Piżijiet eċċessivi fuq il-kumpaniji tal-UE mhux ser jiġu kkumpensati permezz ta' aċċettazzjoni internazzjonali tar-regoli tal-UE. Il-kooperazzjoni regolatorja ma' pajjiżi msieħba mhux ser tirnexxi jekk ma jkollhiex spirtu miftuħ u innovattiv lejn approċċi oħra.

5.6

Il-KESE jsibu inkoraġġanti l-impenn li r-regolamentazzjoni tal-UE titqabbel mal-aħjar prattiki internazzjonali, b'mod partikulari ma' dak tal-imsieħba prinċipali ta' kummerċ tal-UE. Dawn l-istandards għandhom jiġu inkorporati sistematikament fl-istimi tal-impatt tal-UE u l-Unjoni għandha tkun miftuħa għal kooperazzjoni regolatorja mal-imsieħba kummerċjali importanti. L-UE għandha taċċetta standards internazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment għall-istimi tal-konformità.

5.7

Għandhom jitħeġġu l-inizjattivi tal-UE biex din tkun fuq quddiem nett fil-livell dinji għat-twaqqif tar-regoli u l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja, fuq bażi xjentifika, għall-prodotti industrijali u tal-ikel. L-istandards komuni għandhom ikunu akkumpanjati minn għanijiet regolatorji komuni. Għaldaqstant, il-Kumitat jirrakkomanda li ssir aktar enfasi fuq ftehimiet bilaterali u netwerks fost ir-regolaturi internazzjonali.

5.8

L-UE għandha tibqa' tappoġġja l-kummerċ ħieles, waqt li fl-istess ħin tipprovdi livell xieraq ta' sorveljanza tas-suq biex tipprevjeni l-importazzjoni ta' prodotti mhux sikuri. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn il-miżuri, u s-sistemi li qegħdin jinħolqu ta' standards privati, ma jintużawx ħażin b'mod protezzjonist (10).

6.   Id-dimensjoni soċjali tas-Suq Uniku

6.1

Il-Kumitat jappoġġja l-opinjoni li d-dimensjoni soċjali tgħin biex ikun hemm titjib fit-tħaddim tas-Suq Uniku, skont il-mudell tal-istrateġija għat-“tkabbir u l-impjiegi” u bis-saħħa tal-enfasi tiegħu fuq ekonomija tal-SME b'saħħitha.

6.2

Peress li l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol hija l-aħjar ħarsien kontra l-esklużjoni soċjali, fil-qalba tal-pjan tal-Kummissjoni għal “opportunitajiet, aċċess u solidarjetà” għandu jkun hemm użu aħjar tal-potenzjal tal-forza tax-xogħol fl-Ewropa f'soċjetajiet li qed jinbidlu malajr. Il-Kummissjoni għandha taħdem mal-imsieħba soċjali biex tiżgura li dan japplika b'mod partikulari għall-gruppi vulnerabbli, tal-immigranti u tal-minoritajiet.

6.3

Biex nindirizzaw l-isfidi tal-globalizzazzjoni: il-bidla teknoloġika u r-realtajiet soċjali u ambjentali li jevolvu, l-isforzi politiċi għandu jkollhom l-għan li jiżguraw miri soċjali permezz ta' żieda fir-rati tal-impjieg u l-ħolqien ta' kondizzjonijiet qafas għal żieda fit-tkabbir tal-produttività.

6.4

F'waħda mill-opinjonijiet tiegħu (11) l-KESE enfasizza l-importanza li tiġi integrata “l-flessigurtà” (12) fil-politiki kollha tal-UE. L-SMEs, u b'mod speċjali l-persuni li jaħdmu għal rashom, huma ċentrali għat-tħaddim effettiv tas-swieq tax-xogħol flessibbli. Għal dan il-għan hemm bżonn li wieħed jifhem aħjar ir-rwol tal-SMEs fir-rigward tal-provvista tal-politika soċjali.

7.   Suq Uniku mmexxi mill-innovazzjoni

7.1

Sabiex jiġi żviluppat is-Suq Uniku, il-KESE jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni u l-isfruttar tar-riċerka xjentifika u r-riżultati tal-innovazzjoni, l-għajnuna lill-provvedituri nazzjonali tat-teknoloġija fil-promozzjoni fil-livell Ewropew tal-prodotti u t-teknoloġiji innovattivi, il-promozzjoni tat-tixrid u l-isfruttar transnazzjonali tar-riżultati tar-riċerka. Il-kapaċità innovattiva tal-Ewropa tista' tiġi influwenzata bil-kbir mill-kwalità tas-Suq Uniku. Fil-livell Ewropew, il-koordinazzjoni tal-isforzi għar-Riċerka u l-Iżvilupp hija meħtieġa bejn il-“clusters” tal-SMEs, il-kumpaniji l-kbar, l-istituti ta' riċerka, l-universitajiet u l-Istitut Ewropew il-ġdid tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.

7.2

Il-progress lejn sistema ta' privattivi iktar kompetittiva fir-rigward tal-ispejjeż taċ-ċertezza legali huwa essenzjali għall-kapaċità innovattiva tal-Ewropa. Dan jinkludi l-progress fis-sistema ġurisdizzjonali komuni tal-privattivi għall-Ewropa li għandha twassal għall-aħjar kwalità, kost-effiċjenza u affidabbiltà għall-kumpaniji kollha, kif ukoll Privattiva Komunitarja li tilħaq dawn il-kriterji sabiex igawdu b'mod partikulari l-SMEs. Hemm bżonn ukoll protezzjoni qawwija tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz ta' miżuri effettivi fil-livell Ewropew u internazzjonali kontra l-problema dejjem tikber tal-iffalsifikar u l-piraterija.

7.3

L-innovazzjoni fl-amministrazzjoni tal-politika soċjali għandha tilqa' l-varjetà tal-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali (bħall-kooperattivi) li jistgħu jqarrbu l-provvista ta' servizz lejn il-komunitajiet tal-utenti taħt superviżjoni regolatorja adegwata.

7.4

Il-Politika l-ġdida tas-Suq Uniku għandha taqdi rwol ċentrali fil-ħolqien ta' ekonomija globali li tkun sostenibbli mil-lat ambjentali.

8.   Il-politika tal-ħarsien tal-konsumatur

8.1

Politika tal-konsumatur li tkun ibbilanċjata hija importanti biex Suq Uniku jiffunzjona sew. Il-KESE jqis li l-konsumaturi huma ċentrali għall-viżjoni l-ġdida tal-Kummissjoni ta' Suq Uniku verament inklużiv. Għandha tingħata aktar attenzjoni lill-esperjenza tal-konsumaturi fis-suq, pereżempju permezz tal-istimi tal-impatt jew billi l-interessi tal-konsumatur jiġu inkorporati fl-Aġenda ta' Liżbona.

8.2

L-enfasi għandha tkun fuq suq wieħed komuni li jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozji, u fuq ir-rwol li jista' jaqdi s-settur tas-servizzi fl-ekonomija, fit-titjib tal-kwalità u l-fiduċja tal-konsumatur. Il-konsumaturi għandu jkollhom aċċess effettiv għall-prodotti u s-servizzi provduti fl-UE kollha kemm hi, u n-negozji għandu jkollhom il-ħila li joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom fi kwalunkwe post fl-UE bl-istess faċilità li jagħmlu dan fis-suq domestiku. L-armonizzazzjoni flimkien mar-rikonoxximent reċiproku tipprovdi l-bażi ġusta għal din is-sitwazzjoni fejn il-partijiet ikkonċernati kollha joħorġu “rebbieħa” (13).

9.   Komunikazzjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali li jinkludu s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid (14)

9.1

Il-KESE esprima t-tħassib tiegħu f'għadd ta' opinjonijiet (15) dwar is-sitwazzjoni ta' inċertezza legali.

9.2

Il-komunikazzjoni tenfasizza r-rwol tal-protokoll speċifiku dwar is-servizzi soċjali ta' interess ġenerali mehmuża mat-Trattat ta' Liżbona (il-protokoll tal-SIĠ), li skont il-Kummissjoni huwa intiż biex jistabbilixxi qafas konsistenti li ser imexxi l-azzjoni tal-UE, filwaqt li jipprovdi bażi soda biex jiġu definiti s-servizzi ta' interess ġenerali (16).

9.3

Min-naħa l-oħra, il-Komunikazzjoni dwar l-SIĠ tagħmel biss referenza inċidentali għall-Artikolu 16 il-ġdid tat-Trattat ta' Liżbona, mingħajr ma tippreżenta fid-dettall l-implikazzjonijiet tiegħu, filwaqt li dan jintroduċi bażi legali ġdida għas-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (SIEĠ). Lill-Kunsill u lill-Parlament din il-bażi tagħtihom il-kompitu li jistabbilixxu, permezz ta' regolamenti, b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-prinċipji u l-kondizzjonijiet li jippermettu lill-SIEĠ iwettqu l-missjonijiet tagħhom.

9.4

L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju li l-missjonijiet ta' interess ġenerali jingħataw preċedenza, li issa saret possibbli bis-saħħa tal-Artikolu 16 il-ġdid tat-Trattat ta' Liżbona, ser tgħin biex tnaqqas ir-rikors frekwenti għall-arbitraġġ tal-Qorti tal-Ġustizzja.

9.5

It-Trattat ta' Liżbona jinvolvi għadd ta' innovazzjonijiet, fosthom l-Artikolu 16 imsemmi hawn fuq, u referenza ġenerali għall-SIĠ u s-servizzi ta' interess non-ekonomiku ġenerali (SINEĠ). Dan jgħin sabiex l-enfasi terġa' titpoġġa fuq il-kwistjoni tas-servizzi ta' interess ġenerali fil-qasam tal-azzjoni Komunitarja b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjaretà.

9.6

Għalhekk, fil-fehma tal-KESE, it-Trattat il-ġdid ta' Liżbona (l-Artikolu 16 tat-TFUE u l-protokoll tal-SIĠ) huwa sempliċement il-bidu ta' approċċ ġdid biex jinkisbu aktar sigurtà legali u regolamentazzjoni aktar konsistenti tal-iskemi nazzjonali u Komunitarji tal-SIĠ.

9.7

Il-protokoll tal-SIĠ huwa manwal tar-regoli dwar l-SIĠ, kemm ekonomiċi (SIEĠ) kif ukoll non-ekonomiċi (SINEĠ), iżda ma jagħmel l-ebda sforz biex isolvi l-problema ta' distinzjoni bejn dawn iż-żewġ kategoriji.

9.8

Billi jinkludi d-distinzjoni bejn servizzi ekonomiċi u non-ekonomiċi fil-leġiżlazzjoni primarja, kif ukoll il-bżonn li jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji komuni ta' operat tal-SIEĠ, il-protokoll tal-SIĠ juri kif il-proċess tal-kjarifika tal-kunċetti u l-iskemi kkunsidrati attwalment huwa aktar importanti minn qatt qabel biex jipprovdi s-sigurtà legali għall-kumpaniji u l-korpi responsabbli biex imexxu dawn is-servizzi u l-benefiċjarji ewlenin tagħhom.

9.9

Il-Komunikazzjoni tal-SIĠ tipproponi li “l-Kummissjoni […] tkompli tikkonsolida l-qafas tal-UE applikabbli għas-servizzi ta' interess ġenerali, inkluż għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, billi tipprovdi soluzzjonijiet konkreti għal problemi konkreti fejn jeżistu” u “taħlita ta' azzjonijiet speċifiċi għas-setturi u speċifiċi għall-kwistjonijiet”.

9.10

Naturalment, tali azzjoni għandha tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull settur konċernat. Madankollu, minħabba li l-liġi primarja rrikonoxxiet li globalment l-SIEĠ jiffurmaw parti mill-“valuri komuni” tal-UE u jikkontribwixxu għall-“koeżjoni soċjali u territorjali” hemm bżonn li jiġu kkombinati azzjonijiet speċifiċi għas-setturi (billi jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull settur) u approċċi speċifiċi għall-kwistjonijiet.

9.11

Għalhekk, il-KESE jipproponi approċċ li jittratta ħafna aspetti u li jkun gradwali, li jgħaqqad l-aspetti speċifiċi għas-setturi u speċifiċi għall-kwistjonijiet, li jwassal biex jiġu adottati inizjattivi leġiżlattivi fejn meħtieġ u/jew li dawn il-prinċipji u l-kondizzjonijiet jiġu adattati għad-diversi setturi konċernati (l-approċċ orizzontali u speċifiku għall-kwistjonijiet).

10.   Is-sitwazzjoni speċifika tas-Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali

10.1

Il-KESE jisħaq fuq l-importanza tal-Istrateġija ta' Liżbona bħala għajnuna għaż-żamma tal-benefiċċji tas-Suq Uniku u l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tiegħu.

10.2

Il-Kummissjoni introduċiet il-kunċett tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali (SSIĠ) u tat id-dettalji tiegħu fil-White Paper dwar l-SIĠ u f'żewġ komunikazzjonijiet (17) u “f'dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni” (18).

10.3

Il-Komunikazzjoni ma tressaqx definizzjoni ta' dawn l-SSIĠ u tippreferi tagħmel distinzjoni bejn żewġ gruppi wesgħin tal-SSIĠ: l-ewwel nett skemi legali u kumplementari ta' ħarsien soċjali; u t-tieni nett, servizzi essenzjali oħra li jingħataw direttament lill-persuna.

10.4

L-approċċ sperimentali tal-Kummissjoni juri kemm huwa diffiċli li jiġu kklassifikati l-SSIĠ minħabba li jirriflettu kompiti speċifiċi u estremament varjati li huma l-qofol tal-preferenzi kollettivi nazzjonali u anke lokali.

10.5

Matul il-konsultazzjoni dwar il-Green Paper tal-2003, il-maġġoranza tal-partijiet interessati f'dan is-settur (l-awtoritajiet lokali, l-operaturi u r-rappreżentanti tal-utenti) stqarrew li jħossu li żdiedet l-inċertezza legali dwar il-korp tal-liġi Komunitarja li tapplika għalihom, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, partikularment dwar l-awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu servizz. Dawn għamluha ċara li spiċċaw f'“żona mċajpra” li fixklitilhom xogħolhom. Din wasslet sabiex:

il-Kummissjoni tniedi proċess ta' diskussjoni speċifiku (li jinvolvi komunikazzjoni, studji, eċċ.),

il-leġiżlatur jeskludi lill-parti l-kbira minnhom mill-ambitu tad-Direttiva dwar is-servizzi (19), u

il-Parlament Ewropew jitlob biex ikun hemm aktar ċertezza darbtejn (20).

10.6

Madankollu, il-Kummissjoni ma żammitx ma' dan l-approċċ, li huwa evidenti li jmur kontra l-approċċ speċifiku għas-setturi li tippreferi, u llum għandha l-ħsieb li tillimita l-proposti tagħha għal sett ta' risposti għal “mistoqsijiet frekwenti” u servizz ta' informazzjoni, li żgur ikun siewi, iżda li ma jkunx vinkolanti legalment.

10.7

Sabiex tinkiseb iktar ċertezza legali, għandu jiġi segwit il-proċess ta' kjarifika tal-kunċetti kif ukoll l-oqfsa Komunitarji applikabbli għall-attivitajiet ta' spirtu pubbliku fl-Artikolu 16 tat-TFUE, fost Artikoli oħra, li jiftaħ prospetti ġodda fir-rigward tal-post u r-rwol tal-SIEĠ fl-Unjoni Ewropea, li jinkludu l-SSIĠ.

11.   Komunikazzjoni dwar “Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà: lejn viżjoni soċjali ġdida għall-Ewropa tas-seklu 21”

11.1

Il-Kumitat jilqa' l-għanijiet iddikjarati fil-Komunikazzjoni dwar “Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà: lejn viżjoni soċjali ġdida għall-Ewropa tas-seklu 21” (21), li tindirizza liċ-ċittadini tal-UE, is-soċjetà ċivili u n-negozji, li jinkludu l-SMEs, u hija bbażata fuq l-istrumenti prinċipali tal-Ewropa bħas-Suq Uniku, l-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli.

11.2

Il-bidliet attwali fis-soċjetajiet Ewropej (UE b'27 pajjiż u b'500 miljun ċittadin, it-tibdil demografiku, il-globalizzazzjoni, il-progress teknoloġiku u l-iżvilupp ekonomiku fost oħrajn) jistgħu jirrappreżentaw opportunitajiet ġodda għall-impjiegi u l-ħiliet iżda l-adattament għall-bidla għadu jippreżenta riskju ta' qgħad u esklużjoni.

11.3

Il-KESE jappoġġja rwol aktar prominenti għall-UE fl-iffaċilitar, l-antiċipazzjoni u t-trawwim ta' tali bidliet strutturali filwaqt li jippromovi l-valuri Ewropej fil-livell globali. Il-Komunikazzjoni tfassal viżjoni soċjali ġdida ta' “opportunità għall-ħajja” għall-Ewropa tas-Seklu 21 u tipprova tikkonkludi l-konsultazzjoni li skadiet fil-15 ta' Frar 2008. L-Uffiċju tal-Konsulenti dwar il-Politika Ewropea (BEPA) fost oħrajn, kif ukoll l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, ġew involuti fid-dibattitu dwar il-bidliet soċjali u dwar il-kunċett tar-Realtà Soċjali tal-Ewropa. Il-KESE jilqa' l-għan li jiġi żgurat li l-analiżi finali ta' dawn id-diskussjonijiet tikkontribwixxi għat-tħejjija ta' Aġenda Soċjali mġedda li għandha tittressaq fl-2008 u tikkunsidra l-qafas istituzzjonali l-ġdid stipulat fit-Trattat ta' Liżbona.

11.4   Suppożizzjonijiet u kummenti ġenerali

11.4.1   It-tibdil fir-realtajiet soċjali

L-Istati Membri kollha għaddejjin minn bidliet rapidi u profondi u b'mod partikulari ċ-ċittadini Ewropej qegħdin jesprimu ansjetà u tħassib dwar il-ġenerazzjoni tal-futur (ara wkoll l-opinjonijiet u l-inizjattivi preċedenti tal-KESE, id-dokument tal-BEPA b'sommarju dettaljat tat-tendenzi soċjali li għaddejjin bħalissa u r-Rapport tal-Kummissjoni dwar is-Sitwazzjoni Soċjali 2007).

11.4.2   Il-viżjoni soċjali “Opportunitajiet tal-ħajja” għall-Ewropa: l-avvanz tal-benesseri permezz ta' opportunitajiet, aċċess u solidarjetà

Opportunitajiet — biex wieħed jibda l-ħajja sew, iwettaq il-potenzjal tiegħu u jagħmel dak kollu li jista' bl-opportunitajiet offruti minn Ewropa innovattiva, miftuħa u moderna.

Aċċess — modi ġodda u aktar effettivi sabiex wieħed jitħarreġ, jagħmel progress fis-suq tal-impjiegi, jikseb kura tas-saħħa u ħarsien soċjali ta' kwalità u jipparteċipa fil-kultura u fis-soċjetà.

Solidarjetà — sabiex jitrawmu l-koeżjoni soċjali u s-sostenibbiltà soċjali, u sabiex ikun żgurat li l-ebda individwu ma jitħalla jkarkar.

11.4.2.1

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li fl-Ewropa m'hemmx soluzzjoni waħda għal kulħadd u li l-isfidi komuni jeħtieġu azzjoni konġunta appoġġjata minn ċittadinanza attiva.

11.4.2.2

Il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u t-titjib fl-għajxien billi jinħolqu opportunitajiet għall- individwi huma essenzjali biex jappoġġjaw it-tkabbir ekonomiku u jitnaqqsu r-riskji ta' nuqqasijiet fis-sistema tal-ħarsien soċjali. Il-kunfidenza u l-fiduċja huma essenzjali għall-progress, l-immodernizzar u d-dispożizzjoni għall-bidla.

11.4.3   Oqsma ewlenin għal azzjoni:

Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' “opportunitajiet, aċċess u solidarjetà”, l-UE għandha bżonn tinvesti:

1)

fiż-żgħażagħ: bidliet soċjali ġodda u ekonomija ġdida bbażata fuq l-innovazzjoni u t- teknoloġija għandhom bżonn aktar attenzjoni fir-rigward tal-edukazzjoni u l-ħiliet; l-investiment fiż-żgħażagħ għandu impatt pożittiv kemm fuq l-iżvilupp ekonomiku kif ukoll fuq il-koeżjoni soċjali. L-Aġenda ta' Liżbona poġġiet l-edukazzjoni fil-qalba tas-sistema soċjali u ekonomika Ewropea billi dawret l-għarfien f'lieva ta' kompetittività għall-Ewropa fil-kuntest globali;

2)

f'karrieri li jagħtu sodisfazzjon: l-ekonomija dinamika u s-suq tax-xogħol jeħtieġu regoli flessibbli fis-suq tax-xogħol u standards soċjali għoljin (ara “flessigurtà”);

3)

f'ħajjiet itwal u aktar b'saħħithom: l-istennija ta' ħajja itwal titfa' piż fuq is-sistemi tal-ħarsien soċjali iżda toħloq ukoll opportunitajiet ekonomiċi ġodda rigward is-servizzi, il-prodotti u t-teknoloġiji l-ġodda. L-UE għandha tippromovi politiki soċjali ġodda biex tisfrutta dawn l-opportunitajiet il-ġodda u biex issib rimedju għall-falliment tas-sistemi ta' protezzjoni attwali;

4)

fl-ugwaljanza bejn is-sessi: mudelli ekonomiċi ġodda jwasslu għal skemi soċjali ġodda. Pereżempju, il-politiki dwar ix-xogħol għandhom, konsegwentement, jadattaw għal rekwiżiti ġodda tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Xi wħud mill-proposti tal-Kummissjoni jindirizzaw differenzi fil-pagi, is-sistema fiskali u l-prattiki favur il-familja fuq il-post tax-xogħol;

5)

f'inklużjoni u f'nuqqas ta' diskriminazzjoni attivi: it-tkabbir reċenti żvela differenzi ekonomiċi u soċjali kbar bejn l-Istati Membri u r-reġjuni. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tippromovi politika ġdida ta' koeżjoni bbażata fuq l-aċċettazzjoni tad-diversità, l-inklużjoni attiva, il-promozzjoni tal-ugwaljanza u t-tneħħija tad-diskriminazzjonijiet;

6)

fil-mobilità u f'integrazzjoni li tirnexxi: is-Suq Uniku wassal għal żieda fil-mobilità taċ-ċittadini li tħalli impatt anke fuq l-SMEs. Din teħtieġ approċċi ġodda bbażati fuq l-integrazzjoni madwar l-UE kollha;

7)

f'parteċipazzjoni ċivika, f'kultura ċivika u fi djalogu ċiviku: dawn l-aspetti għandhom rwol importanti fil-koeżjoni soċjali waqt li jinvolvu wkoll riżorsi ekonomiċi marbuta mal-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku.

11.4.4   Ir-rwol tal-UE

11.4.4.1

Il-KESE jenfasizza l-fatt li għalkemm il-kompetenza prinċipali ta' dawn il-politiki tinsab f'idejn l-Istati Membri, l-UE u l-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti fit-tmexxija u l-appoġġ ta' azzjonijiet u riformi relatati. L-“acquis communautaire” huwa strument prinċipali partikularment fir-rigward tal-politiki ta' tkabbir u ta' koeżjoni, tat-Trattat ta' Liżbona u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

11.4.4.2

Il-KESE jaqbel ma' dawn il-ħames strateġiji li ġew stipulati fil-Komunikazzjoni:

l-iffissar ta' oqfsa tal-politika biex tittieħed azzjoni: l-UE diġà ddikjarat għanijiet komuni, li jimmiraw lejn l-armonizzazzjoni fost l-Istati Membri, f'termini tal-Istrateġija għall-Impjiegi, l-Aġenda ta' Liżbona u l-politiki soċjali. L-isforzi issa jridu jiffukaw biex jinkisbu dawn l-għanijiet u biex dawn il-prinċipji komuni jibdew joperaw;

is-sostenn tal-valuri tal-Ewropa u jkunu żgurati l-istess kondizzjonijiet għal kulħadd: il-qafas legali Ewropew għandu rwol fundamentali fit-tmexxija ta' politiki nazzjonali lejn għanijiet komuni;

il-kondiviżjoni tal-esperjenzi u tal-prattiki tajba: il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-aħjar prattiki, l-iskambju tal-opinjonijiet, l-istimi konġunti u l-evalwazzjoni bejn il-pari (peer review) dwar l-innovazzjonijiet soċjali għandhom ikunu parti mid-dibattitu ewlieni dwar il-politika nazzjonali u dik Ewropea. L-istituzzjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, l-imsieħba soċjali u l-NGOs għandhom jiġu involuti b'mod attiv ukoll;

l-appoġġ ta' azzjoni fuq il-livell lokali, reġjonali u nazzjonali: il-politiki tal-UE dwar il-koeżjoni u l-fondi strutturali taw il-kontribut tagħhom għat-tnaqqis ta' differenzi fil-prosperità u l-istandards ta' għajxien fl-UE kollha. Matul l-aħħar snin dawn l-istrumenti kienu assoċjati mill-qrib mal-prijoritajiet tal-politika tat-“tkabbir u l-impjiegi” (għall-perijodu 2007-2013 ġew investiti 'l fuq minn EUR 75 biljun mill-Fond Soċjali Ewropew f'ħiliet ġodda u kumpaniji innovattivi). Il-KESE jenfasizza li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa strument ta' solidarjetà importanti li għandu jipprovdi miżuri attivi biex itaffi l-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni għal ħafna mill-gruppi vulnerabbli kif ukoll għan-negozji, li jinkludu l-SMEs. Għalhekk huwa kruċjali li jkun hemm parteċipazzjoni fid-dibattitu dwar il-baġit tal-UE wara l-2013 sabiex jiġu inklużi r-riżultati tal-konsultazzjoni soċjali;

iż-żieda fil-kuxjenza u l-bini ta' bażi soda ta' għarfien: il-KESE jilqa' l-inizjattivi bħas-Sena Ewropea għall-Opportunijiet Ugwali għal Kulħadd (2007), għad-Djalogu Interkulturali (2008) u għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010). Il-Fondazzjonijiet u l-Aġenziji eżistenti — il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi — ser jikkontribwixxu dejjem aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex titqajjem kuxjenza u biex tiġi promossa konsultazzjoni sistematika (u mhux biss konsultazzjoni permezz tal-Internet [e-consultation — kosultazzjoni elettronika). Il-KESE, il-gruppi ta' esperti indipendenti, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u l-istituzzjonijiet ta' riċerka fil-livelli tal-UE/nazzjonali għandhom jiġu involuti wkoll f'dan il-proċess. Il-KESE jitlob li jiżdied l-involviment tal-partijiet interessati kollha sabiex ikattru l-għarfien u jtejbu l-kwalità tar-riżultati (provvista ta' data affidabbli, statistika, indikaturi komuni, sistemi ta' monitoraġġ, eċċ.) dwar il-kwistjonijiet soċjali.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  INT/416, R/CESE 1120/2008.

(2)  Kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2007 dwar Ir-Reviżjoni tas-Suq Wieħed: negħlbu x-xkiel u l-ineffiċjenzi permezz ta' implimentazzjoni u infurzar aħjar [2007/2024(INI)].

(3)  Il-“pakkett” tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 jikkonsisti f'Komunikazzjoni “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” [COM(2007) 724 finali], li tistabbilixxi sett ta' inizjattivi għal direzzjoni ġdida tas-Suq Uniku. Din il-Komunikazzjoni hija appoġġjata minn ħames dokumenti ta' ħidma tal-persunal dwar:

“The single market: review of achievements” [SEC(2007) 1521]

“Instruments for a modernised single market policy” [SEC(2007) 1518]

“Implementing the new methodology for product, market and sector monitoring: Results of a first sector screening” [SEC(2007) 1517]

“The external dimension of the single market review” [SEC(2007) 1519]

“Initiatives in the area of retail financial services” [SEC(2007) 1520].

Hemm żewġ komunikazzjonijiet oħra:

A Communication on “Services of general interest, including social services of general interest: a new European commitment” [COM(2007) 725 final] and several staff working documents [Commission staff working documents: SEC(2007) 1514, SEC(2007) 1515, SEC(2007) 1516]

A Communication on “Opportunities, access and solidarity: towards a new social vision for 21st century Europe” [COM(2007) 726 final].

(4)  CESE 267/2008, ĠU C 162, 25.6.2008, CESE 1262/2007, ĠU C 10, 15.2.2008, CESE 62/2008, ĠU C 151, 17.6.2008.

(5)  CESE 481/2008, ĠU C 204, 9.8.2008 u INT/416, R/CESE 1120/2008.

(6)  Intrapriżi żgħar u ta' daqs medjuEssenzjali għal aktar tkabbir ekonomiku u xogħlijiet. Reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-politika Moderna tal-SMEs, COM(2007) 592 finali disponibbli fuq:

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0592:EN:NOT

(7)  Ara l-opinjoni CESE 794/2007.

(8)  CESE 481/2008, ĠU C 204, 9.8.2008.

(9)  L-Uffiċċju Ewropew tal-Artiġjanat, il-Kummerċ u l-SMEs għall-Istandardizzazzjoni.

(10)  Rapport tad-WTO dwar il-Kummerċ Dinji 2005“Exploring the links between trade, standards and the WTO” mis-sit tal-Internet:

http://www.wto.org/english/res_e/booksp_e/anrep_e/world_trade_report05_e.pdf

(11)  CESE 999/2007, ĠU C 256, 27.10.2007.

(12)  CESE 767/2008, (SOC/283) COM(2007) 359 finali: Il-flessigurtà tista' tkun definita bħala strateġija integrata biex ittejjeb, fl-istess waqt, il-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol.

(13)  Kif hemm iddikjarat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008.

(14)  COM(2007) 725 finali.

(15)  CESE 427/2007, ĠU C 161, 13.7.2007, CESE 976/2006, ĠU C 309, 16.12.2006, CESE 121/2005, ĠU C 221, 8.9.2005 u CESE 1125/2003, ĠU C 80, 30.3.2004.

(16)  COM(2007) 724 finali, 20.11.2007 punt 3, p. 9.

(17)  COM(2006) 177, 26.4.2006 intitolata “L-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta' Liżbona — Is-servizzi soċjali ta' interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea” u COM(2007) 725 tal-20 ta' Novembru intitulat “Servizzi ta' interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid”.

(18)  SEC (2007) 1514, 20.11.2007 dwar Mistoqsijiet frekwenti dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(19)  Ara l-Artikoli 2(1) u (2)(j) tad-Direttiva dwar is-Servizzi.

(20)  Rapport ta' Rapkay tal-14.9.2006 u r-rapport ta' Hasse Ferreira tal-2007.

(21)  COM(2007) 726 finali.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/23


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta' mikrokreditu b'appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi

COM(2007) 708 finali/2

(2009/C 77/04)

Nhar it-13 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta' mikrokreditu b'appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-15 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Pezzini.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'unanimità.

1.   Introduzzjoni

1.1

Il-Kumitat jilqa' l-azzjonijiet tal-Kummissjoni sabiex jiżdied l-appoġġ għat-twaqqif u t-tkabbir tal-mikrointrapriżi u għat-trawwim tal-ispirtu intraprenditorjali, sabiex titkabbar il-bażi tal-produzzjoni u tal-impjieg tal-Komunità bil-għan li jkun hemm iktar kompetittività, iktar koeżjoni u ekonomija li tkun ibbażata fuq l-għarfien ta' kwalità ogħla bi qbil mal-għanijiet imġedda tal-Istrateġija ta' Liżbona.

1.2

Filwaqt li l-Kumitat jilqa' l-inizjattiva li tiġi stabbilita struttura ġdida ta' appoġġ Komunitarju għall-mikrokreditu, iħoss li mhuwiex biżżejjed li jitħeġġu l-Istati Membri, minħabba l-fatt li s-settur mhux bankarju, li mhuwiex kopert mid-Direttivi tal-KE dwar il-banek, huwa regolat b'mod inadegwat f'ħafna Stati Membri u minn dispożizzjonijiet bażiċi li huma differenti ħafna.

1.3

Il-Kumitat jemmen li proġett pilota għall-mikroinvestiment, soċjalment responsabbli, li jgħaqqad l-istituzzjonijiet bankarji u mhux bankarji f'netwerk Ewropew — bl-implimentazzjoni tal-Memorandums of Understanding for socially responsible investment li jsiru ma' istituzzjonijiet individwali u appoġġ minn assoċjazzjonijiet kummerċjali — għandu jimmira b'mod partikulari lejn dawk il-persuni li ma tantx għandhom ċans jiksbu kreditu mill-bank:

għall-iżvilupp ta' proġetti ta' impjieg ġenwin, produttiv u deċenti;

għat-tisħiħ u t-tkabbir tal-bażi tal-produzzjoni, il-kooperazzjoni u l-impjiegi;

sabiex tiġi attivata mill-ġdid il-kapaċità għall-għoti tas-setgħa (empowerment) lill-individwi, jinbnew proċessi għall-integrazzjoni u jiġu appoġġjati u mtejba l-ħiliet tan-nies li qegħdin fir-riskju tal-esklużjoni ekonomika u soċjali.

1.4

Il-Kumitat huwa konvint li użu innovattiv ta' teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-mikrokreditu jista' jgħin fit-tkabbir tal-ambitu tal-mikrofinanzi, permezz ta' netwerk, filwaqt li jżid il-kompetizzjoni u jnaqqas l-ispejjeż għall-utenti.

1.5

Barra minn hekk, il-Kumitat iħoss li l-appoġġ għall-mikrokreditu għandu jkun akkumpanjat minn vawċers ta' taħriġ għall-applikanti, sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp u s-suċċess tagħhom fis-suq, tiġi evitata l-esklużjoni soċjali u tissaħħaħ b'mod kontinwu l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona.

1.6

Il-Kumitat jaċċetta li kwalunkwe bidla lill-oqfsa istituzzjonali u legali li jappoġġjaw il-mikrokreditu huma qabel kollox kwistjoni għall-Istati Membri, li għandha tiġi implimentata bis-saħħa taċ-ċiklu annwali ta' gvernanza ta' Liżbona. Madankollu, hemm bżonn ta' azzjoni sabiex tissaħħaħ is-sistema ta' referenza Ewropea, b'mod partikulari billi:

jiġi stabbilit netwerk ta' ftehimiet dwar l-investimenti responsabbli soċjalment (MOUs), bejn il-fond Ewropew tal-Mikrokreditu li għandu jitwaqqaf u l-istituzzjonijiet individwali tal-mikrokreditu fil-livell prattiku, sabiex in-netwerk tal-mikrokreditu jkun ibbażat fuq l-istandards kompatibbli tas-saħħa finanzjarja, is-solvenza, id-diversifikazzjoni tal-portafoll (1), it-trasparenza u l-ġlieda kontra l-użura;

titwaqqaf sistema ta' klassifikazzjoni tal-UE għall-Istituzzjonijiet ta' Mikrofinanzi (IMF) bankarji u mhux bankarji, sabiex jiżdiedu kemm il-kwalità u l-kredibilità tagħhom, kif ukoll id-disponibilità tal-informazzjoni dwar ir-riskju u l-prestazzjoni, kemm billi jiġi adottat format komuni li jippermetti li jkun hemm djalogu u skambju tal-aħjar prattika, kif ukoll permezz tal-għoti provviżorju ta' tikketta ta' kwalità tal-UE għall-IMF li tgħin tiġbed il-fondi u żżid l-fiduċja tar-riċevituri potenzjali tal-mikrokreditu;

jitnedew miżuri ta' informazzjoni u taħriġ tal-UE għall-partijiet interessati fil-mikrokreditu dwar l-għażliet u l-mezzi ta' tħaddim disponibbli u, mil-lat tal-benefiċjarji potenzjali, dwar il-ħtiġijiet u l-metodu ta' tħejjija ta' abbozz ta' pjan tan-negozju — bl-użu ta' format semplifikat u standardizzat;

l-introduzzjoni ta' miżuri tal-UE mmirati lejn it-taħriġ kontinwu u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-maniġment u l-persunal tal-IMF bankarji u mhux bankarji, ibbażati fuq kompetenza teknika komuni, u bħala mod sabiex jiġu ttrattati bidliet fil-mikrofinanzi, ħtiġijiet ġodda tal-klijenti u l-ħtieġa għal bażi komuni għall-iffaċilitar tad-djalogu u tal-iskambju tal-aħjar prattika fl-UE kollha kemm hi; u

jitwaqqaf netwerk ta' databases tal-UE fuq il-bażi ta' kriterji armonizzati, li jippermetti l-ġbir u l-ipproċessar ta' data standardizzata dwar transazzjonijiet u riskju relatat, fost affarijiet oħrajn, għat-tnaqqis tal-ispiża tal-istima tar-riskju inerenti fi transazzjonijiet individwali tal-mikrokreditu.

1.7

Il-Kumitat għandu dubji dwar il-proposta li tiġi stabbilita struttura adegwata ta' appoġġ Komunitarju fi ħdan id-dipartiment Jeremie tal-FEI (Fond Ewropew tal-Investiment). Din ma tagħtix l-aħjar viżibilità lill-inizjattiva u tillimita l-ambitu ta' applikazzjoni li suppost ikollha għall-koordinazzjoni ta' inizjattivi eżistenti oħrajn, filwaqt li żżommha milli twettaq attivitajiet oħra minbarra dawk ta' għajnuna teknika. Għaldaqstant, il-Kumitat huwa tal-fehma li għandu jiġi stabbilit dipartiment indipendenti li jista' jagħmilha ta' fond tal-mikrokreditu.

1.8

Il-finanzjament u l-għajnuna teknika provduti mill-istruttura l-ġdida ta' appoġġ m'għandhomx ikunu mmirati biss lejn l-Istituzzjonijiet ta' Mikrofinanzi ġodda mhux bankarji, iżda għandhom ikopru dawn l-istituzzjonijiet kollha sabiex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni.

1.9

L-inizjattiva tal-UE dwar l-Istituzzjonijiet ta' Mikrofinanzi għandha tinkludi miżuri sabiex jiżdied kemm id-djalogu soċjali kif ukoll id-djalogu bejn l-atturi varji tas-soċjetà ċivili, u sabiex isir l-aħjar użu min-netwerks Ewropej għall-iskambju tal-aħjar prattika, bħan-Netwerk Ewropew tal-Mikrofinanzi, iċ-Ċentru tal-Mikrofinanzi u l-Pjattaforma Ewropea għall-Mikrofinanzi.

1.10

Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-inizjattiva tal-IMF għandha ssaħħaħ ir-rwol tal-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem billi jiġu assigurati l-affidabilità u l-kompetenza tal-applikanti, tinbena relazzjoni b'saħħitha u l-potenzjal għall-fiduċja u jiġi pprovdut it-taħriġ, il-konsulenza u tipi oħra ta' appoġġ, sabiex jinħargu l-kapaċitajiet awtonomi tal-benefiċjarji u titnaqqas il-burokrazija, partikularment rigward it-tfassil ta' pjanijiet tal-intrapriżi (business plans).

1.11

It-twaqqif ta' fond tal-mikrokreditu, li jopera flimkien mal-istituzzjonijiet finanzjarji, l-amministrazzjonijiet statali (2), l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u l-kooperattivi ta' garanzija u l-konsorzji tal-kreditu jistgħu jaqdu rwol ewlieni fit-tmexxija tal-inġinerija finanzjarja fid-direzzjoni “tal-ġestjoni tal-kreditu soċjali”.

1.12

Aspett soċjali tal-kreditu, li jista' jkun ukoll il-bażi għat-twaqqif ta' fond tal-mikrokreditu, jikkonforma mal-prinċipji tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji u l-valuri ta' impjieg aħjar u iktar mifrux.

1.13

L-appoġġ għaċ-ċertifikazzjoni ambjentali tal-EMAS jista' jipprovdi mezz eċċellenti sabiex jitħeġġeġ it-tkabbir soċjali tan-negozji u jiġi ffaċilitat it-tixrid ta' fond tal-mikrokreditu.

2.   Daħla

2.1

F'April 2007, l-Osservatorju tal-SME nnota li l-ikbar ostaklu għall-SMEs Ewropej sabiex jadottaw iktar innovazzjoni ta' prodotti u proċessi kien jinsab fil-ksib ta' aċċess għall-kreditu, u wara dan id-diffikultà li jinsabu riżorsi umani kwalifikati, filwaqt li għal negozji ikbar, ir-riżorsi umani kienu l-problema prinċipali.

2.2

In-nuqqasijiet ewlenin tas-suq huma nuqqas ta' kapital tal-bidu (seed capital), fondi disponibbli u domanda. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Liżbona: Il-finanzjament tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (IŻDM)Żieda tal-Valur Ewropew  (3), li dwarha l-KESE kkummenta f'bosta okkażjonijiet (4).

2.3

B'mod partikulari, il-Kumitat innota li “Il-politiki li jassistu lill-intrapriżi sabiex jibdew u jiżviluppaw għandhom jiġu intensifikati u dan għandu jinkludi fost affarijiet oħra, li l-istart-ups ikunu jistgħu jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom b'aktar ħeffa u bi spejjeż inqas, miżuri sabiex itejbu l-aċċess għall-kapital ta' riskju, iktar programmi għat-taħriġ intraprenditorjali, mizuri li jtejbu l-aċċess għan-netwerks u s-servizzi pubbliċi u netwerk iktar intensiv tas-servizzi ta' appoġġ għall-intrapriżi ż-żgħar” (5).

2.3.1

Il-Kumitat jenfasizza, bħalma għamel f'opinjonijiet preċedenti (6), li l-kooperattivi, il-konsorzji, il-mutwalitajiet, l-istartups innovattivi u l-mikrointrapriżi jistgħu jgħinu wkoll sabiex isaħħu l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva fl-UE.

2.4

Barra minn hekk, enfasizza li kwistjoni ewlenija hija li jitħaffef l-aċċess għas-swieq finanzjarji u li l-banek u partijiet interessati finanzjarji oħrajn, bħall-fondi tal-kapital ta' riskju, għandhom jitħeġġu sabiex jadottaw attitudni iktar pożittiva b'rabta mat-teħid tar-riskji (7).

2.5

Fil-ħarifa tal-2007, il-Kummissjoni ħabbret li kien qed jiġi diskuss sett ta' inizjattivi għall-SMEs, li jinkludu inizjattiva Ewropea li tistabbilixxi struttura ġdida ta' appoġġ għall-mikrokreditu (8).

2.6

Il-mikrokreditu huwa ġeneralment rikonoxxut bħala strument finanzjarju li għandu impatt kbir fuq l-intraprenditorija, l-iżvilupp ekonomiku u l-inklużjoni soċjali produttiva iżda għad għandu ħafna nuqqasijiet u għad hemm ħafna xi jsir. Dan huwa marbut mad-diffikultajiet fil-ksib ta' investiment ta' kapital tal-bidu, speċjalment meta l-applikant ma jkollux xogħol, jew m'ilux li emigra, jew jiġi minn minoranza etnika, jew ikun ibbażat f'reġjun ta' konverġenza.

2.7

Problema oħra tinħoloq mill-fatt li, fil-każ tal-istituzzjonijiet finanzjarji, iridu jitqiesu l-ekonomiji ta' skala marbutin ma' spejjeż fissi ta' transazzjoni bħall-ġbir ta' informazzjoni, l-analiżi, u s-segwitu tas-self. Dan huwa partikularment il-każ fejn jidħol il-mikroself lill-persuni li jaħdmu għal rashom u lill-SMEs li mhumiex trasparenti biżżejjed, u li għandhom kapaċità limitata li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

2.8

Id-definizzjoni internazzjonali tal-mikrokreditu hija: l-għoti ta' self żgħir — inqas minn EUR 25 000 fl-Ewropa (9) u inqas minn USD 100 000 fl-Istati Uniti — lil dawk li għandhom dħul baxx li s-soltu ma jkollhomx aċċess għas-self mill-banek minħabba li ma jkunux solventi biżżejjed u/jew minħabba li l-ispiża sabiex jiġi ġestit tali self titqies għalja żżejjed (10). Id-definizzjoni tal-mikrokreditu ma tinkludix il-kreditu għall-konsumatur.

2.9

Il-Kumitat jaqbel bis-sħiħ mal-Kummissjoni li l-mikrokreditu għandu rwol importanti x'jaqdi fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali. Madankollu, iħoss li huwa essenzjali li jiġi ppreservat ir-rwol ewlieni tiegħu ta' inkoraġġiment tat-tkabbir ta' impjiegi indipendenti u tal-iżvilupp tal-mikrointrapriżi u li l-mikrokreditu ma jiġix ridott biss għall-għajnuna soċjali.

2.10

Il-Kumitat jemmen li l-mikrokreditu għandu jintuża fl-UE sabiex jindirizza problemi li jqumu minħabba nuqqasijiet tas-suq, filwaqt li jagħti lill-intraprendituri aċċess għall-kreditu, li huwa neċessarju għall-istabbiliment jew l-espansjoni ta' attivitajiet li jkunu ekonomikament fattibbli, inkluż fil-qasam tal-politika ta' għajnuna u kooperazzjoni għall-iżvilupp (11).

2.11

Fil-livell Komunitarju, is-CIP — Garanzija ta' Mikrokreditu tal-FEI (12) jipprovdi sett ta' garanziji għall-finanzjament tal-mikrokreditu mogħti minn istituzzjonijiet lokali lill- mikrointrapriżi (13). Madankollu, bħalissa m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika dwar il-mikrokreditu barra dik li tirregola s-settur bankarju tal-mikrokreditu, li huwa soġġett għar-Regolamenti bankarji Ewropej (14) u r-referenzi għall-mikrokreditu inklużi fid-diversi programmi u inizjattivi Komunitarji (15).

2.12

Barra minn hekk, is-settur tal-mikrokreditu huwa regolat u ġestit b'mod differenti skont l-Istat Membru. Żewġ Stati Membri biss għandhom leġiżlazzjoni speċifika li tirregola s-settur mhux bankarju tal-mikrofinanzi (16) għalkemm erba' Stati Membri oħra għandhom leġiżlazzjoni kontra l-użura (17).

2.13

Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa enfasizza l-fatt li, fost affarijiet oħra, il-ħtieġa urġenti għal “aktar faċilitazzjoni tal-aċċess għall-finanzjament, inkluż permezz tal-istrumenti finanzjarji eżistenti tal-UE” (18) u sabiex “jippromwovu parteċipazzjoni ġenerali akbar fil-forza tax-xogħol u jittrattaw is-segmentazzjoni sabiex jiżguraw l-inklużjoni soċjali attiva”.

2.14

Il-Kumitat jemmen li qafas usa' ta' leġiżlazzjoni u ta' appoġġ jista' jgħin jagħti spinta iktar qawwija lit-twaqqif ta' negozji ġodda ta' produzzjoni u lit-tħaffif tal-konsolidazzjoni tagħhom, filwaqt li jipprevieni r-riskji ta' marġinalizzazzjoni u esklużjoni mis-sistema ta' produzzjoni li jistgħu jħarrxu l-pieni soċjali u kriminali bħall-użura.

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni

3.1

Il-Kummissjoni tipproponi żewġ linji ta' azzjoni:

it-tnedija ta' programm ta' riforma mill-Istati Membri, immirat lejn it-titjib tal-kundizzjonijiet għall-mikrokreditu skont iċ-ċirkostanzi u l-prijoritajiet nazzjonali, bil-possibbiltà ta' għajnuna Komunitarja fit-twaqqif ta' miri kwantitattivi u prattiki tajbin;

it-twaqqif ta' struttura ġdida Komunitarja ta' appoġġ għall-mikrokreditu f'Jeremie, għall-iżvilupp ta' għajnuna teknika u appoġġ għall-konsolidazzjoni ta' korpi/istituzzjonijiet tal-mikrokreditu, u ta' miżuri xierqa ta' pubbliċità u ta' komunikazzjoni.

4.   Qafas għall-iżvilupp tal-mikrokreditu bħala appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi

4.1

Il-mikrokreditu jista' jħeġġeġ l-inklużjoni soċjali u jippermetti lin-nies u n-negozji inqas għonja li jiġu esklużi mis-sistema bankarja konvenzjonali sabiex jiksbu aċċess għall-fondi kruċjali meħtieġa għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul.

4.2

Fil-livell tal-UE, l-Att dwar in-Negozji Żgħar għall-Ewropa  (19) — li l-għan espliċitu tiegħu huwa li jistabbilixxi miżuri u prinċipji konkreti għat-titjib tal-ambjent tal-SMEs Ewropej — għandu jwassal sabiex jiġu identifikati u jitneħħew l-ostakli sabiex jiġi liberat il-potenzjal tan-negozji ż-żgħar, billi jiżdied l-isforz għas-semplifikazzjoni, jiżdied l-aċċess għall-kreditu, u jiġu fformulati regoli xierqa dwar l-enerġija u l-ambjent.

4.3

Il-Kumitat huwa tal-fehma li għandu jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-varjetà ta' strumenti Komunitarji eżistenti relatati mal-mikrokreditu li jibnu fuq l-istrumenti tal-passat u attwali marbuta mal-mikrokreditu, kif ġie osservat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni stess (20), jiġifieri:

l-inizjattiva Jeremie;

il-Garanzija tal-Mikrokreditu CIP (21); l-NME u ċ-ĊME (22) skont il-programm Komunitarju ta' azzjoni għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;

l-inizjattivi tal-Fond Soċjali Ewropew;

il-programmi għall-iżvilupp rurali taħt il-FAEŻR (23);

4.3.1

Il-Kumitat jemmen li matul it-tfassil tal-inizjattivi Komunitarji tal-mikrokreditu, għandhom jitqiesu s-suċċessi li nkisbu fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni prattika tul is-snin tal-Programm Qafas tal-Mikrofinanzi tad-DĠ EuropAid.

4.4   L-inġinerija finanzjarja u l-fond Ewropew tal-mikrokreditu

4.4.1

Sa mill-bidu tas-snin tmenin (24) u b'mod partikulari bħala riżultat tal-ideat u l-proposti li nħolqu minn diskussjonijiet matul il-Konferenzi Ewropej tas-Snajja' u tan-Negozji ż-Żgħar  (25), l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej ippromovew u appoġġjaw kultura ta' inġinerija finanzjarja fl-Istati Membri (26).

4.4.2

Il-ħtieġa li jittieħdu miżuri prattiċi sabiex jitħaffef l-aċċess għall-kreditu u tingħata għajnuna għat-twaqqif tal-inġinerija finanzjarja, ġagħlet lill-Kummissjoni u lill-BEI, taħt pressjoni minn organizzazzjonijiet Ewropej għan-negozji ż-żgħar, li jwaqqfu l-FEI (27). Wara devjazzjoni qasira inizjali lejn l-għoti ta' appoġġ lin-netwerks ta' komunikazzjoni (28), il-FEI tefa' l-attenzjoni tiegħu fuq il-kofinanzjament ta' forom varji ta' appoġġ finanzjarju għall-mikrointrapriżi u l-SMEs, li ta' sikwit jinvolvu l-inġinerija finanzjarja.

4.4.3

Bis-saħħa tal-programmi multiannwali tal-Kummissjoni għall-mikrointrapriżi u l-SMEs, u dan l-aħħar permezz tal-Għan 1 tas-CIP (29), l-inġinerija finanzjarja ġiet żviluppata permezz ta':

garanziji għas-self mogħti lill-kooperattivi tal-SMEs u lill-konsorzji tal-kreditu;

securitisation  (30) tal-kapital ta' riskju ta' konsorzji ta' kreditu;

garanziji tal-kapital permezz ta' kreditu mezzanin  (31);

investimenti ta' kapital ta' riskju, l-appoġġ għall-ekoinnovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija;

business angels.

4.4.4

F'bosta okkażjonijiet, il-Kumitat laqa' l-azzjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni, mill-BEI u mill-FEI, b'mod partikulari matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena, sabiex jingħata appoġġ lin-negozji ż-żgħar. Il-Kumitat irrikonoxxa t-twessigħ u l-modernizzazzjoni tal-appoġġ finanzjarju tal-grupp tal-BEI lill-SMEs (32) iżda jemmen li jistgħu jissaħħu l-isforzi, fost affarijiet oħra, permezz ta' programmi li jintlaħaq qbil dwarhom b'mod konġunt ma':

il-BEI fir-rigward tal-kapital, u l-FEI fir-rigward tal-garanziji:

l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati Membri individwali;

il-korpi rappreżentattivi tal-mikrointrapriżi u l-SMEs; u

l-konsorzji ta' kreditu diġà involuti fl-inġinerija finanzjarja, li jagħmluha ta' garantijiet għal madwar 50 u 80 % tas-self lin-negozji.

4.4.5

Jista' jitwaqqaf netwerk tal- fondi tal-mikrokreditu fil-livell tal-Istati Membri, li jirrikorri għall-fondi li jduru (rotating) tal-BEI, b'garanziji addizzjonali tal-FEI li joperaw f'diversi livelli. Fil-livell reġjonali (NUTS II) u l-livell provinċjali (NUTS III), il-konsorzji ta' kreditu (fejn jeżistu) (33) jistgħu jipprovdu l-istruttura għall-garanziji tas-self. Dawn il-konsorzji diġà kisbu esperjenza konsiderevoli fil-qasam tal-kapital tal-bidu u, bis-saħħa ta' kapital ta' riskju biżżejjed, kontrogarantit mill-FEI, jistgħu jipprovdu l-garanziji tas-self.

4.4.5.1

Din il-proposta l-ġdida għandha tiġi ċċarata fir-rigward tal-ħolqien tal-mikrofond mill-grupp BEI u l-Kummissjoni. L-għan ta' din l-inizjattiva huwa li tappoġġja l-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzi madwar l-Ewropa bi provvista ta' fondi (għotjiet, self, strumenti mezzanini jew tal-ishma) kif ukoll għajnuna teknika. Dan il-mikrofond qiegħed jitwaqqaf mill-FEI b'appoġġ ta' kapital inizjali ta' madwar EUR 40 miljun (li EUR 20 miljun minnhom huma mill-BEI). Il-Kumitat jemmen li fil-ġejjieni l-FEI għandu jamministra l-fond.

4.4.6

Il-mikroself jista' jkun biżżejjed sabiex ikopri l-akkwist tal-provvisti u tat-tagħmir bażiku meħtieġ għat-twaqqif ta' negozju, jew għall-bdil ta' tagħmir, li huwa dejjem neċessarju f'mikrointrapriża (34).

4.4.6.1

Fil-fehma tal-Kumitat, għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-mikrokreditu allokat lill-intraprendituri nisa. F'dawn il-każijiet għandha tingħata iktar attenzjoni lill-flessibilità, lill-arranġamenti prattiċi u lill-kriterji tal-għoti tas-self, sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-problemi soċjali u psikoloġiċi li jistgħu jitfaċċjaw; dawn jistgħu jiħraxu jekk il-persuna:

tkun membru ta' minoranza;

ikollha sitwazzjoni familjali diffiċli;

qiegħda tiġi marġinalizzata mis-soċjetà.

4.4.6.2

Il-modalitajiet u l-ġestjoni tal-mikrokreditu li jiġi allokat għall-attivitajiet intraprenditorjali tan-nisa għandhom iqisu l-prijorità li n-nisa jieħdu jew jassumu mill-ġdid rwol soċjoekonomiku produttiv fis-soċjetà, bil-għan li jiġi miġġieled il-periklu tan-nuqqas ta' fiduċja fihom innifishom u li jiġi rinfurzat l-iżvilupp tal-kultura intraprenditorjali u l-kapaċità li jieħdu iktar responsabbiltajiet u riskji.

4.4.7

Il-mikroself għandu jipprovdi opportunità għaż-żgħażagħ li jixtiequ jwaqqfu intrapriża taghħom stess, li jkollhom biżżejjed taħriġ akkademiku iżda ma jkollhomx il-mezzi finanzjarji.

4.4.7.1

Il-garanzija inizjali tas-self, li f'kull każ għandha tingħata minn istituzzjoni finanzjarja (li tista' tkun bank jew le), tikkonsisti mit-tagħmir li jinxtara. Iżda l-eżistenza ta' fond Ewropew tal-mikrokreditu jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex ikunu inqas stretti meta joffru s-self (35): minbarra li jkollu l-fondi u l-kompetenza u l-ħila li kultant jintervieni bis-saħħa tal-FEI, il-konsorzji tal-kreditu u l-assoċjazzjonijiet kummerċjali, sabiex iħallas lura d-dejn, il-Fond għandu jkun lest u kapaċi li jippromovi l-istandards esiġenti tas-saħħa finanzjarja, it-titjib tal-produzzjoni u d-diversifikazzjoni, it-trasparenza u l-ġlieda kontra l-użura (36).

4.4.8

Studji dwar l-insolvenza tal-mikrointrapriżi u n-negozji ż-żgħar sabu li, fil-pajjiżi l-kbar tal-UE, tul l-aħħar għaxar snin, l-insolvenzi relatati mas-self ma qabżux l-4 % (37). Għaldaqstant, b'rata ta' inqas minn 5 %, jista' jintuża multiplikatur ta' 20 sabiex jiggarantixxi s-self mogħti mill-istituzzjoni finanzjarja.

4.4.9

B'multiplikatur ta' 20 u b'garanzija li tkopri 50 % mill-insolvenza ta' kull debitur individwali, konsorzju ta' kreditu b'kapital ta' riskju ta' EUR 1 miljun jista' jiggarantixxi self lil għadd kbir ta' intraprendituri (38) sa total ta' EUR 40 miljun.

4.4.9.1

Permezz tal-għoti ta' garanziji, is-sistema ta' konsorzji ta' kreditu ppermettiet li madwar EUR 6 biljun jiġu mislufa lil negozji Taljani tal-artiġġjanat fl-2007.

4.4.10

Hemm madwar 500 000 negozju ġdid fis-sena fl-UE-27. L-għadd ta' negozji li jfallu huwa kemxejn inqas (39). L-SMEs jirrappreżentaw 99 % tal-istartups kull sena u, minn dawn tal-inqas 240 000 minnhom huma negozji mmexxija minn persuna waħda (40).

4.4.11

Jekk napplikaw l-eżempju tal-punt 4.4.9, EUR 1 miljun ta' kapital ta' riskju flimkien mal-inġinerija finanzjarja jistgħu jiggarantixxu, permezz ta' fond tal-mikrokreditu, self li jammonta għal EUR 25 000 lil 1 600 negozju żgħir.

4.5   Ġestjoni tal-kreditu soċjali

4.5.1

Kif diġà semmejna, il-kreditu huwa strument ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u għall-kostruzzjoni ta' “ekonomija tas-suq soċjali”.

4.5.2

Għalhekk bil-mod il-mod inħolqu u żvolġew kunċetti ġodda ta' kreditu, fejn il-kreditu ma baqax jitqies biss bħala relazzjoni bejn il-klijent u l-istituzzjoni finanzjarja iżda bħala strument b'valur soċjali għoli minħabba r-rabta tiegħu ma' impjiegi ta' kwalità ogħla u iktar siguri u mal-iżvilupp ekonomiku.

4.5.3

F'din il-perspettiva l-ġdida u usa', ir-riskji relatati mal-għoti tal-kreditu għandhom jinfirxu iktar.

4.5.4

It-tqassim tar-riskju tal-kreditu bejn għadd ta' korpi:

iżid il-garanziji għall-istituzzjonijiet finanzjarji;

ibaxxi r-rati tal-interessi fuq il-kreditu garantit;

jagħmilha eħfef sabiex jingħata s-self lill-applikanti.

4.5.5

B'konformità mal-valur soċjali inerenti, l-għoti tas-self għandu jsir iktar u iktar soġġett għar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji u min iħaddem għandu jaġġusta u jirrispetta l-valuri tal-iżvilupp sostenibbli.

4.5.6

Iċ-ċertifikazzjoni ambjentali tal-EMAS hija l-iktar ċertifikazzjoni adattata li tkun meħtieġa fi proċess tal-inġinerija finanzjarja b'rabta mar-rwol soċjali tal-kreditu (41).

4.5.7

Tul dawn l-aħħar snin, kienu biss ftit għexieren ta' eluf ta' negozji li kienu kapaċi jużaw l-istrumenti finanzjarji Komunitarji (42), u dan kixef id-differenza sinifikanti bejn il-mod kif tiġi ppreżentata l-kwistjoni u r-riżultati prattiċi. Dan iqanqal konsiderazzjoni tal-possibbiltajiet prattiċi għall-intervent b'sistemi li jistgħu jagħtu spinta 'l quddiem lill-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji u jamplifikaw ir-riżultati.

4.5.8

Fl-20 u l-21 ta' Novembru 1997, il-Kunsill Straordinarju Ewropew tal-Lussemburgu, li l-aġenda tiegħu kellha suġġett wieħed — l-impjieg — nieda tliet inizjattivi prattiċi sabiex tingħata għajnuna lin-negozji biex jibqgħu kompetittivi fis-swieq, u stieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti li jagħtu spinta 'l quddiem lis-settur tan-negozju u li jippromovu l-impjieg f'dak il-qasam. It-tliet inizjattivi kienu: il-Faċilità tal-ETF għall-istartups, il-JEV (Impriża Konġunta Ewropea) u l-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs. Tnejn minn dawn l-inizjattivi — il-Faċilità tal-ETF għall-istartups u l-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs — kienu mmirati lejn it-tħaffif tal-aċċess għall-kreditu.

4.5.8.1

Sa tmiem l-2005 (43) iktar minn 277 000 SME kienu użaw il-programm tat-tkabbir u l-impjieg u l-faċilitajiet tal-Programm Multiannwali.

4.5.8.2

Il-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs hija waħda mill-programmi Ewropej ewlenin għall-SMEs (44).

4.5.9

Jeżistu madwar 23 miljun mikrointrapriża u 1.1 miljun negozju żgħir fl-UE li 90 % minnhom huma negozjanti uniċi jew sħubijiet. Minnhom 5 jew 6 % biss jużaw il-kapital ta' riskju.

4.5.10

Għaldaqstant, il-Kumitat huwa tal-fehma li għandhom jitfasslu forom ġodda ta' appoġġ għall-kreditu, immirati wkoll lejn is-sħubijiet, bħalma kien il-każ tal-għodod tal-inġinerija finanzjarja. Fin-nuqqas ta' dan, l-adozzjoni ser tkompli tkun ftit li xejn u b'hekk, jixxekkel l-iżvilupp finanzjarju tal-mikrointrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara l-istudji tar-rebbieħ tal-premju Nobel Harry Markowitz dwar ir-relazzjoni bejn id-diversifikazzjoni tal-portafoll, it-tnaqqis tar-riskju u l-kumpens fil-flussi fil-qligħ mill-investiment (kurva ta' effiċjenza) li tistabilizza ċ-ċiklu ekonomiku.

(2)  F'ħafna Stati Membri, l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali jappoġġjaw l-iżvilupp ta' l-SMEs billi jipprovdu l-fondi għall-konsorzji tal-kreditu.

(3)  COM(2006) 349 finali, 29.6.2006.

(4)  Opinjoni CESE 599/2007, ĠU C 168/1, 20.7.2007 — rapporteurs: is-Sur Van Iersel u s-Sur Gibellieri.

(5)  Opinjoni CESE 982/2007, ĠU C 256/8, 27.10.2007 — rapporteur: is-Sinjura Faes.

(6)  Opinjoni CESE 1485/2005 dwar il-Programm Qafas ta' Kompetittività u Innovazzjoni (2007-2013); rapporteurs: is-Sur Welschke u s-Sinjura Fusco.

(7)  Ara n-noti 4 u 5 f'qiegħ il-paġna.

(8)  Fl-1997, il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ għall-mikrokreditu, flimkien mal-FEI, permezz tal-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs.

(9)  SEC(2004) 1156; il-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, 1639/2006/KE.

(10)  Ara l-website ta' l-Eurofi: www.eurofi.net.

(11)  Ara r-Regolament Nru 1905/2006 tal-Parlament u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

(12)  Il-Fond Ewropew ta' l-Investiment

(13)  Għad-definizzjoni tal-mikrointrapriżi ara r-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

(14)  Id-Direttiva dwar il-Ħtiġijiet tal-Kapital — 2006/48/KE

(15)  Ara l-inizjattiva Jeremie; l-Inizjattiva għat-Tkabbir u l-Impjieg (Deċiżjoni 98/347/KE); il-Programm Multiannwali għall-SMEs; il-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, (Deċiżjoni 1639/2006/KE); il-FAEŻR (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) Regolament 1698/2005/KE il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (1927/2006/KE)

(16)  Franza u r-Rumanija. Barra minn hekk, is-sistemi legali tar-Renju Unit u l-Finlandja jinkorporaw xi eċċezzjonijiet dwar is-suġġett, għalkemm m'hemm l-ebda leġislazzjoni speċifika.

(17)  Il-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja u l-Polonja.

(18)  13-14 ta' Marzu 2008, punt 11.

(19)  Ara wkoll l-opinjoni CESE 977/2008; rapporteur: is-Sur Cappellini

(20)  Ara COM(2007) 708 finali, Anness 3.

(21)  CIP: il-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni 2007-2013.

(22)  NME: in-Netwerk tal-Mikrofinanzi Ewropew; ĊME: Iċ-Ċentru ta' Mikofinanzi Ewropew għall-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

(23)  FAEŻR: Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

(24)  1982: is-Sena Ewropea ta' l-SMEs u l-Industrija ta' l-artiġġjanat

(25)  Li nżammet f'Avignon, fl-1990, f'Berlin fl-1994 u f'Milan fl-1997.

(26)  L-inġinerija finanzjarja hija bbażata fuq il-prinċipju li l-appoġġ finanzjarju għall-intraprenditur iż-żgħir, li jixtieq jiftaħ negozju ġdid jew jinvesti fi prodotti jew proċessi ġodda, għandu jmur lilhinn mir-relazzjoni bejn l-intraprenditur iż-żgħir u l-istituzzjoni finanzjarja, iżda — fil-kuntest tal-funzjoni soċjali ta' l-intrapriża — għandu jinvolvi lil partijiet oħra, li jassorbu ċerti livelli ta' responsabbiltà u jaqsmu parti mir-riskju u l-ispiża.

(27)  FEI: il-Fond Ewropew għall-Investiment, stabbilit fl-1994, tmexxa mid-DĠ XXIII ta' dak iż-żmien (id-direttorat ġenerali mwaqqaf għall-appoġġ lill-intrapriżi ż-żgħar u s-settur ta' l-artiġġjanat, li appoġġja l-konferenzi relatati Ewropej …) u mid-DĠ II (ekonomija u finanzi). Il-FEI, oriġinalment kellu baġit ta' biljun ECU mill-BEI, ECU 800 miljun mill-Kummissjoni u ECU 200 miljun, magħmula minn ishma ta' ECU 2 miljuni kull wieħed mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej. Iktar minn ħamsin istituzzzjoni bħal din niżżlu isimhom għal din l-inizjattiva mill-bidunett.

(28)  Ara ż-żona metropolitana ta' Lille.

(29)  CIP, Għan 1: appoġġ għall-intraprenditorija; Għan 2: appoġġ għall-ICT; Għan 3: appoġġ għall-Enerġija Intelliġenti fl-Ewropa

(30)  Is-securitisation tad-dejn taħdem billi parti mill-ammont jew l-ammont sħiħ midjun lil konsorzju tal-kreditu (jew bank) jgħaddi għand istituzzjonijiet finanzjarji speċjalizzati sabiex il-konsorzji tal-kreditu, b'mod partikulari, ikunu jistgħu jsaħħu l-garanziji li joffru lill-impriżi.

(31)  Il-kreditu mezzanin huwa bbażat iktar fuq il-cash flow mistenni mill-kumpaniji benefiċjarji milli fuq garanziji reali. Dan jista' jaħdem f'żewġ modijiet: (1) dejn sekondarju (subordinate debt) (self b'rata fissa jew b'rata marbuta ma' l-indiċi); (2) equity kicker (fejn il-parti li ssellef/investitur ikun intitolat għal persentaġġ tal-valur miżjud tal-proprjetà marbuta mas-self). Finanzi mezzanini jimmaturaw fi żmien erba' sa tmien snin.

(32)  http://www.eib.org/projects/publications/sme-consultation-2007-2008.htm.

(33)  Is-sistema tal-konsorzji tal-kreditu hija stabbilita sew f'bosta pajjiżi Ewropej u għandha federazzjoni Ewropea attiva.

(34)  Il-mikrointrapriżi jgħoddu għal 94 % tal-kumpaniji privati li m'humiex agrikoli fl-Ewropa.

(35)  Billi tneħħilhom proporzjon sinifikanti tar-riskju tagħhom, l-inġinerija finanzjarja tagħmilha eħfef u irħas għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jagħtu s-self, speċjalment lill-intraprendituri ż-żgħar u ftit li xejn ikunu magħrufa.

(36)  Miżuri konġunti implimentati mill-banek u l-assoċjazzjonijiet kummerċjali għat-titjib fil-ġestjoni finanzjarja tal-mikro-intrapriżi ssemmew fid-dokumenti ta' l-ewwel Konferenza Ewropea għall-Artiġġjanat, li nżammet f'Avignon fl-1990, u t-tieni konferenza, li nżammet f'Berlin fl-1994. Dawn ġew żviluppati b'mod partikulari min-netwerk tar-Raiffeisen-Volksbank (il-bank tal-poplu Ġermaniż) flimkien ma' assoċjazzjonijiet kummerċjali (il-Konfederazzjoni Ġermaniża ta' l-Artiġġjanat Kwalifikat — ZDH).

(37)  Ara FedartFidi UE, il-Federazzjoni Ewropea tal-konsorzji tal-kreditu tas-settur ta' l-artiġġjanat (ta' l-Istati li jopera fihom il-konsorzju tal-kreditu).

(38)  5 % ta' EUR 40 miljun huwa EUR 2 miljuni. Madankollu, billi l-konsorzji tal-kreditu huma responsabbli biss għal 50 % ta' self li ma jitħallasx lura, hemm bżonn biss EUR 1 miljun ta' kapital ta' riskju. Is-securitisation ta' dan il-fond ta' riskju jista' jippermetti lill-konsorzji tal-kreditu sabiex jagħtu self ġdid b'limitu ġdid ta' EUR 40 miljun.

(39)  Sors: Corporate Europe Observatory.

(40)  Fl-UE, 49 % tal-mikro-intrapriżi ma jkollhomx impjegati u b'hekk huma intrapriżi ta' persuna waħda.

(41)  Ara r-Regolament 1836/93/KE u r-Regolament 761/2001/KE.

(42)  Dokument ta' konsultazzjoni dwar il-programm Komunitarju dwar l-intrapriża u l-kompetittività, 2006/2010, DĠ Intrapriża, 2004, punt 118.

(43)  Sors: COM(2007) 235 — Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-istrumenti finanzjarji tal-programm multiannwali għall-intrapriża u l-intraprenditorjat, u partikolarment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (2001-2006).

(44)  Fil-31.12.2005, il-medja ta' utilizzazzjoni laħqet is-67 % għall-perijodu tal-Garanzija tas-Self, 66 % għall-perijodu tal-Mikrokreditu u 65 % tal-perijodu għall-Ishma.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/29


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (Dichloromethane)

COM(2008) 80 finali — 2008/0033 (COD)

(2009/C 77/05)

Nhar l-10 ta' Marzu 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar il-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (Dichloromethane).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-15 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Sears.

Matul l-477 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'unanimità.

1.   Sinteżi u rakkomandazzjonijiet

1.1

Din il-proposta tfittex li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE billi żżid restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-dichloromethane (DCM) meta jintuża bħal komponent ewlieni ta' prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa għall-użu industrijali, professjonali u mill-konsumaturi.

1.2

Din hi l-aħħar emenda ta' dan it-tip tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE qabel ma tiġi mibdula bir-Regolament (KE) 1907/2006 (REACH) fl-1 ta' Ġunju 2009.

1.3

Il-KESE jirrikonoxxi d-diffikultajiet xjentifiċi u politiċi konsiderevoli li tiffaċjata l-Kummissjoni fit-tfassil u fit-tfittix ta' ftehim dwar emenda proporzjonata u kost-effettiva li, kif mitlub mid-Direttiva 76/769/KEE, tippreżerva s-Suq Intern u fl-istess ħin tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

1.4

Il-KESE jaqbel li hemm provi konkreti li fejn jkun hemm konċentrazzjonijiet għoljin ta' fwar, minħabba l-volatilità għolja tad-DCM, dawn jistgħu jwasslu għall-inkoxjenza u l-mewt. Dawn jirriżultaw minn prattika industrijali fqira, inkluża ventilazzjoni mhux adegwata. Il-provi ta' riskju serju kontinwu għall-konsumaturi permezz ta' użu domestiku okkażjonali huma anqas evidenti. Għalhekk il-proposta għal projbizzjoni fuq il-bejgħ hi sproporzjonata u, fid-dawl tar-riskji magħrufa iżda s'issa mhux kwantifikati tal-prodotti u proċessi alternattivi, ma jidhirx li ser twassal għa xi tnaqqis ġenerali fir-rata, kemxejn baxxa, ta' inċidenti reġistrati.

1.5

Il-KESE, kif ukoll il-konsulenti impjegati tal-Kummissjoni, innotaw ukoll, li s-simboli bl-istampi jew il-frażijiet ta' Riskju u Sigurtà eżistenti ma jkoprux bis-sħiħ il-perikli speċjali tad-DCM. L-istess kumment japplika għar-riskji għat-tfal, li huma aktar komuni f'ambjent domestiku. Dan hu falliment tas-sistema ta' tikkettar, u mhux tal-prodotti jew in-nies involuti. Għalhekk tfasslu rakkomandazzjonijiet dwar l-ippakkjar u l-ittikkettar sabiex titranġa din is-sitwazzjoni.

1.6

Ġew identifikati problemi oħrajn, l-aktar evidenti huma n-nuqqas ta' Limiti ta' Esponimenti Okkupazzjonali (Occupational Exposure Limits — OEL) u linji gwida jew regolamenti dwar prattika industrijali tajba. It-TRGS 612 Ġermaniż (regoli tekniċi għal sustanzi perikolużi) hu meqjus bħala mudell eċċellenti f'dan ir-rigward.

1.7

Tressqu numru ta' punti ġenerali oħrajn għal kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri bit-tama li jkun jista' jintlaħaq ftehim. In-nuqqas ta' dan ser iwassal għall-frammentazzjoni tas-suq intern. L-utenti, ġewwa u barra mill-post tax-xogħol, ser jibqgħu fil-perikolu.

2.   Bażi Ġuridika

2.1

Kif innutat qabel, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2009. Dan ser jirrevoka u jissostitwixxi għadd ta' Regolamenti u Direttivi eżistenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, inkluża d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi.

2.2

L-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE jistabbilixxi r-restrizzjonijiet speċifiċi dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi li ntlaħaq ftehim dwarhom u li daħħlu fis-seħħ tul dawn l-aħħar tletin sena. Nhar l-1 ta' Ġunju 2009, dawn ser jiffurmaw is-sisien tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH).

2.3

L-emendi preċedenti għad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (jiġifieri ż-żieda ta' iktar miżuri restrittivi) kienu f'għamla ta' Direttivi li jesiġu implimentazzjoni mill-Istati Membri. Madankollu il-proposta tal-Kummissjoni hi għal Deċiżjoni, li jkollha effett immedjat, aktar milli għal Direttiva. Għalhekk ma tinħtieġx traspożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali li jkollhom ukoll jitħassru mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament KE Nru 1907/2006 (REACH) fl-1 ta' Ġunju 2009.

2.4

Il-proposti sussegwenti kollha għal restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew preparazzjonijiet ser jaqgħu taħt ir-Regolament KE Nru 1907/2006 (REACH).

2.5

Is-sustanzi (u kull preparazzjoni b'dawn is-sustanzi), li għalihom kien hemm bżonn ta' restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu, ġeneralment kienu r-riżultat ta' evalwazzjonijiet ta' ċerti “sustanzi prijoritarji” nominati mill-Istati Membri u ppublikati f'erba' listi prijoritarji bejn l-1994 u l-2000 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 793/93.

2.6

Ġew evalwati wkoll għadd ta' sustanzi mhux elenkati f'dawn il-listi minħabba l-impatt tagħhom fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent, u/jew saru proposti għar-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq u l-użu tagħhom, minħabba li ġew indirizzati problemi ġodda fuq talba tal-Istati Membri. Id-DCM jaqa' taħt dan it-titlu. Numru ta' Stati Membri, għal raġunijiet differenti, diġà imponew jew fittxew li jimponu restrizzjonijiet dwar l-użu tiegħu partikolarment bħala komponent ta' prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa. Stati Membri oħrajn iqiesu dawn il-miżuri bħala sproporzjonati, għaljin u li x'aktarx iwasslu għal eżiti anqas sodisfaċenti għall-utenti. Hemm xi evidenza (jew nuqqas tagħha) li tappoġġja jew tikkontradixxi ż-żewġ pożizzjonijiet.

2.7

L-ewwel evalwazzjoni sħiħa tal-proposta fil-Kunsill seħħet fil-bidu ta' Ġunju. Jekk jinstab kompromess fix-xhur li ġejjin, allura x'aktarx li l-propsta timxi 'il quddiem kif ippjanat. Jekk dan ma jkunx il-każ allura l-proposta ser tfalli. F'dan il-każ is-suq intern għal prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM ser jibqa' frammentat u jista' jsir agħar. Imbgħad fi żmien opportun, id-DCM jiġi evalwat skont ir-Regolament KE Nru 1907/2006 (REACH) — l-użu tiegħu fit-tqaxxir taż-żebgħa jkun wieħed mill-ħafna rotot ta' esponiment għal konsiderazzjoni. Ovvjament mhuwiex ċar x'ikun l-eżitu ta' dan jew meta tkun tista' ssir xi rakkomandazzjoni finali.

3.   Sfond

3.1

Id-DCM huwa idrokarbonju alifatiku aloġenat b'punt ta' togħlija baxx, bla kulur u b'riħa ħelwa u ħafifa. Intuża' għal ħafna snin bħala solvent qawwi bi fjammabilità baxxa fil-produzzjoni ta' farmaċewtiċi, aerosols u adeżivi u fi proċessi oħrajn bħat-tqaxxir taż-żebgħa, sgrassar tal-metall u bħala solvent ta' estrazzjoni għall-prodotti tal-ikel.

3.2

Għalkemm meqjus bħala wieħed mill-idrokarbonji aloġenati b'piż molekolari baxx l-iktar sikuri, id-DCM xorta għandu jintuża b'attenzjoni. Fl-Ewropa, id-DCM hu klassifikat bħala karċinoġenu Kategorija 3, jiġifieri hu “sustanza li tikkawża tħassib għal bniedem minħabba l-possibbiltà ta' effetti karċinoġeni iżda li dwarhom m'hemmx informazzjoni adegwata biex issir evalwazzjoni sodisfaċenti”. Għalhekk irid ikun akkumpanjat mill-frażi R40 (“evidenza ta' effett karċinoġenu baxxa”). Hu wkoll sustanza prijoritarja skont id-Direttiva Qafas tal-Ilma.

3.3

Madankollu, ta' aktar tħassib hu l-fatt li d-DCM hu wkoll narkotiku qawwi, li jiddeprimi s-sistema ċentrali nervuża, u jwassal għall-inkoxjenza jew mewt. Dan wassal għal għadd ta' inċidenti u mwiet, ġeneralment frott ta' prattiki tax-xogħol perikolużi u sovra-esponiment qawwi, ġeneralment waqt l-użu industrijali f'tank miftuħ jew waqt użu professjonali estensiv. Fejn hu possibbli, l-użu f'sistemi magħluqa jelimina dawn ir-riskji.

3.4

Il-livelli ta' produzzjoni ta' DCM fl-Ewropa (minn siti fil-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja, l-Olanda, ir-Renju Unit u r-Rumanija) qegħdin jonqsu bil-mod hekk kif qed ikunu disponibbli prodotti oħrajn. Minn madwar 240 000 manifatturati attwalment fl-Ewropa, madwar 100 000 tunnellata huma esportati. 30–50 % ta' dak li jifdal imur għall-industrija farmaċewtika u bejn 10–20 % jmur għall-bejgħ fi prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bħala DCM “verġni”. Id-DCM riċiklat mill-industrija farmaċewtika jagħti tunnellaġġ simili. Din il-proposta tittratta biss l-użu tad-DCM fit-tqaxxir taż-żebgħa.

3.5

It-tqaxxir taż-żebgħa hu komuni għal ħafna sidien tad-djar bħala proċess essenzjali għall-konservazzjoni u d-dekorazzjoni ta' oġġetti u uċuħ tal-injam, metall, ġebel u ġibs ġewwa u barra l-proprjetajiet tagħhom. Hemm ukoll numru ta' swieq aktar speċjalizzati, inklużi r-restawr tal-oġġetti tal-arti, it-tneħħija ta' graffiti u t-tibjid mill-ġdid ta' oġġetti mobbli kbar bħal ferroviji jew ajruplani.

3.6

Il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa huma maqsumin b'mod kemxejn arbitrarju fi tliet kategoriji: “industrijali” (jiġifieri, b'użu kontinwu ta' volum għoli fil-post); “professjonisti” (speċjalisti ta' siti differenti, bennejja u dekoraturi) u “konsumaturi” (individwi li jwettqu manutenzjoni tad-dar fuq bażi okkażjonali).

3.7

Hu diffiċli li jiġu determinati n-numri reali ta' inċidenti għal kull grupp. Meta jitqies li s-sintomi ta' doża eċċessiva ta' DCM jixbhu lil dawk ta' kollass kardijaku, jista' jkun (jew jista' ma jkunx) hemm xi ftit nuqqas ta' rappurtaġġ. Id-data mressqa mill-konsulenti RPA lill-Kummissjoni juru medja ta' 3 — 4 inċidenti kull sena fl-Ewropa tul dawn l-aħħar għoxrin sena, kaġun ta' użu ta' prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM, li inċident minnhom kull sena kien fatali. L-imwiet kienu kkonċentrati fi Franza (6), il-Ġermanja (6) u fir-Renju Unit (5), l-inċidenti mhux fatali kienu ikkonċentrati fir-Renju Unit (36), fl-Isvezja (12) u fi Franza (6). Fin-nofsinhar tal-Ewropa, kien reġistrat inċident wieħed biss fil-perijodu ta' studju tal-RPA (1930 — 2007) — mewta industrijali fi Spanja fis-sena 2000. Il-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u l-prattiċi tax-xogħol jista' jkollhom importanza sinjifikanti. Meta tkun is-sħana, it-twieqi jkunu dejjem miftuħin, b'hekk tinkiseb ventilazzjoni tajba u r-riskji jkunu minimi; fi klimi aktar kesħin, jista' jiġri l-oppost.

3.8

L-imwiet kienu maqsumin b'mod ugwali bejn l-utenti industrijali u professjonali. Il-parti 'il kbira tal-inċidenti mhux fatali ġew reġistrati waqt l-użu minn operaturi klassifikati bħala “professjonisti”. Il-kawżi tal-imwiet ġew reġistrati bħala kważi kollha kaġun ta' ventilazzjoni totalment mhux adegwata u użu mhux tajjeb ta' tagħmir protettiv personali, speċjalment fil-preżenza ta' tankijiet kbar miftuħin.

3.9

Mewta possibbli rappurtata għal konsumatur (jew professjonista) fi Franza fl-1993 issa ma tistax tiġi vverifikata u għalhekk din l-informazzjoni partikolari kienet ikkontestata. L-unika mewta oħra ta' konsumatur li ġiet reġistrata seħħet fl-Olanda fl-1960. Jistgħu jkunu rilevanti fatturi oħrajn.

3.10

Ovvjament hemm alternattivi għall-użu ta' prodotti kimiċi għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM. Ġeneralment dawn jiġu klassifikati taħt tliet titli — “tqaxxir fiżiku/mekkaniku” (xkatlar, tqaxxir, tindif b'kompressur); “tqaxxir pirolitiku/termali” (f'ifran, fuq sodod fluwidifikati sħan jew bl-użu ta' lampi għall-ħruq jew heat guns); u “tqaxxir kimiku” (bl-użu ta' solventi qawwija ħafna, inkluż id-DCM, jew korrosiv, ġeneralment alkalin qawwi, likwidi jew taħliet, jew taħlitiet ibbażati fuq aċidu formiku jew il-perossidu tal-idroġenu). Kull proċess jista' jaħdem u jista' jkun il-metodu magħżul taħt ċirkostanzi speċifiċi. Kollha joħolqu xi forma jew oħra ta' riskju, jew minħabba l-impatt tal-partikuli, is-sħana, in-nar, splużjoni, irritazzjoni tal-għajnejn jew tal-ġilda jew minħabba l-kompożizzjoni tal-kisjiet li qed jitneħħew, fosthom l-iktar dik taċ-ċomb minn żebgħat applikati qabel l-1960. B'kisjiet differenti li jmorru lura 100 sena jew aktar fi djar antiki iżda utilizzabbli jew anke mixtieqa ħafna, jew b'uċuħ sensittivi li ma tistax issirilhom ħsara, jinħtieġ aktar minn approċċ wieħed u xi grad ta' sperimentazzjoni.

3.11

Ma tressqet l-ebda data fuq is-sehem globali tas-suq ta' dawn l-alternattivi differenti taħt it-tliet titli jew tal-ispejjeż differenti għal kull metru kwadru li jitqaxxar. Jidher li d-DCM għadu jitqies l-aktar solvent popolari, partikolarment fis-settur tal-konsumatur bl-applikazzjonijiet ibbażati fuq is-soda kawstika wkoll ikunu popolari. L-ispejjeż komparattivi huma diffiċli anke fil-grupp tal-kimiki. Hemm qbil ġenerali li l-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM jidhru li huma orħos mill-prodotti ta' kompetizzjoni, fuq bażi ta' volum. Dan il-vantaġġ aktarx jispiċċa jekk jitqiesu l-ispejjeż kollha għal tagħmir protettiv (jekk jintuża) u għar-rimi tal-iskart (jekk hu rilevanti).

3.12

L-ispejjeż totali jistgħu jiġu determinati wkoll permezz tal-volum ta' ħin. Prodotti u proċessi li jieħdu aktar ħin biex jaħdmu iżda huma anqas ta' ħsara jgħollu l-ispiża tax-xogħol għaddej u jnaqqsu l-profitti. Solventi b'temperatura ta' tgħolija għola jippermettu li jinksew partijiet akbar f'ħin wieħed, iżda dawn jieħdu aktar ħin biex jaħdmu. Għall-konsumatur, esponimenti żgħar jinbidlu f'esponimenti itwal u potenzjalment joħolqu tħarbit domestiku akbar. (Żgur li għandha tiġi kkontestata l-premessa tal-RPA li l-konsumaturi huma anqas sensittivi għall-ħin “għaliex ħafna drabi jagħmlu x-xogħol ta' tqaxxir fil-ħin liberu tagħhom”.) Għall-utenti kollha ser isiru essenzjali metodi ġodda ta' xogħol u bdil fil-flussi tax-xogħol. Għal utent industrijali, kull tip ta' bidla għal prodotti b'bażi ta' ilma tnaqqas l-ispejjeż tal-ventilazzjoni iżda iżżid bil-qawwi l-ispiża ta' tankijiet u xogħol ta' pajpijiet għat-tnaqqis tal-korrużjoni. Meta jitqiesu dawn il-varjabbli kollha, hu diffiċli ħafna li jiġi previst l-effett ta' xi restrizzjoni fuq xi metodu partikolari. F'ċirkostanzi bħal dawn il-konsumaturi jinsabu partikolarment taħt riskju, għaliex minħabba l-opinjonijiet kuntrastanti fil-livell ta' gvern, ftit hemm evidenza jekk l-għażliet tagħhom ta' prodotti jew proċessi alternattivi humiex fl-aħjar interess tagħhom.

3.13

Waħda mill-aktar alternattivi popolari għad-DCM bħala solvent hu l-methyl-2-pyrrolidone (NMP), li dan l-aħħar ġie klassifikat bħala “tossiku għar-riproduzzjoni kategorija 2” li eventwalment ser iwassal għal projbizzjoni fuq il-bejgħ ta' formulazzjonijiet li jinkluduh, għall-pubbliku ġenerali (iżda mhux għall-utenti professjonali jew industrijali). Solventi oħrajn, bħal-1,3 dioxolane, huma fjammabbli ħafna.

3.14

Attwalment, is-sistemi bbażati madwar id-dibasic esters (DBEs) — taħlita ta' dimethyl adipate, succinate u glutarate — jidhru li huma l-aħjar alternattivi, bi ftit x'juri li hemm xi tħassib sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Id-dimethyl sulfoxide (DMSO) u l-alkol tal-benżil ukoll jidhru relattivament “sikuri”. Madankollu, jekk dawn jitqisux kost- effettivi jew le mill-utenti tagħhom, jiddependi fuq ħafna fatturi u ma tistax tiġi żgurata l-għażla eventwali tagħhom bħala alternattivi popolari “sikuri”.

3.15

Ġeneralment jidher li m'hemmx approċċ uniku aċċettabbli kollu kemm hu — u li azzjoni żbaljata tista' twassal għal żieda fir-rata attwalment relattivament baxxa ta' inċidenti reġistrati. Id-diffikultà tinsab fis-sejba ta' soluzzjoni li tissodisfa l-partijiet kolha, b'mod partikolari l-Istati Membri b'esperjenzi differenti, u, pjuttost raġonevolment, b'argumenti qawwija.

4.   Sinteżi tal-proposta tal-Kummissjoni

4.1

Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent filwaqt li tippreżerva s-suq intern għad-dichloromethane, b'mod partikolari meta jintuża bħala komponent ewlieni tal-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa għal użu industrijali, professjonali u tal-konsumatur.

4.2

Il-proposta tfittex li tipprojbixxi l-bejgħ kollu ta' prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM, lill-pubbliku ġenerali u lill-professjonisti, ħlief għal dawk b'taħriġ speċjali u b'liċenzja mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Bejgħ lill-installazzjonijiet industrijali ser ikun possibbli biss fejn daħlu fis-seħħ numru ta' miżuri ta' protezzjoni, b'mod partikolari il-ventilazzjoni effettiva u l-provvista u l-użu ta' tagħmir protettiv personali adegwat. Kull formulazzjoni bbażata fuq id-DCM għandha tiġi mmarkata b'mod li ma' tkunx “riżervata għall-użu industrijali u professjonali” (u preżumibbilment biss għal dawk b'liċenzja adegwata).

4.3

L-ebda prodott għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażat fuq id-DCM m'għandu jitqiegħed fis-suq biex ikun ipprovdut lill-pubbliku ġenerali jew lill-professjonisti fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni. Kull provvista lil dawn iż-żewġ gruppi tkun ipprojbita fi tmiem il-perijodu l-ġdid ta' 12-il xahar.

4.4

Id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.

4.5

Il-proposta hi akkumpanjata b'memorandum esplorattiv u b'dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni (rapport ta' valutazzjoni tal-impatt). Hemm aktar materjal disponibbli f'valutazzjonijiet tal-impatt imħejjija għall-Kummissjoni minn konsulenti esterni (RPA, TNO) jew f'rapporti dwar suġġetti speċifiċi (ETVAREAD, dwar l-effikaċja ta' retardanti tal-fwar). Min-naħa tagħhom dawn ġew evalwati mill-kumitat xjentifiku adegwat (SCHER). Ma hemm l-ebda Rapport ta' Stima ta' Riskju tal-UE (RAR) peress li d-DCM ma ġiex iddikjarat bħala sustanza prijoritarja mill-parteċipanti interessati, minkejja t-tħassib diġà nnutat.

4.6

Xi Stati Membri tal-UE (u ekonomiji ewlenin oħrajn u msieħba kummerċjali bħall-Isvizzera u l-Istati Uniti) ukoll wettqu studji biex jappoġġjaw il-pożizzjonijiet regolatorji u politiċi partikolari — spiss kuntrastanti ħafna. L-industriji kkonċernati ħolqu ammont kbir ta' data dwar ir-riskji possibbli u l-benefiċċji komparattivi tal-prodotti u l-proċessi differenti; mhux sorprendenti li anke dawn huma kuntrastanti. Fl-2004 ġew irreġistrati kummenti minn parteċipanti interessati oħrajn matul il-Ġimgħa Ewropea dwar is-Saħħa u s-Sigurtà “Nibnu b'Sigurtà” wara konferenza ta' esperti ospitata mill-Għaqda tal-Bajjada Daniżi. F'April 2007, skont l-RPA, l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (il-BEUC), il-federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema għall-Minjieri, Kimika u Enerġija (l-EMCEF) u l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (l-ETUC) kienu għandhom ma esprimew l-ebda opinjoni formali.

5.   Kummenti ġenerali

5.1

Il-KESE jirrikonoxxi d-diffikultajiet iffaċċjati mill-Kummissjoni fit-tressiq ta' emenda proporzjonali u kost-effettiva għad-Direttiva 76/769/KEE għall-użu tad-DCM bħala solvent fil-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa. Relattivament ftit inċidenti ġew rappurtati u verifikati. Seta' kien hemm (jew seta' ma kienx hemm) nuqqas ta' rappurtaġġ. Il-leġislazzjoni attwali mhux dejjem ġiet segwita — u jidher li hi inadegwata fir-rigward tal-ittikkettar. Jeżistu prodotti u proċessi alternattivi iżda dawn ma ġewx evalwati u kollha joħolqu xi riskju. Hemm raġunijiet validi għalfejn l-opinjonijiet tal-Istati Membri ma jaqblux. M'hemmx garanzija li l-eżitu finali ser ikun favorevoli għal kull wieħed mill-gruppi li aktarx jiġu effettwati.

5.2

Il-KESE jirrikonoxxi wkoll, li minkejja restrizzjonijiet ovvji ta' ħin, din hi l-aħħar opportunità għall-introduzzjoni ta' xi miżuri taħt din id-Direttiva. Jekk ma tintlaħaqx pożizzjoni komuni bejn l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew u d-Deċiżjoni proposta (jew kull varjazzjoni tagħha) tiġi adottata u implimentata, ma titieħed l-ebda azzjoni ulterjuri sakemm id-DCM jiġi evalwat għall-użi kollha tiegħu skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH).

5.3

Il-KESE jemmen bis-sħiħ li dan it-tip ta' dewmien fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-utenti kollha ġewwa jew barra l-post tax-xogħol la hu meħtieġ u lanqas mixtieq. Il-KESE jiddispjaċih tassew ukoll dwar kull frammentazzjoni tas-suq intern dwar din il-kwistjoni jew dwar kull kwistjoni oħra. Il-ħtieġa li tinstab bażi ta' ftehim għandha tkun ovvja għal kull min hu involut. Din għandha tfittex li jiġu ġestiti r-riskji, u mhux li riskju jiġi sostitwit b'ieħor.

5.4

F'dan ir-rigward il-KESE jinnota li d-DCM jista' jkun immanifatturat, maħżun, trasportat u użat b'mod sikur f'sistemi magħluqa. Id-DCM hu non-fjammabbli u ma jikkontribwixxix għall-formazzjoni tal-ożonu fil-livell tal-art. Madankollu, f'sistemi miftuħa, pereżempju fit-tqaxxir taż-żebgħa, id-DCM joħloq problemi minħabba l-volatilità tiegħu (jevapora malajr ħafna), id-densità tal-fwar suċċessivi (jakkumula fl-aktar punt baxx jew fejn ma hemmx ventilazzjoni adegwata), u l-imġiba tiegħu bħala narkotiku (jikkawża l-inkoxjenza u mewt). Dawn kollha jikkontribwixxu għal riskji akbar fit-tfal. Id-DCM hu kklassifikat bħala karċinoġenu kategorija 3 u dan hu r-riskju potenzjali li jiddomina l-ittikkettar ta' kull prodott li fih id-DCM.

5.5

L-RPA u oħrajn kollha nnutaw li dan hu qarrieqi u mhux adegwat għall-protezzjoni tajba tal-utenti ġewwa jew barra l-post tax-xogħol. Ma hemm l-ebda frażijiet jew stampi b'simboli R (Riskju) u S (Sigurtà) skont il-leġislazzjoni attwali, jew ekwivalenti tagħhom skont il-verżjoni riveduta tas-Sistema Armonizzata Globalment tan-NU ta' Klassifikazzjoni u t-Tikkettar, li javżaw b'mod adegwat kemm kontra in-narkożi (u r-riskju sussegwenti ta' mewt) jew, aktar sorprendenti, kontra r-riskju serju għat-tfal (li ovvjament japplika għal ħafna prodotti u proċessi f'sitwazzjonijiet domestiċi).

5.6

L-iffukar fuq ir-riskju possibbli, iżda s'issa mhux ippruvat, ta' kanċer ukoll hu qarrieqi. Fl-opinjoni tagħhom dwar ir-Rapport ETVAREAD dwar retardanti tal-fwar, ix-SCHER innota li l-mekkaniżmu metaboliku ta' ġurdien mhux l-istess bħal tal-bniedem għall-punt aħħari ttestjat, u għalhekk, skont l-evidenza mressqa, id-DCM aktarx li mhuwiex karċinoġenu. Ftit hemm evidenza li hi bbażata fuq użu reali. Ir-riżultati ta' żewġ studji epidemoloġiċi ewlenin dwar il-gruppi (cohorts) esposti għad-DCM f'industriji oħrajn fl-Istati Uniti għadhom ma waslux. Il-gruppi (cohorts) fl-UE setgħu ġew esposti għal karċinoġeni oħrajn magħrufa bħall-istirene. L-RPA ma ppreżentat l-ebda evidenza ta' riskji reali taħt dan it-titlu mill-esponimenti għad-DCM użata fit-tqaxxir taż-żebgħa. Il-frażi meħtieġa R68 (“riskju possibbli ta' effetti irriversibbli”) mhijiex l-aktar utli f'dawn iċ-ċirkostanzi.

5.7

Għandu jiġi innutat li l-istatistiċi ta' inċidenti mressqa mill-RPA għall-perijodu 1930-2007 juru biċ-ċar il-perikli ta' sovra-esponiment qawwi għad-DCM, ġeneralment minħabba prattiċi tax-xogħol ħżiena ħafna. Ma nġabritx data korrispondenti għal proċessi u prodotti alternattivi. Hu diskutibbli sa fejn din id-data tista' tiġi estiża biex tintuża f'ambjent domestiku, kemm mill-“professjonisti” kif ukoll mill-“konsumaturi”. L-indikazzjonijiet ta' effetti ta' saħħa kroniċi (għat-tul) jistgħu (jew ma jistgħux) jindikaw problemi għal esponimenti akuti (fuq perijodu qasir) għall-konsumatur; statistiċi ta' inċidenti, li aktarx dawn hekk huma, huma aktar diffiċli li jwasslu għal indikzzjonijiet.

5.8

L-istudji jenfasizzaw ukoll in-nuqqas ta' Livelli ta' Esponimenti Okkupazzjonali (OELs) konsistenti għall-postijiet tax-xogħol madwar l-UE. Il-limiti għal sustanza waħda (DCM) ivarjaw konsiderevolment bejn l-Istati Membri u bejn is-sustanzi (pereżempju, bejn id-DCM u d-DBE jew id-DMSO). Il-fabbrikanti għandhom jirrikonoxxu d-dmir tagħhom ta' kura għall-ħaddiema tagħhom; biex jintlaħaq dan, ir-regolaturi għandhom jipprovdu qafas regolatorju bbażat fuq id-data ċara u konsistenti.

5.9

F'dan ir-rigward il-KESE ħa nota partikolari tar-Regoli Tekniċi għal Sustanzi Perikolużi TRGS 612 għal alternattivi għal prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM mill-Ministeru Federali Ġermaniż għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali (BMAS), verżjoni ddatata Frar 2006. Dan jidher li hu mudell li oħrajn jistgħu jsegwu biex tiġi żgurata s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u hu konsiderevolment aktar dettaljat mill-proposta attwali tal-Kummissjoni.

5.10

Il-ġerarkija ta' mistoqsijiet li għandhom jitwieġbu skont ir-Regoli għandhom jiġu segwiti f'ħafna mill-każijiet: (a) tista' tagħmel il-proċess tiegħek aktar sikur permezz ta' alternattiva? (b) jekk le, għalfejn? u (ċ) ħadt il-miżuri adegwati kollha biex tagħmel il-post tax-xogħol tiegħek sikur? Ir-riskji potenzjali, kif ukoll il-benefiċċji minn proċessi u prodotti alternattivi għandhom jiġu rikonoxxuti bis-sħiħ. Fuq kollox, għandu jkun hemm xi stima tal-eżiti mistennija ta' kull deċiżjoni biex titneħħa kwantità sinifikanti ta' kull tip ta' materjal minn kull suq; x'ser jagħmlu l-utenti fir-realtà u jekk l-għażla tagħhom hijiex ser ittejjeb is-sigurtà personali tagħhom?

5.11

Eżempju ta' Stat Membru li diġà implimenta projbizzjoni fuq il-prodotti bbażati fuq id-DCM u li hi applikabbli bl-istess mod għall-utenti industrijali u professjonali juri li din hi projbizzjoni fuq il-bejgħ ta' prodotti li fihom id-DCM u mhux fuq id-DCM innifisu. Xorta jista' jiġi magħmul prodott għat-tqaxxir taż-żebgħa qawwi ħafna bit-taħlit tad-DCM mal-metanol fil-post tal-użu. Il-prodott aħħari jiswa anqas iżda m'għandux is-surfactants u r-retardanti tal-fwar li jżidu kemm l-effikaċja kif ukoll is-sigurtà ta' prodott formolat tajjeb. Għalhekk dan hu eżitu mhux mixtieq.

5.12

Hekk kif innutaw l-RPA u l-Kummissjoni, id-distinzjonijiet bejn il-kategoriji diffferenti ta' utenti diffiċilment jiġu ġustifikati jew jinżammu fir-realtà. L-unika differenza reali hi li operazzjonijiet kontinwi ta' tqaxxir taż-żebgħa f'sit uniku u b'volum kbir jirrikjedu tankijiet kbar miftuħa ta' aġenti kimiċi li fihom jixxarbu l-prodotti; operazzjonijiet barra mis-sit ġeneralment ma jiddependux fuq it-tixrib u għalhekk ma jeħtiġux tankijiet kbar miftuħa. Is-siti uniċi huma koperti minn Direttivi oħrajn bħal pereżempju dawk dwar l-emissjonijiet ta' solventi u l-kwalità tal-ilma tad-drenaġġ, li għandhom jiġu infurzati b'mod riġidu; operazzjonijet barra mis-sit jiddependu aktar fuq il-kura u sens komun tal-individwu. Fejn ikun hemm persuna li tħaddem, id-dmir tal-kura tal-ħaddiema jaqa' fuqha biex tiżgura l-aħjar ambjent possibbli għall-impjegati kollha involuti.

5.13

Il-kategorija “professjonisti” għandha wkoll tinqasam bejn dawk impenjati b'mod permanenti f'operazzjonijiet ta' tindif speċjalizzat (pereżempju tneħħija ta' graffiti, restawr tal-faċċati, ferroviji jew ajruplani) u dawk li jqaxxru ż-żebgħa okkażjonalment (il-bennejja, id-dekoraturi u l-“konsumaturi”) bħala preludju, meħtieġ iżda li jieħu l-ħin, għal attività aktar ta' profitt. Il-ħtiġijiet, il-kapaċitajiet u l-vulnerabbilitajiet ta' dan l-aħħar grupp jidhru li huma identiċi u li għandhom jiġu ttrattati indaqs.

5.14

Fl-aħħar nett iddaħlet proposta għat-taħriġ u l-liċenzjar ta' xi operaturi bħala deroga possibbli sabiex jkun hemm kompromess bejn l-opinjonijiet diverġenti. Madankollu hu diffiċli li l-użu ta' prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM jitqabbel ma' ngħidu aħna, it-tneħħija tal-asbestos jew mal-ġestjoni tal-iskart nukleari, li għalihom żgur li jinħtieġu l-liċenzji. Meta jitqiesu l-ispejjeż għoljin tal-installazzjoni u l-monitoraġġ ta' sistema bħal din, hu diffiċli li wieħed jara kif proposta bħal din għandha tilħaq il-ħtiġijiet ta' xi ħadd.

6.   Kummenti speċifiċi

6.1

Fid-dawl ta' dak li jidher hawn fuq, il-KESE ma jemminx li l-proposta attwali hi proporzjonata jew li waħidha ser twassal għal anqas inċidenti kemm ġewwa jew barra l-post tax-xogħol. Meta jitqiesu d-differenzi reali u politiċi wiesa' bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu kkunsidrati u implimentati approċċi oħrajn bla dewmien.

6.2

Dan ikun jinkludi bidliet fl-ippakkjar u l-itikkettar tal-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM biex jiġu minimizzati r-riskji ta' inċidenti u biex jiġu enfasizzati l-perikli reali. Il-bejgħ lil kull min mhux involut b'mod permanenti fit-tqaxxir taż-żebgħa, kemm fuq jew barra mis-sit, u kemm jekk jitqies bħala “professjonist” jew bħala “konsumatur”, għandu jkun limitat għal massimu ta' litru għal kull kontenitur u akkwist. Il-kontenituri għandhom ikollhom siġilli li ma jinfetħux mit-tfal, kif definiti mir-Regoli jew Direttivi eżistenti jew ġodda tal-UE u/jew standards tal-EN-ISO 8317:2004 u 862:2005. Ikunu utli ukoll għenuq dojoq biex jiġi evitat it-tixrid, għalkemm il-bżonn li l-likwidu jitbattal qabel l-użu b'pinzell, jillimita kemxejn l-effett tagħhom. Il-fabbrikanti għandhom jaħdmu b'mod attiv lejn sistemi ta' ġarr aktar ġodda u sikuri jekk iridu li jżommu l-vijabbiltà ta' dawn il-prodotti fit-tul. Bejgħ bil-grossa lill-utenti l-oħrajn kollha għall-użu industrijali jew professjonali kontinwu għandu jkun fi kwantitajiet ta' mhux anqas minn 20 litru. Il-fabbrikanti u l-fornituri għandhom jagħrfu dmirhom ta' kura skont dawn iċ-ċirkostanzi u jiżguraw li tingħata biżżejjed informazzjoni u taħriġ biex tiġi żgurata l-ġestjoni u r-rimi f'kull kundizzjoni ta' użu.

6.3

Għandhom jiġu żviluppati b'urġenza stampi b'simboli ġodda u frażijiet R u S għan-narkotiċi u sabiex javżaw lit-tfal mill-perikli, sabiex jikkumplimentaw dawk li diġa' qegħdin fis-seħħ. Għall-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM (u fuq prodotti oħrajn b'effetti simili) l-aħjar formulazzjoni għall-utenti kollha għandu tkun fuq il-linji ta': “Narkotiku: konċentrazzjonijiet għoljin jistgħu jwasslu għall-inkoxjenza u l-mewt”; “Tużax fil-preżenza ta' tfal jew adulti vulnerabbli”; “Tużax f'ambjent magħluq: fwar qawwija jistgħu jwasslu għall-assifissija” Dawn jidhru li huma ġustifikati mill-evidenza u huma rilevanti għall-ħtiġijiet reali. Il-frażijiet ma għandhomx jintilfu fost ġabra ta' avviżi anqas importanti. Avviż effettiv u stampa b'simbolu ċar fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu protetti t-tfal aktarx li jkollu aktar effett minn avviżi aktar ikkumplikati. F'dan ir-rigward, il-frażi S2 attwali (“Żomm fejn ma jintlaħaqx mit-tfal”) hi adegwata.

6.4

Hemm ukoll ħtieġa ċara għal ġabra ta' Limiti ta' Esponimenti Okkupazzjonali (OELs) madwar l-UE li jkunu standardizzati u konsistenti internament, sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-post tax-xogħol. Dan għandu jitqies bħala riżultat utli tal-programm REACH tul fis-snin li ġejjin.

6.5

Żgur li prattika tax-xogħol tajba u osservanza bir-reqqa tal-kontrolli kollha eżistenti huma essenzjali għall-immaniġġjar tar-riskji, ġewwa u barra l-post tax-xogħol. Il-fabbrikanti u l-bejjiegħa bl-imnut flimkien jaqsmu r-responsabbiltà li jipprovdu pariri tajbin u jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu segwiti mill-membri tal-pubbliku u minn oħrajn li jużaw materjali jew proċessi perikolużi fuq bażi okkażjonali. Pariri u tagħmir ta' sigurtà għandhom jiġu promossi bl-istess ħeġġa u bl-istess inċentivi bħall-materjali li għalihom huma meħtieġa.

6.6

L-approċċ użat mit-TRGS 612 Ġermaniż għandu jkun il-bażi tal-kontrolli ta' madwar l-UE. Pariri tekniċi addizzjonali dwar il-ventilazzjoni jew it-trattament tal-iskart jistgħu jiżdiedu skont il-bżonn. L-aħjar prattiki għandhom jiġu ppublikati u maqsuma.

6.7

Studji li għadhom għaddejjin fl-Istati Uniti dwar l-effetti ta' esponiment fit-tul għad-DCM għandhom jitlestew malajr kemm jista' jkun u r-riżultati għandhom jiġu ppreżentati lix-SCHER għall-evalwazzjoni. Għandhom jiġu esplorati opportunitajiet biex jiġu identifikati l-gruppi validi kollha għal studju fl-Ewropa.

6.8

Għandha titnieda evalwazzjoni sistematika tar-riskji marbuta mat-tqaxxir taż-żebgħa sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni fuq bażi komparattiva bejn il-prodotti u l-proċessi kollha. Din twassal għal għarfien aħjar tal-karatteristiċi tal-imġiba u r-riskji relattivi tagħhom u eventwalment għall-possibbiltà ta' deċiżjonijiet infurmati aktar mill-utenti ġewwa u barra l-post tax-xogħol. Madankollu l-ebda waħda minn dawn il-proposti m'għandhom itawlu l-adozzjoni tal-miżuri ta' kontroll diskussi aktar 'il fuq.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/35


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 68/151/KEE u 89/666/KEE fir-rigward tal-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni għal ċerti tipi ta' kumpaniji

COM(2008) 194 finali — 2008/0083 (COD)

(2009/C 77/06)

Nhar it-23 ta' Mejju 2008, il-Kunsill iddeċieda li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 68/151/KEE u 89/666/KEE fir-rigward tal-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni għal ċerti tipi ta' kumpaniji.

Fil-21 ta' April 2008, il-Bureau tal-Kumitat ħatar lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-Ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sur Iozia bħala r-rapporteur ġenerali matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet it-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru) u adotta din l-opinjoni b' 72 vot favur u astensjoni waħda.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat jaqbel mal-kontenut tad-direttiva proposta u jqisu pass 'il quddiem fl-istrateġija ta' simplifikazzjoni amministrattiva proposta fil-komunikazzjoni intitolata Reviżjoni strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea.

1.2

Dan jikkonforma mal-opinjoni pożittiva tal-Osservatorju tas-Suq Uniku tal-KESE li f'diversi opinjonijiet tiegħu, b'mod konsistenti appoġġja l-inizjattivi favur is-simplifikazzjoni li ttieħdu fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji. Huwa jemmen li dawn l-inizjattivi, billi ser inaqqsu l-ispejjeż tal-kumpaniji, ser ikunu qed jagħtu kontribut importanti għall-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE, kemm-il darba ma jxekklux il-ħarsen tal-interessi tal-partijiet interessati.

1.3

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-għan tal-proposta li temenda d-Direttivi 68/151/KEE (l-Ewwel Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji) u 89/666/KEE (il-Ħdax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji) huwa li tissimplifika u tnaqqas il-piż amministrattiv fil-qasam sensittiv tal-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni għal ċerti tipi ta' kumpaniji, li ħafna drabi jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' spejjeż sproporzjonati u mhux meħtieġa.

1.4

Il-Kumitat jilqa' l-miżuri proposti li jistgħu jinkisbu permezz ta' tibdiliet żgħar fl-acquis tal-UE. Barra milli jnaqqsu l-piż amministrattiv tal-kumpaniji, il-miżuri ser iservu wkoll sabiex jipprevedu l-ħolqien ta' ostakli li jxekklu l-moviment ħieles tal-oġġetti u s-servizzi, hekk kif uriet il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta.

1.5

Il-Kumitat għalhekk jilqa' intervenzjoni bħal din u jingħaqad mal-Kunsill billi jitlob lill-Kummissjoni tipproponi aktar miżuri li jkomplu jnaqqsu l-obbligi li m'għandhom l-ebda valur miżjud li jeżistu f'oqsma oħra. Dawn l-obbligi m'għandhom l-ebda benefiċċju għall-utent, u għall-kumpaniji huma biss piż u ostaklu li ma jħallihomx jilqgħu tajjeb l-isfidi attwali tal-kompetizzjoni globali.

1.6

Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jaħdmu għas-simplifikazzjoni amministrattiva fil-kumpaniji permezz ta' verżjoni elettronika tal-informazzjoni kollha li, skont il-leġislazzjoni eżistenti, għandha tiġi ppubblikata.

2.   Sfond

2.1

Wara d-diversi valutazzjonijiet li saru fl-2005, il-Kummissjoni tat bidu għall-proġett tat-tnaqqis tal-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi ġejjin mill-leġislazzjoni eżistenti u li jaffaċċjaw il-kumpaniji. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-ispejjeż mhux meħtieġa kienu qed ixekklu l-ekonomija tal-UE u jtellfu l-kompetittività tan-negozji.

2.2

Fl-14 ta' Novembru 2006, il-Kummisjoni ppreżentat komunikazzjoni bit-titlu sinifikanti Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea (1) u dokument ta' ħidma intitolat Il-kejl tal-ispejjeż amministrattivi u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea (2). Iż-żewġ inizjattivi jenfasizzaw il-bżonn ta' benefiċċji ekonomiċi għall-kumpaniji u simplifikazzjoni li ma tħallix effetti negattivi fuq l-utenti tal-informazzjoni kkonċernata.

2.3

F'Marzu 2007 din l-istrateġija ġiet appoġġjata minn programm ta' azzjoni għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi (3) (li għadu ma ġiex ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali) li stabbilixxa l-għan li sal-2012 l-ispejjeż amministrattivi jkunu tnaqqsu b'25 %.

2.4

A number of fast-track proposals were adopted by the Commission in March 2007 aimed at reducing administrative burdens and on 10 July 2007 it presented a communication setting out its proposals for simplification in the fields of company law, accounting and auditing (4).

2.5

Fil-laqgħat tiegħu tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni tidentifika proposti leġislattivi ġodda li jnaqqsu l-piż amministrattiv (5).

2.6

Dan huwa l-kuntest tal-proposta għal direttiva dwar l-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji u li tistipula tnaqqis jew tneħħija tal-obbligi tal-informazzjoni li m'għandhom l-ebda valur miżjud għall-utenti.

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni

3.1

Skont il-Kummissjoni, l-għan tal-proposta għal Direttiva huwa li ttejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE billi tnaqqas jew tneħħi l-obbligi amministrattivi stipulati fil-leġislazzjoni eżistenti li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-utenti tal-informazzjoni u li huma spejjeż żejda għall-kumpaniji.

3.2

Il-Proposta temenda d-Direttivi 68/151/KEE (l-Ewwel Direttiva) u 89/666/KEE (il-Ħdax-il Direttiva) tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi ta' pubblikazzjoni u traduzzjoni ta' wara t-twaqqif ta' ċerti tipi ta' kumpaniji.

3.3

Fir-rigward tal-Ewwel Direttiva ġie propost rekwiżit minimu ġdid ta' pubblikazzjoni abbażi tal-kontenut ta' Artikolu 3(4) 68/151 KE dwar il-liġi tal-kumpaniji. L-għan ta' din l-emenda huwa li telimina uħud mill-obbligi attwali fuq il-kumpaniji li fil-gazzetti tal-gvern jippubblikaw ċerta informazzjoni dwar it-twaqqif tal-kumpanija u l-kontijiet attwali, li skont il-leġislazzjoni attwali jridu jiġu ppubblikati kull sena.

3.4

Is-simplifikazzjoni proposta bl-ebda mod ma tnaqqas il-valur miżjud għall-utenti b'mod partikolari issa li aktar mal-użu tal-mezzi elettroniċi qed isir komuni, l-informazzjoni tar-reġistri kummerċjali, li permezz tagħhom l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni neċessarja, aktar qed issir disponibbli fuq l-internet.

3.5

L-Istati Membri jeħtiġilhom jipprovdu għall-aċċess elettroniku u kronoloġiku għall-informazzjoni imma jibqgħu liberi li jesiġu l-użu tal-mezzi addizzjonali tal-pubblikazzjoni sa kemm dawn ma jwasslux għal spejjeż żejda għall-kumpaniji.

3.6

Fir-rigward tad-Direttiva 89/666/KEE (il-Ħdax-il Direttiva) ġiet proposta emenda fuq Artikolu 4 li attwalment jitlob it-traduzzjoni tad-dokumenti kollha li jinsabu fil-file tal-kumpanija meta tiġi rreġistrata fergħa ġdida tal-kumpanija.

3.7

Artikolu 4 il-ġdid jirrikjedi li d-dokumenti jiġu ppublikati f'lingwa uffiċjali tal-Komunità iżda jitlob biss li t-traduzzjoni tkun awtentikata fi proċedura aċċettata mill-awtoritajiet kollha ta' kull Stat Membru. L-Istati Membri kollha għandhom jilqgħu din l-attestazzjoni u m'għandhomx jimponu obbligi formali oħra barra dawk stipulati f'paragrafi 1 u 2, b'konformità mal-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-traduzzjoni u l-attestazzjoni.

3.8

Il-bażi legali ta' din il-proċedura hija l-istess bħal dik tad-direttivi preċedenti: Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat. Barra minn hekk fil-fehma tal-Kummissjoni, il-proċedura tikkonforma mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

3.9

Il-Kummissjoni ġibdet attenzjoni lejn il-fatt li firxa wiesgħa ta' partijiet interessati stħarrġet bir-reqqa l-proposta u l-valutazzjoni tal-impatt, u r-riżultat kien pożittiv (total ta' 110 minn 22 Stat Membru). Ir-riżultati jinsabu fis-sit tal-Direttorat Ġenerali tas-Suq Intern u tas-Servizzi (DĠ MARKT).

3.10

Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni bassret li mill-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali, il-kumpaniji ser jiffrankaw EUR 410 miljun fis-sena u madwar EUR 200 fis-sena mill-pubblikazzoni ta' tibdiliet fir-reġistri. Mit-traduzzjoni u l-attestazzjoni ser jiffrankaw madwar EUR 22 miljun.

4   Kummenti ġenerali

4.1

F'bosta opinjonijiet tal-Osservatorju tas-Suq Uniku, il-Kumitat appoġġja s-simplifikazzjoni amministrattiva proposta fil-komunikazzjoni intitolata Reviżjoni strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea.

4.2

L-opinjonijiet tal-Kumitat dejjem appoġġjaw din l-inizjattiva li tagħti kontribut prattiku favur il-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE billi tnaqqas l-ispejjeż fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji li huma eċċessivi u żejda mingħajr ma tikkomprometti l-ħarsien tal-interessi tal-partijiet interessati.

4.3

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li hija u tintervjeni fl-oqsma sensittivi tal-obbligi tal-pubblikazzjoni u t-traduzzjoni, din il-proposta mhux biss tnaqqas l-ispejjeż, kif uriet il-valutazzjoni tal-impatt iżda żżid il-kredibilità tal-UE għax telimina l-ostakli artifiċjali u inġusti li jxekklu l-moviment ħieles tal-oġġetti u s-servizzi.

4.4

L-inizjattivi tnedew dejjem wara valutazzjoni serja tal-għanijiet u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u kienu soġġetti għal konsultazzjoni dettaljata mal-partijiet interessati kollha.

4.5

Il-Kumitat għalhekk jilqa' l-kontenut tad-direttiva proposta u jqisu pass 'il quddiem ieħor fl-istrateġija ta' simplifikazzjoni. Il-Kumitat jappoġġja wkoll lill-Kunsill huwa u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tintervjeni fl-oqsma l-oħra li jirrikjedu s-simplifikazzjoni sabiex ikomplu jitnaqqsu l-obbligi li huma piż żejjed għall-kumpaniji.

Brussell, id-19 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Reviżjoni strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea, COM(2006) 689, ĠU C 78, 11.4.2007, p. 9.

(2)  Il-kejl tal-ispejjeż amministrattivi u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea, COM(2006) 691.

(3)  Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea, COM(2007) 23.

(4)  A simplified business environment for companies in the areas of company law, accounting and auditing, COM(2007) 394.

(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, Brussel, 13 u 14 ta' Marzu 2008, dok. 7652/08, (konkl. 1).


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/37


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati

COM(2008) 195 finali — 2008/0084 (COD)

(2009/C 77/07)

Nhar it-23 ta' Mejju 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 44(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati.

Fil-21 ta' April 2008, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b'konformità mar-Regoli 20 u 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, iddeċieda matul l-447 Sessjoni Plenarja tiegħu tat-18 ta' Settembru 2008 li jaħtar lis-Sur Cappellini bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b'59 vot favur, u vot wieħed kontra.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-proposta tal-estensjoni tal-eżenzjonijiet maħsuba għall-kumpaniji ż-żgħar fir-Raba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji biex jinkludu l-kumpaniji ta' daqs medju peress li jwasslu għal tnaqqis fil-piż tar-rappurtar għal dawn il-kumpaniji.

1.2

Il-KESE jilqa' wkoll l-emendi proposti għas-Seba' Direttiva peress li dawn sempliċement jiċċaraw l-interazzjoni bejn ir-regoli konsolidati stipulati f'din id-Direttiva u fl-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju.

1.3

Il-KESE japprezza b'mod partikolari li l-objettiv tas-semplifikazzjoni tar-rappurtar finanzjarju huwa rrispettat: ma hemm l-ebda telf sinifikanti ta' informazzjoni għall-utenti tal-kontijiet u l-partijiet interessati l-oħra mhumiex affettwati. Is-semplifikazzjoni proposta hija bbażata fuq il-bżonnijiet tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-utenti tal-infomazzjoni finanzjarja.

1.4

Sal-lum il-ġurnata hemm nuqqas ta' riċerka u ta' ġustifikazzjoni li jiddeterminaw il-bżonnijiet tal-utenti, li jistgħu jvarjaw bejn l-Istati Membri tal-UE. Qabel ma jiġu introdotti aktar emendi għar-rekwiżiti finanzjarji għall-SMEs, hemm bżonn li tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni attwali dwar l-adozzjoni ta' għażliet fir-Raba' u s-Seba' Direttiva. Dan l-istudju għandu jinkludi (a) l-użu tal-għażliet eżistenti, (b) ir-raġunijiet mogħtija mill-Istati Membri għall-għażliet tagħhom u (c) l-analiżi tas-suċċess tal-Istati Membri fil-ksib tal-objettivi tagħhom.

1.5

Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li ssir riċerka f'dan il-qasam sabiex fil-futur ikun hemm bażi għal proposti ta' politika raġonevoli.

1.6

Ir-rekwiżiti ta' kontabilità kienu fost l-ewwel oqsma ta' leġiżlazzjoni li ġew armonizzati fil-livell Ewropew. Il-KESE jfakkar li l-iskop prinċipali huwa l-ksib ta' suq komuni u jenfasizza l-importanza tal-armonizzazzjoni għall-ħolqien ta' sitwazzjoni bl-istess kondizzjonijiet għal kulħadd fl-UE.

1.7

Il-kummerċ transkonfinali mill-SMEs qiegħed jiżdied fl-UE. Għalhekk, hemm bżonn kbir li tiġi żviluppata l-armonizzazzjoni tal-oqfsa tar-rappurtar finanzjarju u li jiġu stabbiliti regoli biex (a) jappoġġjaw din iż-żieda fil-kummerċ u (b) joħolqu sitwazzjoni bl-istess kondizzjonijiet għal kulħadd.

2.   Sfond

2.1

Fil-Konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007 enfasizza li t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi huwa importanti sabiex l-ekonomija Ewropea tingħata spinta, speċjalment meta wieħed iqis il-benefiċċji li dan jista' jġib lill-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju.

2.2

Il-Kunsill enfasizza li hemm bżonn ta' sforz kbir konġunt min-naħa tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi billi jiġu ssemplifikati r-regoli tal- kontabilità għall-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju. Il-bażi legali ta' dawn il-miżuri huwa l-Artikolu 44(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1).

2.3

Il-kontabilità u l-verifika ġew identifikati bħala oqsma għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji fi ħdan il-Komunità (2).

2.4

Ingħatat attenzjoni partikolari biex jinkiseb aktar serħan mir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju.

2.5

Fil-passat, saru għadd ta' tibdiliet sabiex il-kumpaniji li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE jkunu jistgħu jużaw metodi ta' kontabilità skont l-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS).

2.6

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (3), il-kumpaniji li t-titoli tagħhom ikunu aċċettati għall-kummerċ f'suq regolat ta' xi Stat Membru għandhom jippreparaw il-kontijiet konsolidati tagħhom b'konformità mal-IFRS, u b'konsegwenza jinħelsu mill-maġġoranza tar-rekwiżiti tad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE. Madankollu, dawn id-Direttivi għadhom jiffurmaw il-bażi għall-kontabilità tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju fil-Komunità.

2.7

Il-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju ħafna drabi huma soġġetti għall-istess regoli bħall-kumpaniji l-kbar iżda l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom tal-kontabilità ftit li xejn ġew indirizzati. B'mod partikolari, l-għadd dejjem jiżdied tar-rekwiżiti ta' żvelar iqajjem tħassib għal kumpaniji bħal dawn. Ir-regoli estensivi tar-rappurtar joħolqu piż finanzjarju u jistgħu jostakolaw l-użu effiċjenti tal-kapital għal skopijiet produttivi.

2.8

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 enfasizzat ukoll il-ħtieġa li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-istandards tal-kontabilità meħtieġa mid-Direttiva 83/349/KEE u l-IFRS.

2.9

Fejn l-ispejjeż tal-formazzjoni jistgħu jiġu ttrattati bħala ass fil-karta tal-bilanċ, l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 78/660/KEE jirrikjedi li dawk l-ispejjeż jiġu spjegati fin-noti mal-kontijiet.

2.10

Il-kumpaniji ż-żgħar jistgħu jiġu eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' żvelar b'konformità mal-Artikolu 44(2) tal-istess Direttiva. Sabiex jonqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, għandu jkun possibbli wkoll li l-kumpaniji ta' daqs medju jiġu eżentati minn dan l-iżvelar.

2.11

Id-Direttiva 78/660/KEE tistipula l-iżvelar ta' analiżi tad-dħul f'attivitajiet u swieq ġeografiċi. Dan jintalab mill-kumpaniji kollha, iżda l-kumpaniji ż-żgħar jistgħu jiġu eżentati b'konformità mal-Artikolu 44(2) tal-istess Direttiva. Sabiex jonqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, għandu jkun possibbli wkoll li l-kumpaniji ta' daqs medju jiġu eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' żvelar.

2.12

Id-Direttiva 83/349/KEE tirrikjedi li kumpanija prinċipali tħejji l-kontijiet konsolidati wkoll meta s-sussidjarju waħdani tagħha jew inkella s-sussidjarji kollha globalment ma jkunux materjali għall-finijiet tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 83/349/KEE. Bħala konsegwenza, dawn il-kumpaniji jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u għalhekk ikollhom iħejju d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tagħhom b'konformità mal-IFRS. Dan ir-rekwiżit huwa meqjus ta' piż f'każ fejn kumpanija prinċipali jkollha biss sussidjarji mhux materjali.

2.13

Għalhekk, għandu jkun possibbli li kumpanija prinċipali tiġi eżentata mill-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati u ta' rapport annwali konsolidat jekk dik il-kumpanija prinċipali jkollha biss impriżi sussidjarji meqjusa bħala mhux materjali, kemm individwalment kif ukoll globalment.

2.14

Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi marbuta ma' ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u mal-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati li japplika għal ċerti kumpaniji fi ħdan il-Komunità, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, il-Komunità tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

2.15

B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

2.16

Id-Direttivi 78/660/KEE u 83/1268/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati f'dan il-mod.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

L-għan tal-emendi għad-Direttiva 78/660/KEE (Ir-Raba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji) (4) huwa li jissemplifikaw ir-rappurtar finanzjarju għal kumpaniji ta' daqs medju (5) u li jserrħu lil dawn il-kumpaniji mill-piż tar-rappurtar finanzjarju fil-perijodu qasir. L-emendi għandhom iwasslu għal tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi mingħajr telf ta' informazzjoni rilevanti.

3.2

L-għan tal-emendi għad-Direttiva 83/349/KEE (is-Seba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji) (6) huwa li jiċċara l-interazzjoni bejn ir-regoli tal-konsolidazzjoni stipulati f'din id-Direttiva u fl-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju.

3.3   Konsultazzjoni u valutazzjoni tal-impatt

3.3.1

Id-diskussjoni dwar il-ksib ta' tnaqqis sostanzjali fil-piż regolatorju fuq l-SMEs taħt ir-Raba' u s-Seba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji tnediet fil-ħin mill-Kunsill Ewropew, flimkien mal-proċess ta' konsultazzjoni, u tqis l-objettiv li l-SMEs jirnexxu fis-Suq Uniku Ewropew. Il-problema tal-piżijiet regolatorji fuq l-SMEs hija r-riżultat tar-regoli oriġinali li kienu maħsuba għall-intrapriżi l-kbar. Dawn ir-regoli mhumiex bilfors rilevanti għall-SMEs u sikwit jimponu piż sinifikanti f'termini ta' amministrazzjoni u nfiq.

3.4   Semplifikazzjoni bbażata fuq il-bżonnijiet tal-SMEs u l-utenti tal-infomazzjoni finanzjarja

3.4.1

Huwa importanti li d-diskussjonijiet ma jiffokawx biss fuq “is-semplifikazzjoni” tar-rekwiżiti tar-rappurtar finanzjarju iżda wkoll fuq “ir-rilevanza” tagħhom għall-SMEs — u mhux għall-kumpaniji kbar kkwotati. Id-dibattitu dwar is-semplifikazzjoni jiffoka fuq l-ispejjeż filwaqt li d-dibattitu dwar ir-rilevanza jikkonċerna l-benefiċċji tar-rappurtar finanzjarju u l-utenti partikolari u l-bżonnijiet tagħhom.

3.4.2

Is-semplifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kontabilità għandha tibda mill-bżonnijiet attwali tal-SMEs u l-utenti tal-kontijiet tagħhom. Sabiex ir-rapporti finanzjarji jkunu rilevanti u ta' siewi, huwa importanti li jiġu analizzati l-utenti u l-bżonnijiet tagħhom bil-għan li jiġi żviluppat qafas ta' rappurtar finanzjarju Ewropew għall-SMEs. L-utenti huma bosta: l-istituzzjonijiet finanzjarji (tal-klassifikazzjoni), l-awtoritajiet pubbliċi (tat-taxxa, tal-money laundering, …).

3.4.3

Huwa wkoll importanti li wieħed jiftakar li l-SMEs innifishom huma utenti prinċipali tal-informazzjoni finanzjarja, eż. bħala fornituri u partijiet kontraenti għal SMEs oħra, f'sitwazzjonijiet fejn huwa importanti li tevalwa l-affidabiltà finanzjarja.

3.4.4

Fil-kuntest tas-'semplifikazzjoni' tar-regoli tal-kontabilità għall-SMEs, hemm bżonn li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt rigorużi, li jinkludu valutazzjoni tal-benefiċċji tar-rappurtar finanzjarju kif ukoll tal-piżijiet tal-infiq/amministrattivi. Dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom iqisu r-raġunijiet inizjali li wasslu sabiex jiġu imposti r-rekwiżiti tar-rappurtar finanzjarju u l-interessi tal-partijiet interessati (trasparenza, …) li kellhom iħarsu.

3.5   Armonizzazzjoni għall-ħolqien ta' sitwazzjoni bl-istess kondizzjonijiet għal kulħadd fl-UE

3.5.1

Il-kummerċ transkonfinali mill-SMEs qiegħed jiżdied fl-UE (7). Għalhekk, hemm bżonn kbir li tiġi żviluppata l-armonizzazzjoni tal-oqfsa tar-rappurtar finanzjarju u li jiġu stabbiliti regoli biex (a) jappoġġjaw dan it-tisħiħ fil-kummerċ u (b) joħolqu sitwazzjoni bl-istess kondizzjonijiet għal kulħadd. Dan jista' jirrekjedi anqas għażliet u pass lejn iktar armonizzazzjoni, eż. fil-qasam tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja u l-aċċess tal-pubbliku għal din l-informazzjoni.

3.6   L-ebda standard internazzjonali tal-kontabilità obbligatorju għall-SMEs

3.6.1

Il-proġett tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) għall-SMEs huwa riżultat ta' talbiet għal alternattiva għall-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS) kollha min-naħa ta' dawk li joħolqu l-istandards, l-accountants u partijiet interessati oħra. Għalkemm oriġinarjament sabha bi tqila biex jaħdem fuq il-proġett, l-IASB kien persważ li l-maġġoranza ta' dawn il-partijiet interessati riduh jibqa' għaddej u li f'għajnejn kulħadd l-IASB biss kellu l-kredibilità u l-awtorità sabiex joħloq standards ta' kontabilità li huma ta' kwalità għolja u li jistgħu jiġu infurzati. Madankollu, il-punt ta' tluq ta' dan il-proġett kienu l-IFRS kollha, maħsuba għall-kumpaniji kkwotati.

3.6.2

L-IFRS kollha ġew mfassla bil-ħsieb li jintużaw għar-rappurtar finanzjarju mill-kumpaniji kkwotati u l-partijiet interessati tagħhom. Kif msemmi hawn fuq, ir-rappurtar finanzjarju fil-każ tal-SMEs ħafna drabi huwa għal użu intern jew informali (b'rabta mal-fornituri, il-partijiet kontraenti, l-istituzzjonijiet finanzjarji, eċċ.) milli għal raġunijiet ta' obbligi, legali jew oħrajn, ta' rappurtar għall-firxa wiesgħa ta' utenti.

3.6.3

L-implimentazzjoni obbligatorja tal-IFRS, jew ta' sett differenti ta' regoli ġodda bbażati fuq dawk imfassla għall-kumpaniji kkwotati, toħloq piżijiet amministrattivi sostanzjali u spiża finanzjarja għall-SMEs li probabbli jegħlbu kwalunkwe effett pożittiv. Ir-rabta mill-qrib bejn il-kontijiet annwali u l-prospetti tat-taxxa wkoll ġġiegħel lill-SMEs fi Stati Membri differenti jżommu żewġ rapporti finanzjarji, li b'hekk iżidu wkoll il-piż amministrattiv.

3.7   Semplifikazzjoni tad-Direttivi

3.7.1

Fir-rigward tal-għażliet għall-ksib tas-semplifikazzjoni għall-SMEs fid-Direttivi dwar il-Kontabilità, li huma prinċipalment estensjonijiet tal-għażliet eżistenti għall-SMEs taħt id-Direttivi, huwa importanti li wieħed janalizza sew kif dawn l-għażliet qed jaħdmu fl-Istati Membri qabel ma jiġu introdotti Direttivi ġodda. Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda li jiġi applikat b'mod sistematiku l-prinċipju ta' darba biss (only once) fil-livelli kollha (8).

3.7.2

Qabel ma jiġu introdotti emendi addizzjonali għar-rekwiżiti finanzjarji għall-SMEs, hemm bżonn tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni attwali dwar l-għażliet fir-Raba' u s-Seba' Direttiva. Dan l-istudju għandu jinkludi (a) l-użu tal-għażliet eżistenti, (b) ir-raġunijiet mogħtija mill-Istati Membri għall-għażliet tagħhom u (c) analiżi tas-suċċess tal-Istati Membri fil-ksib tal-objettivi tagħhom.

3.7.3

Problema ewlenija tas-sitwazzjoni attwali hija l-approċċ “minn fuq għal isfel” li (a) jirriżulta f'piżijiet amministrattivi fuq l-SMEs u (b) inaqqas ir-rilevanza tal-oqfsa finanzjarja tal-kontabilità u l-istandards ta' dawk l-entitajiet. Analiżi futura tar-rappurtar finanzjarju fl-UE għandha tindirizza din il-problema billi tadotta approċċ “minn isfel għal fuq”. Dan it-tip ta' approċċ jikkonċentra fuq il-bżonnijiet tal-SMEs u l-partijiet interessati l-oħra u, permezz tar-riċerka, ikun infurmat dwar l-utenti u l-bżonnijiet tagħhom, kif propost hawn fuq.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  ĠU C 325, 24.12.2002, p. 35.

(2)  Proġett ta' l-UE dwar il-kejl ta' bażi u t-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi, it-tieni rapport interim, 15 ta' Jannar 2008, p. 37. Sal-lum, ir-Rapport Finali għadu ma ġiex ippubblikat. (Ara nota 6 f'COM(2008) 195 finali)

(3)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1).

(5)  Definizzjonijiet fl-Artikolu 27 (kumpaniji ta' daqs medju) tar-Raba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji.

(6)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1, Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137).

(7)  Ara dawn l-opinjonijiet tal-KESE dwar l-importanza tas-Suq Intern:

CESE 952/2006 dwar Strateġija għas-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju (INT/296), ĠU C 309, 16.12.2006, p. 18;

CESE 89/2007 dwar Ir-reviżjoni tas-suq uniku (INT/332), ĠU C 93, 27.4.2007, p. 25;

CESE 1187/2008 dwar Il-miżuri ta' politika għall-SMEs (INT/390) (għadu ma ġiex ippubblikat fil-ĠU);

CESE 979/2008 dwar L-akkwist pubbliku internazzjonali (INT/394) (għadu ma ġiex ippubblikat fil-ĠU);

(8)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-diversi miżuri ta' politika, minbarra finanzjament xierqa, li jgħinu t-tkabbir u l-iżvilupp tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju” (opinjoni esploratorja), INT/390. Dan il-prinċipju jfisser li l-intrapriżi m'għandhomx jiġu obbligati jagħtu informazzjoni mill-ġdid lill-awtoritajiet li diġà jkunu rċevew l-istess informazzjoni permezz ta' mezzi oħra, f'kull livell (Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali).


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/41


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti (Verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 318 finali — 2008/0099 (COD)

(2009/C 77/08)

Nhar it-18 ta' Ġunju 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti (Verżjoni kkodifikata)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m'hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda unanimament, matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu tas-17 u tat-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru) li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/41


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 351 finali — 2008/0115 (COD)

(2009/C 77/09)

Nhar is-7 ta' Lulju 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kkodifikata)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m'hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu tas-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), iddeċieda b'unanimità li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/42


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta' membru wieħed b'responsabbiltà limitata (verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 344 finali — 2008/0109 (COD)

(2009/C 77/10)

Nhar is-7 ta' Lulju 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 44 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta' membru wieħed b'responsabbiltà limitata (Verżjoni kkodifikata)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m'hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda unanimament, matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu tas-17 u tat-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/42


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 369 finali — 2008/0126 (COD)

(2009/C 77/11)

Nhar is-7 ta' Lulju 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Proposta għal Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kkodifikata)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m'hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu tas-17 u tat-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), b'unanimità, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/43


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' l-użu ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli

COM(2008) 19 finali — 2008/0016 (COD)

(2009/C 77/12)

Nhar it-3 ta' Marzu 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 175(1) u l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' l-użu ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-16 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Ribbe.

Matul l-477 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'105 voti favur, 38 voti kontra u 10 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE laqa' bi pjaċir il-pjanijiet għall-ħarsien tal-klima tal-Kunsill Ewropew 2007, li fost affarijiet oħra għandhom jiġu implimentati permezz ta' din id-Direttiva.

1.2

Il-Kumitat japprova b'mod espliċitu l-istqarrija tal-Kummissjoni, li tgħid li l-għan tal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli (minn issa 'l quddiem imsejħa ER) mhuwiex vantaġġuż biss għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, iżda għandu jew jista' jkollu wkoll impatt pożittiv ċar fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-opportunitajiet ta' żvilupp reġjonali u lokali, l-iżvilupp rurali, il-prospetti tal-esportazzjoni, il-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet ta' impjieg, b'mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju u għall-produtturi indipendenti tal-enerġija.

1.3

Għaldaqstant, il-KESE jilqa' din il-proposta għal Direttiva u l-objettiv li 20 % tal-enerġija jiġi minn sorsi rinnovabbli. Fil-fehma tiegħu l-ER mhumiex kontribut għall-ħarsien tal-klima biss, iżda wkoll objettiv strateġiku ġenwin marbut mal-politika tal-enerġija li ser iwassal għall-awtosuffiċjenza tal-enerġija u b'hekk sigurtà ikbar tal-provvista.

1.4

L-objettiv li l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu b'20 % sal-2020, li jrid jintlaħaq permezz ta' direttivi oħra (1), u l-objettiv li 20 % tal-enerġija finali jiġi mill-ER, li qed jiġi indirizzat fil-proposta li qed nittrattaw, huma marbuta flimkien mill-qrib ħafna u jikkomplementaw lil xulxin. Però għandhom jitqiesu separatament, b'mod partikolari fid-dawl tal-fatt li wħud mill-ER mhux bilfors għandhom effett pożittiv fuq il-klima (ara punt 6 “argo-karburanti”).

1.5

Billi r-rikostruzzjoni meħtieġa tas-sistema tal-enerġija ser tkun marbuta ma' spejjeż kbar, l-Istati Membri għandhom jingħataw iktar flessibbiltà sabiex ikunu fil-qagħda li jieħdu azzjoni f'dawk l-oqsma fejn jistgħu jiksbu impatt qawwi fir-rigward tal-ħarsien tal-klima u l-ħolqien tal-impjiegi, bl-inqas spejjeż.

1.6

Il-KESE jenfasizza li hu jappoġġja l-iżvilupp tal-ER, u jaf li, minn issa sal-2020, biex jintlaħqu l-objettivi ambizzjużi tal-Kunsill (tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' bejn 60 % u 80 % u iktar awtosuffiċjenza tal-enerġija) jeħtieġ li l-proporzjon tal-ER fuq perijodu medju u twil ta' żmien ikun ogħla mill-objettiv ta' 20 %.

1.7

Il-KESE jirrimarka li l-pass strateġiku li jikkonsisti fis-sostituzzjoni parzjali tad-diżil jew tal-petrol permezz tal-agro-karburanti hija waħda mill-miżuri għall-ħarsien tal-klima li hija l-inqas effettiva u l-iżjed li tiswa flus, u li llum il-ġurnata din tfisser allokazzjoni ħażina ħafna tal-fondi. Il-KESE ma jarax għaliex l-iżjed miżuri li jiswew il-flus huma dawk li jiġu appoġġjati l-iktar fil-livell politiku. Barra mill-aspetti ekonomiċi għad hemm ukoll nuqqas kbir ta' risposti għall-kwistjonijiet ekoloġiċi u soċjali (ara punt 6). Għalhekk huwa jirriffjuta l-objettiv speċifiku ta' 10 % għall-agro-karburanti.

1.8

Il-KESE jilqa' l-fatt li l-UE beħsiebha tħejji kriterji ta' sostenibbiltà għall-agro-karburanti. Madankollu, il-kriterji ambjentali mfassla fil-proposta mhumiex biżżejjed, u d-dokument ma joffri l-ebda risposta għall-kwistjonijiet soċjali. Għalhekk, il-proposta għal Direttiva hija assolutament inadegwata rigward dan l-aspett (2).

2.   Introduzzjoni

2.1

B'din id-Direttiva għandhom jitwaqqfu objettivi vinkolanti għall-iżvilupp tal-ER. L-għan huwa li sal-2020, is-sehem tal-enerġiji rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija fl-UE jilħaq l-20 %, u li kull Stat Membru jilħaq minimu vinkolanti ta' 10 % ta' bijokarburanti (3) fis-settur tat-trasport (4).

2.2

L-għan Ewropew tal-20 % għandu jitwettaq billi jintlaħqu l-objettivi nazzjonali vinkolanti li jinsabu f'Anness I Parti A. Barra minn hekk, fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għanijiet għall-oqsma tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, it-trasport u l-agro-karburanti, u għandhom jistipulaw ukoll il-miżuri adegwati sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

2.3

Id-Direttiva hija msejsa fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2007 — fuq il-bażi li l-enerġiji rinnovabbli jistgħu jiġġieldu l-bidla fil-klima. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ssostni li anke s-“settur tal-enerġija rinnovabbli jispikka għall-abbiltà tiegħu li […] jisfrutta sorsi ta' enerġija lokali u deċentralizzati, u jistimola l-industriji ta' teknoloġija għolja ta' livell internazzjonali”.

2.4

Fil-fehma tal-Kummissjoni, “is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli huma fil-parti l-kbira indiġeni, ma jistriħux fuq id-disponibbiltà futura tas-sorsi ta' enerġija konvenzjonali, u n-natura prevalentament deċentralizzata tagħhom tagħmel l-ekonomiji tagħna inqas vulnerabbli għall-provvista volatili ta' enerġija”. Għalhekk, flimkien mal-ħarsien tal-klima u l-iżvilupp tal-innovazzjoni u l-kummerċ, is-sigurtà tal-provvista hija waħda mill-ġustifikazzjonijiet tal-proposta tal-Kummissjoni.

2.5

Il-Kummissjoni tgħid li, “l-iżvilupp ta' suq għal sorsi u teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli għandu […] impatt pożittiv ċar fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, opportunitajiet ta' żvilupp reġjonali u lokali, żvilupp rurali, prospetti għall-esportazzjoni, koeżjoni soċjali u opportunitajiet ta' impjieg, speċjalment fir-rigward ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju kif ukoll produtturi indipendenti ta' enerġija”.

2.6

Id-Direttiva ma tistabbilixxix biss l-għanijiet kwantitattivi msemmija hawn fuq, iżda fost affarijiet oħra tistipula wkoll:

kif ser jiġi kkalkulat is-sehem tas-sorsi rinnovabbli fl-enerġija (Art. 5), inkluża l-kwistjoni tal-importazzjoni,

il-garanziji tal-oriġini (Art. 6 — Art. 10),

l-aċċess għas-sistema ta' distribuzzjoni tal-elettriku (Art. 14),

il-kriterji ta' sostenibbiltà ambjentali tal-agro-karburanti kif ukoll ir-rilevanza tagħhom għall-klima (Art. 15 u ta' warajh),

il-qafas tas-sistemi nazzjonali ta' appoġġ għall-prevenzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

2.7

Id-Direttiva l-ġdida tħassar id-Direttiva 2001/77/KE dwar il-promozzjoni ta' elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-suq intern tal-elettriku, li tistipula l-objettiv preżenti, jiġifieri li 21 % tal-elettriku globali tal-Komunità jiġi ġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli sal-2010, kif ukoll id-Direttiva 2003/30/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti rinnovabbli oħra għat-trasport, li tistabbilixxi l-objettiv ta' 5.75 % ta' bijokarburanti sal-2010.

3.   Kummenti ġenerali dwar l-objettivi ġenerali favur il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima fid-Direttiva

3.1

Fl-2007 l-Kunsill Ewropew saħaq mill-ġdid li,“l-impenji assoluti għal tnaqqis fl-emissjonijiet huma s-sinsla tas-suq globali tal-karbonju. Il-pajjiżi żviluppati għandhom ikomplu jmexxu billi jimpenjaw ruħhom li kollettivament inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet b'effett serra sa 30 % sal-2020 meta mqabbla mal-1990. Għandhom jagħmlu dan ukoll bil-ħsieb li kollettivament inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'60 % sa 80 % sal-2050 meta mqabbla mal-1990”.

3.2

Din il-proposta għal Direttiva hija element importanti fl-implimentazzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni. Il-KESE laqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-klima, u jenfasizza li l-iffrankar u l-effiċjenza tal-enerġija għandhom ikunu fost il-prijoritajiet prinċipali. Għall-iżvilupp sostanzjali tal-ER ser jiġu kkunsidrati l-possibbiltajiet kollha, għax dan ma jinvolvix biss il-ħarsien tal-klima, iżda n-nuqqas ta' riżorsi fossili mbassar fuq perijodu medju u twil ta' żmien ukoll. Iż-żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tal-enerġiji fossili ser jikkontribwixxu biex bosta ER jsiru ekonomikament vijabbli b'rata iktar mgħaġġla.

3.3

Il-KESE jilqa' l-fatt li fil-memorandum ta' spjegazzjoni l-Kummissjoni mhux talli tindirizza l-aspetti klimatiċi, iżda tagħti importanza kbira wkoll lill-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista u l-impjiegi. Hija kemm-il darba tenfasizza l-importanza li jista' jkollhom l-istrutturi deċentralizzati għall-provvista tal-enerġija, pereżempju għall-ekonomija reġjonali u għaż-żoni rurali (punti 2.4 u 2.5). Il-Kumitat huwa tal-istess opinjoni. Madankollu, huwa tal-fehma li l-istrateġiji differenti relatati mal-ER jibdew jitqiesu minnufih b'mod differenti u b'kunsiderazzjoni ta' dawn l-aspetti.

3.4

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li r-rwol prinċipali tal-Ewropa fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ER għandu impatt pożittiv kemm fuq il-klima kif ukoll fuq l-ekonomija Ewropea minħabba ċerti vantaġġi marbuta mal-kompetizzjoni. Il-proposta għal Direttiva hija pass ċar favur il-politika tal-enerġija, tal-ambjent u tal-industrija — pass li, fil-kuntest tan-negozjati internazzjonali dwar il-klima fil-futur qarib, jindirizza wkoll il-komunità internazzjonali kollha.

3.5

It-tqassim konkret tar-responsabbiltà, jiġifieri l-kontributi nazzjonali rispettivi għall-objettiv Ewropew li l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu b'20 %, jinsab fil-“Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020” (COM(2008) 17 finali) u fil-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u twessa' s-sistema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra” (COM(2008) 16 finali).

3.6

Il-KESE japprova l-objettiv ta' 20 % ta' ER sal-2020 kemm mil-lat politiku kif ukoll mil-lat strateġiku, u jaħseb li jista' jitwettaq kemm fil-livell tekniku kif ukoll fil-livell ekonomiku, u b'hekk tinfetaħ it-triq għal politika tal-enerġija ta' wara l-karburanti fossili. Huwa wkoll tal-opinjoni li l-objettivi individwali nazzjonali jistgħu jintlaħqu, speċjalment minħabba l-fatt li l-Istati Membri għandhom għadd ta' possibbiltajiet flessibbli (xiri, parteċipazzjoni fi proġetti, eċċ.). Huwa ċar li r-rikostruzzjoni tas-sistema tal-enerġija ma tistax isseħħ mingħajr spejjeż jew mingħajr bidliet strutturali. Hemm bżonn ta' investimenti fl-impjanti tal-produzzjoni tal-elettriku mill-enerġiji rinnovabbli, kif ukoll ta' investimenti fl-impjanti u t-teknoloġiji għall-ħżin tal-enerġija, sabiex inpattu għall-varjazzjonijiet fil-produzzjoni tal-elettriku kkawżati minn forza tar-riħ baxxa wisq jew xemx mhux qawwija biżżejjed. Jeħtieġ li ninvestu wkoll fl-estensjoni tal-linji tal-elettriku bejn l-Istati Membri tal-UE. Jekk nikkonċentraw fuq il-produzzjoni tal-enerġija biss, mhux ser nilħqu l-objettivi stipulati.

3.7

Il-Ġermanja, pereżempju, tippromovi l-produzzjoni tal-elettriku minn enerġiji rinnovabbli permezz tal-liġi dwar il-provvista, u attwalment 15 % tal-elettriku huwa ekoloġiku. L-ispejjeż żejda, li jitħallsu mill-konsumaturi tal-enerġija, jitilgħu għal madwar EUR 3.5 biljun fis-sena. Madankollu, hawnhekk mhux qed jiġi kkunsidrat il-benefiċċju għall-ekonomija Ġermaniża permezz ta' impjiegi ġodda, prevenzjoni tal-ħsara ambjentali jew dħul ġdid mit-taxxi.

3.8

Sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ispejjeż marbuta mal-objettivi, id-Direttiva tistipula li l-objettivi individwali nazzjonali jistgħu jintlaħqu wkoll permezz tal-appoġġ ta' miżuri għall-iżvilupp tal-ER fi Stati oħra. Huwa possibbli wkoll li jiġi importat l-elettriku ġġenerat mill-ER — b'garanzija tal-oriġini. Fil-prinċipju, il-KESE jemmen li dan jista' jsir. Madankollu, il-KESE jappoġġja x-xewqa ta' xi Stati Membri li dan in-negozju jkun suġġett għall-approvazzjoni sabiex tiġi evitata l-possibbiltà li l-promozzjoni tal-ER ffinanzjati minn Stat Membru (5) tintuża sabiex jiġu ffrankati l-flus fi Stat Membru ieħor.

4.   It-tnaqqis tal-flessibbiltà fl-iżvilupp tal-ER

4.1

Il-KESE jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li jistipula objettiv globali għat-tliet setturi li għandhom x'jaqsmu mal-ER (jiġifieri s-settur tal-elettriku, is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, u s-settur tat-trasport) minflok objettiv separat għal kull wieħed minnhom. B'dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jikkombinaw il-miżuri fit-tliet setturi bil-għan li jilħqu l-objettiv globali nazzjonali stipulat.

4.2

Madankollu, il-flessibbiltà hija mxekkla ħafna mill-fatt li ser jiġi stabbilit objettiv vinkolati li japplika għal wieħed mit-tliet setturi biss, jiġifieri s-sostituzzjoni tad-diżil u l-petrol fis-settur tat-trasport.

5.   Ir-rwol speċifiku tal-agro-karburanti fil-proposta għal Direttiva

5.1

Il-Kummissjoni tagħti rwol speċifiku lill-agro-karburanti.

5.2

F'ħafna studji dwar l-agro-karburanti li ġew ippubblikati f'dawn l-aħħar xhur, ta' spiss jiġi enfasizzat il-fatt li l-bijomassa, għall-kuntrarju tal-enerġija solari, hija sors limitat u bla dubju ta' xejn ser ikollha tiffaċċja ċertu livell ta' kompetizzjoni mill-produzzjoni tal-ikel jew il-ħarsien tal-bijodiversità. Il-livell ta' kompetizzjoni għadu ma ġiex determinat. Għalhekk, qabel ma tintervjeni l-politika, tinħtieġ analiżi strateġika preċiża ħafna dwar liema hija l-iktar forma ta' ER utli u f'liema qasam. U dan kollu jeħtieġ valutazzjonijiet tal-impatt preċiżi ħafna.

5.3

F'rakkomandazzjoni dwar l-użu tal-bijomassa għall-produzzjoni tal-enerġija, ippubblikata f'Novembru tal-2007, il-Kunsill Xjentifiku Konsultattiv tal-Ministeru Federali tal-Agrikoltura fil-Ġermanja jsostni li fuq perijodu twil ta' żmien l-enerġija solari u l-enerġija mir-riħ ser ikollhom rwol dominanti fil-qasam tal-ER billi, fost affarijiet oħra, għandhom potenzjal sostanzjalment ogħla mill-bijomassa. Huwa jsemmi tliet raġunijiet għal dan:

a)

L-enerġija solari tista' tuża ż-żoni li ma jkunux ser jintużaw għall-produzzjoni tal-bijomassa għall-produzzjoni tal-ikel. Apparti dan kull żona tista' tipproduċi ħafna iżjed enerġija minn dak li tipproduċi l-bijomassa.

b)

Fil-kuntest taż-żieda fil-prezzijiet tal-petrol, in-nuqqas ta' raba' madwar id-dinja ser iwassal għal żieda fil-prezzijiet tal-bijoenerġija u għalhekk ser jiżdied ukoll il-prezz tal-prodotti agrikoli. Barra minn dan, ser jiżdiedu wkoll l-ispejjeż marbuta mal-materja prima għall-impjanti tal-bijoenerġija, filwaqt li l-enerġija solari ser issir iktar vijabbli minħabba l-prezzijiet għolja taż-żejt, tal-faħam u tal-gass.

c)

Minħabba n-nuqqas ta' raba', l-espansjoni wiesgħa tal-bijoenerġija ser twassal bla dubju ta' xejn għall-fatt li l-artijiet li qabel ma kinux jintużaw għall-biedja jibdew jintużaw (ħrit ta' artijiet mimlija ħaxix, deforestazzjoni) jew li l-art tibda tintuża għall-biedja b'mod iktar intensiv. Dan ser jikkawża żieda fl-emissjonijiet tas-CO2 u l-N2O bir-riżultat li ż-żieda tal-produzzjoni tal-bijoenerġija fir-raba' tista' tkun ta' dannu għall-ħarsien tal-klima.

5.4

Jekk ir-riżorsi naturali huma skarsi u l-bidla għal strutturi, ġodda u kemm jista' jkun deċentralizzati, ta' provvista tal-enerġija rinnovabbli hija marbuta ma' investimenti relattivament għoljin, il-prinċipju li wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh huwa dak li jiffoka r-riżorsi finanzjarji fuq l-iktar strateġiji effiċjenti għall-ħarsien tal-klima.

5.5

Madankollu, fil-livell Ewropew, xi forom ta' bijoenerġija attwali, li wħud minnhom huma appoġġjati mill-Istati, bħall-agro-karburanti kif ukoll il-produzzjoni tal-bijogass mill-qamħirrun, huma marbuta ma' spejjeż kbar biex jiġi evitat is-CO2  (6) (minn EUR 150 sa 'l fuq minn EUR 300 għal kull tunnellata CO2).

5.6

L-ispiża ta' xi forom oħra ta' bijoenerġija, pereżempju l-produzzjoni tal-bijogass minn demel likwidu (l-iktar marbuta mas-sħana), il-koġenerazzjoni tal-elettriku u s-sħana mil-laqx tal-injam (magħmul mill-iskart tal-injam jew pjantaġġuni b'newba tal-uċuħ tar-raba' qasira) kif ukoll il-kombustjoni tal-laqx tal-injam f'impjanti tal-elettriku kbar, biex jiġi evitat is-CO2 hija ta' EUR 50 biss għal kull tunnellata CO2  (7).

5.7

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea jiddikkjara li, sabiex jitnaqqsu l-gassijiet serra għal kull ettaru, huwa ferm iżjed effiċjenti li tintuża l-bijomassa għall-produzzjoni tal-elettriku minflok l-agro-karburanti likwidi (8). L-impjanti moderni tal-bijomassa huma effiċjenti kważi daqs li kieku jkunu qed jużaw il-karburanti fossili. Fil-fatt, fil-koġenerazzjoni tas-sħana u l-elettriku, mega joule (MJ) ta' bijomassa jissostitwixxi madwar 0.95 MJ ta' karburanti fossili. L-effiċjenza tal-enerġija tat-trasformazzjoni minn bijomassa għal karburant likwidu għall-qasam tat-trasport normalment tkun bejn it-30 % u l-40 %. Għalhekk MJ ta' bijomassa jissostitwixxi biss madwar 0.35 sa 0.45 MJ ta' żejt mhux maħdum għall-qasam tat-trasport.

5.8

Bil-produzzjoni tal-agro-karburanti jistgħu jitnaqqsu madwar tliet tunnellati CO2 għal kull ettaru, filwaqt li għall-forom ta' bijoenerġija li jissemmew f'punt 6.6 dan l-ammont jitla' għal 12-il tunnellata għal kull ettaru.

5.9

F'dan il-kuntest, il-KESE jixtieq ikun jaf għaliex il-Kumissjoni trid tistabbilixxi objettiv espliċitu ta' 10 % għall-agro-karburanti. Huwa jfakkar li l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa spjega li dan l-objettiv għandu jintlaħaq b'mod “kost-effettiv” u li għandhom jitwettqu tliet kundizzjonijiet, jiġifieri li:

il-produzzjoni tkun sostenibbli,

l-agro-karburanti tat-tieni ġenerazzjoni jkunu għall-bejgħ, u

id-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil tiġi emendata.

5.10

Rigward is-sostenibbiltà hemm iżjed mistoqsijiet milli tweġibiet mogħtija (ara wkoll punt 9) u l-agro-karburanti tat-tieni ġenerazzjoni għadhom mhumiex disponibbli. Għalhekk, mill-inqas, tnejn mit-tliet kriterji stipulati mill-Kunsill Ewropew ma twettqux, però dan ma waqqafx lill-Kummissjoni milli tinkludi l-objettiv tal-10 % fil-proposta għal Direttiva.

5.11

Il-Kummissjoni tiġġustifika dan, fost affarijiet oħra, bl-argument li s-settur tat-trasport juri l-ikbar żieda ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbel ma' setturi ekonomiċi oħra u l-agro-karburanti “bħalissa […] jiswew iktar biex jiġu prodotti minn forom oħra ta' enerġija rinnovabbli, li jista' jfisser li bilkemm jiġu żviluppati mingħajr ħtieġa speċifika”.

5.12

Il-KESE ma jistax jaċċetta dan ir-raġunament:

5.12.1

Huwa minnu li fis-settur tat-trasport l-emissjoni tal-gassijiet serra ma tistax tiġi kkontrollata. Madankollu, fil-fehma tal-KESE, limiti tal-egżost iktar stretti u s-sostituzzjoni ta' 10 % tad-diżil u l-petrol ma jsolvux il-problema, lanqas biss ser ikunu kapaċi jikkumpensaw għall-impatt ambjentali tat-tkabbir li ser iseħħ matul is-snin li ġejjin fis-settur tat-trasport.

5.12.2

Il-Kumitat kemm-il darba enfasizza l-fatt li din il-problema għandha tiġi indirizzata permezz ta' politika għat-tnaqqis tat-traffiku u ta' bidla fit-tqassim tal-mezzi tat-trasport favur mezzi tat-trasport li jirrispettaw iktar l-ambjent bħalma huma t-tramm, it-trasport pubbliku u l-vapuri.

5.12.3

Mil-lat teknoloġiku, il-KESE qiegħed ibassar li fil-ġejjieni l-vetturi privati mhux ser jibqgħu jaħdmu b'magna tal-kombustjoni interna, iżda bi trazzjoni elettrika prodotta minn enerġiji rinnovabbli. Skont l-istimi tal-EMPA (9), biex VW Golf tagħmel vjaġġ ta' 10 000 kilometru bl-agro-karburanti tinħtieġ żona ta' 2 062 metru kwadru ta' kolza għall-agro-diżil. Min-naħa l-oħra, f'sena ċ-ċelloli solari jistgħu jipproduċu l-istess ammont ta' enerġija f'żona ta' 37 metru kwadru, li hija madwar wieħed minn sittin taż-żona meħtieġa għall-kolza.

5.12.4

Id-deċiżjoni strateġika li l-agro-karburanti jieħdu post id-diżil u l-petrol hija waħda mill-inqas miżuri effettivi u li tiswa l-aktar. Dan ifisser allokazzjoni ħażina ferm tar-riżorsi finanzjarji. Huwa propju għalhekk li l-KESE ma jifhimx għaliex l-iżjed miżuri li jiswew il-flus huma dawk li jiġu appoġġjati l-iktar fil-livell politiku, iktar u iktar meta bosta kwistjonijiet ambjentali u soċjali, biex ma nsemmux dawk ekonomiċi, għadhom mingħajr soluzzjoni.

5.12.5

Għaldaqstant, il-KESE ma jaqbilx mal-Kummissjoni meta tgħid li, “[…] iż-żieda fl-użu tal-bijokarburanti għat-trasport hija waħda mill-għodod l-aktar effettivi” sabiex jiġu indirizzati l-isfidi.

5.13

Meta wieħed iqis li l-Kummissjoni qed timmira li tawtorizza l-agro-karburanti jekk dawn inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'mill-inqas 35 % — meta mqabbla mal-karburanti taż-żjut fossili — l-objettiv tal-10 % ser iwassal għal tnaqqis ta' 3.5 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport bil-magna — jekk l-ammont ta' traffiku jibqa' kif inhu. Billi t-trasport jikkontribwixxi għal madwar kwart tal-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra, hawnhekk qed nitkellmu dwar tnaqqis potenzjali ta' 1 % tal-emissjonijiet! Dan huwa ammont li m'għandu x'jaqsam xejn mal-ispiża finanzjarja u mal-perikli involuti.

5.14

Għalkemm l-agro-karburanti fil-qasam tat-trasport jistgħu jitqiesu bħala użu tajjeb tal-bijomassa, l-enfasi għandha dejjem tibqa' fuq l-effiċjenza assoluta. Madankollu, Anness VII tad-Direttiva juri biċ-ċar li l-bidla tal-bijomassa f'ester etanol mhix l-approċċ it-tajjeb. Kull bidla molekolari (industrijali) hija marbuta mal-użu tal-enerġija, u b'hekk mat-telf tal-enerġija. Ikun jagħmel iktar sens li kieku l-bijomassa tintuża b'mod dirett, mingħajr bidla industrijali/kimika.

5.15

Il-fatt li xi manifatturi tat-trakters issa qed joffru magni li jaħdmu b'żejt veġetali pur jixhed li dan huwa teknikament possibbli.

5.16

Anness VII juri li permezz ta' din it-teknoloġija jista' jitnaqqas l-ikbar ammont ta' egżost: iż-żejt pur magħmul miż-żerriegħa tal-kolza joffri nuqqas standard ta' egżost ta' 55 %, l-agro-diżil magħmul miż-żerriegħa tal-kolza 36 % biss, l-etanol magħmul mill-qamħirrun 0 % meta mqabbel mal-karburanti magħmula minn żejt fossili. Il-KESE ma jistax jifhem għaliex il-Kummissjoni ma tistqarrx li dan il-metodu joffri l-iktar benefiċċji, b'mod partikolari ladarba dan huwa l-aħjar mod kif l-istrutturi deċentralizzati tal-provvista tal-enerġija — u b'hekk l-impjiegi fil-biedja u ż-żoni rurali — jistgħu jiġu żviluppati.

5.17

Fil-fehma tal-KESE, hija strateġija tajba li kieku jiġu promossi ż-żjut veġetali puri, li jistgħu jinkisbu pereżempju mill-kultivazzjoni mħallta li tkun tirrispetta l-ambjent, fil-biedja stess u anke fit-trasport lokali jew għall-vapuri (10). B'hekk il-bdiewa jkunu jistgħu jiġu involuti direttament fl-iżvilupp ta' ċikli ta' enerġija reġjonali u jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan b'mod dirett. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-istrateġija tal-agro-karburanti, dawn isiru l-produtturi tal-irħas materja prima għall-industrija taż-żejt minerali, jekk il-materja prima fil-fatt tintuża għall-produzzjoni fl-Ewropa.

6.   Kummenti dwar l-argument tas-sigurtà tal-provvista

6.1

Il-Kummissjoni temmen li l-maġġoranza tal-bijomassa meħtieġa għall-agro-karburanti ser tiġi prodotta f'reġjuni lil hinn mill-UE li għandhom klima iżjed adatta. Madankollu, is-sostituzzjoni tal-importazzjoni taż-żejt b'importazzjoni ta' bijomassa ma tfissirx li ser titnaqqas id-dipendenza mill-importazzjoni, iżda tfisser biss diversifikazzjoni f'din id-dipendenza.

6.2

Ma jistax ikun tabilħaqq li l-għan tal-politika l-ġdida tal-enerġija tal-UE huwa li tibdel dipendenza b'oħra.

6.3

Fil-fatt, l-approċċ prijoritarju għandu jkun li s-sorsi deċentralizzati, lokali jew reġjonali li huma disponibbli jitpoġġew fil-qalba tal-istrateġija l-ġdida tal-ER. Hawnhekk il-bijoenerġiji jistgħu u għandhom jaqdu r-rwol tagħhom, però mhux dak li ġie stabbilit fl-istrateġija tal-agro-karburanti.

7.   L-impjiegi

7.1

Il-Kummissjoni tikteb li, “l-enerġija rinnovabbli hija sostitut mill-qrib għall-enerġija konvenzjonali u hija pprovduta permezz tal-istess infrastruttura u sistemi loġistiċi”. Fil-fehma tal-KESE din l-istqarrija hija qarrieqa: l-ER minn strutturi deċentralizzati jvarjaw parzjalment mill-enerġija “konvenzjonali” li normalment tiġi minn strutturi ċentralizzati kbar.

7.2

Strateġija tal-agro-karburanti li hija bbażata fuq l-importazzjoni tal-enerġija u fuq taħlitiet ta' diżil u petrol tuża strutturi “konvenzjonali”, jiġifieri strutturi ċentralizzati tal-kumpaniji internazzjonali taż-żejt. B'hekk tgħaqqad l-istrutturi tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tagħhom u dan huwa totalment fl-interess tal-industrija taż-żejt. Madankollu, dan l-approċċ ftit li xejn joħloq impjiegi ġodda fl-Ewropa (11).

7.3

Min-naħa l-oħra, jekk l-enfasi titpoġġa fuq l-użu iktar effiċjenti tal-produzzjoni tas-sħana u l-elettriku mil-laqx tal-injam, jew fuq iż-żjut veġetali puri kkultivati fir-reġjun, jew fuq il-provvista tal-bijogass tal-vetturi, jew fuq żoni mingħajr netwerk tal-gass naturali, jew inkella fuq teknoloġiji solari deċentralizzati, eċċ., ikun possibbli li jiġu żvluppati metodi ta' produzzjoni u distribuzzjoni reġjonali ġodda li joffru opportunitajiet kbar ta' impjieg.

7.4

Rigward l-enerġija solari termali u l-użu deċentralizzat tal-enerġija fotovoltajka, il-konsumaturi (ta' l-enerġija) joħolqu l-parti l-kbira tal-enerġija meħtieġa huma stess, fatt li juri li l-provvista tal-enerġija bbażata fuq l-ER hija organizzata b'mod differenti għal kollox minn dak użat fl-istruttura tal-provvista tal-enerġija attwali.

7.5

Anke miżuri oħra, bħal pereżempju ż-żieda fl-effiċjenza u fl-iffrankar tal-enerġija, jistgħu joħolqu mijiet ta' eluf ta' impjiegi fl-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju — fil-fażi tal-kostruzzjoni biss. Eżempji ta' dan huma l-iżolament tal-bini, l-installazzjoni ta' tagħmir tal-enerġija solari u tal-enerġija mir-riħ, jew il-bini ta' impjanti tal-bijogass. Hija r-responsabbiltà tal-politiċi li jisfruttaw dan il-potenzjal b'mod effettiv billi l-istrateġija li tiffoka fuq l-agro-karburanti li hija mressqa fil-proposta għal Direttiva mhix l-iktar soluzzjoni effiċjenti.

7.6

Dan ifisser li anke fir-rigward tal-impjiegi tinħtieġ minnufih analiżi bir-reqqa u differenti ħafna tad-diversi ER. Fil-fatt, l-ER jistgħu jippromovu u jappoġġjaw l-istrutturi ekonomiċi reġjonali, iżda min-naħa l-oħra jistgħu jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-istrutturi ċentrali l-kbar.

7.7

L-istess ħaġa tgħodd ukoll għal dawk il-pajjiżi fejn il-bijomassa hija kkultivata għall-agro-karburanti. F'dokument ta' diskussjoni ta' Marzu 2008 bit-titlu “Il-Pożizzjoni Politika għall-Iżvilupp tal-Agro-karburanti”, il-Ministeru Federali responsabbli mill-għajnuna għall-iżvilupp fil-Ġermanja jasal għall-konklużjoni li, mil-lat tal-iżvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, strateġija tal-produzzjoni bil-massa tal-bijomassa bbażata fuq l-esportazzjoni hija marbuta ma' riskji kbar u ma toħloqx impjiegi, filwaq li l-bijomassa għall-provvista tal-enerġija deċentralizzata, li fiha jiġu involuti l-irziezet iż-żgħar, ġeneralment tħalli l-frott.

8.   Kummenti dwar il-kriterji ta' sostenibbiltà

8.1

Il-KESE jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni beħsiebha tistabbilixxi wkoll kriterji ta' sostenibbiltà għall-produzzjoni tal-agro-karburanti. Dan huwa pass 'il quddiem importanti, però fil-fehma tal-Kumitat il-proposta għal Direttiva hija insuffiċjenti għall-aħħar.

8.2

Il-Kummissjoni stess enfasizzat kemm-il darba l-importanza li jkun hemm bilanċ bejn il-pilastri ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali fil-politika ta' sostenibbiltà. Madankollu, l-esklużjoni totali tal-kwistjonijiet soċjali mill-kriterji biss twassal biex il-KESE jikkonkludi li l-abbozz ta' Direttiva ma jimplimentax strateġija ta' sostenibbiltà maħsuba sewwa jew kriterji ta' sostenibbiltà għall-agro-karburanti. F'dan ir-rigward, l-abbozz għandu jiġi rivedut kollu kemm hu.

8.3

F'dan il-kuntest, il-KESE jaħseb li huwa importanti li, minħabba l-bidliet fl-użu indirett tal-art, jitħejjew kriterji ekoloġiċi u soċjali effettivi mhux biss għall-agro-karburanti, iżda għall-prodotti agrikoli importati kollha, inkluż l-għalf.

8.4

Barra minn hekk, hija illużjoni li wieħed jemmen, pereżempju, li jew il-foresti tropikali jew il-bassasiet jistgħu jiġu mħarsa mill-użu għall-produzzjoni tal-agro-karburanti billi jiġu stipulati skandenzi (f'dan il-każ: Jannar tal-2008). Dan kollu jirrikjedi sistema funzjonali għar-reġistrar tal-artijiet kif ukoll sistema amministrattiva u tas-sorveljanza. L-esperjenza turi li f'ħafna mill-pajjiżi emerġenti u li qed jiżviluppaw dawn ma jeżistux.

8.5

Il-KESE jemmen li l-kriterji tal-Artikolu 15(3) u (4) biex tinżamm il-bijodiversità u biex jiġi evitat li jintużaw l-artijiet b'ħafna ħażniet tal-karbonju mhumiex biżżejjed. Jeżistu ħafna iktar artijiet minn dawk imsemmija f'paragrafi 3(a) u (c) li huma importanti għall-preservazzjoni tal-bijodiversità. L-istess japplika għall-Artikolu 4(a) u (b) rigward il-ħażniet tal-karbonju.

8.6

F'sezzjoni B ta' Anness VII, il-Kummissjoni tagħmel lista tal-“valuri stmati tipiċi u valuri awtomatiċi għal bijokarburanti […] li mhumiex fis-suq, jew huma fis-suq fi kwantitajiet negliġibbli”. Il-KESE huwa tal-fehma li l-valuri għandhom ikunu bbażati fuq data affidabbli u mhux fuq stimi.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara punt 3.5.

(2)  Il-KESE diġà enfasizza l-ħtieġa ta' kriterji ta' sostenibbiltà ambjentali u soċjali għall-agro-karburanti fl-opinjonijiet tiegħu “L-użu tal-bijokarburanti — progress miksub”, TEN/286 — CESE 1449/2007, ĠU C 44, 16.2.2008, p. 34 u “Tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra/Trasport fit-triq”, NAT/354 — CESE 1454/2007.

(3)  Fil-proposta għal Direttiva jintuża t-terminu “bijokarburanti”. F'bosta opinjonijiet, il-KESE għamel referenza għal ħafna problemi ambjentali, li huma r-riżultat ta' dawn il-“bijokarburanti”. Billi l-prefiss “bijo” jimplika li l-prodott m'għandu l-ebda impatt ekoloġiku negattiv (bħal fit-terminu kultivazzjoni “bijoloġika”), f'din l-opinjoni l-KESE juża t-terminu newtrali “agro-karburanti” minflok “bijokarburanti”.

(4)  Id-Direttiva tgħid li, “qed ikun propost li kull Stat Membru għandu jilħaq għall-inqas sehem ta' 10 % ta' enerġija rinnovabbli (primarjament bijokarburanti) fis-settur tat-trasport sa l-2020 […]”.

(5)  Jew mill-konsumaturi ta' Stat.

(6)  Meta jissemmew l-ispejjeż kbar biex jiġi evitat is-CO2, dan ifisser l-ekwivalenti tas-CO2.

(7)  Sors: Nutzung von Biomasse zur EnergiegewinnungEmpfehlungen an die Politik, Kunsill Xjentifiku Konsultattiv tal-Politika Agrikola fil-Ministeru Federali Ġermaniż ta' l-Ikel, l-Agrikoltura u l-Ħarsien tal-Konsumaturi, ippubblikat f'Novembru ta' l-2007.

(8)  Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea: “Biofuels in the European Context: Facts, Uncertainties and Recommendations”, 2008,

http://ec.europa.eu/dgs/jrc/downloads/jrc_biofuels_report.pdf (disponibbli bl-Ingliż biss).

(9)  L-EMPA huwa istitut tar-riċerka dwar ix-xjenza tal-materji u t-teknoloġija fi ħdan l-Istitut Federali Svizzeru tat-Teknoloġija (ETH), Żurigu. Sors: Ökobilanz von Energieprodukten: Ökologische Bewertung von Biotreibstoffen. Schlussbericht, April 2007. Fuq it-talba ta' l-Uffiċċju Federali ta' l-Enerġija, l-Ambjent u l-Agrikoltura; Empa, Dipartiment tat-Teknoloġija u s-Soċjetà, St. Gallen: R. Zah, H. Böni, M. Gauch, R. Hischier, M. Lehmann, P. Wäger.

Jista' jitniżżel minn din il-ħolqa: http://www.news-service.admin.ch/NSBSubscriber/message/attachments/8514.pdf

(10)  Ara wkoll l-opinjoni dwar “Is-sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli” (TEN/211 — CESE 1502/2005 tal-15 ta' Diċembru 2005, rapporteur: is-Sinjura Sirkeinen, punt 3.3.1).

(11)  Ara wkoll l-istudju li diġà ssemma taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea: “Biofuels in the European Context: Facts, Uncertainties and Recommendations”, 2008,

http://ec.europa.eu/dgs/jrc/downloads/jrc_biofuels_report.pdf (disponibbli bl-Ingliż biss).


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/49


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Appoġġ għal Turija minn Kmieni tal-Produzzjoni Sostenibbli ta' l-Enerġija mill-Fjuwils Fossili”

COM(2008) 13 finali

(2009/C 77/13)

Nhar it-23 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

“Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni- L-Appoġġ għal Turija minn Kmieni tal-Produzzjoni Sostenibbli ta' l-Enerġija mill-Fjuwils Fossili”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-16 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Simons.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'143 vot favur, 3 voti kontra, u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1

Il-KESE japprova l-mekkaniżmi fil-proposta għall-promozzjoni tat-turija tat-teknoloġiji tas-CCS (Carbon Capture and Storage — Il-qbid u l-ħżin tad-dijossidju tal-karbonju) fl-impjanti tal-enerġija, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, madankollu huwa ta' tħassib in-nuqqas ta' kapaċità ta' finanzjament u ta' għażliet ta' finanzjament stabbiliti b'mod ċar fuq perijodu medju (2010-2020) u fit-tul (2020 u wara).

1.2

Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li n-nuqqas ta' kapaċità ta' finanzjament mill-Kummissjoni jista' jiġi kkumpensat parzjalment mid-dħul iġġenerat permezz tal-European Emission Trading Scheme (L-Iskema Ewropea tal-Iskambju tal-Kwoti) (EU-ETS) pereżempju permezz tal-irkantar tal-kwoti ta' emissjonijiet mis-settur tal-produzzjoni tal-enerġija wara l-2013. Huwa importanti li wieħed jinnota li s'issa, ma ġiet suġġerita l-ebda skema finanzjarja speċifika — inkluża s-sigurtà meħtieġa — fil-livell tal-UE.

1.3

Huwa importanti li sa mhux aktar tard minn tmiem l-2009, il-kundizzjonijiet finanzjarji jkunu ċari u stabbiliti sew. Dan biss jiżgura bażi finanzjarja għat-tnedija tat-tħejjija ta' siti ta' turija tas-CCS fuq skala kbira sabiex dawn ikunu operattivi fl-2015.

1.4

Id-dħul iġġenerat mill-EU-ETS għandu jinġabar fil-livell nazzjonali bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Direttiva riveduta EU-ETS mill-2013 'il quddiem.

1.5

L-idea tal-Kummissjoni li jsiru rkanti nazzjonali EU-ETS ikkombinati ma' 20 % tad-dħul totali li jkun iddedikat għal miżuri għall-appoġġ ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 hija totalment inadegwata u opportunità finanzjarja mitlufa. L-Istati Membri għandhom jitħeġġu bil-qawwa biex jirrevoluzzjonaw il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tad-dħul EU-ETS, u jiddedikaw id-dħul EU-ETS kollu tagħhom għal teknoloġiji b'użu minimu ta' karbonju jew li huma newtrali fir-rigward il-karbonju b'limiti speċifiċi għas-CCS. B'dan il-mod il-biljuni ta' euros li l-Kummissjoni bħalissa jonqsulha u li huma meħtieġa għall-appoġġ tat-turija bikrija ta' CCS fuq skala kbira jkunu jistgħu jsiru disponibbli.

1.6

Il-Kummissjoni għandha tfassal pjan li jiddefinixxi l-organizzazzjoni u r-rwol tal-Inizjattiva Industrijali Ewropea, u tiżgura li din tikkumplimenta iżda ma tisporġix fuq inizjattivi oħra bħall-proġetti appoġġjati mis-Seba' Programm Qafas, il-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għal Impjanti tal-Enerġija tal-Fjuwils Fossili b'Żero Emissjonijiet u l-Programm Prominenti Ewropew.

1.7

Il-KESE jaqbel mal-bżonn għal infrastruttura Ewropea konġunta għat-trasport u l-ħżin tas-CO2. Hemm bżonn ta' sistema Ewropea tat-trasport għall-fini ta' konnessjoni tal-Istati Membri li jista' jkun ma jkunux kapaċi joħolqu faċilitajiet nazzjonali ta' ħżin huma stess.

1.8

Minħabba l-importanza tat-trasport bħala element essenzjali fil-ħolqien ta' infrastruttura fuq skala kbira tas-CCS, jista' jiġi adottat l-akronimu CCTS (Carbon Capture, Transport and Storage — Il-Qbid, it-Trasport u l-Ħżin tal-Karbonju, jiġifieri bit-trasport inkluż).

2.   Sfond  (1)

2.1

L-iżvilupp tal-katina kollha tal-valur miżjud tas-CCS, li jinvolvi l-qbid, it-trasport u l-ħżin tas-CO2, jinsab f'fażi bikrija u f'xi każijiet anke esploratorja. Min-naħa l-oħra, il-miżuri sabiex tiżdied l-effettività tat-teknoloġija ta' impjanti tal-enerġija konvenzjonali qed jagħmlu progress gradwali. B'konsiderazzjoni tal-ħtieġa urġenti u b'saħħitha li jkunu ssostitwiti l-kapaċitajiet tal-impjanti tal-enerġija fis-snin li ġejjin, il-KESE jirrakkomanda approċċ pragmatiku, fejn iż-żewġ teknoloġiji jkomplu jiżviluppaw u jintużaw flimkien. Filwaqt li l-iżvilupp ta' livell ogħla ta' effiċjenza jista' jkun influwenzat mis-suq, it-teknoloġiji tas-CCS jeħtieġu — kemm għall-impjanti tal-enerġja u l-infrastruttura — għajnuna addizzjonali fil-fażi tat-turija u dik tal-introduzzjoni fis-suq.

2.2

It-teknoloġija tas-CCS qiegħda tiġi żviluppata bl-użu ta' żewġ approċċi: (a) it-teknoloġija integrata tal-impjanti tal-enerġija, li tinvolvi l-qbid tas-CO2, qabel il-proċess tal-kombustjoni; u (b) it-teknoloġija ta' wara l-kombustjoni li tinvolvi li s-CO2 jiġi ffiltrat mid-duħħan tal-gass wara l-kombustjoni (CO2 washing, i.e. ħasil tas-CO2). Meta jkun żviluppa b'mod xieraq, il-metodu (b) għandu jkun adegwat għall-applikazjoni f'impjanti tal-enerġija ġodda li huma effiċjenti ħafna, li bħalissa qegħdin jinbnew, sakemm ikunu mibnija kif inhu meħtieġ (capture ready, i.e. lesti għall-ġbir). Element komuni ta' danw iż-żewġ possibbiltajiet ta' żvilupp huwa l-fatt li s-CO2 li jinġabar b'dak il-mod għandu jiġi ttrasportat mill-impjant tal-enerġija għal post ta' ħżin adattat.

2.3

Għall-approvazzjoni soċjali u politika ta' dan il-proċess, il-kwistjoni ta' ħżin tas-CO2 li jkun sikur u fit-tul hija ta' sinifikat determinanti. Dan l-aspett, fl-analiżi finali, huwa l-kwistjoni ambjentali prinċipali li taffronta din it-teknoloġija fiha nnifisha (2).

2.4

Waqt laqgħa f'Aomori, il-Ġappun, fid-9 ta' Ġunju 2008, il-Grupp tat-Tmien Poteri Industrijali (il-G8) qabel li sal-2010 jniedi 20 proġett kbir ta' turija tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS), bil-għan li jiġi appoġġjat l-iżvilupp tat-teknoloġija u t-tnaqqis fl-ispiża għat-tħaddim fuq skala wiesa' tas-CCS mill-2020 'il quddiem.

2.5

Fil-laqgħa tal-G8 attendew rappreżentanti mir-Renju Unit, mill-Kanada, mill-Italja, mill-Ġappun, minn Franza, mill-Ġermanja, mir-Russja, mill-Istati Uniti, miċ-Ċina, mill-Indja u mill-Korea t'Isfel.

2.6

Bħala appoġġ għall-impenn tal-G8 fir-rigward tas-CCS, id-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti (DOE) wiegħed li jiffinanzja, taħt il-programm tiegħu FutureGen, iż-żieda tat-teknoloġija tas-CCS ma' eżemplari multipli u fuq skala kummerċjali Integrated Gasification Combined Cycle (Gasifikazzjoni Integrata b'Ċiklu Kkombinat — IGCC), jew impjanti tal-enerġija oħra avvanzati fil-qasam tat-teknoloġija tal-faħam nadif. L-Istati Uniti qed tiffinanzja wkoll seba' sħubijiet reġjonali tal-iżolament tal-karbonju sabiex turi l-effettività tal-ħżin taħt l-art tad-dijossidu tal-karbonju fuq skala kbira u fit-tul.

2.7

Id-dikjarazzjoni dwar is-CCS tal-G8 hija konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA) sabiex it-teknoloġija tas-CCS tintuża bħala parti minn soluzzjoni kkombinata għat-tnaqqis bin-nofs tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra sal-2050.

3.   Is-sens tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

3.1

It-teknoloġiji għall-qbid u l-ħżin tas-CO2 (CCS) jirrappreżentaw element kruċjali f'portafoll ta' teknoloġiji eżistenti u li qegħdin jinħolqu bil-potenzjal li jwasslu għat-tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet tas-CO2 sabiex jintlaħqu l-miri lil hinn mill-2020 (3).

3.2

L-applikazzjoni fuq skala wiesgħa tat-teknoloġiji tas-CCS fl-impjanti tal-enerġija tista' tkun kummerċjalment vijabbli fi żmien 10 sa 15-il sena, sabiex sal-2020 jew ftit wara, it-teknoloġiji tas-CCS ikunu awtosuffiċjenti f'sistema bbażata fuq Skema ta' Skambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) bħala strument kruċjali għat-tneħħija tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils fossili fil-produzzjoni tal-enerġija.

3.3

Dan mhux ser iseħħ jekk ma jibdewx jittieħdu l-miżuri ta' tħejjija neċessarji minnufih; it-turija bikrija hija meħtieġa b'mod partikulari għat-teknoloġiji tas-CCS, li huma diġà żviluppati u użati globalment f'applikazzjonijiet oħrajn, sabiex ikunu adattati b'mod xieraq għal applikazzjoni fuq skala kbira fil-produzzjoni tal-enerġija.

3.4

F'Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew approva l-ħsieb tal-Kummissjoni li tistimula l-bini u t-tħaddim sal-2015 ta' 12-il impjant jew inqas ta' turija tat-teknoloġiji sostenibbli tal-fjuwils fossili fil-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija, u f'Marzu 2008 dan rega' sostnieh.

3.5

Filwaqt li tikkumplimenta l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-Ħżin Ġeoloġiku tas-CO2 li toħloq il-qafas legali għat-teknoloġiji tas-CCS fl-UE, il-Komunikazzjoni attwali tmexxi 'l quddiem il-ħidma b'rabta mat-teknoloġiji tas-CCS, u għandha l-għan li toħloq struttura sabiex tikkoordina u tappoġġja b'mod effettiv it-turija fuq skala kbira tat-teknoloġiji tas-CCS u l-ħolqien tal-kundizzjonijiet sabiex l-industrija tipproċedi għal investimenti awdaċi f'għadd ta' impjanti.

3.6

Huwa essenzjali li mill-aktar fis possibbli jinbdew l-isforzi Ewropej fit-turija tat-teknoloġiji tas-CCS fi ħdan qafas ta' politika integrata, li jinkludu sforzi ffukati fuq l-Iżvilupp u r-Riċerka u miżuri li jkabbru l-għarfien u l-aċċettazzjoni tagħhom mill-pubbliku. Skont il-Kummissjoni Ewropea, dewmien ta' seba' snin fit-turija, li jwassal għal dewmien simili fl-introduzzjoni globali tat-teknoloġiji tas-CCS, jista' jfisser ir-rilaxx mad-dinja kollha, sal-2050, ta' aktar minn 90 Gt ta' emissjonijiet tas-CO2 li jistgħu jiġu evitati (4), ekwivalenti għal iktar minn 20 sena tal-emissjonijiet tas-CO2 attwali kollha fl-UE.

3.7

Huwa essenzjali li jkun hemm impenji ċari u deċiżivi mill-industrija Ewropea appoġġjati minn inċentivi u garanziji tal-Kummissjoni jekk il-kontribuzzjonijiet ser jitħallsu mill-fondi pubbliċi. B'mod partikulari, dawk l-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jserrħu fuq il-faħam fit-taħlita tal-enerġija futura tagħhom għandhom jimplimentaw miżuri ta' appoġġ għal turija bikrija tat-teknoloġiji tas-CCS.

3.8

Jissemmew żewġ tipi prinċipali ta' ostakli:

ostakli leġiżlattivi u ta' sikurezza: dawn il-kwistjonijiet jistgħu jingħelbu f'waqthom u mingħajr spejjeż addizzjonali sostanzjali. Ladarba qafas regolatorju jiżgura t-taffija tar-riskju, jistgħu jiġu indirizzati l-ostakli legali,

ostakli ekonomiċi: l-ispiża tas-CCS hija stmata li fl-2020 tkun ta' EUR 35 għal kull tunnellata ta' CO2 u hija mbassra li ser tkun koperta faċilment mill-valur tal-kwoti tal-emissjonijiet.

Id-dokument tal-Kummissjoni jissuġġerixxi li l-UE għandha l-possibbiltà li taqdi r-rwol ta' mexxejja fil-livell tar-regolamentazzjoni internazzjonali.

3.9

L-Inizjattiva Industrijali Ewropea proposta għandha tgħaqqad l-isforzi tagħha mal-pijunieri impenjati li joħolqu netwerk ta' proġetti ta' turija. Din għandha tgħin fl-iskambju ta' esperjenza u informazzjoni, iżżid l-għarfien pubblika u tipprovdi informazzjoni għall-politiċi li jippermettu katina kompleta tal-valur tat-teknoloġiji tas-CCS. Barra dan, l-Inizjattiva Industrijali Ewropea hija mistennija wkoll li tgħin sabiex jiġu attirati fondi nazzjonali u internazzjonali.

3.10

Il-Kummissjoni tistqarr li hija tista' tipprovdi biss parti minima mill-appoġġ u għalhekk tiffoka fuq it-tħeġġiġ tal-finanzjament għat-teknoloġiji mill-pijunieriu minn finanzjamenti pubbliċi mill-gvernijiet nazzjonali u mill-NGOs internazzjonali.

3.11

Ġew definiti tliet azzjonijiet:

il-mobilizzazzjoni tal-pijunierifl-industrija permezz tal-Programm Prinċipali u l-provvediment ta' benefiċċju kummerċjali reali,

ir-rieda tal-Kummissjoni li tippermetti l-użu ta' għajnuna statali u miżuri preferenzjali oħra mill-Istati Membri fuq bażi ta' każ każ,

il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament fil-livell tal-UE: inizjattiva speċifika mill-Kummissjoni flimkien mal-BEI sabiex jiġu żviluppati strumenti ta' finanzjament/qsim tar-riskju.

Barra minn hekk, huwa enfasizzat li aktar ma l-industrija ddum sabiex tibda tilqa' t-teknoloġiji tas-CCS, aktar dawk li jfasslu l-politika ser ikunu obbligati jikkunsidraw miżuri obbligatorji.

3.12

Huwa indirizzat il-bżonn ta' infrastruttura konġunta Ewropea għat-trasport u l-ħżin tas-CO2. Hija prevista reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-E li tinkludi t-teknoloġiji tas-CCS.

4.   Il-kuntest tal-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

4.1

Wara d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Marzu 2007 dwar il-bidla fil-klima u t-theddid għas-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija, il-Kummissjoni pproponiet pakkett ta' miżuri fil-forma ta' dokumenti separati sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mid-deċiżjonijiet tal-Kunsill. Dawn il-miżuri jiffukaw fuq l-effiċjenza tal-enerġija, il-promozzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji innovattivi rilevanti. Il-Kumitat ħejja opinjonijiet speċifiċi dwar kull miżura (5).

4.2

Qasam wieħed ta' importanza prinċipali f'dan il-kuntest huwa l-iżvilupp ta' metodi biex inaqqsu b'mod sostenibbli l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra li jirriżultaw mill-użu ta' fjuwils fossili, li huwa s-suġġett diskuss f'din l-opinjoni.

4.3

Din l-opinjoni torbot ma' opinjoni tal-Kumitat (6) dwar l-istess teknoloġija li tiddiskuti l-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju.

5.   Kummenti ġenerali

5.1

Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kemm-il darba ssostni li sabiex il-pjanijiet tagħha jirnexxu, huwa kruċjali li jintwera fi stadju bikri li (a) l-Iskema ta' Skambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (EU-ETS) ser taqdi rwol vitali u (b) hemm skop għal “benefiċċji kummerċjali reali”. Naturalment, l-EU-ETS twiegħed li toħloq benefiċċju kummerċjali reali għall-pijunieri. Madankollu, ikun tard wisq jekk il-Kummissjoni ma tipprovdix, qabel tmiem l-2009, lista bażika ċara u aħħarija ta' regoli għall-iskema EU-ETS wara l-2012.

Sa tmiem l-2009, l-industrija ser ikollha bżonn bażi solida sabiex tieħu deċiżjonijiet fir-rigward tal-investiment sabiex tibda l-fażi ta' inġinerija u ta' kostruzzjoni fil-ħin ħalli l-ewwel siti tas-CCS ikunu operattivi fl-2015. Dan l-aspett ma kienx enfasizzat biżżejjed, l-iktar fid-dawl tan-nuqqas attwali ta' ċarezza fir-rigward tal-EU-ETS u t-talbiet vagi tal-Kummissjoni lill-industrija u lill-gvernijiet nazzjonali, li mhux qegħdin isolvu l-kwistjoni ta' finanzjament.

5.2

L-EU-ETS tikkostitwixxi tassew suq tal-karbonju importanti, li tista' tirriżulta li hija effettiva ħafna, iżda dan ser ikun il-każ biss jekk l-iskema tiġi orjentatadeċiżament lejn l-istabbiliment ta' prezz għall-kwoti tal-emissjonijiet li jkopri lil hinn mill-ispejjeż żejda li jiġu mill-miżuri għat-taffija tal-karbonju. Jekk il-Kummissjoni tonqos milli twaqqaf dispożizzjonijiet ċari fir-rigward tar-regoli u l-ambitu tal-irkantar u l-irkupru xieraq tad-dħul ikkonċernat, u jekk tonqos milli jkollha rwol ta' sorveljanza, l-investituri potenzjali ser ikollhom jadottaw atteġġjament ta' stennija, minħabba li jkun hemm inċertezzi wisq kbar.

5.3

Infrastruttura konġunta Ewropea għat-trasport u l-ħżin tas-CO2 hija tassew xi ħaġa li tista' tiffaċilita b'mod ċar l-implimentazzjoni fuq skala kbira tas-CCS fl-Ewropa kollha. Jista' jkun li xi Stati Membri ma jkunux jistgħu joħolqu faċilitajiet nazzjonali ta' ħżin huma stess (7). Fejn ikun possibbli, għandu jsir użu minn infrastruttura li diġà teżisti li ma baqgħetx tintuża jew minn faċilitajiet ġodda integrati ma' infrastruttura oħra. Minħabba l-importanza tat-trasport, il-KESE jissuġġerixxi wkoll l-adozzjoni tal-akronimu CCTS (il-Qbid, it-Trasport u l-Ħżin tal-Karbonju) li jinkludi t-trasport b'mod espliċitu, anke jekk l-akronimu CCS diġà huwa magħruf u rikonoxxut fil-livell internazzjonali.

5.4

Il-Kummissjoni timponi piż konsiderevoli fuq l-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-finanzjament tas-CSS peress li m'hemmx skop għal kontribut sinifikanti mill-baġit attwali tal-Kummissjoni. Filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li dan is-suġġett huwa kwistjoni ta' importanza għall-UE u fid-dawl tal-bżonn ta' sorveljanza fuq livell tal-UE sabiex ikun żgurat is-suċċess tal-proġetti ta' turija, il-Kummissjoni għandha tassumi sehem ħafna ikbar tal-finanzjament ta' proġetti tas-CCS milli tipprevedi bħalissa, appoġġjat, fejn meħtieġ, minn kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri pprovduti mill-Istati Membri (8).

5.4.1

L-irkantar tad-drittijiet tal-emissjonijiet taħt l-EU-ETS ipprovda opportunità sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' finanzjament insuffiċjenti tal-Kummissjoni. Bħalissa 20 % biss huwa dedikat għall-appoġġ ta' teknoloġiji b'użu minimu ta' karbonju jew li huma newtrali fir-rigward il-karbonju. L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa bil-qawwa sabiex jirrevoluzzjonaw il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tad-dħul EU-ETS, u jiddedikaw id-dħul EU-ETS kollu tagħhom għal teknoloġiji b'użu minimu ta' karbonju jew li huma newtrali fir-rigward il-karbonju b'limiti speċifiċi għas-CCS (9). B'dan il-mod il-biljuni ta' euros li l-Kummissjoni bħalissa jonqsulha u li huma meħtieġa għall-appoġġ tat-turija bikrija ta' CCS fuq skala kbira jkunu jistgħu jsiru disponibbli.

5.4.2

Barra minn hekk, kif diġà ssuġġerixxa l-Kumitat, il-baġit għall-enerġija fi ħdan is-Seba' Programm Qafas (FP7) jista' jiżdied b'mod sinifikanti bi 15 %, żjieda li għandha tirriżulta f'żjieda minn 2 % sa 3 % tal-PGD li jiġi investit fl-Iżvilupp u r-Riċerka. B'dan il-mod jista' jsir kontribut reali għall-promozjoni tat-turija tas-CCS permezz tal-FP7.

5.4.3

Hemm bosta miżuri oħra appoġġjati taħt is-Seba' Programm Qafas li jistgħu wkoll jikkontribwixxu għat-tlestija ta' proġetti ta' turija fuq skala kbira. Il-miżuri varji għandhom ikunu marbutin b'mod ċar mal-mekkaniżmi proposti għall-promozzjoni tat-turija.

5.5

Ma jissemmiex kif l-Inizjattiva Industrijali Ewropea torbot mal-firxa ta' miżuri u inizjattivi oħra li fihom hija involuta l-Kummissjoni (10). Sabiex ikun żgurat approċċ integrat huwa essenzjali li jiġu indikati liema miżuri għandhom jittieħdu.

5.6

Huwa antiċipat li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji tas-CCS ser ikollhom impatt sostanzjali pożittiv fuq l-impjiegi fl-Ewropa. Xi fornituri ewlenin tat-tagħmir tat-teknoloġiji tas-CCS u tal-infrastruttura tat-trasport huma bbażati fl-Ewropa. Dawn jiżviluppaw u jbigħu u jinstallaw ukoll ngħidu aħna tagħmir u pajpijiet meta t-teknoloġiji tas-CCS jiġu implimentati mad-dinja kollha. L-Ewropa għandha pożizzjoni b'saħħitha fid-dinja kollha b'rabta mat-teknoloġiji tas-CCS li tista' tissaħħaħ aktar jekk l-UE tirnexxi fit-turija bikrija fuq skala kbira tat-teknoloġiji tas-CCS fl-Ewropa (11).

5.7

Il-KESE jipproponi li tintuża l-kelma 'nodfa' minflok fjuwils fossili 'sostenibbli'. Il-kelma 'sostenibbli' tixraq aktar ngħidu aħna għall-enerġija mix-xemx u dik mill-bijomassa u tixraq anqas għat-teknoloġiji tas-CCS li jnaqqsu l-firda, bl-użu tal-fjuwils fossili b'mod nadif, sa ma jirnexxilna niksbu transizzjoni sħiħa lejn provvista sostenibbli tal-enerġija.

5.8

Fir-rigward tal-fattibiltà tal-ħżin b'mod sikur tas-CO2 diġà hemm esperjenza konsiderevoli f'dan il-qasam, kif indikat fil-qosor hawn taħt:

i)

faċilitajiet tal-gass: evidenza ta' lqugħ għall-gass naturali; għandha tingħata evidenza dwar il-potenzjal ta' titjib fil-produzzjoni tal-gass (EGR);

ii)

faċilitajiet taż-żejt: evidenza ta' lqugħ għaż-żejt; titjib fir-rutina tal-produzzjoni taż-żejt (EOR) fil-Lbiċ tal-Istati Uniti tal-Amerka min-nofs is-snin sebgħin;

iii)

akwiferi: potenzjal kbir b'inċertezza kbira; hemm bżonn ta' evalwazzjoni speċifika għas-sit, esperjenza tajba ta' ħafna snin fl-akwiferi tal-melħ tal-faċilità Sleipner f'Utsira;

iv)

“coal seams” (saffi twal ta' faħam taħt l-art): niċċa interessanti għat-titjib tal-produzzjoni tal-metanu estratt mis-sodda tal-faħam bl-injezzjoni tas-CO2. Madankollu, din għadha fil-fażi tar-riċerka;

v)

aspett importanti għal turija fuq skala kbira ser ikun li tintwera u tingħata evidenza lill-pubbliku li l-ħżin tas-CO2 fi bjar oħrajn tal-gass huwa sikur daqs il-produzzjoni taż-żejt u l-gass mill-istess tipi ta' bjar. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri xierqa ħalli tgħarraf lill-pubbliku.

6.   Kummenti speċifiċi

6.1

Il-KESE jista' japprova l-mekkaniżmi fil-proposta għall-promozzjoni tat-turija tat-teknoloġiji tas-CCS fl-impjanti tal-enerġija, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, iżda jixtieq jagħmel għadd ta' osservazzjonijiet:

6.1.1

Il-Kummissjoni għandu jkollha strateġija li tiżgura li l-Inizjattiva Industrijali Ewropea ma tisporġix fuq il-Programm Prinċipali Ewropew u l-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għall-Impjanti tal-Enerġija mill-Fjuwils Fossili b'Emissjonijiet Żero (ZEP). Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu koordinati b'mod xieraq u għandhom isaħħu lil xulxin.

6.1.2

Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni titkellem dwar it-“twessigħ tal-iskop tal-Inizjattiva Industrijali Ewropea lil hinn minn netwerk ta' proġetti”. L-għan ta' din id-dikjarazzjoni mhuwiex ċar. Jiġi enfasizzat ukoll il-fatt li l-finanzjament neċessarju għad irid jinstab. Liema valur miżjud jiġi pprovdut minn tali estensjoni u dan kif jorbot mal-miżuri msemmija hawn fuq fil-qasam tat-teknoloġiji tas-CCS?

6.2

Il-KESE ma japprovax il-proposta biex jitħeġġeġ il-finanzjament għat-turija tat-teknoloġiji tas-CCS minħabba li ma jaħsibx li hi biżżejjed.

6.2.1

Il-proposta tinkoraġġixxi strateġija ta' “każ każ” li taħtha l-Kummissjoni tiġi ppreżentata b'inizjattivi nazzjonali u tevalwa liema forom ta' għajnuna statali u miżuri nazzjonali oħra jiġu permessi. Jekk l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' turija tal-Programm Prinċipali Ewropew ikollha suċċess, il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ċentrali ta' koordinazzjoni u sorveljanza. Dan ikun ifisser li l-Kummissjoni tkun responsabbli mill-finanzjament ġenerali. Barra mill-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni, il-finanzjament imbagħad jista' jiġi appoġġjat minn kontribuzzjonijiet assenjati pprovduti mill-Istati Membri kkonċernati li mbagħad ikollhom tali finanzjament rikonoxxut bħala għajnuna statali awtorizzata. Fl-istess waqt l-industrija jkollha timpenja ruħha fir-rigward tal-finanzjament u l-implimentazzjoni.

6.2.2

Kieku l-Kummissjoni kellha tiggarantixxi, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, il-ko-finanzjament mill-UE proporzjonali għal kontribut nazzjonali assenjat, dan jista' jipprovdi inċentiv għall-awtoritajiet nazzjonali. Ko-finanzjament determinat minn qabel jista' jneħħi xi ftit mill-inċertezza li hemm b'rabta mal-finanzjament ta' proġetti u tista' tħaffef l-iżvilupp tagħhom.

6.2.3

It-tħeġġiġ tal-finanzjament għal proġetti ta' turija permezz ta' faċilitajiet finanzjarji ġodda huwa, fih innifsu, idea attraenti. Madankollu, fl-analiżi finali, tali proposti jistgħu jkunu effettivi biss jekk ir-riskju jkun aċċettabbli u jekk ikun ċar kif l-ispejjeż żejda fit-tul jistgħu jiġu rkuprati f'kull każ.

6.3

Il-KESE jista' japprova minn issa l-fehma li l-inklużjoni tat-teknoloġiji tas-CCS fl-EU-ETS tipprovdi stimolu importanti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' turija fuq skala kbira f'kuntest Ewropew. Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li l-pijunieri għandhom ikunu kapaċi jaraw “benefiċċju kummerċjali reali”.

6.4

Madankollu, jingħad li l-EU-ETS għandha tkun kapaċi tagħmel tajjeb — jew anke aktar milli tagħmel tajjeb — għall-ispejjeż addizzjonali li jsiru f'kull każ. Madankollu, kif jinsabu l-affarijiet bħalissa, dan ix-xenarju ma jistax jiġi garantit għar-raġunijiet li ġejjin:

is-sitwazzjoni rigward l-EU-ETS wara l-2012 għadha mhijiex ċara,

filwaqt li jiġi assunt li t-teknoloġiji tas-CCS jiġu inkorporati fl-EU-ETS, hemm inċertezza kontinwa dwar il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet. Il-kwistjonijiet ewlenin ikkonċernati f'dan il-kuntest huma, ngħidu aħna: il-karattru, l-ambitu u l-għażla taż-żmien tal-irkantar fil-livell tal-Istati Membri fi ħdan il-kuntest tal-UE kollha jew l-influwenza tal-Mekkaniżmu tal-Iżvilupp Nadif (CDM),

l-ispejjeż reali involuti fit-teknoloġiji tas-CCS wara l-2012 (turija bikrija) u wara l-2020 (implimentazzjoni kummerċjali) ser tiddependi ħafna fuq il-progress li jsir fl-R&D u żviluppi ekonomiċi (ngħidu aħna l-prezzijiet tal-fjuwil u l-ispejjeż tad-disinn u l-kostruzzjoni).

6.5

L-Iskema ta' Skambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (EU-ETS) tipprovdi għan importanti biex tippermetti lill-pijunieri jieħdu benefiċċju kummerċjali reali fil-konfront ta' partijiet oħra. Madankollu hija meħtieġa aktar elaborazzjoni sabiex l-EU-ETS issir suq affidabbli u fit-tul li jagħti lill-pijunieri vantaġġ kompetittiv fuq parteċipanti sussegwenti fis-suq. Barra dan, għandhom isiru sforzi sabiex ikun hemm forzi tas-suq aktar b'saħħithom u possibbilment differenti.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara l-opinjoni CESE 1203/2008 dwar il-Proposta għal Direttiva dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (COM(2008) 18 finali — 2008/0015 (COD).

(2)  Ara b'mod partikulari r-Rapport IEA, “The Primes model scenarios Energy System analysis of CCS technology” kif ukoll il-punti 5.3.2; 5.15.1u 5.15.2 tal-opinjoni CESE 1203/2008 fin (NAT/401) dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju.

(3)  Filwaqt li jrid ikun hemm bilfors titjib fl-effiċjenzi tal-kombustjoni, dan waħdu mhux ser iwassal għat-tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet tas-CO2.

(4)  IAES.

(5)  NAT/399, NAT/400, NAT/401 u TEN/334, TEN/338, TEN/341.

(6)  Opinjoni NAT/401 — CESE 1203/2008 fin dwar il-Proposta għal Direttiva dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (COM(2008) 18 finali — 2008/0015 (COD).

(7)  Ara l-Istudju Primes imsemmi fin-nota 2, bil-mapep relevanti mehmużin.

(8)  Hemm ukoll suġġerimenti oħrajn dwar kif għandu jiġi solvut dan in-nuqqas ta' ftehim fir-rigward il-finanzjament — ara l-artiklu fuq EurActive.com tal-Erbgħa 27 ta' Frar 2008“Financing woes plague EU Climate technologies.”

(9)  Qed jiġi diskuss fil-proposti tal-Parlament Ewropew li jiġi dedikat dħul ta' bejn EUR 60 u 500 miljun mill-ETS għal proġetti kummerċjali ta' turija fuq skala kbira (li jemendaw l-abbozz tad-direttiva li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u twessa' s-sistema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra COM(2008) 16 finali).

(10)  F'dan il-kuntest tista' ssir referenza, ngħidu aħna, għall-Programm Prinċipali Ewropew jew għall-Pjattaforma tal-Impjanti tal-Enerġija b'Emissjonijiet Żero.

(11)  Ara r-rapport tal-IEA.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/54


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-ewwel valutazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija kif meħtieġ mid-Direttiva 2006/32/KE dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija Nimxu 'l quddiem flimkien għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija”

COM(2008) 11 finali

(2009/C 77/14)

Nhar it-23 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-ewwel valutazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif meħtieġ mid-Direttiva 2006/32/KE dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija — Nimxu 'l quddiem flimkien għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-16 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Iozia.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet nhar is-17 ta' Settembru 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'142 vot favur, 6 voti kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

F'diversi opinjonjiet reċenti dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ġenerali (1) u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (2) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew esprima appoġġ kbir u prattikament unanimu għal politika serja dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

1.2

Il-KESE jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri ma ħejjewx il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (NEEAPs) tagħhom f'waqthom. Barra minn hekk, huwa ddiżappuntat li, bi ftit eċċezzjonijiet, id-dokumenti analizzati ma jurux impenn qawwi u serju tal-Istati Membri għat-twettiq tal-objettivi. Dan jgħodd b'mod partikolari għall-oqsma ta' konsum l-aktar sinifikanti, jiġifieri t-trasport u d-djar.

1.3

Żewġ Stati Membri biss irrispettaw id-data ta' għeluq għan-notifika, 15 oħra kienu bejn xahrejn u sitt xhur tard, tnejn ressqu l-pjanijiet tagħhom meta l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet diġà lesta u t-tmienja l-oħra ressquhom aktar tard. Il-pjanijiet ma kenux disponibbli qabel il-bidu ta' April 2008, għaxar xhur wara d-data ta' għeluq oriġinali.

1.4

Il-KESE jinnota li t-tnaqqis li jirriżulta mill-pjanijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija taħt il-programmi tal-Kummissjoni huwa mistenni jkun il-kontribut ewlieni biex jitnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra. Il-mira biex il-konsum tal-enerġija jitnaqqas b'20 % sal-2020 tinkludi tnaqqis ta' 780 Mteq fl-emissjonijiet ta' CO2. Billi l-emissjonijiet tal-UE fl-2006 kienu ta' 5294 Mteq għall-UE-25 (rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), 2006), jidher biċ-ċar li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tista' tagħti kontribut kruċjali.

1.5

Il-KESE jinnota li, sabiex jiġi evitat li t-temperaturi dinjija jogħlew b'aktar minn 2 °C, il- konċentrazzjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra (bħalissa madwar 425 ppm ta' CO2 eq. fil-volum) ser ikollha tinżamm taħt il-limitu ta' 550 ppm (3). Billi l-konċentrazzjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra tiżdied b'2-3 ppm kull sena, stabilizzazzjoni fil-livell ta' 450 ppm tista' tirriżulta fi probabbiltà ta' 50 % għall-mira li ż-żieda fit-temperatura medja tibqa' taħt iż-2 °C.

1.6

Hemm differenzi kbar fil-mod kif l-Istati Membri fasslu l-pjanijiet tagħhom. In-NEEAPs ivarjaw fit-tul minn 13-il paġna għal 221 paġna; minħabba f'hekk huwa prattikament impossibbli li jsiru paraguni. Ħafna saru biss bil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż konċernat u għalhekk kien diffiċli li jinftiehmu. Il-KESE jirrakkomanda li jiġi adottat mudell bħal dak li sar fi ħdan il-proġett tal-Emeees (valutazzjoni u monitoraġġ għad-Direttiva tal-UE dwar l-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar is-servizzi tal-enerġija) flimkien mal-Istitut ta' Wuppertal għall-Ambjent Klimatiku u l-Enerġija.

1.7

L-Istati Membri, pereżempju, la ħqu ftehim mal-EEA dwar mudell għar-Rapport dwar l-Inventarju Nazzjonali (National Inventory Report). Il-KESE jemmen li tista' tiġi adottata l-istess proċedura sakemm il-mudell ikun aktar flessibbli permezz ta' appendiċi speċifiku għal kull qasam (id-djar, it-trasport, eċċ.).

1.8

Il-KESE jemmen li l-istrument tal-ftehimiet volontarji mal-operaturi nazzjonali huwa bżonjuż, iżda l-ftehimiet li jiġu approvati għandhom juru biċ-ċar li jekk l-objettivi ma jintlaħqux, jiġu imposti standards obbligatorji.

1.9

Il-Kummissjoni diġà qiegħda tieħu għadd ta' miżuri, li kienu tħabbru sa mill-2006, biex l-iffrankar tal-enerġija jsir obbligatorju u qiegħda tħejji ruħha biex tieħu l-eżempju tal-Awstralja u tneħħi mis-suq il-bozoz tradizzjonali li jużaw 90 % tal-enerġija biex jipproduċu s-sħana u 10 % biss biex jipproduċu d-dawl. Il-KESE jispera li l-produtturi ser isibu mod kif ibaxxu l-prezz tal-bozoz fluworexxenti, li l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-membri tal-UE ser jippromovu l-espansjoni ta' din il-produzzjoni, li l-bozoz ekonomiċi ser idumu aktar u jsiru aktar kumpatti u li l-problemi marbutin mar-riċiklaġġ tagħhom ser jiġu solvuti.

1.10

Ir-rapport tal-EEA li jmiss, li għandu jiġi ppublikat sal-aħħar ta' Ġunju 2008, ser juri li bejn l-2005 u l-2006 kien hemm tnaqqis fil-gassijiet b'effett ta' serra ta' 35.8 Mteq ta' CO2. Ta' min jinnota li l-kontribuzzjoni ewlenija għal dan ġiet minn djar privati u uffiċċji, li ffrankaw 15.1 Mteq. Il-produzzjoni tal-elettriku u t-tisħin, min-naħa l-oħra, wasslet għal żieda ta' 14 Mteq. Minkejja t-tnaqqis, ir-rapport juri li b'paragun mal-1990, l-UE-27 kisbet titjib ta' inqas minn 0.5 % u ċerti Stati Membri għandhom bżonn jagħmlu sforzi akbar.

1.11

Il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija tista' tħaffef it-tnaqqis fl-użu tal-enerġija għax is-sistemi ta' produzzjoni u distribuzzjoni b'livelli differenti ta' effiċjenza ser jaffaċċjaw lil xulxin fis-suq, u dan jista' jistimula r-riċerka u l-investiment biex ikun hemm inqas ħela. 'Il fuq minn 30 % tal-enerġija tintilef fil-fażi tal-produzzjoni biss. F'opinjoni reċenti (4) l-KESE appoġġja l-proposti tal-Kummissjoni dwar it-tielet pakkett tal-enerġija, li huma mmirati lejn il-ħolqien ta' suq Ewropew tal-enerġija effettiv.

1.12

Il-KESE jemmen bis-sħiħ li hemm lok għal titjib u li hemm bżonn li jsir aktar. Jixtieq ukoll aktar dettalji dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tat-twettiq tal-pjanijiet ta' valutazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u jispera li jingħata l-opportunità li jesprimi l-fehma tiegħu dwar ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni.

1.13

Il-KESE ta' sikwit appella biex tiġi involuta s-soċjetà ċivili fl-Ewropa u fl-Istati Membri, għax l-għarfien u l-appoġġ sħiħ tal-pubbliku Ewropew huma essenzjali jekk irridu nilħqu l-miri ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Ir-rakkomandazzjonijiet li jiġu mis-soċjetà ċivili għandhom jiġu kkunsidrati serjament. Il-miżuri adottati dejjem għandhom jikkunsidraw id-diffikultajiet li għandhom miljuni ta' ċittadini biex ilaħħqu mal-problemi tal-ħajja ta' kuljum. Il-programmi ta' ffrankar tal-enerġija, li inevitabbilment jinvolvu ċerti spejjeż, għandhom jipprovdu miżuri magħżula bir-reqqa u appoġġ xieraq għal dawk inqas għonja, li jridu jlaħħqu mal-ispejjeż taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija iżda ma jistgħux inaqqsu l-kontijiet tagħhom, pereżempju fir-rigward tal-iffrankar tal-enerġija fid-djar.

1.14

Il-KESE jinsisti li l-inizjattivi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija għandhom ikunu speċifiċi u vijabbli u jistaqsi jekk mill-inqas ftit mill-miżuri għandhomx isiru obbligatorji, b'verifiki biex jiġi determinat sa liema livell ir-riżultati prattiċi ma jaqblux mal-pjanijiet li jkunu saru, kif kien il-każ tal-emissjonijiet tal-vetturi, it-tnaqqis ġenerali ta' CO2, l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u l-enerġiji rinnovabbli.

1.15

In-NEEAPs ma jispjegawx biċ-ċar liema miżuri u riżorsi ser jintużaw biex jiġu involuti l-utenti finali fil-proġett Ewropew ta' effiċjenza u ffrankar tal-enerġija. Il-KESE kemm-il darba enfasizza r-rwol essenzjali li tista' taqdi s-soċjetà ċivili organizzata fl-identifikazzjoni ta' metodi tajbin għat-tixrid tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prassi. Il-KESE jixtieq janalizza l-kwistjoni flimkien mal-istituzzjonijiet Ewropej, li ma jidhrux li huma impenjati jew konxji biżżejjed.

1.16

Il-KESE jipproponi lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri li tiġi implimentata sistema speċifika ta' monitoraġġ integrat kif qiegħed isir pereżempju għall-politiki dwar l-ilma. Din is-sistema hija indispensabbli fid-dawl tan-nuqqas ta' informazzjoni u ta' evalwazzjoni tal-impatt tal-politiki ta' effiċjenza enerġetika tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-utenti finali (b'mod partikolari tal-SMEs), l-assenza ta' metodoloġija li tkun kapaċi tivverifika l-konsistenza bejn l-objettivi internazzjonali u dawk Ewropej, kif ukoll ta' proċess ta' monitoraġġ dwar ir-riżultati miksuba mill-utenti msemmija.

1.17

F'ċerti setturi, bħal dak tal-alloġġ soċjali, l-alloġġi konċernati huma qodma ħafna u ineffiċjenti. Aktar minn 25 miljun unità ta' alloġġ jeħtieġu manutenzjoni urġenti u kumplessa. Il-KESE jsejjaħ sabiex jitnedew pjanijiet ta' ristrutturazzjoni tal-alloġġi pubbliċi, iffinanzjati bil-fondi tal-BĊE. In-NEEAPs ma jsemmux dawn il-miżuri.

1.18

Il-KESE jemmen li strumenti tas-suq simili għal dawk li qed joperaw diġà jistgħu jagħtu kontribut prezzjuż. Il-ħolqien ta' suq ta' “negawatts”, jiġifieri ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija elettrika, jista' jipprovdi inċentiv utli għaċ-ċittadini komuni biex jadottaw imġiba tajba fir-rigward tal-iffrankar tal-enerġija. Jekk wieħed iqis li l-bdil tal-bozoz qawwijin tad-dawl waħdu jista' jipproduċi tnaqqis ekwivalenti għal mill-anqas 80 impjant tal-enerġija ta' 1 000 MW (jiġifieri kważi daqs il-kapaċità globali tal-Italja), huwa ċar li huwa fl-interess tal-produtturi li jappoġġjaw l-effiċjenza fl-enerġija, billi din tippermettilhom li jaqdu aktar klijenti filwaqt li jiġġeneraw l-istess ammont ta' elettriku.

1.19

Il-KESE jispera li ser ikun hemm xejra pożittiva, u li l-Istati Membri ser jieħdu l-politika dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija b'aktar serjetà u li dan iwassal għal pjanijiet nazzjonali serji, kredibbli u realistiċi b'għanijiet li jistgħu jitkejlu. Għandha tingħata wkoll indikazzjoni dwar ir-riżorsi li l-Istati Membri għandhom l-intenzjoni li joffru biex jipprovdu appoġġ xieraq għall-investiment meħtieġ mill-individwi u l-kumpaniji.

2.   Introduzzjoni

2.1

Fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-ewwel valutazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (NEEAPs) intitolata “Nimxu 'l quddiem flimkien għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija”, il-Kummissjoni tissodisfa l-impenn stipulat fl-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2006/32/KE li sal-1 ta' Jannar 2008 tippubblika valutazzjoni tas-27 pjan ta' azzjoni nazzjonali. It-tieni rapport għandu jiġi ppubblikat qabel l-1 ta' Jannar 2012 u t-tielet wieħed qabel l-1 ta' Jannar 2015.

2.2

Il-miri li tirreferi għalihom il-komunikazzjoni kienu stipulati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva: “L-Istati Membri għandhom jadottaw u jipprovaw jiksbu mira indikattiva nazzjonali totali ta' frankar tal-enerġija ta' 9 % għad-disa' sena tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li għandha tinkiseb permezz ta' servizzi ta' enerġija u miżuri oħra li jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija”.

2.3

Il-Kummissjoni tinnota li żewġ Stati Membri biss irrispettaw id-data ta' għeluq għan-notifika (il-Finlandja u r-Renju Unit), filwaqt li 15 oħra nnotifikaw tard: l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u Spanja. Il-Belġju u s-Slovakkja ppreżentaw in-NEEAPs tagħhom fi tmiem l-2007, tard wisq biex dawn jitqiesu fil-valutazzjoni.

3.   Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni

3.1

Mill-pjanijiet jidher li ħames Stati Membri stabbilixxew miri aktar ambizzjużi minn dawk stipulati fid-Direttiva, oħrajn stabbilixxew miri saħansitra ogħla, iżda ma semmewx impenji uffiċjali. Mis-17-il pjan valutat, sitta ma jkoprux il-perijodu sħiħ imsemmi fid-Direttiva (jiġifieri sal-2016). Fir-rigward tar-rwol eżemplari tas-settur pubbliku, ta' min isemmi l-objettiv tal-Irlanda, li adottat mira ta' 33 % għat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija sal-2020, dak tal-Ġermanja li impenjat ruħha li sal-2012 tnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2 bi 30 %, u dak tar-Renju Unit li ddeċidiet li sal-2012 il-bini tal-gvern ċentrali jsir newtrali f'termini ta' emissjonijiet ta' CO2.

3.2

Ir-rapport isemmi għadd ta' kampanji nazzjonali, bħall-“Power of One” fl-Irlanda, li tinkludi sit tal-Internet għall-iskambju tal-aħjar prassi bejn is-settur pubbliku u dak privat, l-użu tal-verifiki tal-enerġija fid-Danimarka, bl-implimentazzjoni obbligatorja tar-rakkomandazzjonijiet, ħidma biex il-bini federali jkun konformi mal-liġi ambjentali fil-Ġermanja, b'baġit ta' 120 miljun ewro, u l-ħatra ta' Koordinaturi Ambjentali f'Malta — uffiċjali f'kull ministeru li ser ikunu responsabbli għall-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-enerġija u l-inizjattivi favur l-enerġiji rinnovabbli.

3.3

Ir-Renju Unit ser japplika l-“Code for Sustainable Homes” (Kodiċi għad-Djar Sostenibili), li fih jesiġi li d-djar ġodda kollha jkunu konformi mal-livell 3 tal-Kodiċi — jiġifieri titjib ta' 25 % fir-rendiment tal-użu tal-enerġija meta mqabbel mal-Kodiċi tal-Bini tal-2006. L-Awstrija qiegħda taħdem biex il-bini tas-settur pubbliku jkun aktar effiċjenti milli titlob il-liġi, u Spanja qiegħda tippjana li timmodernizza s-sistemi antikwati ta' dawl tat-toroq b'tagħmir modern u aktar effiċjenti, u li ttejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-settur tat-trattament u l-provvista tal-ilma tax-xorb.

3.4

Il-Polonja u l-Finlandja ser jitolbu li s-settur pubbliku jikseb livell ta' tnaqqis fil-konsum tal-enerġija li jkun mill-inqas ekwivalenti għall-mira nazzjonali, kif diġà nkiseb fil-livell muniċipali, waqt li l-Olanda bi ħsiebha tkun minn tal-ewwel biex tiżgura li sal-2010 100 % tax-xiri pubbliku nazzjonali u 50 % ta' dak lokali u reġjonali jkun jinkludi kriterji ta' xiri sostenibbli.

3.5

L-inċentivi fiskali huma kkunsidrati bħala inċentivi estremament importanti. Il-Ġermanja u l-Awstrija qed jimmiraw lejn l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini, li huwa settur li jikkonsma 40 % tal-enerġija, u l-Litwanja qiegħda tippjana tnaqqis fir-rata tal-VAT (9 % minflok 18 %) fuq djar iffinanzjati permezz ta' fondi pubbliċi. L-Olanda qiegħda tippjana li toffri “tnaqqis fiskali għall-investiment fl-enerġija” għall-kumpaniji privati, filwaqt li l-Italja introduċiet tnaqqis gross mit-taxxa li jitla' sa 55 % fuq ix-xiri ta' tagħmir b'effiċjenza enerġetika għolja (fridges u boilers klassifikati A+), għat-tagħmir tad-dawl u għar-restawr tal-bini b'mod li dan isir effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

3.6

Il-ftehimiet volontarji huma meqjusa bħala għodda utli, partikolarment fil-Finlandja (fil-perijodu analizzat ikopru madwar 60 % tal-konsum aħħari tal-enerġija u l-għan huwa li sal-2016 dawn il-ftehimiet ikopru 90 %), fl-Olanda, fejn japplikaw l-aktar għall-attivitajiet kummerċjali, u fid-Danimarka li, għall-kuntrarju, tużahom għall-akkwisti pubbliċi. Spanja, il-Polonja, ir-Renju Unit, ir-Rumanija u l-Irlanda qed jippjanaw li jintroduċu ftehimiet volontarji bħala strument ewlieni biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija.

3.7

L-istrumenti tas-suq (ċertifikati bojod) qegħdin jintużaw fil-pjanijiet nazzjonali fi ftit pajjiżi biss. L-Italja qiegħda tippjana li testendi din l-iskema sal-2014 u l-Polonja għandha l-intenzjoni li tadottaha. L-“Energy Efficiency Commitment” (EEC) tar-Renju Unit ser jiġi estiż sal-2020. Ingħata l-isem ġdid ta' “Carbon Emission Reduction Target”, u ser ikollu mira ta' tnaqqis ekwivalenti għal kważi d-doppju ta' dik tal-perijodu 2008-2011. Diversi pajjiżi (partikolarment l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja u Spanja) jagħtu importanza kbira lill-intrapriżi tas-servizzi tal-enerġija li għadhom ma wettqux dak li huwa mistenni minnhom.

3.8

Il-Bulgarija, ir-Rumanija u r-Renju Unit qed jippjanaw li jwaqqfu fondi u mekkaniżmi ta' finanzjament immirati lejn is-settur kummerċjali u residenzjali. Il-politiki ta' informazzjoni, edukazzjoni u taħriġ mhumiex implimentati bl-istess mod mill-aġenziji nazzjonali tal-enerġija, li għandhom kompiti differenti; xi pajjiżi, bħad-Danimarka u l-Italja, għażlu li jgħaddu dawn il-kompiti lill-aġenziji reġjonali u lokali.

3.9

It-trasport, li jirrappreżenta aktar minn terz tal-konsum tal-enerġija, huwa meqjus bħala partikolarment importanti minn ħafna pajjiżi, iżda fil-prattika l-Awstrija u l-Irlanda biss qed jipproponu miżuri speċifiċi biex jippromovu l-użu tat-trasport pubbliku.

3.10

Il-biċċa l-kbira tal-pjanijiet li tressqu adottaw strateġija ta' status quo, u f'diversi Stati Membri hemm differenza “konsiderevoli” bejn l-impenn politiku u l-miżuri adottati u r-riżorsi li ġew allokati.

3.11

Minbarra li tanalizza mill-qrib it-traspożizzjoni tad-Direttiva, il-Kummissjoni ser tipprova tiffaċilita l-implimentazzjoni tagħha permezz tal-Programm “Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa”. Ser tniedi pjattaforma online biex tiġbor u tippreżenta l-kontribuzzjonijiet tal-partijiet interessati li ser ikunu involuti fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva u li għandhom jikkontribwixxu għall-adozzjoni tal-miżuri nazzjonali u l-promozzjoni tan-NEEAPs li jmiss. Il-pjanijiet nazzjonali ser ikunu analizzati bħala parti mill-proġett ta' sorveljanza “Energy Efficiency Watch”.

3.12

Il-Kummissjoni tikkonkludi billi terġa' tfakkar l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali u tirreferi għall-inizjattiva tagħha li twaqqaf pjattaforma internazzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija biex tgħin fl-iżvilupp ta' standards tekniċi u fl-iskambju u t-trasferiment tat-teknoloġija. L-isfidi ewlenin li l-Ewropa qed taffaċċja u r-responsabbiltà tagħha fil-qasam tal-bidla fil-klima, is-sigurtà u s-sostenibilità fil-provvista tal-enerġija, u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, jeħtieġu programmi sodi u effettivi li jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

L-ewwel aspett negattiv li ħareġ biċ-ċar f'din il-komunikazzjoni huwa li huma biss tnejn mis-27 Stat Membru li rrispettaw id-data ta' għeluq stipulata fid-Direttiva għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. 15 oħra irnexxielhom jipproduċu l-konklużjonijiet tagħhom ftit wara u żewġ pajjiżi ressqu r-rapporti tard wisq biex jitqiesu fil-valutazzjoni; l-aħħar tmienja ma taw l-ebda risposta. Sena wara l-iskadenza tat-30 ta' Ġunju 2007, għad fadal Stat Membru li għadu ma ressaqx ir-rapport tiegħu.

4.2

It-tieni element negattiv li joħroġ mill-konklużjonijiet tal-Kummissjoni huwa li, bi ftit eċċezzjonijiet, id-dokumenti li ġew analizzati ma wrewx l-impenn b'saħħtu u serju li qed titlob is-sitwazzjoni. Qed isir dejjem aktar komuni li l-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern, li jirrappreżentaw lill-Istati Membri, japprovaw id-direttivi mingħajr problemi meta jkunu Brussell, iżda mbagħad meta jmorru lura f'pajjiżhom ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jikkonformaw magħhom. L-Aġenda ta' Liżbona hija l-aktar eżempju ovvju ta' dan, iżda l-kotba huma mimlijin b'dan it-tip ta' mġiba kontradittorja. Mingħajr dubju fil-futur ser ikun hemm aktar eżempji bħal dawn.

4.3

Meta wieħed jaqra l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, jinnota n-nuqqas ta' qafas ta' referenza u n-nuqqas ta' uniformità fil-format u l-kontenut tal-pjanijiet, li jagħmilhom diffiċli li jinqraw u prattikament impossibbli li jitqabblu. Fi ħdan il-proġett tal-Emeees (valutazzjoni u monitoraġġ għad-Direttiva tal-UE dwar l-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi tal-enerġija), li twettaq flimkien mal-Istitut ta' Wuppertal għall-Ambjent Klimatiku u l-Enerġija, tfassal mudell sewwasew biex jiffaċilita t-tfassil ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali. Il-Belġju kiteb ittra li fiha esprima d-diżappunt tiegħu li dan il-mudell importanti tlesta fil-11 ta' Mejju, ftit ġranet biss qabel id-data ta' għeluq għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali.

4.4

Id-dokumenti tal-Istati Membri ġodda tal-UE jvarjaw minn 13-il paġna għar-Repubblika Ċeka u l-Litwanja għal 41 paġna għar-Rumanija u 89 għal Malta. Fil-każ tal-akbar pajjiżi, ir-rapport ta' Franza kien fih 37 paġna, dak tal-Ġermanja 102, dak ta' Spanja 211 u dak tar-Renju Unit 214. Il-Belġju, minħabba s-sistema federali tiegħu, kellu jipproduċi erba' dokumenti b'total ta' 221 paġna. In-numru totali tal-paġni prodotti minn 25 Stat Membru (l-Iżvezja u l-Portugall għadhom ma jidhrux fuq is-sit tal-Kummissjoni) kien ta' 2 161, kollha b'data, tabelli u miżuri differenti. Kull pajjiż għażel il-parametri ta' referenza, il-metodoloġiji u l-mudell ta' komunikazzjoni tiegħu: ir-riżultat huwa skoraġġanti għax huwa impossibbli li tiġi identifikata xi xejra.

4.5

Il-materjal ippubblikat minn Franza, is-Slovenja, il-Greċja (l-abbozz biss), l-Olanda u l-Lussemburgu huwa bil-lingwa nazzjonali tagħhom (ostakolu kbir għar-rapporteur). Huwa estremament diffiċli li jseħħ xi skambju tal-aħjar prassi meta d-dokumenti jridu jinqraw fil-lingwa oriġinali tagħhom, iżda m'hemm l-ebda pjan li l-Istati Membri jintalbu, u wisq inqas li jiġu obbligati, jressqu r-rapporti tagħhom b'lingwa waħda. Il-Kummissjoni ħadet ħsieb it-traduzzjoni tad-dokumenti kollha għall-istess lingwa, iżda sfortunatament id-dewmien akkumulat fil-preżentazzjoni tan-NEEAPs affettwa d-dewmien tat-traduzzjoni.

4.6

Il-KESE jenfasizza l-kuntrast bejn l-għanijiet tal-pjanijiet nazzjonali u ż-żewġ elementi msemmija hawnhekk. La l-pjanijiet enċiklopediċi u lanqas dawk konċiżi ma jgħinuna nifhmu bl-eżatt f'liema direzzjoni sejrin. Kemm id-dettall żejjed kif ukoll it-tqassir żejjed għandhom l-istess effett li jagħmlu rapport diffiċli biex jinqara u jinftiehem. Il-mudell tal-Emeees jista' jkun it-triq tajba bejn iż-żewġ estremi. Il-KESE jirrakkomanda bis-sħiħ li għar-ronda li jmiss tal-pjanijiet nazzjonali, jiġi adottat mudell komuni li jkun faċli li jinqara u jitqabbel.

4.7

Il-KESE jqis b'mod negattiv, bi ftit eċċezzjonijiet li jistħoqqilhom kull tifħir u li ssemmew f'din l-opinjoni, in-nuqqas sostanzjali ta' inizjattivi fis-settur pubbliku u fl-agrikoltura. In-NEEAPs baqgħu siekta u retiċenti fir-rigward ta' dawn is-setturi tant importanti.

5.   Kummenti ġenerali

5.1

F'Jannar 2007 il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tieħu miżuri fil-qasam tal-enerġija u l-bidla fil-klima sabiex tilħaq miri ambizzjużi. Dawn il-miri ġew stipulati fit-tielet pakkett tal-enerġija, il-pakkett għall-enerġija rinnovabbli u l-bidla fil-klima, id-Direttiva biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi l-ġodda, ir-regolamentazzjoni l-ġdida tal-“Energy Star”, il-Green Paper dwar il-Mobilità Urbana, li tinkludi, fost affarijiet oħra, inċentivi għal vetturi effiċjenti, u l-Pjan Strateġiku dwar it-Teknoloġiji tal-Enerġija.

5.2

Dawn il-miżuri fihom ftit rakkomandazzjonijiet u għadd kbir ta' regoli. Iż-żmien għandu juri jekk humiex ser jibqgħu validi wara l-iskrutinju tal-proċedura ta' kodeċiżjoni u jekk il-gvernijiet, wara li japprovawhom formalment, hux ser ikunu jifilħu jirreżistu l-pressjoni mill-industrija nazzjonali u jżommu mal-għażliet li jkunu għamlu.

5.3

Ir-raġuni għalfejn l-Istati Membri ma jidhrux li huma mħassba wisq tista' tinstab fid- Direttiva nnifisha. Il-Premessa 12 tgħid speċifikament li “għalkemm l-Istati Membri jintrabtu li jwettqu sforzi sabiex jiksbu l-mira ta' 9 %, il-mira tal-iffrankar tal-enerġija nazzjonali hija minnha nnifisha indikattiva u ma tinvolvi l-ebda obbligu legali esegwibbli sabiex l-Istati Membri jiksbuha”.

5.4

Leġiżlazzjoni ta' dan it-tip (direttivi b'għanijiet li ma jorbtux, li f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma jwasslu għall-ebda sanzjoni) kienet inizjattiva leġiżlattiva tipika li ttieħdet fi żmien partikolari u f'ċerti oqsma speċifiċi. Sa dan l-aħħar, l-Istati Membri insistew fuq is-sovranità tagħhom fi kwistjonijiet ta' għażliet marbutin mal-enerġija, il-provvista, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija. Dan wassal għal forma ta' soft law li kkaratterizzat il-perijodu konċernat. Id-Direttiva dwar il-bijokarburanti (2003/30 KE) stabbilixxiet miri kwantitattivi, iżda ma imponiet l-ebda obbligu speċifiku biex jinkisbu.

5.5

F'dawn iċ-ċirkostanzi u b'dawn il-kundizzjonijiet, il-mira li sal-2020 jinkiseb tnaqqis ta' 20 % fil-konsum tal-enerġija billi tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, mhijiex vijabbli.

5.6

Il-KESE appoġġja u ser ikompli jappoġġja l-inizjattivi kollha li għandhom l-għan li jilħqu livell dejjem ogħla ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija, billi jqis li kemm l-emissjonijiet ta' CO2 kif ukoll id-dipendenza enerġetika tal-UE jikkostitwixxu problemi ta' importanza kapitali.

5.7

Il-KESE jinnota l-kontradizzjoni bejn miżuri ġenerali li ma jorbtux u miżuri speċifiċi, immirati lejn il-ksib tar-riżultat, li jorbtu. Għalfejn il-partijiet individwali jorbtu iżda l-pakkett globali le? Il-Kummissjoni nnifisha għandha tagħti eżempju tajjeb billi tagħmel stqarrija dwar ir-riżultati fl-ambitu tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija li kisbet fil-bini tagħha stess, l-inizjattivi li ħadet u l-finanzjament li ġie allokat. Appendiċi “federali” jista' jgħin lill-qarrejja biex jifhmu l-importanza ta' politiki bħal dawn.

5.8

Il-KESE jenfasizza wkoll id-differenza kbira bejn l-istennijiet pubbliċizzati dwar l-adozzjoni ta' miżuri li kapaċi jtejbu b'mod sinifikanti l-effiċjenza fl-enerġija u l-proposti li ġeneralment kienu ta' diżappunt u skoraġġanti li tressqu mill-Istati Membri, u jinsisti fuq il-bżonn li l-miżuri adottati jkunu konkreti u konċiżi, ikollhom applikazzjoni fuq perijodu medju jew twil u jagħtu sostanza lill-objettivi msemmija.

5.9

Il-KESE jirrakkomanda li jekk din tkun il-konklużjoni li tintlaħaq, jiġu adottati miżuri kapaċi li jiksbu l-għanijiet minflok azzjoni purament kosmetika bħalma sar f'okkażjonijiet oħra.

5.10

Il-KESE kien laqa' kemm id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi tal-enerġija, kif ukoll “il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija: Inwettqu l-Potenzjal” (19 ta' Ottubru 2006), iżda dawn l-atti ta' regolamentazzjoni u ta' direzzjoni kienu bbażati fuq prezzijiet taż-żejt relattivment baxxi. Meta d-Direttiva ġiet ippreżentata, fl-2004, il-prezz taż-żejt kien madwar $ 42 għal kull barmil, filwaqt li fl-2006 il-prezz medju kien ftit anqas minn $ 62.

5.11

F'dan il-kuntest, wieħed jista' jifhem li l-miri kienu indikattivi u li l-Kummissjoni fid-Direttiva ma inkludietx impenn sod li l-Istati Membri kollha kellhom jilħqu. Kif darba kiteb il-KESE, “l-aħjar enerġija hija dik li ma tintużax”, iżda jekk it-tnaqqis fl-użu tal-enerġija jitħalla għar-rieda tajba tal-Istati Membri, mingħajr l-ebda inċentiv għajr il-kuxjenza tagħhom stess, il-mira ssir vaga u impossibbli li tintlaħaq.

5.12

Iżda l-Unjoni Ewropea tista' tissogra li ma tilħaqx il-miri ta' tnaqqis tal-intensità enerġetika b'1.5 % fis-sena? Li ma tiffrankax it-390 Mtoe li jipproduċu 780 Mt ta' CO2? Minn naħa, qed jiġu stipulati miri ċari u ambizzjużi biex l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jonqsu b'20 %, u biex inkopru l-20 % tal-bżonnijiet tagħna ta' enerġija permezz tas-sorsi rinnovabbli, filwaqt li min-naħa l-oħra, l-aktar mira li tista' tinkiseb direttament, li tista' tagħti tnaqqis immedjat, qiegħda titħalla fl-isfond u tiġi ttrattata bħala aspirazzjoni ipotetika.

5.13

Il-KESE jenfasizza l-fatt li f'ċerti pajjiżi l-implimentazzjoni tal-pjanijiet hija responsabbiltà tal-gvernijiet reġjonali, mingħajr ma jkun hemm livell ta' koordinazzjoni adegwat, u dan iwassal għal nuqqas ta' armonizzazzjoni u ta' koerenza territorjali.

5.14

Il-KESE jesprimi d-dispjaċir tiegħu fir-rigward tan-nuqqas ta' opportunitajiet ta' għażla effettivi mil-lat tal-offerta u jemmen li għandhom jiżdiedu l-opportunitajiet ta' dan it-tip u jkunu akkumpanjati minn inċentivi għall-aktar utenti żvantaġġati b'mod speċjali, għall-konsumaturi kollha u għall-SMEs, sabiex jinkisbu r-riżultati mistennija. F'ċerti pajjiżi l-inċentivi wasslu għal riżultati tassew inkoraġġanti, pereżempju fil-każ tat-tagħmir tad-dar (white goods).

5.15

Il-KESE jilqa' l-esperjenza tal-intrapriżi tas-servizzi tal-enerġija u jemmen li għandu jiġi appoġġjat it-tixrid ta' dawn is-servizzi liċ-ċittadini u lill-intrapriżi. Professjonijiet ġodda, opportunitajiet ġodda ta' xogħol kwalifikat, riżultati pożittivi fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew tat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra, huma biss uħud mill-aspetti pożittivi ta' dawn is-servizzi.

5.16

Il-KESE jinsisti li l-Istati Membri mhumiex qegħdin jagħmlu biżżejjed biex jilħqu l-miri li ġew stabbiliti u huwa konvint li, bħalma sar għall-emissjonijiet tat-trasport, l-inizjattivi tal-Kummissjoni għandhom jiġu appoġġjati meta jippruvaw jimponu impenji aktar stretti fuq l-Istati Membri. Is-sena l-oħra l-Kummissjoni ħadet diversi inizjattivi pożittivi, fosthom: i) ir-Regolament ġdid tal-“Energy Star”, li l-istandards tiegħu issa saru obbligatorji għax-xiri pubbliku tat-tagħmir għall-uffiċċji; ii) il-Green Paper dwar il-Mobilità Urbana, li fost affarijiet oħra tissuġġerixxi finanzjament għal vetturi aktar effiċjenti; iii) it-tielet pakkett tal-enerġija, li jżid is-setgħat tar-regolaturi nazzjonali fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija; iv) il-Pjan Strateġiku dwar it-Teknoloġiji tal-Enerġija u v) r-Regolament dwar l-emissjonijiet tal-karozzi l-ġodda.

5.17

Qed jiġu ppjanati miżuri oħra għax-xhur li ġejjin. Dawn ivarjaw minn direttivi ġodda dwar ir-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tikketti ħodor għal firxa wiesgħa ta' prodotti (bħal dawl fit-toroq u dawl fl-uffiċċji, konsum minimu meta t-tagħmir ikun mitfi jew fuq stand-by) għar-regolamenti l-ġodda, mistennija fl-2009, dwar televiżjonijiet, fridges u freezers domestiċi, magni tal-ħasil u dishwashers, boilers u geysers, kompjuters personali, tagħmir għar-riproduzzjoni tal-istampi, magni elettriċi, pompi tas-sħana u kondizzjonaturi tal-arja. Fl-2009, il-Kummissjoni bi ħsiebha wkoll tadotta proposta biex tippromovi s-sostituzzjoni tal-bozoz tad-dawl li jaħlu ħafna enerġija. Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ittikkettar tal-karozzi u l-effiċjenza tat-tajers u sistemi għall-monitoraġġ kontinwu tal-pressjoni u l-kwalità tat-tajers ser tkun fil-qalba tal-politiki l-ġodda dwar it-trasport.

5.18

Il-KESE jemmen li huwa indispensabbli li jkun hemm suq intern tal-enerġija li fih, b'konformità mad-Direttivi dwar l-elettriku u l-gass, il-prezzijiet jirriżultaw minn kompetizzjoni ġusta.

5.19

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li fl-Istati Membri tal-UE ikun hemm pjanijiet speċifiċi ta' taħriġ għall-iskejjel (li b'rabta ma' dan ikollhom jimpenjaw ruħhom b'mod attiv fi ħdan programmi ta' effiċjenza enerġetika) u programmi ta' komunikazzjoni mmirati lejn is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini fir-rigward tal-importanza u l-esiġenza ta' konsum responsabbli u effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

5.20

Fir-rigward tal-iskejjel, ta' min jinnota b'mod partikolari l-kompetizzjonijiet li qegħdin isiru bejn l-iskejjel tekniċi li jinvolvu b'mod attiv lill-istudenti fl-iffrankar tal-akbar kwantità ta' enerġija possibbli. Pereżempju fl-Italja, il-proġett “datti una scossa”, mogħni bi premju ta' EUR 25 000 għall-ksib tal-objettiv stipulat, kien ta' suċċess kbir. Eżempju tajjeb ieħor huwa l-eko-maratona internazzjonali li fiha skola Franċiża ppreżentat prototip li b'litru petrol kopra 3 039 km! Tim mid-Danimarka irnexxielu jipproduċi magna ta' kombustjoni b'emissjoni ta' 9g/km u b'hekk rebaħ il-“Climate Friendly Award”.

5.21

L-istrumenti ekonomiċi tal-ġejjieni għandhom ikunu effikaċi u sostenibbli għal tul ta' żmien. Il-KESE jemmen li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-inċentivi għall-konsumaturi finali. Wieħed għandu jikkunsidra wkoll il-possibbiltà li tiġi rriservata kwota ta' inċentivi għall-provvedituri tas-servizzi enerġetiċi wkoll, sabiex ikun hemm interess komuni u ffukat fuq il-politiki tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

5.22

Sabiex il-klijenti jingħataw sinjali adegwati f'termini ta' prezzijiet, li jiffavorixxu użu aktar razzjonali u effiċjenti tal-enerġija, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinkariga ruħha mit-tneħħija ta' tariffi aktar baxxi mill-prezz normali, b'konformità ma' dak li huwa permess mil-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u dak li huwa stipulat fid-Direttivi dwar il-gass u l-elettriku fir-rigward tal-konsumaturi vulnerabbli.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  CESE 242/2006, rapporteur: is-Sur Buffetaut u CESE 1243/2007, rapporteur: is-Sur Iozia.

(2)  CESE 270/2008, rapporteur: is-Sur Pezzini.

(3)  Partijiet għal kull miljun.

(4)  CESE 758/2008, rapporteur: is-Sur Cedrone.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/60


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-Internet tal-Oġġetti”

(2009/C 77/15)

Nhar is-7 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

“L-Internet tal-Oġġetti”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-16 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Retureau.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'118-il vot favur u astensjoni waħda.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea:

1.1

Tinvesti fir-riċerka, tappoġġja t-tixrid tagħha (bħalma ġara fl-avvenimenti marbuta mal-presidenzi preċedenti) u l-ħolqien ta' sistema standardizzata għaliex l-Internet tal-Oġġetti (IOT — Internet of Things) huwa meqjus bħala qasam importanti.

1.2

Tieħu miżuri biex tneħħi l-ostakli li jxekklu l-użu tat-teknoloġija.

1.3

Tevalwa jekk is-sistemi ċentralizzati ikunux kapaċi jġestixxu l-ammont ta' traffiku li normalment jiġġeneraw l-applikazzjonijiet tal-IOT u jekk il-gvernanza lokali (tal-ismijiet u s-servizzi) humiex approċċ aktar effettiv għall-ġestjoni tal-użu mill-massa.

1.4

Tinvestiga jekk id-direttivi eżistenti attwali humiex kapaċi jġestixxu l-protezzjoni tad-data u l-ħtiġijiet marbutin mas-sigurtà b'mod adegwat jew jekk hemmx bżonn ta' miżuri leġiżlattivi ġodda.

1.5

Tqis il-kwistjoni marbuta mal-ħtieġa li għadd ta' laboratorji fl-Ewropa jikkombinaw il-finanzjament tal-universitajiet u tal-kumpaniji privati bl-għan li jiġi assigurat li r-riżultati tar-riċerka jintużaw fl-Ewropa u li r-riċerkaturi ma jitilqux lejn faċilitajiet u intrapriżi ta' riċerka f'partijiet oħra tad-dinja (l-Istati Uniti).

1.6

Fir-rigward tar-riskji elettromanjetiċi possibbli, għandu japplika l-prinċipju tal-kawtela għal dawn l-ambjenti ġodda b'densità għolja ta' qarrejja tal-frekwenzi tar-radju (wave readers), b'mod partikolari għall-ħaddiema f'dawn it-tipi ta' ambjenti. Dawn għandhom jiġu infurmati bi kwalunkwe riskji eventwali u għandhom jiġu implimentati metodi ta' protezzjoni. Madankollu, din il-kwistjoni għandha tiġi evalwata bir-reqqa, permezz ta' studji xjentifiċi.

1.7

Tiftakar li l-iżvilupp teknoloġiku għandu jsir għall-poplu, u hemm il-bżonn li jiġu evalwati r-riskji etiċi b'rabta ma' dan.

1.8

Fir-rigward tas-servizzi trans-Ewropej, il-Kummissjoni Ewropea jew l-awtorità indipendenti amministrattiva li tista' tirregola l-ispettru fil-ġejjieni, għandha tqis il-ħtiġijiet b'rabta mal-ispettru fil-qasam tal-Internet tal-Oġġetti.

1.9

Ir-riċerka ser tkun kruċjali fit-tellieqa għall-provviżjoni tal-kapaċità tal-kompjuters li jġestixxu applikazzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti f'ħin reali (real time).

2.   Proposti tal-Kummissjoni

2.1

Wara l-komunikazzjoni tagħha tal-2007 dwar it-tags tal-RFID (1) u wara l-konferenza f'Liżbona dwar dan is-suġġett f'Novembru li għadda, il-Kummissjoni, b'din il-komunikazzjoni, se tgħaddi għall-istadju li jmiss li huwa dak tal-Internet tal-Oġġetti (2).

2.2

Ikun tajjeb ukoll li ssir referenza għal numru konsiderevoli ta' komunikazzjonijiet u inizjattivi tal-KESE f'dawn l-aħħar snin (3), inkluż rapport interim dwar il-programm i2010 (4).

3.   Kummenti u analiżi

3.1   Introduzzjoni

3.1.1

L-iżvilupp tat-teknoloġija informatika jikkostitwixxi kwistjoni kruċjali għas-soċjetajiet tagħna, partikolarment peress li s-suq uniku tal-Ewropa jpoġġiha f'pożizzjoni ideali biex issir reġjun ewlieni fl-ekonomija diġitali, bil-kondizzjoni li twarrab biżżejjed riżorsi fir-rigward tar-riċerka bażika u R&D u tal-politika marbuta mal-gvernanza għall-internet tal-ġejjieni.

3.1.2

It-tkabbir u l-kompetittività Ewropea jiddependu ħafna minn dawn l-aspetti, u huwa ż-żmien propizju li, minbarra li jiġu żviluppati t-teknoloġiji u l-investimenti, u l-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa, tittieħed pożizzjoni soda dwar il-gvernanza politika ta' dan it-tip ta' internet.

3.1.3

L-internet, saħansitra f'dawn iż-żminijiet ta' WEB 2.0 interattiv u mobbli, għadu jiddependi minn netwerk globali ta' mijiet ta' servers u routers, jiġifieri kompjuters fissi mqabbdin permezz tal-fili u l-fibra ottika. Iżda l-konnessjonijiet mat-terminals mobbli, bħal fil-każ tat-telefonija ċellulari jew l-internet, huma possibbli permezz ta' raġġi elettromanjetiċi u qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla ħafna, bi standards ta' konnessjoni diversi (3G, 3G+-HSPDA, Edge, WiFi, WiMax).

3.1.4

Il-WEB 2.0 huwa interattiv. L-utenti jistgħu wkoll joħolqu u jipprovdu l-kontenut huma stess, fuq bażi individwali jew f'kooperattivi u kollaborazzjonijiet (l-enċiklopedija Wikipedia, “software open source”, eċċ.). Għadd kbir ta' SMEs huma involuti fil-provviżjoni ta' software, kontenut kreattiv u, fuq kollox, servizzi ddiversifikati ħafna (installazzjoni u manutenzjoni tan-netwerks, sigurtà informatika, taħriġ, eċċ.).

3.1.5

Kulma jmur, iċ-ċippijiet informatiċi qed jiċkienu, u fl-istess ħin qed ikunu aktar kumplessi u jikkunsmaw inqas enerġija. Qed ikunu inkorporati f'terminals mobbli, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jeħfiefu fil-piż, fejn is-software intużat u s-saħħa tal-kalkoli jistgħu jintużaw biex jintegraw it-telefonija, l-aċċess għall-internet u l-ġeolokalizzazzjoni (eż. iċ-ċippijiet SiRF 3).

3.2   Lejn l-Internet tal-Oġġetti

3.2.1

L-Internet tal-Oġġetti qed jibda jintuża f'kuntest teknoloġiku kumpless — nibdew mill-WEB 2.0 u teknoloġiji relatati oħra, li fil-biċċa l-kbira diġà jeżistu, u li l-fużjoni tagħhom tagħti lok għal fażi ġdida fil-ksib tal-Internet tal-Oġġetti:

il-protokoll Ipv6 (5), HTTP (6), FTP, eċċ. u standard ġdid HTML 5 universali għall-qari tas-siti (għadu jrid jitħejja),

it-tags tal-RFID (7) u l-qarrejja tal-frekwenzi tar-radju, li jikkollegahom mal-bażi tad-data,

il-ġeolokalizzazzjoni (GPS, u dalwaqt il-GALILEO),

in-netwerks inter-konnessi, u l-kapaċità ta' ħażna tal-bażi tad-data,

l-intelliġenza artifiċjali, b'mod partikolari fil-Web 3.0 (web semantiku, b'lingwaġġ li se jkun viċin ta' dak naturali) u għall-ġestjoni tad-data bejn il-magni,

in-nanoteknoloġiji, partikolarment applikati għall-mikroproċessuri,

it-tabelli 2D (barcodes, Datamatrix) li għadhom jistgħu jintużaw, partikolarment biż-żieda ta' kontenut rikk (rich content) f'indirizz internet ikkodifikat bid-Datamatrix, fotografat permezz ta' terminal mobbli li jaqbad mas-sit direttament (użi diversi, fil-qasam tat-turiżmu, il-pubbliċità, l-informazzjoni, eċċ.).

3.2.2

Peress li kulma jmur l-elementi tan-netwerks tal-ġejjieni qed ikunu aktar b'saħħithom, l-informatika, li hija preżenti b'daqstant saħħa, ser ikollha rwol li kulma jmur qed jikber; Mijiet jew eluf ta' proċessuri jistgħu jaħdmu fl-isess ħin (8) minflok permezz ta' operazzjonijiet suċċessivi; b'hekk il-kalkoli jkunu jistgħu jsiru b'mod aktar mgħaġġel, u jkunu jistgħu jinħolqu universi virtwali kumplessi simultanji; barra minn hekk, il-virtwalizzazzjoni diġà tippermetti li s-saħħa tal-kompjuters tkun sfruttata b'mod ktar komplet billi jitħaddmu diversi magni b'mod virtwali ġo magna waħda, saħansitra b'sistemi operattivi differenti. Din it-teknika qed tixtered b'ritmu mgħaġġel.

3.2.3

Indubbjament l-Ewropa għandha bżonn issaħħaħ ir-riċerka u toħloq kompetenzi ta' livell għoli teoretiċi u prattiċi f'dawn l-oqsma, biex ir-riċerkaturi “ma jinħatfux” mil-laboratorji universitarji u privati l-kbar Amerikani, u fi ftit taż-żmien ieħor, minn dawk Ċiniżi u Indjani. Ir-riskju ta' dewmien teknoloġiku kbir isir aktar ovvju fin-nuqqas ta' inizjattivi ta' importanza ewlenija iddedikati għall-għarfien tal-internet tal-ġejjieni.

3.2.4

It-teknoloġiji tal-ħażna tal-massa (mass stockage technologies) qed jevolvu b'pass mgħaġġel. Dawn huma assolutament meħtieġa għall-bażi tad-data li ser jiġbru fihom id-deskrizzjoni tal-oġġetti identifikati mill-indirizz tal-internet tagħhom. Dawn il-kapaċitajiet, meta kkombinati mal-kapaċitajiet marbuta mat-trattament tad-data, iwittu t-triq għall-internet intelliġenti, li ser jakkumula konoxxenzi ġodda f'bażi tad-data aktar kompluti permezz tal-ikkombinar u t-trattament tad-data riċevuta mill-bażi tad-data u l-oġġetti tal-identifikazzjoni. Fl-istess ħin, in-netwerk isir il-kompjuter, u jaħżen programmi li jippermettu l-użu ta' bażi tad-data u l-intervent uman, bħal pereżempju tiftix kumpless, rapporti, eċċ.

3.3   L-ewwel applikazzjonijiet

3.3.1

Attwalment qed jiġu sperimentati għadd ta' applikazzjonijiet u oħrajn diġà qed joperaw bil-mezzi attwali fis-setturi ekonomiċi bħal pereżempju:

il-kummerċ bl-imnut (Wal-Mart),

il-loġistika tat-trasport u l-intraċċar tal-merkanzija,

is-sigurtà f'ċerti intrapriżi.

3.3.2

It-tags tal-RFID inkorporati fl-oġġetti, fl-ID badges u fil-prodotti għall-bejgħ fis-supermarkets, pereżempju, jipprovdu aċċess simultanju lil qarrej li jkun relattivament viċin (id-distanza tiddependi mill-frekwenza użata) għall-indirizz u l-karatteristiċi tal-oġġetti kollha moqrija fl-istess ħin (it-trolley jew kontenitur tas-supermarket) u l-konsegwenzi kollha relatati (il-prezz li għandu jitħallas, dikjarazzjoni doganali dettaljata). Fil-Ġappun, diġà huwa possibbli li tintuża sistema bħal din għax-xiri ta' prodotti, li jitħallsu permezz ta' ċipp oħra inkorporata fil-mowbajls (li fil-fatt ikun qed jagħmilha ta' terminal multi-funzjonali).

3.3.3

Fir-rigward tal-loġistika tat-trasport, u b'rabta mal-ġeolokalizzazzjoni, dak li jkun jista' jkun jaf kollox dwar kwalunkwe ordni li tkun qed tiġi proċessata, inkluża l-pożizzjoni ġeografika tagħha, f'ħin reali.

3.3.4

L-Internet tal-Oġġetti huwa preżenti kullimkien. Ta' spiss jissejaħ ukoll “Ambiant Internet” (Internet preżenti kullimkien), fejn l-informazzjoni li tiġi trasmessa mill-qarrejja fi stadji differenti tal-proċess tat-trattament tkun tista' tiġi użata awtomatikament.

3.3.5

F'ċerti applikazzjonijiet, l-oġġetti jikkomunikaw, in-netwerk “jitgħallem” u jista' jieħu deċiżjonijiet adattati, pereżempju fil-każ tal-applikazzjonijiet użati fid-djar bħall-konoxxenza bijometrika tal-persuni (Bio Recognition), il-ftuħ ta' bibien, l-attivazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar id-dar u t-tagħmir tagħha, it-tisħin tad-dar, il-ventilazzjoni, twissijiet marbuta mas-sigurtà għat-tfal, eċċ.

3.3.6

L-aċċess għal ċerti magni jew ċerta informazzjoni jista' jkun iddeterminat permezz ta' apparat li jaqra l-marki tas-swaba' jew li jirrikonoxxi l-għamla tal-oġġett.

3.4   L-ubikwità tan-netwerks u l-ħajja privata, u s-sigurtà

3.4.1

Dawn it-trattamenti, però, jistgħu jżidu b'mod konsiderevoli r-riskji ta' ndħil fil-ħajja privata jew il-kunfidenzjalità tal-ħajja professjonali, indħil fir-relazzjonijiet ta' bejn il-klijenti u l-fornituri ta' beni jew servizzi; it-tħaddim tajjeb tal-“Ambiant Internet” jiddependi mill-fatt li n-netwerks ikollhom kwantità ta' data personali, u allura kunfidenzjali, u strettament privata, bħal fil-każ tal-applikazzjonijiet mediċi.

3.4.2

Hija ħaġa minn awl id-dinja li dak li jkun jitlob li jkun jaf jekk l-istrumenti ġuridiċi Komunitarji marbuta mal-protezzjoni tad-data attwali humiex biżżejjed għan-netwerks tal-futur qrib.

3.4.3

Jekk il-protezzjoni u l-kunfidenzjalità fir-rigward tad-data meqjusa “sensittiva” ma jissaħħux, l-“ambiant network”ikollu l-potenzjalità li jsir strument ta' trasparenza totali għall-individwi (kif inhu diġà fil-każ tal-annimali domestiċi fis-sistema ta' identifikazzjoni Ewropea).

3.4.4

L-ewwel u qabel kollox, hemm bżonn li jiġu ssorveljati l-intersezzjonijiet fejn tinġabar id-data mxerrda billi tiġi rregolata d-data dwar l-oġġetti u tiġi pprojbita d-data dwar l-individwi. It-tixrid tad-data jiddependi mill-fatt li l-ewwel għandu jiġi assigurat li din tkun anonima — b'hekk, l-argumenti ta' dawk li ma jaċċettawx li jagħtu informazzjoni ta' natura soċjoloġika bl-iskuża li qed jipproteġu l-ħajja privata jisfaw fix-xejn. M'hemmx bżonn ta' awtorizzazzjoni minn qabel mill-persuni kkonċernati jekk id-data tkun anonima, u mbagħad tinġabar f'forma ta' statistika qabel ma r-riżultati jiġu ppubblikati.

3.4.5

Id-data kunfidenzjali — li għandha tiġi definita mil-lat ġuridiku — għandha tiġi protetta permezz ta' kkodifikar b'saħħtu ħafna biex l-aċċess ikun awtorizzat biss għall-persuni (jew il-magni) awtorizzati.

3.4.6

Il-kwistjoni tal-ħsara għal saħħet il-bniedem jew tar-riskju marbuta mal-frekwenzi għoljin ħafna (UHF) aktar b'saħħithom li dalwaqt ikunu qegħdin jintużaw b'mod estensiv għadha miftuħa, kif tirrikonoxxi l-Kummissjoni.

3.4.7

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mill-mewġ elettromanjetiku tista' tkun insuffiċjenti wisq għal espożizzjoni permanenti għall-frekwenzi għoljin u frekwenzi għoljin ħafna. L-istudji dwar dan is-suġġett, li ġeneralment saru dwar il-konsegwenzi li jista' jkollhom il-mowbajls fuq is-saħħa tal-utenti, baqgħu inkonklużivi. B'mod urġenti, jinħtieġ li jiżdiedu r-riċerki u jinfirxu fuq ir-riskji u l-kwistjonijiet possibbli qabel ma ċerti tipi ta' tags tal-ġenerazzjoni l-ġdida jiġu żviluppati bla rażan (9).

3.4.8

Għandhom jiġu stabbiliti regoli, jekk possibbli universali, u tal-anqas Ewropej, għall-użu tat-tags tal-RFID, li jagħtu vantaġġ lid-dritt għall-protezzjoni tal-privatezza, f'perspettiva li għandha mnejn tmur lil hinn min-“natural persons” (persuni fiżiċi), peress li l-leġiżlazzjoni attwali hija applikata b'mod inugwali u ma tkoprix is-sitwazzjonijiet kollha relatati mal-użu attwali u futur tat-tags tal-RFID u tal-Internet tal-Oġġetti.

3.5   L-internet tal-ġejjieni

3.5.1

Għalkemm il-previżjonijiet għal perjodu medju dwar l-internet tal-ġejjieni huma possibbli sa ċertu punt, peress li huwa qasam li għaddej minn tibdil kontinwu, jidher li dan it-tip ta' internet ser ikun taħlita ta' Web 3.0 u l-Internet tal-Oġġetti.

3.5.2

Il-biċċa l-kbira tad-diversi komponenti tal-internet tal-ġejjieni jew diġà jeżistu jew qed jiġu raffinati jew implimentati, b'tali mod li dan l-internet il-ġdid dalwaqt ikun jista' jiġi ppreżentat għall-ewwel darba. Il-paradigma l-ġdida tiegħu ser terġa' tiddefinixxi l-pożizzjoni u r-rwol tal-“pervasive networks” (netwerks li huma preżenti kullimkien) f'ħajjet iċ-ċittadini u t-tkabbir ekonomiku fuq skala li diffiċli nikkonċepixxuha minn issa, iżda li tista' twassal għal bidla soċjali kbira u tkun sors — mingħajr preċedent — ta' żvilupp għan-negozji u l-pajjiżi li huma kapaċi jkollhom għarfien tajjeb tal-aspetti kollha tiegħu, fi kliem ieħor, dawk li diġà għamlu l-investiment meħtieġ fir-riċerka, it-taħriġ u l-ħolqien ta' standards u servizzi ġodda. Dan jista' jwassal għal tibdil fil-bilanċi ta' qawwa fil-qasam tal-ekonomija u x-xjenza fil-livell globali. Din hija sfida li l-Ewropa ma tistax tevita.

3.5.3

Fl-aħħar, l-Internet tal-Oġġetti jirrappreżenta fużjoni tad-dinja fiżika u diġitali, u dik reali u virtwali. L-oġġetti intelliġenti (“smart objects”) huma inkorporati b'mod sħiħ fl-“ambient ubiquitous network”, u ser jokkupaw post ferm ikbar milli fin-netwerk parteċipattiv umanist tal-WEB 2.0 li ser isir parti integrali min-netwerk usa' u fuq skala akbar.

3.5.4

Fl-aħħar nett, in-netwerk il-ġdid iqajjem għadd ta' problemi ta' gvernanza minħabba l-iskala u l-kontenut il-ġdid tiegħu, il-ħtiġijiet li jinsabu mijiet ta' eluf ta' ismijiet u l-istandards universali li jkollhom jintużaw. L-RFIDs huma attwalmwent irregolati permezz ta' standards privati u relazzjonijiet kummerċjali b'EPC globali, imma dal-metodu ser jibqa' jkun prattikabbli meta l-internet tal-ġejjieni jkun żviluppat bis-sħiħ?

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  COM(2007) 96 finali, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID) fl-Ewropa: passi lejn qafas ta' politika.

(2)  Ara Towards an RFID policy for Europe (Lejn politika tal-RFID għall-Ewropa), dokumenti ta' seminar, ed. Maarten Van de Voort u Andreas Ligtvoet, 31 ta' Awwissu 2006.

(3)  Pereżempju, l-opinjoni tal-KESE Identifikazzjoni permezz tal-Frekwenza tar-Radju (RFID), rapporteur; is-Sur Morgan, ĠU C 256, 27.10.2007, p. 66 — TEN/293.

(4)  Il-Komunikazzjoni dwar It-tħejjija tal-ġejjieni diġitali ta' l-EwropaStħarriġ ta' Nofs it-Terminu ta' l-i2010 COM(2008) 199 finali.

(5)  Internet protocol version 6.

(6)  Hypertext Transfer Protocol (HTTP) huwa protokoll għall-komunikazzjonijiet għat-trasferiment tal-informazzjoni fuq l-intranet u l-world wide web. L-iskop oriġinali tiegħu kien mezz kif jiġu ppubblikati u misjuba paġni tal-hypertext mill-internet.

(7)  Radio Frequency Identification.

(8)  L-università ta' Stanford waqqfet laboratorju ġdid, il-“Pervasive Parallelism Lab”, iffinanzjat mill-ikbar kumpaniji tal-industrija tal-informatika fl-Istati Uniti, bħall-HP, IBM u Intel.

(9)  Studju xjentifiku Ingliż dwar il-mowbajls li sar fuq medda ta' diversi snin juri li huma innokwi; ir-rapport huwa disponibbli hawnhekk:

http://www.mthr.org.uk


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/63


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Kontenut Kreattiv Onlajn fis-Suq Uniku”

COM(2007) 836 finali

(2009/C 77/16)

Nhar it-3 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

“il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Kontenut Kreattiv Onlajn fis-Suq Uniku”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-16 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Retureau.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'115-il vot favur, vot wieħed kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Id-drittijiet tal-konsumaturi:

1.1.1

Il-KESE japprova l-idea ta' ħarsien tal-konsumatur ta' livell għoli. Għalhekk qed jistenna l-pubblikazzjoni tal-Gwida għall-konsumaturi u l-utenti tas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni.

1.1.2

Fil-fehma tal-KESE, din il-gwida għandha tkopri tal-anqas dawn il-punti li ġejjin:

li tkun żgurata n-newtralità tan-netwerk, sabiex titjieb l-għażla tal-konsumaturi,

li tingħata garanzija tal-ħarsien xieraq tad-data personali, u livell għoli ta' sigurtà għall-ambjent ta' negozju elettroniku,

li jsir kontribut biex jiġu stabbiliti regolamenti volontarji u marki ta' fiduċja fil-kummerċ elettroniku,

li jiġi determinat kif id-drittijiet tal-konsumaturi japplikaw fl-ambjent diġitali, b'mod partikolari d-drittijiet tal-aċċess, is-servizz universali u l-ħarsien mill-prattiki kummerċjali inġusti,

li jiġu stabbiliti parametri ta' kwalità għas-servizzi onlajn,

li titwaqqaf formola sempliċi ewropea onlajn biex issir notifika ta' xi attività qarrieqa,

li tiddaħħal skema onlajn għal soluzzjonijiet tat-tilwim barra mill-qorti.

1.2   L-interoperabbiltà

1.2.1

Il-KESE jixtieq jenfasizza li l-interoperabbiltà hija fattur ta' importanza ekonomika ewlenija u jinnota li l-istandards miftuħa huma ċentali biex tintlaħaq l-interoperabbiltà u jingħata kontribut biex tiġi żgurata s-sigurtà u l-affidabililtà.

1.2.2

In-nuqqas persistenti ta' interoperabbiltà tillimita l-aċċess tal-pubbliku Ewropew għat-teknoloġija, is-servizzi u l-kontenut, iġġiegħlhom iħallsu prezzijiet ogħla għat-tagħmir u fl-istess waqt tillimita l-għażla tagħhom għal dan it-tagħmir u tobbliga lin-nies li jgħaddu mit-tieqa peress li xi partijiet ikkonċernati jieħdu vantaġġ minn differenzi tekniċi biex joħolqu swieq monopolistiċi.

1.2.3

Il-KESE jikkunsidra l-kunċett ta' sistemi tal-ġestjoni tad-drittijiet diġitali li jkunu Ewro-kompatibbli (DRM (1)) huwa inqas utli milli jidher, u joħloq iktar problemi milli jsolvi u jista' jeskludi xi ħallieqa ta' kontenut mid-distribuzzjoni onlajn; barra minn hekk, is-suq tal-kontenut issa huwa globali, kif jidher mill-prattika tat-tqassim f'żoni, li toħnoq il-libertà tal-utent.

1.3

Il-Kumitat jikkunsidra li t-tassazzjoni kważi anarkika ta' kull tip ta' mezz diġitali jew tagħmir tal-memorja, fiha diverġenzi kbar bejn l-Istati Membri, twassal għal distorzjonijiet importanti fis-suq.

1.4

Il-miżuri kriminali u l-proċeduri ta' eċċezzjoni implimentati mill-proposta Olivennes fi Franza huma ħafna iktar mir-rekwiżiti tad-WTO, kif inhuma stabbiliti mill-ftehim ta' Marrakesh. Kif intqal mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Promusicae, l-għażla tal-metodi li jintużaw biex jiġu infurzati d-drittiijiet tal-awtur iridu jkunu kompatibbli mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jrid ikun hemm bilanċ xieraq bejn id-drittijiet, il-libertajiet u l-interessi.

1.5

Għalhekk, il-KESE qiegħed jistenna li jara r-rakkomandazzjoni ppjanata mill-Kummissjoni dwar il-kontenut kreattiv onlajn, sabiex ikun jista' jgħaddi kummenti speċifiċi dwar it-trasparenza (it-tikkettar) u dwar forom ġodda li jistabbilixxu u jiġġestixxu d-drittijiet diġitali fil-livell Ewropew, u li jrawmu u jikkontribwixxu lejn skemi innovattivi biex il-kontenut kreattiv onlajn jinxtered u ssir riċerka dwar l-aktar mezzi effettivi biex jispiċċaw il-kopji illegali għall-użu kummerċjali jew kull forma oħra ta' piraterija.

2.   Il-Proposta tal-Kummissjoni

2.1

L-aspetti ewlenin tal-komunikazzjoni u l-mistoqsijiet tal-Kummissjoni għandhom l-għan li:

jirregolaw u jarmonizzaw is-suq Ewropew għall-kontenut kreattiv onlajn,

jiżviluppaw id-drittijiet tal-awtur u d-drittjiet relatati Ewropej, liċenzjar tad-drittijiet multiterritorjali u ħarsien akbar għad-drittijiet marbuta mal-proprjetà letterarja u artistika,

jiġu stabbiliti DRMs interoperabbli Ewropej, xierqa għat-tagħmir tal-mezzi kkonċernati, b'mod partikolari l-kontenut onlajn,

tiġi garantita s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet u l-ħlasijiet, tiġi miġġielda l-piraterija u l-frodi, biex tikber il-kunfidenza fl-ekonomija diġitali u jitrawwem it-tkabbir tas-servizzi onlajn,

l-ikbar problema fl-orizzont bla dubju ta' xejn tikkonċerna l-ikkuppjar privat, li huwa l-fonti ta' ħafna kontroversji fl-Ewropa, peress li l-liġijiet dwar din il-kwistjoni fl-Istati Membri differenti hija 'l bogħod milli tkun armormizzata.

2.2

Skont id-dokument ta' ħidma tal-persunal ta' 41 paġna tal-Kummissjoni, li ġie ppubblikat b'mod separat mill-Komunikazzjoni u huwa disponibbli biss bl-Ingliż (2), in-natura transkonfinali tal-komunikazzjoni onlajn u l-mudelli l-ġodda tan-negozju meħtieġa mit-teknoloġiji l-ġodda jfissru li l-politiki tal-UE għandhom jippromovu l-implimentazzjoni ta' malajr u effiċjenti tal-mudelli l-ġodda tan-negozju għall-ħolqien u ċ-ċirkolazzjoni tal-kontenut u l-għarfien Ewropew onlajn. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni identifikat bħala “kontenut kreattiv imqassam onlajn”: kontenut u servizzi bħalma huma mezzi awdjoviżivi onlajn (film, televizjoni, mużika u radju), il-logħob onlajn, il-pubblikazzjoni onlajn, kontenut edukattiv kif ukoll kontenut maħluq mill-utent, bħalma huma n-netwerks soċjali, il-bloggs, eċċ.).

2.3

L-għan ewlieni, li kien diġà ġie ddikkjarat fid-dokument bit-titlu i2010 (3), huwa li tiġi stabbilita żona unika Ewropea għall-informazzjoni. Il-problemi li dan id-dokument jiddeskrivi għadhom hemm, u fl-istess waqt, il-pjattaformi tat-tqassim teknoloġiku qed jiddiversifikaw u jespandu.

2.4

Fir-rigward tal-problema tal-kunfidenza fl-ekonomija diġitali, mistoqsija li tibqa' terġa tqum hija dwar l-interoperabbiltà bejn il-hardware, is-servizzi u l-pjattaformi u dak li xi nies iqisu bħala l-kriminalizzazzjoni tas-sistemi tal-iskambju tal-fajls 'bejn il-pari' (P2P) jew BitTorrent u l-impożizzjoni ta' miżuri eżaġerati biex iħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Dawn ma joħolqux klima li trawwem il-kunfidenza. Dan hu aktar minnu minħabba fl-esplożjoni tal-kontenut maħluq mill-utenti, li tagħti dimensjoni ġdida lir-rwol ta' dawk l-utenti fl-ekonomija diġitali. Dan wassal għal numru ta' sfidi għall-politika pubblika f'oqsma differenti bħall-kunfidenza u s-sigurtà.

2.5

L-użu tad-DRM (ġestjoni tad-drittijiet diġitali) huwa kkritikat ħafna mill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, li jikkunsidrawh bħala ksur tad-drittijiet bażiċi tal-konsumaturi. Hemm ukoll riskji għall-ħarsien tad-data u mhux faċli li l-utenti jużawh. Madankollu, xi rappreżentanti tad-DRM jiddefenduh u jgħidu li l-problemi marbuta mal-interoperabbiltà huma kkawżati minn dawk li jimmanifatturaw l-prodotti u dawk li jiddisinjaw is-software.

2.6

Fis-suq globali, l-operaturi tas-suq nazzjonali jridu jħabtu wiċċhom mad-diversità tal-lingwi u l-limitazzjonijiet ta' ċerti swieq, kif ukoll diverġenzi fir-regoli nazzjonali tal-liċenzjar. Il-fornituri tas-servizz tal-internet (ISPs) jappoġġjaw liċenzji u regoli multiterritorjali, iżda oqsma oħra tal-industrija huma fil-parti l-kbira tagħhom kontra dan l-approċċ. Il-liċenzji nazzjonali jgħinu biex ikun żgurat li l-awturi jitħallsu aħjar; għalkemm hemm numru mdaqqas ta' aġenziji li jiġbru d-drittijiet f'aktar minn pajjiż wieħed. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tal-mużika u l-operaturi taċ-ċellulari jixtiequ li l-proċess tal-irkuprar tad-drittijiet ikun issemplifikat.

2.7

L-ISPs jikkritikaw id-differenzi fis-sistemi biex jinġabru d-drittijiet għall-ikkuppjar privat, li huma dejjem iktar ta' piż u kumplessi, kif ukoll tal-ammonti involuti. Dawn il-fornituri għandhom dubji wkoll dwar il-benefiċċju ta' dawn is-sistemi f'dak li jirrigwarda d-DRM.

2.8

In-nuqqas ta' aċċessibbiltà tal-kontenut għad-distribuzzjoni onlajn, il-frammentazzjoni tas-suq u d-diversità konsiderevoli fit-tipi ta' kuntratti għall-użi differenti jagħmluha diffiċli li x-xogħlijiet jitpoġġew onlajn malajr u qed iwaqqfu l-iżvilupp tas-servizzi.

2.9

Id-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni jirrifletti r-riżultati ta' żewġ konsultazzjonijiet u juri l-varjetà ta' pożizzjonijiet li għandhom l-interessi differenti ikkonċernati; Madankollu, il-Kummissjoni tixtieq timbotta l-oqsma (kontroversjali) tal-liċenzjar multiterritorjali u d-drittijiet tal-awtur Ewropej, iżżid l-użu tad-DRM interoperabbli b'mod partikolari u tara li sseħħ it-tkomplija ta' suq Ewropew ġenwin, li jinkludi l-firxa sħiħa tal-kulturi.

2.10

L-għan hu li tiżgura li s-suq tal-kontenut Ewropew onlajn (li jkopri l-mużika, iċ-ċinematografija, il-logħob, eċċ) jikber għal erba' darbiet sa' l-2010, bi dħul li jikber miċ-ċifra ta' EUR 1.8 biljun fl-2005 għal EUR 8.3 biljun.

3.   Kummenti

3.1

Il-Kumitat huwa konxju mill-fatt li l-Internet jippermetti l-ġbir diġitali jew it-tqassim tal-merkanzija u s-servizzi b'metodi li jiksru d-drittijiet tal-awtur u d-distributuri tal-kontenut kreattiv onlajn fuq il-proprjetà immaterjali. Huwa konxju wkoll mill-indħil fil-privatezza tan-nies u l-forom ġodda ta' frodi li qed jaffettwaw lin-negozji u lill-individwi.

3.2

Il-mużika kontemporanja u dejjem aktar, ix-xogħlijiet awdjo-viżivi u s-software ta' kull tip huma x-xogħlijiet li l-aktar jiġu ċċirkulati b'mod illegali. Dan il-fenomenu nfirex ħafna meta d-distributuri kienu għadhom ma pproponewx xi mudell tan-negozju li kien iqis il-possibbiltajiet il-ġodda ta' infrazzjoni immaterjali tad-drittijiet tal-proprjetà. Kien hemm bżonn ukoll li l-addoloxxenti jiġu edukati dwar l-użu tal-internet, iżda l-ebda istituzzjoni ma' ħadet din l-inizjattiva u dan it-tip ta' edukazzjoni għadu mhux adegwat.

3.3

Xi minn daqqiet l-ewwel reazzjonijiet kienu estremi u xi kultant, f'każijiet iktar rari, laxki. B'mod ġenerali, id-distributuri daħħlu mekkaniżmi li jwaqqfu l-ikkuppjar (l-hekk imsejħa “DRMs”), fl-istess żmien tat-talba għal kumpens finanzjarju għal dawk li għandhom id-drittijiet u miżuri ta' penali li huma deterrent b'saħħtu, iżda li fil-prattika mhumiex applikabbli minħabba li l-frodi hija mifruxa ħafna, ħlief fil-każijiet ta' falsifikar massiv, prinċipalment mill-Ewropa tal-Lvant u l-Ażja. Numru żgħir ta' nies inqabdu biex iservu ta' eżempju, iżda ma kienx possibbli li wieħed jivvaluta l-impatt reali ta' dan l-eżempju minħabba fin-nuqqas ta' studji indipendenti u data realistika dwar il-ħsara li jagħmel l-iffalsifikar.

3.4

Madankollu, il-Kumitat jesprimi s-sorpriża tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni li toħloq DRMs interoperabbli “Ewropej” għall-kontenut imqassam onlajn. Fir-rigward tal-mużika, diġà hemm miljuni ta' siltiet mużikali li huma disponibbli fuq siti kummerċjali mingħajr id-DRMs, li huma mistennija li jisparixxu wara ċertu żmien. Il-kumpaniji tad-distribuzzjoni qed jiddiżinjaw varjetà ta' sistemi ta' distribuzzjoni għal din il-kategorija ta' kontenut, li jinkludu l-possibbiltà li tisma' direttament mingħajr ma tkun tista' tikkopja, jew arranġamenti li permezz tagħhom ikun jista' jitniżżel ċertu ammont ta' xogħlijiet, jew kontenut b'xejn li jiġi kkumpensat minn reklamar “obbligatorju” eċċ.

3.5

Mekkaniżmi ta' ħarsien fiżiku għall-mezzi, jew anke terminali bla fil, issa qed jidhru bħala ostakli għall-“użu ġust” aktar milli ħarsien effettiv kontra l-piraterija. Dawn jistgħu jirriżultaw ukoll f'integrazzjoni vertikali li hi kontra l-kompetizzjoni (siti, kodiċi tal-proprjetà b'xi telfien fil-kwalità, players dedikati: sistemi tad-distribuzzjoni Apple bil-kodiċi AAC u players bħalll-iPod jew l-iPhone). Forma komuni ta' ħarsien, b'mod partikolari għas-software jew il-logħob u numru ta' pubblikazzjonjiiet onlajn, hija bbażata fuq ċavetta diġitali ta' aċċess, li x-xerrej jirċievi wara li jkun ħallas għal kull unità jew għall-abbonament għal perjodu ta' żmien; Din hija sistema effikaċi b'mod raġonevoli u li diġà tintuża ħafna.

3.6

Il-Kumitat jemmen li d-DRMs diġitali integrati u interoperabbli huma skaduti fil-prattika; żgur li jkun preferibbli li jiġu studjati l-iżviluppi fis-setturi differenti fis-swieq tal-kontenut onlajn, li jidhru li jistgħu jwasslu għall-ħarsien tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, ibbażati b'mod partikolari fuq kodiċi xierqa ta' kondotta u mudelli ta' negozju (4) li jkunu realistiċi, aktar milli tintuża l-inizjattiva Ewropea biex sitwazzjoni li hi transitorja u li qed tinbidel malajr tiġi sfurzata ġo qafas riġidu.

3.7

B'referenza għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, il-ftehimiet internazzjonali u l-konvenzjonijiet attwali jiffurmaw bażi legali li fil-prinċipju hija komuni għall-Istati Membri u r-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi. Madankollu, id-differnzi jippersistu minkejja l-liġi tal-Komunità. Il-proposta għal “drittijiet tal-awtur Ewropej” għas-suq intern ukoll twassal biex il-ħarsien ikun awtomatiku fl-Istati Membri kollha, ladarba dawn id-drittijiet jiġu rikonoxxuti f'wieħed minnhom, u b'hekk ikun iggarantit ħarsien uniformi.

3.8

Fl-era tal-internet u s-soċjetà tal-għarfien, huwa ta' importanza vitali li jintlaħaq bilanċ ġenwin bejn l-interess ġenerali u l-interess privat. Huwa imperattiv li l-awturi u d-distributuri jirċievu ħlas ġust. Il-qarrejja, is-semmiegħa u l-utenti jridu jkunu jistgħu jagħmlu użu raġonevoli minn kontenut li jiksbu b'mod leġittimu fid-dar, fil-libreriji jew għat-tagħlim, fl-istabbilimenti edukattivi.

3.9

Hemm bżonn li jiġi rikonoxxut li f'numru ta' pajjiżi teżisti sistema ta' liġi kriminali li hi rigoruża, li tipproteġi d-drittijiet tal-awtur u timponi sanzjonijiet eżorbitanti kontra l-individwi li ma jkollhomx liċenzja, filwaqt li l-użu privat u d-drittijiet tal-ikkuppjar ġew limitati; madankollu, filwaqt li l-metodi polizjeski imposti fuq il-fornituri tas-servizzi tal-internet jistgħu jkunu utli fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, jidhru sproporzjonati u jistgħu jiksru d-dritt tal-privatezza f'qafas legali li jkun għal kollox favur id-distributuri. Fl-aħħar mill-aħħar, dan it-tip ta' liġi jista' tiġi kkontestat quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, li tissorvelja r-rispett tal-privatezza. Min-naħa tagħha il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Lussemburgu tappella lill-partijiet ikkonċernati biex jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità u jilħqu bilanċ bejn id-drittijiet differenti li jiġu milquta (is-sentenza Promusicae).

3.10

Barra minn hekk, xi pajjiżi, ta' spiss l-istess pajjiżi, jimponu taxxa fuq kull tip ta' mezz diġitali, billi jqisuhom bħala għodod għall-piraterija, hu x'inhu l-użu li huma intenzjonati għalih. Għalkemm din ta' spiss tissejjaħ “taxxa fuq l-ikkuppjar privat”, tiġġenera dħul konsiderevoli li jinqasam b'mod li huwa 'l bogħod milli jkun trasparenti. Dan l-approċċ, li jpoġġi kull forma ta' kkuppjar privat jew ġust fl-istess keffa tal-ksur tad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati huwa speċjalment intollerabbli għall-utenti onesti tal-ICT, li fil-fatt huma l-maġġoranza vasta, u għall-kumpaniji li jużawhom għall-skopijiet oħra li m'għandhomx x'jaqsmu mal-ikkuppjar tal-kanzunetti pop jew il-logħob. Dawn it-taxxi tal-anqas għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati mal-ispejjeż reali tal-ħżin ta' unitajiet diġitali (perċentwali tal-prezz tal-bejgħ tat-tagħmir, diviż bil-kapaċità totali tiegħu f'Gigabytes, pereżempju, peress li ġew osservati distorzjonijiet notevoli fl-ipprezzar tat-tagħmir ta' ħżin).

3.11

Id-drittijiet tal-partijiet differenti milquta jridu jiġu rrispettati, iżda anke d-direttivi fis-seħħ kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità kif ġie ddikkjarat b'mod ċar mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Promusicae (5).

4.   Kummenti oħra tal-Kumitat

4.1

Il-Kumitat jaqbel mal-fehma li l-interoperabbiltà, li għandha importanza kruċjali għall-kompetizzjoni ħielsa tista' tinkiseb biss meta l-konsumaturi jkunu jistgħu jużaw kwalunkwe tagħmir li jagħżlu biex jaqraw il-kontenut tagħhom. L-unika soluzzjoni għal din il-problema hi li l-kontenut ikun “open source encoded” u għalhekk ikun aċċessibbli b'mod universali. Madankollu, is-sistemi kollha tad-DRM, b'mod awtomatiku ma' jħallux li l-kontenut jinqara minn xi tagħmir, hardware jew software li ma ġiex awtorizzat b'mod espliċitu minn min jippubblika d-DRMs. Minnhom infushom, id-DRMs jiddependu mis-segretezza tal-format magħluq tagħhom, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom mhumiex pubblikament aċċessibbli. Sistemi li mhumiex awtorizzati jew ċċertifikati minn dawk li jippubblikaw id-DRMs qed jiġu esklużi milli joffru xi tip ta' kompetizzjoni. Barra minn hekk, s'issa ma jeżisti l-ebda DRM “open source”. Din is-soluzzjoni tkun tenħtieġ l-implimentazzjoni ta' sistemi kumplessi ta' liċenzjar trasverali u numru ta' ħallieqa tal-kontenut jistgħu jisfaw esklużi mis-suq, għaliex, pereżempju ma jkunux użaw DRM. Setturi sħaħ fl-isfera tal-ħolqien tal-kontenut diġitali, fosthom istituzzjonijiet xjentifiċi, ċentri ta' riċerka u universitajiet, kif ukoll software u kontenut b'xejn maħluq b'liċenzji alternattivi jiġu esklużi minn kwalunkwe suq li jippermetti biss kontenut kummerċjali. Dan jidher li mhuwiex kompatibbli mas-soċjetà tal-informazzjoni u l-għarfien li l-Ewropa tixtieq li tkun il-pijuniera tagħha.

4.2

L-ebda waħda minn dawn l-approċċi mhi sodisfaċenti, pereżempju għax-xogħlijiet u l-kontenut importati minn pajjiżi terzi għal ġol-Ewropa jew għall-esportazzjoni mill-Ewropa. Kwalunkwe skema Ewropea ta' DRM ibbażata fuq is-software għalhekk ikollha tkun kompatibbli ma' dawk użati fis-swieq esterni, li spiss huma ħafna aktar attivi fis-settur awdjoviżiv. L-iskemi DRM jiftħu l-bibien għal atteġġjamenti li jmorru kontra l-kompetizzjoni u tentattivi ta' integrazzjoni vertikali fis-settur multimedjatiku. Eżempju ta' dan huwa l-iTunes tal-Apple, li juża skema u kodiċi ta' proprjetà DRM, li fil-prattika jġiegħlu lill-utenti jużaw player iPod jew iPhone.

4.3

Jekk tinkixef biss l-API (l-interface gћal programmi applikattivi) ta' skema tad-DRM ibbażata fuq is-software u mhux is-source programme kollu, li tista' tkun tentazzjoni kbira għal xi fornituri, dejjem ser jibqa' r-riskju li l-interoperabbiltà ġenwina tkun impossibbli.

4.4

Il-pirati malajr jiskopru kif jistgħu iduru jew jirriproduċu kwalunkwe sistema ta' ħarsien, tant li l-fornituri tal-kontenut m'għadhomx jafdaw l-iskemi tad-DRM u qed ifittxu mudelli ta' distribuzzjoni kummerċjali ġodda, bħalma huma l-abbonamenti b'rata fissa, is-smigħ bla ħlas imma jkun hemm ħlas biex jitniżżel il-kontenut, l-inklużjoni tar-reklamar eċċ. Ikun aħjar li s-suq jiġi fdat milli li tgħaddi liġi ta' malajr li tkun imħawda, kif ġara fi Franza fejn numru ta' liġijiet li ħarġu wara xulxin wasslu għal interpretazzjonijet kuntradittorji fil-qrati. Il-pressjoni mil-kumpaniji tad-diski ewlenin (ħamsa globali “ewlenin” jiddominaw l-industrija tal-mużika, u sitta jew seba' s-settur awdjo-viżiv) s'issa kien fattur ewlieni biex iħajjar lil xi pajjiżi jabbandunaw id-dritt tal-ikkuppjar privat u l-kriminalizzazzjoni tal-qsim tal-fajls bejn l-individwi. Il-proposta ta' liġi reċenti fi Franza waqgħet f'din in-nasba ta' regolamentazzjoni eċċessiva.

4.5

Kif stqarr il-Kumitat f'opinjonijiet preċedenti, il-liġijiet kriminali għandhom japplikaw biss għal falsifikazzjoni għal skopijiet kummerċjali (produzzjoni u distribuzzjoni, pereżempju minn organizzazzjonijiet kriminali). F'xi Stati Membri, huwa faċli ħafna, anke f'suq miftuħ, li takkwista kopji ta' software, mużika u materjal tal-video kkuppjati. Teżisti industrija Ewropea tal-piraterija, iżda ħafna mill-kopji jiġu mill-Ażja. Għandha tingħata prijorità lill-isforzi li jolqtu u jippenalizzaw il-falsifikazzjoni li ssir fuq skala kbira għal skopijiet kummerċjali u li tiġi żviluppata l-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-qrati bil-ħsieb li netwerks kriminali internazzjonali jiżżarmaw.

4.6

B'referenza għall-qsim, speċjalment fost l-addoloxxenti, għandha tingħata prijorità lill-kampanji li jippubbliċizzaw il-ħtieġa li l-awturi u l-produtturi jirċievu ħlas ġust (b'mod partikolari l-awturi, li jirċievu l-iżgħar sehem mid-dħul) u li jippromwovu l-edukazzjoni ċivika.

4.7

Il-qsim ta' fajls fuq skala kbira mhux bilfors jinvolvi fajls li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur. Jista' jkun qed isir il-qsim u l-pubblikazzjoni ta' kontenut b'xejn imħallat (riżultati ta' esperimenti xjentifiċi u studji jew xogħlijiet li jkunu qed jiġu ppreżentati għal-liċenzji tal-ikkuppjar u d-distribuzzjoni illimitata).

4.8

Madankollu, skont il-proposta ta' liġi li qed tiġi diskussa fi Franza, in-netwerk kollu jrid jiġi ssorveljat, bil-ħażna fit-tul tad-data personali tal-utenti tal-internet. Din id-data tkun aċċessibbli għar-rappreżentanti tal-kumpaniji ewlenin tad-diski. Madankollu kieku kellha tiddaħħal sistema ta' dan it-tip, l-aċċess għad-data għandu jkun limitat għall-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom mandat xieraq mill-qorti.

4.9

Id-dritt għall-ikkuppjar privat isir eċċezzjoni kkontrollata minn ħafna restrizzjonijiet li jkunu stabbiliti f'“kuntratti” li jfasslu l-fornituri tal-kontenut, li jużaw lingwaġġ ambigwu u inkompatibbli mal-prattika komuni tax-xiri impulsiv.

4.10

Fil-prattika huma biss il-ħallieqa u d-distributuri professjonisti biss li jiggwadanjaw minn dan it-tip ta' ħarsien eċċessiv, u ma hemm l-ebda ħarsien speċifiku għall-produtturi individwali, artisti mhux magħrufa jew dawk li jużaw liċenzji alternattivi (jeżistu madwar ħamsin tip ta' liċenzji, fosthom il-GPL, l-LGPL u l-creative commons), għalkemm dawn il-liċenzji huma ggvernati mid-drittijiet tal-awtur u mhux bilfors huma b'xejn. L-unika soluzzjoni disponibbli għal dawn tal-aħħar tkun li jieħdu azzjoni legali għall-iffalsifikar u dan iwassal għal inugwaljanza kbira bejn it-trattament legali tad-distributuri multinazzjonali l-kbar u dak tal-kumpaniji ż-żgħar jew l-individwi.

4.11

Il-Kumitat iqis li l-prinċipju bażiku tal-liġijiet irid ikun il-ħarsien tal-konsumaturi bona fide u l-ħlas ġust tal-ħallieqa tal-kontenut.

4.12

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' liċenzji li nkisbu b'mod legali u l-aċċess għad-data personali mir-rappreżentanti tal-kumpaniji tad-diski ewlenin huma ta' detriment għall-iskop li jrid jintlaħaq, peress li dawk li jiffalsifikaw il-prodotti għal skopijiet “kummerċjali” jkunu jistgħu jegħlbu l-ostakli tekniċi kollha u jaħbu dak li jagħmlu fin-netwerk. Huwa biss il-qsim ta' fajls (legali jew illegali) mill-utenti tal-internet għall-ebda skop kummerċjali li jkun disponibbli għas-sorveljanza. Huwa veru li ħafna minn dan il-qsim huwa illegali u għandu jiġi miġġieled permezz ta' mezzi li huma adattati għal fenomenu li huwa mifrux ħafna. Ftit kastigi “ta' eżempju” u l-pubbliċità li tirriżulta bil-ħsieb li tiskoraġġixxi ċerti utenti tal-internet mhux biżżejjed, peress li statistikament il-possibbiltà li wieħed jinqabad huma minimi u dan ma jinkwetax, pereżempju lill-addoloxxenti li mhumiex konxji tal-ħsara li jkunu qed jagħmlu lill-artisti favoriti tagħhom.

4.13

Il-ħżin fit-tul mill-ISPs tad-data personali tal-utenti tal-internet hija vjolazzjoni kbira tal-privatezza tagħhom. Żgur li dan il-ħżin huwa assolutament meħtieġ biex jiġu infurzati d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, jew fil-fatt huwa sproporzjonat għall-iskop li jrid jintlaħaq? Dawn id-drittijiet huma tant assoluti li jeħtieġu l-vjolazzjoni permanenti tal-privatezza tal-utenti kollha tal-internet?

4.14

Din id-data maħżuna forsi tista' tintuża fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, iżda l-utenti tal-internet għandu jkollhom garanziji legali dwar il-kunfidenzjalità tal-konnessjonijiet tal-internet li jużaw. Però din tista' titneħħa fl-interess ġenerali minn awtorità li tkun kisbet mandat xieraq, għal skop speċifiku limitat mit-termini tal-ordni tal-qorti.

4.15

L-użu tad-data għall-ġbir tal-informazzjoni u għal skopijiet analitiċi jista' jiġi awtorizzat taħt ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari dik tal-anonimità. Mill-banda l-oħra, fajls bl-isem li jagħmlu cross-referencing, il-ġbir ta' data li tinkludi l-isem għall-iskop ta' profili biex ir-reklamar ikun aktar effiċjenti, u l-ħżin u r-rabta ta' din id-data mal-lista ta' kliem ewlenin mill-magni tat-tfittxija, u prattiki oħra li diġà qed jintużaw (u li l-aktar li jgawdu minnhom huma l-kumpaniji tad-diski l-kbar u kumpaniji kbar oħra), għandu jiġi projbit, peress li huma forma ta' ndħil fil-privatezza.

4.16

F'ħafna pajjiżi jiġu imposti taxxi fuq il-mezzi kollha tad-data, fissi jew bla fil, għall-benefiċċju esklussiv ta' dawk li għandhom id-drittijiet (speċjalment drittijiet fuq kontenut awdjo-viżiv), anke fuq mezzi li mhumiex intiżi għal dak l-iskop. B'din is-sistema, kull min juża mezz diġitali qed jitqies bħala pirata potenzjali. Ċerti kategoriji ta' utenti għandhom ikunu eżentati, inklużi l-kumpaniji. Mill-banda l-oħra l-fornituri tal-aċċess tal-broadband, li l-iżvilupp tan-netwerks tagħhom huwa dovut, tal-anqas parti minnu, għall-użu potenzjalment illegali, jistgħu jiġu ntaxxati b'rata relattivament baxxa, imma li tkun marbuta mal-volum tat-traffiku bejn l-individwi, sabiex jikkontribwixxu lejn id-dħul tad-drittijiet tal-awtur u l-promozzjoni tal-kontenut ġdid. Ħlief għall-ispejjeż ta' ġbir u redistribuzzjoni, l-Istati m'għandhomx idaħħlu d-dħul minn dawn it-taxxi.

4.17

Eżempji ta' ġestjoni tad-drittijiet mill-Iskandinavja, b'mod partikolari l-Isvezja, għandhom ikunu ppreferuti mis-suċċessjoni ta' liġijiet u proposti Franċiżi, li mhumiex ibbilanċjati u konvinċenti bħala mezz biex jassistu lill-artisti żgħażagħ u n-negozji żgħar u ta' daqs medju.

4.18

Wara perjodu raġonevoli li waqtu jiġu ggarantiti d-drittijiet esklussivi, tiddaħħal sistema globali, kif inhi l-prattika fl-Isvezja.

4.19

Waqt id-diskussjoni tiegħu fuq l-abbozz tad-direttiva dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IP-LAP: Proprjetà industrijali, proprjetà litterarja u artistika, u drittijiet oħra relatati jew ad hoc rikonoxxuti u mħarsa fl-UE), il-Kumitat appella għal approċċ sod imma meqjus fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar għal skopijiet kummerċjali.

4.20

Min-naħa tiegħu, fil-Ftehim dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, id-WTO wissa kontra l-abbuż tal-proprjetarji tad-drittijiet li jistgħu jżommu l-kompetizzjoni jew ma jkunux konformi mal-interessi ġenerali.

4.21

“Objettivi: il-ħarsien u l-infruzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika u t-trasferiment u d-disseminazzjoni tat-teknoloġija, għall-vantaġġ reċiproku tal-produtturi u l-utenti tal-għarfien tat-teknoloġija u b'mod li jwassal għall-ġid soċjali u ekonomiku, u għall-bilanċ tad-drittijiet u l-obbligi”.

4.22

“Prinċipji: ... 2. Miżuri xierqa, sakemm ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, jistgħu jkunu bżonnjużi biex iwaqqfu l-abbuż tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mill-proprejtarji tad-drittijiet jew li jkun hemm prattiki li jżommu l-kummerċ b'mod irraġonevoli jew li jaffettwaw b'mod ħażin it-trasferiment internazzjonali tat-tekonoloġija”.

4.23

Il-kummenti t'hawn fuq mill-Kumitat li diġà qegħdin fl-Opinjoni tal-KESE tad-29 ta' Ottubru 2003 (6) dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri u l-proċeduri li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu infurzati huma konformi mal-objettivi TRIPS (Artikolu 7) u l-prinċipji li fuqhom huma bbażati (Artikolu 8(2)): dawn għandhom jiddaħħlu fil-premessa tad-direttiva, peress li l-penali possibbli ma jistgħux jiġu disassoċjati mill-liġi sustantiva, u l-abbużi potenzjali mid-drittijiet IP-LAP mill-proprjetarji tad-drittijiet m'għandhomx jiġu injorati” (7).

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Digital Rights Management (terminu li hu “politikament korrett” li jfisser software jew tagħmir tekniku li ma jippermettix l-ikkuppjar.

(2)  COM(2007) 836 finali, Brussell, 3.1.2008 SEC(2007) 1710 Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni.

(3)  “i2010 — Soċjetà Ewropea tal-Informazzjoni għat-Tkabbir u l-Impjieg” (COM(2005) 229 finali).

(4)  Il-fatt li l-mużika tinbiegħ fuq l-internet bl-istess prezz tas-CDs fil-ħwienet iwassal għal qliegħ żejjed għall-produtturi, li ma jħeġġiġx lil dawk milquta li jfittxu mudelli aktar realistiċi li jagħtu kas tal-ispejjeż u marġni ta' profitt raġonevoli.

(5)  SENTENZA TAL-QORTI (Awla Magna) 29.1.2008 fil-każ C 275/06, Referenza għas-sentenza preliminari.

Il-qorti (Awla Magna) 29.1.2008, tiddeċiedi li:

“Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta' Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta' Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ma jirrikjedux lill-Istati Membri li, f'sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jistabbilixxu l-obbligu li data personali tiġi kkomunikata bil-għan li tiġi assigurata l-protezzjoni effettiva tad-dritt tal-awtur fil-kuntest ta' proċeduri ċivili. Madankollu, id-dritt Komunitarju jeżiġi li, fit-traspożizzjoni ta' dawn id-direttivi, l-Istati Membri jaraw li jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni tagħhom li tippermetti li jiġi assigurat bilanċ ġust bejn id-diversi drittijiet fundamentali protetti mis-sistema legali Komunitarja. Sussegwentement, meta jiġu implementati l-miżuri ta' traspożizzjoni ta' dawn id-direttivi, l-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri, mhux biss għandhom jinterpretaw id-dritt nazzjonali tagħhom b'mod konformi ma' dawn id-direttivi stess, iżda għandhom jaraw ukoll li ma jibbażawx ruħhom fuq interpretazzjoni tagħhom li tkun kunfliġġenti mal-imsemmija drittijiet fundamentali jew mal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt Komunitarju, bħall-prinċipju ta' proporzjonalità”.

(6)  ĠU C 32, 05.02.2004, p. 15 (mhux disponibbli bil-Malti).

(7)  Il-Ftehim TRIPS li huwa parti mill-Anness 1C tal-Ftehim stabbilit bejn l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) iffirmat f'Marrakesh nhar il-15.4.1994 u approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22.12.1994 dwar il-konklużjoin f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, p. 1) għandu t-titlu “Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali”. Din il-parti fiha Artikolu 41(1), li jiddikkjara: “Il-Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' infurzar kif speċifikat f'din il-Parti jinstabu fil-liġijiet tagħhom sabiex jippermettu azzjoni effettiva kontra kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jinsabu b'dan il-Ftehim, fosthom rimedji bla dewmien biex iwaqqfu l-ksur u rimedji li huma ta' deterrent għal ksur ulterjuri. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu applikata b'mod li jevitaw il-ħolqien ta' ostakli għall-kummerċ leġittimu u jipprovdu salvagwardji kontra l-abbuż tagħhom” (traduzzjoni libera).


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/69


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur”

COM(2008) 134 finali — 2008/0055 (COD)

(2009/C 77/17)

Nhar l-4 ta' April 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 80(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

“It-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-16 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Retureau.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'mod unanimu.

1.   Proposti tal-Kummissjoni

1.1

Il-Kumitat intalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-emendi li l-Kummissjoni qed tipproponi li jsiru fid-Direttiva tal-2005 dwar il-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat mill-vapuri. Dawn l-emendi qed isiru bil-għan li tibda tiġi rispettata l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tar-reati ambjentali rigward il-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet Komunitarji, l-effettività tal-liġi Komunitarja, u l-preċedenza tat-TKE fuq it-TUE f'dak li għandu x'jaqsam mal-politiki u l-objettivi Komunitarji li huma stipulati fit-Trattati.

2.   Kummenti ġenerali

2.1

Il-Kumitat jerġa' jinnota li fit-Trattati, fil-prinċipju, il-Komunità ma' tingħata l-ebda kompetenza fil-qasam kriminali.

2.2

Madankollu, il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb l-effettività tal-liġi Komunitarja — li fuqha għandha s-setgħa tal-inizjattiva — biex tmexxi tajjeb il-politiki stabbiliti fit-TKE li huma fil-kompetenza tagħha. Għal dan il-għan, fl-inizjattivi leġiżlattivi tagħha l-Kummissjoni tista' tipproponi li fil-liġi nazzjonali l-gvernijiet jistipulaw sanzjonijiet proporzjonati, effettivi u dissważivi, anke ta' natura penali, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi meta dawn iwettqu reati kontra l-ambjent, apposta jew bi traskuraġni serja, direttament jew bħala kompliċi, jew meta dawn jistigaw tali reati, u b'hekk tkun iġġustifikata l-applikazzjoni ta' dawn is-sanzjonijiet penali.

2.3

Fl-opinjoni preċedenti tiegħu (1), il-Kumitat ikkritika l-proposti eċċessivi tal-Kummissjoni b'rabta mal-ambitu tal-kompetenzi tal-Komunità fil-qasam kriminali, u appoġġja interpretazzjoni iktar moderata li fl-aħħar mill-aħħar irriżulta li hija perfettament konformi mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (2). Mis-sena 2000 'l hawn intilef ħafna żmien f'kunflitt interistituzzjonali li issa ssolva b'mod ċar, u bis-saħħa ta' dan tista' tiġi assigurata iktar konformità mal-liġijiet ambjentali fil-futur.

2.4

Il-biża' li l-emendi tat-Trattati ser iwasslu għal tibdil fil-kompetenzi u bħala riżultat ta' dan għal tibdil fil-leġiżlazzjoni, li għaldaqstant ser issir inqas stabbli u ċerta, ma jidhirx li hija ġġustifikata, la fid-dawl tas-sitwazzjoni istituzzjonali attwali u lanqas bl-applikazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona. Ikun xi jkun il-każ, ma jidhirx li l-Istati Membri huma lesti jitilfu l-kompetenzi tagħhom fil-qasam kriminali billi dawn huma kkunsidrati bħala kompetenzi sovrani u huma parti kruċjali mis-setgħa tal-Istati. Lanqas bidla fil-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet leġiżlattivi, li ma tkunx radikali daqs kemm wieħed kien jistenna li sa tkun, ma tiġġustifikata ipso facto bidla fundamentali fil-liġi.

2.5

Barra minn hekk, fil-kawża C 308/2006, li tressqet quddiem il-Qorti rigward il-legalità tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 fid-dawl tad-dritt internazzjonali pubbliku, il-Qorti rrifjutat il-kompetenza tagħha u b'hekk temmet it-tilwima li tqajmet. Fil-fatt, anke quddiem qrati internazzjonali oħra mhux ser ikun possibbli li jissolva dan il-każ minħabba raġunijiet legali u politiċi li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din l-opinjoni. U anke jekk xi qorti taċċetta li tagħti l-opinjoni konsultattiva tagħha dwar l-abbozz ta' liġi Komunitarja, dan mhux biżżejjed biex jannulla d-deċiżjoni tal-leġiżlatur Komunitarju li huwa appoġġjat mis-supremazija interna tal-liġi tiegħu fir-rigward tal-liġijiet nazzjonali u tal-liġi internazzjonali u, barra minn dan, mhuwiex marbut bil-liġi internazzjonali.

2.6

Għalhekk, b'konformità sħiħa mal-ġurisdizzjoni Komunitarja, il-proposta dwar it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri ssejjaħ lill-Istati Membri biex jikkastigaw in-numru limitat ta' reati li huma identifikati fl-istess proposta, u biex jistabbilixxu u jintroduċu sanzjonijiet penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-liġi kriminali tagħhom sabiex jiġġieldu dan il-ksur tal-liġi li huwa stipulat b'mod ċar fil-liġi Komunitarja.

2.7

Għalkemm l-għan mhuwiex li tiġi armonizzata l-liġi kriminali applikabbli, iżda li l-Istati Membri jiġu mistiedna jikkwalifikaw u jippenalizzaw il-ksur tal-liġi li jidentifika l-leġiżlatur Komunitarju, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tippermetti l-introduzzjoni ta' obbligi għall-Istati Membri fil-qasam kriminali. Dan huwa mezz iktar effikaċi ta' kif jistgħu jissaħħu l-liġijiet Ewropej u ta' kif tissaħħaħ il-konformità magħhom fir-rigward tal-kwistjonijiet ewlenin.

2.8

Għaldaqstant, il-Kumitat jilqa' u jappoġġja l-proposta li temenda d-Direttiva tal-2005, u jqis li bil-għajnuna tas-sistemi l-ġodda ta' identifikazzjoni u ta' monitoraġġ tal-vapuri li ser jitwaqqfu bil-mod il-mod ser tkun tista' tiġi assigurata l-konformità sħiħa tal-vapuri billi jiġu ppenalizzati l-prattiki illegali b'mod effettiv u sistematiku.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  ĠU C 220 tas-16.9.2003, p. 72.

(2)  Ara s-sentenza tal-Qorti tat-23 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej appoġġjata mill-Parlament Ewropew kontra l-Kunsill, kawża nru C 440/05.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/70


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq”

COM(2008) 151 finali — 2008/0062 (COD)

(2009/C 77/18)

Nhar it-13 ta' Mejju 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 71(1)(ċ) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

“Il-proposta għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-16 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Simons.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u fit-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'unanimità.

1.   Konklużjonijiet

1.1

Fil-proposta għal Direttiva, il-Kummissjoni tistabbilixxi ċerti proposti sabiex ir-reati tat-traffiku mwettqa fit-toroq ta' Stat Membru differenti minn dak li fih tkun irreġistrata l-vettura kkonċernata jiġu segwiti u kkontrollati b'mod iżjed effiċjenti u effettiv.

1.2

Hija tippreżenta din il-proposta sabiex tkun tista' tilħaq l-objettiv stabbilit għall-perijodu 2001-2010 li jitnaqqas bin-nofs in-numru ta' persuni li jmutu kawża ta' inċidenti tat-traffiku.

1.3

Dan l-għan ma jistax jintlaħaq sakemm ma jittiħdux miżuri komplimentari. It-test ta' din l-opinjoni jinkludi miżura waħda u huwa ffukat fuq it-trattament marbut ma' dawn ir-reati tat-traffiku li jseħħu fi Stat Membru li ma jkunx irreġistra l-vettura msemmija.

1.4

Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-abbozz tad-Direttiva joffri strument effiċjenti għal approċċ adegwat b'rabta mal-ksur tar-regoli tat-traffiku f'pajjiż li jkun differenti minn dak fejn tkun ġiet irreġistrata l-vettura. Azzjoni bħal din għalhekk għandha tkun akkumpanjata minn kontrolli u sanzjonijiet effettivi u effikaċji u l-Kumitat jappella lill-Kunsill sabiex jagħmel titjib rigward dan il-punt.

1.5

Il-Kumitat iħoss li sabiex id-Direttiva tkun iżjed effettiva, il-lista ta' reati proposti mill-Kummissjoni għandha tiġi estiża sabiex tinkludi r-reati kollha li jolqtu t-titjib tas-sikurezza fit-toroq.

1.6

Għal raġunijiet ta' effiċjenza u effettività, il-Kumitat iħoss li għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni, ikun għaqli jekk jintuża netwerk elettroniku eżistenti; hawnhekk, tista' tiġi kkunsidrata s-sistema Eucaris, li mhijiex sistema li tiswa ħafna flus. Għalhekk jagħti parir lill-Kummissjoni li twettaq hi stess — jew tqabbad lil xi ħadd iwettaq — studju ta' probabilità dwar il-possibilità li jiġu żviluppati s-sistemi eżistenti billi jiġi inkorporat l-iskambju ta' data ppjanat.

1.7

Fir-rigward tal-penaltajiet tar-reati, il-Kumitat jissuġġerixxi wkoll li għandhom jitqiesu elementi bħal-liċenzji tas-sewqan bil-punti, is-sekwestru tal-vettura u t-teħid temporanju tal-liċenzja, li jistgħu jiġu imposti jew le flimkien mal-pieni.

1.8

Il-Kumitat jaħseb li sabiex l-azzjoni tkun waħda effiċjenti, ikun tajjeb li l-proposta għad-Direttiva tantiċipa li kull Stat Membru jaħtar awtorità ċentrali li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tar-regoli.

1.9

Il-Kumitat ma jarax li jista' jinkiseb xi valur miżjud mill-mudell propost mill-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita formola ta' notifika tar-reati. Huwa tal-fehma li l-interess ma jinsabx fil-forma li jingħata iżda fil-kontenut. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tillimita ruħha li tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-informazzjoni neċessarja għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

1.10

Il-Kumitat japprova l-proċedura tal-kumitat li l-Kummissjoni tipproponi għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti.

2.   Introduzzjoni

2.1.1

Fil-White Paper tagħha tal-2001 dwar il-politika Ewropea tat-trasport, l-UE stabbilixxiet l-għan li n-numru ta' nies li jmutu kawża ta' inċidenti tat-traffiku jitnaqqas bin-nofs sal-2010. Bażikament, dan ifisser li din iċ-ċifra, li kienet ta' 54 000 mewta fl-2001 fl-UE-27, sal-2010 tinżel għal 27 000 mewta fis-sena.

2.1.2

Bejn l-2001 u l-2007, it-total ta' persuni li tilfu ħajjithom f'inċidenti tat-traffiku naqas b'20 %, filwaqt li kellu jonqos b'37 % sabiex jintlaħaq it-tnaqqis bin-nofs sal-2010. Għalhekk hemm bżonn li l-isforzi jirduppjaw.

2.2   Il-proposta tal-Kummissjoni

2.2.1

Sabiex tipprepara għal din il-proposta għal Direttiva, il-Kummissjoni organizzat seduta pubblika ta' informazzjoni kif ukoll laqgħa mal-partijiet interessati rappreżentattivi. Minn dawn il-laqgħat ħareġ it-test tad-dokument li huwa s-suġġett ta' din l-opinjoni.

2.2.2

Il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-proposta għal Direttiva toffri strument effettiv sabiex dan l-għan jintlaħaq xorta waħda u jiġi assigurat trattament ugwali għaċ-ċittadini kollha tal-UE.

2.2.3

L-abbozz ta' Direttiva tipprova ttejjeb l-infurzar tar-reati li jitwettqu fi Stat Membru differenti minn dak li tkun irreġistra fih il-vettura kkonċernata.

2.2.4

Bħalissa, ir-reati tat-traffiku li jseħħu b'vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor ta' spiss ma jiħdux il-kastig dovut. Pereżempju, il-persentaġġ ta' sewwieqa mhux residenti involuti f'reati ta' eċċess ta' veloċità juri firxa ta' bejn 2.5 % u 30 %.

2.2.5

Kif turi d-data disponibbli, dan l-eċċess ta' veloċità permissibbli huwa l-kawża ta' 30 % tal-imwiet ikkawżati fit-toroq, u jekk wieħed jaħdem fuq dan il-fatt, dawn iċ-ċifri jistgħu jonqsu b'mod drastiku.

2.2.6

Reati oħra msemmija fil-proposta wkoll għandhom importanza prinċipali, kemm jekk ikunu saru minħabba sewqan taħt l-influwenza tax-xorb (25 %), jew minħabba li ma ntlibisx iċ-ċinturin tas-sikurezza (17 %) jew inkella minħabba nuqqas ta' waqfien meta jkun hemm id-dawl l-aħmar tat-traffiku (4 %).

2.2.7

Il-Kummissjoni mhijiex tipproponi li tarmonizza r-regoli dwar it-traffiku fit-toroq jew il-pieni għall-ksur tal-kodiċi tat-traffiku, li jibqgħu jagħmlu parti mill-ġurisdizzjoni ta' kull Stat Membru. Il-proposta sempliċiment tinkludi ċerti miżuri ta' natura amministrattiva li jistabbilixxu sistema effiċjenti u effettiva sabiex jiġu infurzati r-reati tat-traffiku prinċipali transkonfinali, biex b'hekk jintlaħaq l-għan li fl-2010 n-numru ta' vittmi li jitilfu ħajjithom kawża ta' inċidenti tat-traffiku jonqos bin-nofs.

3.   Osservazzjonijiet ġenerali

3.1

Fl-opinjoni adottata fil-11 ta' Diċembru 2003 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-Programm Ewropew ta' azzjoni għas-sikurezza fit-toroq — innaqqsu bin-nofs in-numru ta' vittmi fit-toroq tal-Unjoni Ewropea minn issa sal-2010: naqsmu r-responsabilità, il-Kumitat diġà wera d-dubji tiegħu rigward l-objettivi, pjuttost ambizzjużi żżejjed, tal-Kummissjoni. Issa jidher ċar li fil-fatt hemm bżonn ta' azzjonijiet addizzjonali sabiex jintlaħqu dawn il-miri.

3.2

Għalhekk, il-Kumitat iħoss li jista' jinkiseb valur miżjud minn approċċ Ewropew għall-infurzar transkonfinali tar-reati tat-traffiku. Huwa jaqbel mal-Kummissjoni li għandu jsir minn kollox sabiex jiġi assigurat li l-mira stabbilita fl-2001 xorta tista' tintlaħaq, jiġifieri li minn issa sal-2010 n-numru ta' mwiet minħabba inċidenti tat-traffiku jonqos bin-nofs, u jħoss li l-abbozz tad-Direttiva li qed jiġi diskuss, potenzjalment, huwa pass importanti f'dik id-direzzjoni, jekk dawn ikunu akkumpanjati minn kontrolli u sanzjonijiet effettivi u effiċjenti. Barra minn hekk, il-Kumitat jappella b'mod urġenti lill-Kunsill u l-Istati Membri sabiex jagħmel titjib urġenti fid-dispożizzjonijiet ta' kontroll u ta' sanzjonijiet.

3.3

L-approċċ imressaq min-naħa tal-Kummissjoni jidher wieħed sempliċi. Permezz ta' netwerk ta' skambju ta' data, liema dettalji għadhom iridu jiġu ppreċiżati, kull Stat Membru jkun f'qagħda li javża lis-sewwieqa li jkunu ċittadini ta' pajjiżi oħra fl-Unjoni dwar ir-reati li jkunu wettqu fit-territorju tiegħu. Għadu mhux magħruf b'mod ċar x'tip ta' netwerk jew sistema għandha f'moħħha l-Kummissjoni.

3.4

Fl-Artikolu 4 tal-abbozz ta' Direttiva, il-Kummissjoni tiddikjara li l-iskambju ta' informazzjoni għandu jseħħ b'mod rapidu permezz ta' netwerk elettroniku Komunitarju li jitwaqqaf fi żmien tnax-il xahar. F'parti oħra tal-Komunikazzjoni, fir-rigward tal-iskambju ta' data hemm imniżżel li għandha tintuża sistema ta' informazzjoni eżistenti diġà fl-UE bil-għan li l-ispejjeż jinżammu baxxi kemm jista' jkun. Madankollu l-Kummissjoni ma tindikax liema sistema ser tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni. Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li sabiex ma jinħlewx ħin u flus, l-aħjar soluzzjoni hija li tintuża sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni Ewropea li teżisti diġà.

3.5

F'termini speċifiċi, rigward din il-kwistjoni, il-Kumitat jikkunsidra approċċ simili għal dak adottat fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fid-dawl tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, fejn isir użu mit-teknoloġija EUCARIS. Din is-sistema attwalment qed tintuża minn tmintax-il pajjiż tal-Unjoni u ser tiġi adottata mis-sebgħa u għoxrin Stat Membru hekk kif id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Meta mqabbla ma' sistemi oħra ta' netwerk, l-ispejjeż involuti huma baxxi ħafna.

3.6

Il-Kumitat jagħti parir li l-Kummissjoni għallinqas twettaq studju ta' probabilità fuq is-sistemi kollha eżistenti, fosthom it-teknoloġija Eucaris, sabiex tiġi studjata l-possibilità li jiġu estiżi ħalli jinkorporaw l-iskambju ta' data li huwa ppjanat.

3.7

Il-Kumitat jemmen li l-Kummissjoni għandha raġun li tillimita l-proposta tagħha għall-provvediment ta' bażi ġuridika għall-iskambju ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu huma stess il-proċeduri ta' taħrik. Dan huwa konsistenti mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

3.8

Il-Kumitat jenfasizza li l-infurzar ikun aktar effettiv jekk jintlaħqu ftehimiet fl-UE kollha, fejn l-implimentazzjoni u l-kontroll tagħhom iseħħu b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha, pereżempju permezz tal-omoġenizzazzjoni tal-limiti ta' veloċità massima awtorizzata, tal-livell ta' alkoħol permess, tal-politika rigward is-sanzjonijiet, eċċ. Il-Kunsill ukoll irid jipproduċi riżultati f'dan il-qasam.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Ladarba hemm il-pjan li n-numru ta' mwiet ikkawżati minn inċidenti tat-traffiku jonqos bin-nofs sal-2010, meta mqabbel mal-2001, u li sadanittant, sal-aħħar tal-2007, ġie ddikjarat li mhuwiex ser ikun possibbli li dan l-għan jintlaħaq mingħajr miżuri komplimentari, il-Kumitat jaħseb li l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni transkonfinali fl-erba' oqsma li ġejjin:

l-eċċess ta' veloċità,

is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb,

in-nuqqas ta' użu taċ-ċinturin tas-sikurezza,

u l-qbiż tad-dawl l-aħmar,

hija pass fid-direzzjoni t-tajba, peress li skont iċ-ċifri tal-Kummissjoni, dawn jistgħu jnaqqsu n-numru ta' mwiet ikkawżati minn inċidenti tat-traffiku b'bejn 200 u 250 fis-sena.

4.2

Il-Kumitat iħoss li fl-Artikolu 1 tal-abbozz tad-Direttiva, il-Kummissjoni għandha żżid reati oħra li jitwettqu lilhinn mill-fruntiera, bħal pereżempju l-użu taċ-ċellulari waqt is-sewqan mingħajr ma jintuża l-apparat handsfree, sewqan aggressiv, in-nuqqas ta' rispett tal-projbizzjoni li vettura taqbeż lill-oħra, sewqan wrong way, jew sewqan taħt l-effett tad-drogi. Hekk kif diġà kkummenta fl-opinjoni tiegħu dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-Programm Ewropew ta' azzjoni għas-sikurezza fit-toroq — innaqqsu bin-nofs in-numru ta' vittmi fit-toroq tal-Unjoni Ewropea minn issa sal-2010: naqsmu r-responsabilità, għandu jsir kwalunkwe tentattiv sabiex jintlaħaq l-għan stabbilit.

4.3

Fir-rigward tal-penaltajiet tar-reati, il-Kumitat jissuġġerixxi wkoll li għandhom jitqiesu elementi bħal-liċenzji tas-sewqan bil-punti, is-sekwestru tal-vettura u t-teħid temporanju tal-liċenzja, li jistgħu jiġu imposti jew le flimkien mal-pieni.

4.4

Il-Kumitat jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni mniżżla fl-Artikolu 6 tal-abbozz tad-Direttiva, li kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jaħtar awtorità ċentrali li tikkoordina l-implimentazzjoni ta' dan it-test.

4.5

Fir-rispett tas-sussidjarjetà, il-Kumitat jemmen li mhux mixtieq li l-Kummissjoni tistabbilixxi mudell ta' formola għan-notifika hekk kif għamlet fl-Artikolu 5 tal-proposta għal Direttiva. Fil-fatt, l-aktar ħaġa importanti hija l-kontenut mhux kif jiġi ppreżentat. Il-Kumitat iħoss li l-Kummissjoni għandha tillimita ruħha li tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-informazzjoni neċessarja.

4.6

L-Artikolu 8 tal-proposta għal Direttiva jipproponi li l-Kummissjoni tkun megħjuna minn Kumitat dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq. Il-Kumitat japprova l-proċedura ta' kumitat proposta hawnhekk.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/73


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “In-negozjati internazzjonali dwar il-bidla fil-klima”

(2009/C 77/19)

Nhar is-16 u s-17 ta' Jannar 2008, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

“In-negozjati internazzjonali dwar il-bidla fil-klima”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (L-Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli), inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Settembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Osborn.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'130 vot favur, 3 voti kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Sommarju u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-bidla fil-klima hija waħda mill-ikbar sfidi li d-dinja qed tiffaċċja fis-seklu 21. Sabiex tiġi evitata bidla katastrofika, l-ammont globali tal-emissjonijiet dinjija tal-gassijiet serra jrid jonqos sostanzjalment, u dak tal-pajjiżi żviluppati jrid jonqos b'bejn 60 % u 80 % tal-livell tal-1990 sa nofs is-seklu.

1.2

In-negozjati internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li tnedew f'Bali f'Diċembru 2007 huma kruċjali billi ser jinfluwenzaw ħafna l-azzjoni li għandha tittieħed fuq livell dinji sal-2020. Huwa essenzjali li dawn in-negozjati jintemmu b'wiċċ il-ġid f'Kopenħagen fl-2009.

1.3

L-UE stabbilixxiet mira vinkolanti — jiġifieri li sal-2020 tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'20 % mil-livelli tal-1990 — u pproponiet li din il-mira tiżdied għal 30 % taħt il-livelli tal-1990 jekk il-pajjiżi l-oħra jidħlu għal impenji komparabbli. Sussegwentement, il-Kummissjoni nediet il-proposti fil-pakkett tal-enerġija tat-23 ta' Jannar 2008 li juru kif il-mira tat-tnaqqis ta' 20 % jew 30 % tista' tinkiseb.

1.4

Il-Kumitat jappoġġja bil-qawwa l-inizjattiva li l-UE ħadet fin-negozjati u b'mod partikulari l-impenn unilaterali tagħha li t-tnaqqis ikun ta' 20 % sal-2020 sabiex tagħti spinta 'l quddiem lin-negozjati.

1.5

Madankollu, aħna nemmnu li l-isfida tal-bidla fil-klima tant hija serja li għandu jsir kull sforz sabiex isir iktar progress. L-UE għandha timmira lejn it-tnaqqis ta' 30 % sal-2020 — proposta li saret b'kondizzjoni — u fin-negozjati għandna nqanqlu pajjiżi żviluppati oħra jidħlu għal impenji komparabbli, filwaqt li nħeġġu wkoll impenji sinifikanti fl-ekonomiji li għadhom qed jinħolqu fejn l-emissjonijiet qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla.

1.6

Sabiex iżżid kemm jista' jkun l-influwenza tagħha, l-UE għandha tkun tista' turi l-kredibbiltà tagħha billi tonora l-impenji tagħha. Sa tmiem l-2008 għandu jkun stabbilit sew pakkett ta' miżuri sabiex tintlaħaq il-mira ta' 20 %.

1.7

Aħna nikkunsidraw li sabiex tinkiseb il-mira li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra jitnaqqsu bi 30 % sal-2020, li nemmnu għandha tkun il-mira ġenwina, x'aktarx ikun hemm bżonn sett ta' miżuri addizzjonali fil-livell Ewropew u nazzjonali. Inħeġġu li jittieħdu passi mill-iktar fis possibbli sabiex jinħoloq it-tieni sett ta' miżuri li jistgħu jwasslu għat-tnaqqis ta' 30 %.

1.8

Nistennew bil-ħerqa l-proposti mistennija mill-Kummissjoni dwar l-adattament għall-bidla fil-klima, u nirrakkomandaw li dan għandu jkun ikkomplementat minn strateġiji nazzjonali ta' adattament għal kull Stat Membru.

1.9

Nirrakkomandaw l-iżvilupp ta' inizjattivi ġodda għall-appoġġ tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-trasferiment tat-teknoloġija fil-qasam tal-mitigazzjoni u l-adattament tal-bidla fil-klima.

1.10

Reazzjoni adegwata għall-bidla fil-klima teħtieġ bidliet sinifikanti fl-ekonomija dinjija u fil-flussi tal-investiment. Nirrakkomandaw li ssir iktar analiżi tar-riżorsi meħtieġa u l-mekkaniżmu pubbliku u privat adattat li huwa meħtieġ sabiex jiġu ġestiti dawn il-flussi. Nissuġġerixxu li l-isforzi u t-tmexxija meħtieġa jkunu komparabbli ma' dawk involuti fil-ħolqien tal-Pjan Marshall għar-rikostruzzjoni tal-Ewropa wara t-Tieni Gwerra Dinjija. F'din l-okkażjoni, l-UE għandha tkun xprun ewlieni tal-pjan meħtieġ.

1.11

Speċifikament, ser jinħtieġu fondi sabiex jappoġġjaw il-miżuri ta' mitigazzjoni u adattament fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. L-espansjoni tal-mekkaniżmu CDM hija waħda mis-sorsi finanzjarji iżda l-kriterji u l-implimentazzjoni għandhom ikunu iktar stretti. L-Ewropa tista' tipprovdi xi wħud mir-riżorsi addizzjonali meħtieġa mill-profitti tal-irkant tal-permessi għall-iskambju ta' emissjonijiet ta' karbonju.

1.12

Hemm bżonn li tittieħed azzjoni mill-korpi pubbliċi ta' kull tip f'kull livell, u mill-konsumaturi u l-pubbliku b'mod ġenerali.

1.13

L-UE nnifisha għandha rwol kruċjali x'taqdi sabiex tmexxi u tħejji din it-trasformazzjoni hekk importanti. Inħeġġu lill-Istituzzjonijiet kollha tal-UE jagħmlu ħilithom biex tintlaħaq il-mira tal-UE għall-ambjent. Il-Kumitat ser jagħmel ħiltu kollha biex jimmobilizza l-appoġġ tas-soċjetà ċivili f'din l-impriża konġunta hekk importanti.

1.14

Il-parametri tal-ftehim dinji li għandu jinbena fin-negozjati internazzjonali matul it-tmintax-il xahar li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti kemm jista' jkun malajr ħalli l-isforz politiku mbagħad ikun jista' jiffoka fuq il-komunikazzjoni tal-isfida u l-bini tal-appoġġ, il-fiduċja u l-impenn mill-partijiet kollha tas-soċjetà fid-dinja kollha għall-bidliet prinċipali li għandhom isiru. Dan mhuwiex xi ftehim li jista' jsir wara l-bibien magħluqa — il-partijiet kollha tas-soċjetà jridu jiġu involuti. Jenħtieġ li l-miżuri ta' tnaqqis jintwerew bħala realistiċi, ekonomikament u soċjalment kredibbli u fattibbli fil-qafas ta' żmien stipulat.

2.   Sfond

2.1

Il-bidla fil-klima hija waħda mill-ikbar sfidi li d-dinja qiegħda tiffaċċja fis-seklu 21. Ir-Raba' Rapport ta' Evalwazzjoni (4RE) tal-Grupp ta' Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), li ħareġ fl-2007, jippreżenta l-bidliet li diġà saru bis-saħħa taż-żieda qawwija fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkawżati mill-bniedem matul l-aħħar żewġ sekli, u l-bidliet addizzjonali allarmanti li huma mistennija sakemm ma titteħidx azzjoni urġenti sabiex tillimita l-emissjonijiet dinjija fil-ftit snin li ġejjin. L-IPCC huwa tal-parir li l-mira dinjija għandha tkun li t-temperaturi medji dinjija jinżammu sa mhux iktar minn 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali jekk irridu nevitaw impatti katastrofiċi. Sabiex dan jinkiseb, irridu nnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mod sostanzjali, u dawk tal-pajjiżi żviluppati jridu jonqsu għal bejn 60 % u 80 % tal-livelli tal-1990 sa nofs is-seklu.

2.2

Il-komunità internazzjonali ilha tipprova tiftiehem fuq azzjoni kollettiva sabiex tillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal dawn l-aħħar 20 sena. Il-Konvenzjoni Qafas dwar il-Bidla fil-Klima ġiet mifthiema f'Rio fl-1992, u sussegwentement issaħħet bil-protokoll ta' Kyoto tal-1997 li fih il-pajjiżi li ffirmawh impenjaw ruħhom li jagħmlu sforzi speċifiċi biex inaqqsu l-emissjonijiet sal-2012. Madankollu, huwa ġeneralment rikonoxxut li dawn il-ftehimiet u azzjonijiet huma biss bidu u li ser ikun hemm bżonn azzjoni ħafna iktar attiva u komprensiva fis-snin li ġejjin sabiex tinkiseb il-mira ta' nofs is-seklu. Għaldaqstant, in-negozjati internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li tnedew f'Bali f'Diċembru 2007 huma essenzjali billi ser jinfluwenzaw b'mod deċiżiv l-azzjoni li għandha tittieħed fuq il-livell dinji sal-2020. Huwa essenzjali li fl-2009 dawn in-negozjati jintemmu b'suċċess f'Kopenħagen.

2.3

Miri għall-2020. Il-pjan direzzjonali ta' Bali jagħmel referenza għal sezzjoni tar-Raba' Rapport ta' Evalwazzjoni tal-IPCC li turi li sal-2020 ser jinħtieġ tnaqqis fl-emissjonijiet li jvarjaw bejn 25 % u 40 % taħt il-livelli tal-1990 għall-pajjiżi żviluppati sabiex jinkiseb l-għan fuq il-perijodu fit-tul li t-tisħin globali jiġi limitat għal 2 gradi 'l fuq mil-livelli preindustrijali.

2.4

Jidher ċar li l-pajjiżi żviluppati ser ikunu dawk li għandhom jagħmlu l-ikbar tnaqqis assolut fl-emissjonijiet tagħhom, billi dawn kienu u għadhom l-ikbar kontributuri per capita għall-bidla fil-klima. L-Ewropa għandha bżonn taqdi l-parti tagħha. L-Istati Uniti għandhom jerġgħu jiddaħħlu fl-istrateġija internazzjonali u jikkommettu ruħhom b'mod ġenwin għat-tnaqqis. Ir-Russja wkoll għandha tikkontribwixxi billi taċċetta mira iktar realistika minn dik taċ-ċiklu ta' Kyoto.

2.5

L-UE qiegħda taqdi rwol ewlieni f'dawn in-negozjati. Il-Kunsill adotta viżjoni għall-perijodu fit-tul għat-tnaqqis tal-emissjonijiet minn pajjiżi żviluppati b'60 % sa 80 % sal-2050. Bħala miżura temporanja lejn din il-mira fuq perijodu fit-tul, l-UE impenjat ruħha b'mira vinkolanti li sal-2020 tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'20 % mil-livelli tal-1990, u matul in-negozjati ressqet offerta li dan iżżidu għal 30 % taħt il-livelli tal-1990 jekk pajjiżi oħra jidħlu għal impenji simili. Sussegwentement, il-Kummissjoni nediet il-proposti fil-pakkett tal-enerġija tat-23 ta' Jannar 2008 li juru kif tista' tinkiseb il-mira tat-tnaqqis ta' 20/30 %.

2.6

Qed isir importanti wkoll li l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jidħlu għal impenn huma stess sabiex jgħinu jillimitaw il-bidla fil-klima. L-ekonomiji l-kbar li qed jinħolqu fiċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil u xi oħrajn diġà jew malajr qed jarmu ammonti sinifikanti ta' gassijiet serra, u ser ikun importanti li jmexxu l-ekonomiji tagħhom b'tali mod li jillimitaw ir-rata ta' żidiet tal-emissjonijiet tagħhom għal livelli li jkunu inqas minn dawk mistennija fil-mudell kummerċjali tas-soltu.

2.7

L-essenza tal-ftehim dinji li qed jaħdmu għalih in-negozjaturi huwa li l-pajjiżi żviluppati jikkommettu ruħhom għal miri u miżuri diffiċli għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom stess, u li joffru l-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw bħala skambju għall-impenji min-naħa tagħhom li jiġġestjonaw it-tkabbir u l-iżvilupp tagħhom b'tali mod li jrażżnu kemm jista' jkun iż-żieda tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom stess.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Min-naħa tiegħu l-KESE segwa mill-bidu nett kemm il-progress ġenerali tan-negozjati kif ukoll il-pakkett ta' miżuri proposti mill-Kummissjoni sabiex l-UE tkun tista' tonora l-impenji li ħadet. Sabiex ikun jista' jsegwi sew in-negozjati, il-Kumitat bagħat delegazzjoni żgħira f'isem is-soċjetà ċivili Ewropea bħala parti mid-delegazzjonijiet tal-UE fil-Konferenza ta' Bali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni u għal-laqgħa intersessjonali sussegwenti ta' Bonn. Barra minn hekk, il-KESE qed juża l-kuntatti tiegħu mal-organizzjazzjonijiet u l-gruppi tas-soċjetà ċivili f'pajjiżi prinċipali oħra sabiex jesplora iktar il-pożizzjonijiet li qegħdin jieħdu, u r-rwol li tista' taqdi s-soċjetà ċivili fil-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim.

3.2

Il-Kumitat qed janalizza mill-ġdid l-elementi separati li jinsabu fil-pakkett tal-Kummissjoni dwar il-klima u l-enerġija f'għadd ta' opinjonijiet separati li nġabru fil-qosor bir-referenzi f'din l-opinjoni ġenerali. F'din il-ħarsa ġenerali fuq inizjattiva proprja, il-Kumitat bħalissa qiegħed janalizza mill-ġdid il-progress u l-prospetti tan-negozjati b'mod ġenerali, u r-rwol li qed taqdi l-Ewropa. Wara l-adozzjoni tal-opinjoni, il-Kumitat beħsiebu jorganizza avvenimenti sekondarji matul il-laqgħat tan-negozjati li għandhom isiru f'Poznan f'Diċembru 2008 u f'Kopenħagen f'Diċembru 2009 biex jgħinu lis-soċjetà ċivili twieġeb u tirrelata man-negozjati li għaddejjin.

3.3

Il-pjan direzzjonali għan-negozjati, li nftiehem f'Bali, identifika erba' elementi bażiċi għan-negozjati:

l-impenji għall-miri u l-miżuri nazzjonali li jillimitaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 u jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-bidla fil-klima,

il-miżuri għall-ġestjoni tal-adattament għall-bidla fil-klima li ma jistax jiġi evitat,

il-miżuri għall-appoġġ tat-trasferiment tat-teknoloġija u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla fil-klima,

it-twaqqif ta' arranġamenti finanzjarji adattati għall-appoġġ tal-mitigazzjoni u l-miżuri għall-adattament, it-trasferiment tat-teknoloġija, eċċ.

3.4

Il-kummenti f'din l-opinjoni huma msejsa fuq dawn l-erba' elementi bażiċi.

4.   Mitigazzjoni msaħħa tal-bidla fil-klima permezz tal-limitazzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet (Element bażiku 1)

4.1

Miri. Il-Kumitat jaqbel mal-analiżi tal-IPCC li t-tnaqqis tal-emissjonijiet li jvarjaw bejn 25 % u 40 % taħt il-livelli tal-1990 mill-pajjiżi żviluppati huwa livell xieraq ta' ambizzjoni għall-miri stabbiliti għall-2020. Tnaqqis addizzjonali sal-2020 issa għandu mnejn ma jkunx fattibbli.

4.2

Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni ewlenija li l-UE ħadet fin-negozjati. Nifirħu bl-inizjattiva li wriet l-UE meta daħlet għall-impenn, b'mod unilaterali, li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'20 % sabiex tagħti spinta lin-negozjati. Iżda naħsbu li l-isfida tal-bidla fil-klima tant hija serja li għandu jsir kull sforz sabiex jinkiseb it-tnaqqis ta' 30 % li ġie offrut kondizzjonalment għall-2020, u sabiex matul in-negozjati nipprovaw niksbu impenji komparabbli minn pajjiżi oħra żviluppati, b'impenji sinifikattivi wkoll mill-ekonomiji li qed jinħolqu fejn l-emissjonijiet qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla.

4.3

Jekk in-negozjati jirriżultaw biss f'impenn ta' 20 % mill-UE, b'impenji relattivament modesti minn pajjiżi oħrajn, fil-fehma tagħna dan ikun nuqqas serju.

4.4

Implimentazzjoni. Għall-UE, l-impenji proposti mill-Kummissjoni fil-pakkett tagħha dwar il-klima u l-enerġija jirrappreżentaw pjan ta' implimentazzjoni pożittiv u kostruttiv ħafna sabiex l-Ewropa tkun tista' tilħaq il-mira tagħha tat-tnaqqis ta' 20 % sal-2020. Il-Kumitat ħejja opinjonijiet separati dwar kull element ta' dan il-pjan. Fil-qosor, aħna nappoġġjaw l-elementi kollha tal-pjan soġġetti għall-kummenti li ġejjin:

nappoġġjaw ir-riformi proposti u l-estensjoni tal-iskema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra. L-issikkar tal-limitu u l-użu iktar mifrux tal-irkant tal-permessi huwa tajjeb billi jikkonforma mal-prinċipji li min iniġġes iħallas, jevita l-profitti ta' bla ħsieb, jagħti inċentivi u jiffinanzja l-installazzjonijiet u l-prodotti b'livell ta' karbonju baxx u jrawwem l-innovazzjoni. Madankollu, fil-kuntest tal-iskala ta' investiment ta' trasformazzjoni meħtieġa kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, inħeġġu li tal-inqas 50 % tad-dħul mill-irkant tal-permessi għandu jinżamm għall-appoġġ tal-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u għall-miżuri ta' adattament iktar milli l-20 % propost mill-Kummissjoni (1). Nilqgħu wkoll id-deċiżjoni tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew għall-inklużjoni tal-avjazzjoni fl-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-2012 'il quddiem,

nappoġġjaw id-direzzjoni tal-proposti għall-piż konġunt għas-setturi mhux kummerċjali u nħeġġu lill-istituzzjonijiet sabiex ma jnaqqsux l-għan globali matul id-diskussjonijiet dettaljati tagħhom dwar il-bażi għall-qsim tal-miri f'dan is-settur (2),

nappoġġjaw bil-qawwa l-passi lejn progress b'rata mgħaġġla relatat mas-sorsi rinnovabbli. Il-ksib ta' 20 % ta' sorsi rinnovabbli sal-2020 jkun pass ewlieni tajjeb lejn iż-żieda qawwija fl-użu tagħhom sal-2050 (3),

jiddispjaċina li l-kwistjoni kruċjali tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fejn il-mira ta' żieda ta' 20 % sal-2020 mhijiex obbligatorja, jidher li qed tingħata inqas prominenza milli jistħoqqilha. Dan jidher ċar mir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Użu Effiċjenti tal-Enerġija. Il-maġġoranza tal-Istati Membri ma fasslux il-pjanijiet nazzjonali tagħhom fil-ħin, il-pjanijiet ivarjaw fil-kwalità, u fil-każ ta' xi wħud minnhom huwa ċar li m'għandhomx biżżejjed ambizzjoni għalkemm hemm ħafna qligħ xi jsir b'investiment inizjali relattivament baxx u bi ħlas lura fuq perijodu qasir ħafna (4),

filwaqt li nilqgħu l-qafas leġiżlattiv għall-qbid u l-ħżin tad-dijossidu tal-karbonju propost mill-Kummissjoni, qed nibżgħu li l-fondi għall-proġetti ta' dimostrazzjoni previsti ser ikunu disponibbli biss b'rata insuffiċjenti u li l-progress lejn l-implimentazzjoni fuq skala industrijali ser ikun bil-mod wisq, għalkemm ser ikun tal-ikbar importanza jekk xi pajjiżi jkunu obbligati jiddependu sostanzjalment mill-faħam u sorsi ta' karburant fossilu għal ħafna snin (5).

4.5

L-Unjoni Ewropea abbinat ħafna fiduċja u kapital politiku mal-idea li l-mekkaniżmu tal-limitu u l-kwoti jsir mezz ewlieni li jassigura t-tnaqqis tal-emissjonijiet li ser jinħtieġ. Is-Sistema Ewropea tal-Iskambju tal-Kwoti ta' Emissjonijiet diġà saret l-ikbar sistema dinjija għall-iskambju tal-kwoti u hija mistennija tkompli tikber wara l-2012. Fil-bidu, is-sistema kellha biss impatt limitat fuq l-emissjonijiet Ewropej billi l-limiti u l-allokazzjonijiet ġenerużi tal-bidu wasslu għal prezz tal-karbonju baxx ħafna. Hekk kif il-limiti saru iktar stretti, il-prezz tal-karbonju għola u flimkien ma' fatturi oħrajn li għollew il-prezz tal-karburanti fossili x'aktarx ikun hemm iktar impatt fuq il-produzzjoni tal-elettriku u industriji oħrajn fl-Ewropa.

4.6

B'mod ġenerali nemmnu li t-tisħiħ tas-sistema tal-iskambju tal-karbonju ser ikollu effett pożittiv fuq l-intrapriżi u l-impjiegi Ewropej billi jħeġġeġ l-iżvilupp mgħaġġel ta' proċessi u prodotti iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b'livell baxx ta' karbonju li jkunu minn ta' quddiem fis-swieq tal-ġejjieni. Dan ma jwassalx biss għal iżjed impjiegi, iżda wkoll għal inqas dipendenza mill-importazzjoni u b'hekk iktar sigurtà għall-enerġija meħtieġa.

4.7

Filwaqt li l-UE tinsab fil-quċċata ta' dan il-qasam, l-għan ewlieni issa għandu jkun li jitħeġġeġ l-iżvilupp tas-sistemi tal-iskambju fl-Istati Uniti u pajjiżi oħra u li s-sistemi kollha jingħaqdu f'suq komuni dinji tal-karbonju. L-iżvilupp ta' suq tal-karbonju ġenwinament dinji jista' jaqdi rwol prinċipali fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju madwar id-dinja bl-iktar mod effiċjenti u kost-effettiv. Nappoġġjaw bil-qawwi l-inizjattiva ICAP (International Carbon Action Partnership) li tappoġġja d-diversi sistemi ta' skambju fil-partijiet differenti tad-dinja sabiex dawn jiżviluppaw b'mod armonjuż lejn suq dinji uniku. Hekk kif jiġi żviluppat suq internazzjonali tal-karbonju fi ħdan sistema ta' limiti dinjija fuq l-emissjonijiet, għandu jitnaqqas ir-riskju li sistema tal-iskambju li tinkludi biss lill-Ewropa thedded il-pożizzjoni kompetittiva tal-Ewropa.

4.8

Il-ftehimiet settorjali internazzjonali li jressqu pjanijiet u strateġiji iktar dettaljati biex jassiguraw tnaqqis progressiv fl-emissjonijiet mis-setturi prinċipali konċernati, u mill-prodotti tagħhom, jistgħu jkunu siewja wkoll. Iżda dan għandu jitqies biss bħala mezz ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' miri sodi mifthiema fil-livell internazzjonali, mhux bħala alternattiva għall-miri nazzjonali vinkolanti, billi l-istorja ta' dawn l-aħħar 20 sena turi li l-ftehimiet settorjali volontarji waħedhom f'dan il-qasam ftit li xejn iwasslu għal riżultati fil-ħin, u huwa impossibbli li jiġu infurzati b'mod effettiv.

4.9

Mil-lat tat-trasport nikkonfermaw il-fehma tagħna li strateġija ta' sostenibbiltà fuq perijodu fit-tul għandha tibda minn analiżi fundamentali mill-ġdid ta' min qed imexxi d-domanda għat-trasport u ta' kif il-politiki dwar l-ippjanar fiżiku, l-infrastruttura u t-trasport pubbliku jistgħu eventwalment ixekklu d-domanda mingħajr trażżin għat-trasport u saħansitra jnaqqsuha. L-ippjanar m'għandux jipproċedi fuq il-bażi li ż-żieda fit-traffiku hija inevitabbli u li l-uniku limitu tal-emissjonijiet mis-settur tat-trasport jinsab fit-titjib tekniku tal-karburant u d-disinn tal-magna — minkejja l-importanza ta' dawn il-fatturi.

4.10

Dwar il-miżuri tekniċi, aħna nemmnu li miri ibsin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-karozzi m'għandhomx jiġu stabbiliti fuq perijodu qasir (120g CO2 għal kull kilometru sal-2012/2015), iżda wkoll għall-perijodu intermedju sabiex l-emissjonijiet jitnaqqsu ħafna iktar sal-2020 (6). Fl-istess ħin għandu jingħata appoġġ addizzjonali għall-iżvilupp u l-introduzzjoni bikrija ta' vetturi mingħajr karbonju bi propulsjoni elettrika jew tal-idroġenu.

4.11

M'aħniex entużjasti daqs il-Kummissjoni dwar il-potenzjal li tinkiseb il-mira ta' 10 % għall-bijokarburanti għat-trasport. Fil-kuntest tal-problemi marbuta mal-produzzjoni tal-maġġoranza tal-bijokarburanti rigward it-tnaqqis potenzjali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u l-impatt ambjentali u soċjali tal-produzzjoni tagħhom, jinħtieġu kriterji ta' sostenibbiltà iktar stretti minn dawk proposti mill-Kummissjoni sabiex jiġi assigurat li l-bijokarburanti jkunu introdotti biss fejn ikollhom impatt ġenwin u sinifikanti fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet netti tal-karbonju, u ma jimponux pressjoni inaċċettabbli fuq l-art agrikola u l-produzzjoni tal-ikel. Barra minn hekk, il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi bħalissa juru biċ-ċar li l-użu tal-bijomassa għall-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana huwa (almenu għalissa u għall-futur qarib) ħafna iktar effiċjenti mill-użu fil-forma ta' bijokarburanti.

4.12

Miżuri addizzjonali sabiex tinkiseb il-mira ta' 30 %. Jekk il-pakkett jista' jiġi adottat sa tmiem l-2008 bl-implimentazzjoni li tibda eżatt fl-2009, nemmnu li dan jipprovdi assigurazzjoni tajba li l-UE tilħaq il-mira tagħha ta' 20 % sal-2020.

4.13

Madankollu, m'aħniex ċerti jekk ikunx possibbli li tinkiseb il-mira ta' tnaqqis ta' 30 % għall-2020 sempliċement bl-issikkar tal-ambizzjonijiet tal-elementi separati tal-pakkett u biż-żieda fl-użu tal-krediti tal-Clean Development Mechanism (CDM), kif il-Kummissjoni qed tissuġġerixxi attwalment. Nemmnu li sabiex tinkiseb din il-mira iktar ambizzjuża x'aktarx ikun hemm bżonn sensiela ta' miżuri usa' u iktar komprensiva fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri.

4.14

Fil-livell Ewropew, nissuġġerixxu li l-elementi addizzjonali li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati għat-tieni pakkett:

iżjed azzjoni permezz ta' regolamentazzjoni u twaqqif ta' standards għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-setturi u l-prodotti ewlenin kollha,

miżuri addizzjonali sabiex jitħaffu l-iżvilupp u l-introduzzjoni tal-enerġiji rinnovabbli,

appoġġ ikbar għall-iżvilupp ta' vetturi li jużaw l-elettriku jew l-idroġenu,

estensjoni tas-sistema għall-iskambju tal-karbonju sabiex tinkludi emissjonijiet mit-trasport marittimu (ma naħsbux li d-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali huma kapaċi jwasslu għal azzjoni malajr biżżejjed,

iktar sforzi kollettivi sabiex jiġu adottati miri nazzjonali iktar stretti għat-tnaqqis skont il-ftehim tal-isforzi konġunti.

4.15

Fil-livell tal-Istati Membri, sabiex jinkisbu miri individwali iktar stretti skont il-ftehim tal-isforzi konġunti, il-Kumitat jemmen li l-Istati Membri u l-mexxejja politiċi tagħhom għandhom bżonn jagħmlu ħafna iktar biex iħeġġu liċ-ċittadini, l-intrapriżi, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet l-oħra tas-soċjetà ċivili jissieħbu u jieħdu sehem fl-isforz komuni.

iċ-ċittadini għandhom jitħeġġu u jingħataw inċentivi sabiex jagħtu sehemhom billi jtejbu l-effiċjenza ta' djarhom u jużaw forom ta' enerġija li jħarsu iktar l-ambjent għad-dawl u t-tisħin, jixtru prodotti u servizzi iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u jnaqqsu l-impatt tal-karbonju tal-ivvjaġġar regolari u l-vaganzi tagħhom. Fil-fehma tagħna diġà hemm għadd dejjem jikber ta' ċittadini u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma lesti jieħdu l-azzjoni ladarba huma jkollhom tmexxija politika b'saħħitha u effettiva fir-rigward ta' x'inhu mistenni mingħandhom, flimkien ma' inċentivi adattati għall-azzjoni,

ħafna korpi governattivi, lokali u reġjonali, diġà wrew viżjoni u tmexxija politika kuraġġuża rigward din il-kwistjoni. Dawn għandhom jitħeġġu u jingħataw inċentivi sabiex jaħdmu iktar,

bl-istess mod, l-intrapriżi għandhom jingħataw iktar inċentivi sabiex jagħmlu iktar progress. Għandhom jitħeġġu u jingħataw inċentivi sabiex itejbu b'mod kontinwu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-operat tagħhom u sabiex jiksbu l-enerġija tagħhom minn sorsi tal-enerġija bi ftit karbonju. Ir-regolamentazzjoni għandha tintuża b'mod iktar sistematiku u vigoruż sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija ta' kull tip ta' prodott u servizz. L-industrija tal-bini għandha tingħata mandat sabiex tikseb effiċjenza ħafna ogħla fl-użu tal-enerġija kemm fil-proċess tal-kostruzzjoni kif ukoll fil-prestazzjoni tal-bini meta jintuża,

it-trejdjunjins għandhom rwol importanti x'jaqdu wkoll. Ħafna mill-membri tagħhom huma minn tal-ewwel li qed itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u t-tixrid tal-informazzjoni prattika, u l-kontribut potenzjali tagħhom għandu jiġi rikonoxxut u mħeġġeġ. It-trejdjunjins għandhom jaħdmu wkoll bis-sħiħ fil-proċess tat-trasformazzjoni tal-industrija u l-ekonomija fit-triq li twassal għal inqas karbonju. Jekk jitmexxew sewwa, il-forom il-ġodda tal-produzzjoni għandhom jipprovdu opportunitajiet għall-impjieg daqs il-modi antiki ta' ħafna karbonju, filwaqt li jżommu kondizzjonijiet tax-xogħol tajbin.

4.16

Sabiex tittejjeb il-kredibbiltà tal-UE fil-livell internazzjonali, huwa importanti ferm li kull Stat Membru jagħmel ħiltu sabiex jassigura mhux biss il-mira globali ta' Kyoto għall-UE-15, iżda wkoll li jintlaħqu l-miri individwali ta' Kyoto għall-2012. L-aħħar Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni għall-ksib tal-miri ta' Kyoto (7) jistqarr li tliet Stati Membri biss mill-UE-15 kienu fit-triq it-tajba sabiex jilħqu l-miri tagħhom bil-politiki domestiċi attwali, u li tmienja biss huma mistennija jilħqu l-miri tagħhom meta jitqies l-effett tal-mekkaniżmi ta' Kyoto, il-bjar tal-karbonju u l-politiki u l-miżuri domestiċi addizzjonali, li diġà qegħdin jiġu diskussi. Għal tliet Stati Membri, jidher li huwa impossibbli li jilħqu l-mira tagħhom ta' Kyoto. Barra minn hekk, l-użu estensiv ta' krediti mill-mekkaniżmu flessibbli ta' Kyoto, speċjalment is-CDM, juri li għad fadal ħafna xi jsir għat-trasformazzjoni tant meħtieġa lejn soċjetà b'livell baxx ta' karbonju.

5.   Adattament għall-bidla fil-klima (Element bażiku 2)

5.1

Anke jekk tittieħed azzjoni b'suċċess għat-tnaqqis ta' emissjonijiet dinjija fil-ġejjieni, it-tisħin globali huwa mistenni jkompli jiżdied matul l-għexieren ta' snin li ġejjin minħabba l-emissjonijiet li diġà saru. Bħala tweġiba għall-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-Adattament għall-Bidla fil-Klima, il-Kumitat diġà ħejja opinjoni (8). Fil-qosor, il-Kumitat jemmen li l-UE għandha tistabbilixxi strateġija ġenerali għall-ġestjoni tal-adattament għall-bidla fil-klima fl-UE, li tħaddan pjanijiet nazzjonali ta' adattament imfassla minn kull Stat Membru. Għandha tingħata iktar prijorità lill-adattament fir-riċerka u l-analiżi, fil-baġits u l-programmi ta' investiment u miżuri oħrajn. Nittamaw li fil-White Paper dwar l-adattament, mistennija fil-ħarifa 2008, il-Kummissjoni tipproponi miżuri dettaljati għall-progress f'dan il-qasam.

5.2

Barra l-UE jeżistu ħafna partijiet tad-dinja li għadhom qed jiżviluppaw li diġà ntlaqtu ħafna u ser jintlaqtu saħansitra iktar fil-ġejjieni iżda li għandhom inqas riżorsi sabiex jiffaċċjaw l-impatti. Għaldaqstant, għandha tkun prijorità għolja għall-UE u pajjiżi oħra tal-OECD li jżidu l-għajnuna finanzjarja u ta' tip ieħor lill-partijiet tad-dinja li huma partikularment vulnerabbli sabiex jgħinuhom jiffaċċjaw il-bidla fil-klima. Il-konsiderazzjonijiet marbuta mal-bidla fil-klima għandhom jiġu inkorporati fil-politiki kollha tal-iżvilupp.

5.3

Ser ikun hemm bżonn ukoll sforzi kbar għall-appoġġ tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fid-dinja li għadha qed tiżviluppa u li tittrażżan il-pressjoni kummerċjali li qed tkompli tixpruna d-deforestazzjonji fuq skala kbira fis-sistemi tal-klima f'ħafna partijiet tad-dinja. Il-KESE qed iħejji opinjoni separata dwar il-bidla fil-klima u l-forestrija.

6.   Azzjoni dwar l-iżvilupp teknoloġiku u t-trasferiment (Element bażiku 3)

6.1

Sabiex tirnexxi t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, id-dinja għandha tikseb rivoluzzjoni industrijali ġdida. Ser ikun hemm bżonn bidla importanti lejn forom iktar nodfa ta' produzzjoni tal-enerġija, teknoloġija ġdida għall-qbid tal-emissjonijiet tal-karbonju u gassijiet serra oħrajn, u sforz kontinwu għal bidla mit-tendenzi tal-prodotti u l-konsum lejn tendenzi iktar effiċjenti u li jużaw inqas enerġija. Dan ser jeħtieġ żidiet kbar fil-programmi ta' riċerka rilevanti mis-settur pubbliku u privat, u programmi kbar ta' investiment għat-tgħammir mill-ġdid tal-industrija u t-trasformazzjoni tal-prodotti u s-servizzi. Ħafna mit-teknoloġiji meħtieġa diġà jeżistu, iżda l-implimentazzjoni tagħhom għandha tkun ħafna iktar mifruxa milli hija attwalment.

6.2

Fl-UE, dan ser jeħtieġ bidliet radikali fil-programmi tal-infiq tal-UE u tal-gvernijiet sabiex jiġu appoġġjati r-riċerka, l-iżvilupp u l-investiment xierqa. Ser jinħtieġu wkoll l-inċentivi fiskali u ta' tip ieħor għall-intrapriżi u oħrajn biex isiru l-investimenti neċessarji.

6.3

Ser ikun hemm bżonn li jiġu identifikati t-tipi ta' teknoloġija u servizzi li jgħinu l-iktar lill-ekonomiji li qegħdin jinħolqu u lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex imexxu l-iżvilupp kontinwu bl-iktar mod sostenibbli u bl-inqas użu tal-karbonju, u sabiex jappoġġjaw it-trasferiment tiegħu lejn dawk l-ekonomiji b'kondizzjonijiet xierqa. Fejn jiġu identifikati teknoloġiji ġodda li jistgħu jkunu partikularment utli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-adattament għall-bidla fil-klima jew fit-tnaqqis tal-impatt tal-karbonju fuq l-iżvilupp futur tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti mezzi li jgħinu l-introduzzjoni mgħaġġla u mifruxa b'kondizzjonijiet bi prezz raġonevoli. Ta' min jinnota li l-ekonomiji li qegħdin jinħolqu qed jintroduċu u jew jiżviluppaw xi wħud mit-teknoloġiji l-ġodda li ser jinħtieġu. It-trasferiment tat-teknoloġija m'għandux jitqies biss bħala triq f'direzzjoni waħda li tibda fit-Tramuntana u tispiċċa fin-Nofsinhar, iżda bħala kwistjoni li tiffaċilita t-tixrid mgħaġġel tat-teknoloġiji prinċipali madwar id-dinja irrispettivament minn fejn joriġinaw.

6.4

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-UE sabiex flimkien mal-imsieħba tagħha tesplora minnufih kif l-iktar teknoloġija avvanzata tal-effiċjenza fil-karbonju tista' ssir disponibbli għad-dinja li qed tiżviluppa b'kondizzjonijiet bi prezz raġonevoli, inkluż b'mod partikulari t-teknoloġija tas-settur tal-elettriku, l-industriji li jużaw ħafna enerġija, is-settur tat-trasport, u hekk kif issir disponibbli mil-lat teknoloġiku, l-iżolament tal-karbonju. Pajjiżi li kapaċi jibqgħu jiddependu ħafna mill-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku ser ikollhom bżonn l-għajnuna biex jużaw l-iktar teknoloġija avvanzata u nadifa, u biex jintroduċu t-teknoloġija tal-qbid tal-karbonju meta din tkun disponibbli fis-suq.

6.5

Bis-saħħa ta' għajnuna bħal din għat-trasferiment tat-teknoloġija, il-pajjiżi konċernati li qegħdin jiżviluppaw għandhom ikunu jistgħu jmexxu l-iżvilupp tagħhom b'inqas emissjonijiet tal-karbonju. Ikun raġonevoli li din l-għajnuna tingħata, sa ċertu punt, bil-patt u l-kondizzjoni li l-pajjiżi żviluppati konċernati jidħlu għal impenji xierqa li huma stess se jieħdu miżuri oħra sabiex jillimitaw iż-żieda potenzjali fl-emissjonijiet tagħhom.

6.6

Fl-istess żmien tan-negozjati dwar il-klima, l-UE u l-Istati Uniti għandhom jibdew inizjattiva ġdida biex jiksbu l-liberalizzazzjoni tal-prodotti u s-servizzi li jħarsu l-ambjent fil-qafas tad-WTO. Din l-inizjattiva għandha titfassal b'tali mod li l-pajjiżi żviluppati, il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u l-ekonomiji li qegħdin jinħolqu lkoll ikunu jistgħu jibbenefikaw minn liberalizzazzjoni ta' dan it-tip, pereżempju, billi jrawmu l-iżvilupp (addizzjonali) ta' teknoloġiji u servizzi ambjentali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

7.   Żieda fil-finanzi u l-investiment għall-appoġġ tal-mitigazzjoni u l-adattament (Element bażiku 4)

7.1

Il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ser ikollhom bżonn għajnuna kbira mid-dinja żviluppata sabiex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fl-indirizzar tal-isfida tal-bidla fil-klima mingħajr ma jikkompromettu l-miri tal-iżvilupp. Ser ikun importanti immens li wieħed jassigura li t-triq futura tal-iżvilupp fid-dinja li għadha qed tiżviluppa jkollha l-inqas emissjonijiet possibbli tal-karbonju, u ma twassalx mill-ġdid għad-dipendenza eċċessiva mill-produzzjoni b'livell għoli ta' karbonju li kkaratterizzat (u rrovinat) l-iżvilupp fit-Tramuntana.

7.2

Il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li huma l-iktar milquta mill-bidla fil-klima u l-inqas li għandhom riżorsi proprji għall-adattament ser ikollhom bżonn ukoll għajnuna addizzjonali. Ser jeħtieġu programmi mtejba għad-difiża tal-kosta, il-prevenzjoni tal-għargħar, it-taffija tan-nuqqas ta' xita, l-ippjanar mill-ġdid tal-agrikoltura, il-bżonnijiet il-ġodda fil-qasam tas-saħħa pubblika u kwistjonijiet oħra.

7.3

Il-Kumitat jilqa' r-rikonoxximent f'Bali mill-pajjiżi kollha li għal dan it-trasferiment ser jinħtieġu riżorsi kif ukoll kanali u mekkaniżmi tal-investiment addizzjonali ġodda. Madankollu, minbarra f'xi eċċezzjonijiet, id-dinja żviluppata m'għandhiex fama tajba li twettaq il-wegħdiet tagħha tal-passat biex tipprovdi riżorsi addizzjonali għall-miri tal-iżvilupp sostenibbli. F'din l-okkażjoni huwa essenzjali għad-dinja kollha li jiġu applikati riżorsi ġenwinament addizzjonali.

7.4

Il-Kumitat innota l-istimi mill-UNFCCC u oħrajn li jindikaw li r-riżorsi ta' xi mijiet ta' biljuni ta' dollari jistgħu jkunu meħtieġa kull sena mis-settur pubbliku u privat flimkien meta l-programmi jkunu stabbiliti sew. Huma jirrakkomandaw li f'kull każ għandhom jittieħdu passi urġenti mill-UNFCCC, il-Kummissjoni u/jew l-OECD u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali sabiex jikkwantifikaw il-ħtiġijiet b'mod iktar preċiż u jassiguraw il-wegħdiet u l-impenji meħtieġa biex ikunu jistgħu jinkisbu l-fondi adegwati u biex il-programmi li jintgħażlu jkun jista' jkollhom impatt deċiżiv fuq il-problema globali tal-bidla fil-klima. Il-qligħ mill-irkant tal-allokazzjonijiet taħt fażijiet futuri tal-iskema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet jista' jkun wieħed mis-sorsi ta' fondi ġodda iżda, x'aktarx, waħdu ma jkunx biżżejjed għal dak kollu li jrid isir.

7.5

Is-CDM irnexxielu jgħaddi xi riżorsi ġodda għall-appoġġ ta' investimenti adattati fil-pajjiżi mhux inklużi f'Anness I. Iżda t-tqassim tal-proġetti kien żbilanċjat ħafna favur iċ-Ċina u ekonomiji oħrajn li qed jinħolqu, u kien hemm dubji serji dwar l-addizzjonalità u l-kwalità ta' ħafna mill-proġetti. Huwa essenzjali li l-kriterji biex jiġu aċċettati l-proġetti jiġu implimentati u mmonitorjati b'mod effettiv sabiex il-mekkaniżmu jkun jista' jaqdi r-rwol tiegħu li jassigura li t-tnaqqis ġenwin tal-karbonju jinkiseb bl-iktar mod effiċjenti possibbli.

7.6

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-UE u pajjiżi oħra konċernati għandhom jesploraw minnufih kif id-difetti tal-iskema jistgħu jiġu eliminati fil-perijodu li jmiss, u l-programm kollu jiġi stabbilit sew. Fil-ġejjieni, is-CDM għandu jagħti prijorità lill-proġetti li jagħtu kontribut sinifikanti mhux biss biex inaqqsu l-emissjonijiet, iżda wkoll biex irawmu t-trasformazzjoni lejn ekonomiji b'livell baxx ta' karbonju. B'mod partikulari, fl-ekonomiji li qed jinħolqu, ma jidhirx utli li nkomplu niffinanzjaw proġetti sempliċi għall-użu effiċjenti tal-enerġija (“low-hanging fruit”) li f'kull każ isir mill-pajjiż. Għal dawn il-pajjiżi s-“CDMs settorjali” — li jistgħu jiġu kombinati ma' miri mingħajr riskju (9) — jistgħu jkunu għażla fattibbli.

7.7

Il-ħafna investiment mis-settur privat fil-produzzjoni b'inqas karbonju ser ikun essenzjali fil-partijiet kollha tad-dinja. Il-miżuri li jittieħdu mill-UE u l-gvernijiet nazzjonali għandhom jiprruvaw joffru, b'mod partikulari, inċentivi lis-settur privat sabiex jagħmel investimenti ta' dan it-tip.

7.8

L-ispejjeż u l-investimenti meħtieġa ser jitilgħu għal triljuni ta' dollari matul il-ħamsin sena li ġejjin. Dawn huma somom kbar. Madankollu, investiment bħal dan diġà qed isir bżonnjuż ladarba l-provvisti globali tal-karburanti fossili qed isiru iktar ristretti u l-prezzijiet jogħlew. Għaldaqstant, apparti l-bidla fil-klima, qed isir iktar importanti mil-lat ekonomiku li niddiversifikaw mill-karburanti fossili u nużaw ir-riżorsi li fadal b'mod iktar effiċjenti. Anke l-konsiderazzjonijiet tas-sigurtà jippuntaw lejn l-istess direzzjoni, billi kemm l-iskarsezza tal-karburanti fossili u l-bidliet fil-klima attwali qegħdin jikkawżaw l-instabbiltà u l-kunflitti f'ħafna partijiet tad-dinja.

7.9

Minn dan il-lat, il-bżonn li nirrispondu minnufih għat-theddida tal-bidla fil-klima ma jirrappreżentax piż addizzjonali fuq l-ekonomija dinjija iżda sempliċement raġuni b'saħħitha addizzjonali biex ngħaddu malajr għat-trasformazzjoni ekonomika u industrijali li, fi kwalunkwe każ, hija meħtieġa. Meta l-prezz taż-żejt kien $60 l-barmil, fl-analiżi ta' Stern ġie stmat li l-ispiża tal-miżuri meħtieġa matul il-ħamsin sena li ġejjin biex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima tista' titla' għal 1 % tal-PGD dinji. Bil-prezz taż-żejt li bħalissa huwa ħafna iktar minn $ 100 l-barmil, l-investiment fis-sorsi rinnovabbli u l-miżuri ta' effiċjenza ta' kull tip diġà qegħdin jidhru ħafna iktar attraenti mill-perspettiva kummerċjali. Bl-istess raġunament, l-ispejjeż addizzjonali netti tal-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima x'aktarx ikunu ħafna inqas, u f'ċerti applikazzjonijiet jistgħu saħansitra jsiru negattivi li jfisser li azzjoni effettiva fuq il-bidla fil-klima fil-fatt ser tirrappreżenta benefiċċju nett għall-ekonomija globali matul is-snin li ġejjin.

7.10

Għaldaqstant, tweġiba xierqa għall-isfida tal-klima m'għandhiex titqies bħala obbligu vast, depressanti u ta' piż qawwi li ser ixekkel it-tkabbir ekonomiku iżda bħala opportunità biex inkunu minn ta' quddiem nett fir-rivoluzzjoni ekonomika u industrijali. L-UE ilha minn ta' quddiem nett fid-dibattitu politiku dwar il-bidla fil-klima. Iżda għad trid tagħmel iktar biex tikkonverti dik il-pożizzjoni ta' politika li tħares 'il quddiem f'ambjent kummerċjali li huwa daqstant attiv u vigoruż li jqanqal lill-intrapriżi u s-soċjetajiet tagħna jagħmlu l-investimenti meħtieġa biex isiru mexxejja globali u rebbieħa kompetittivi fl-ekonomija tal-ġejjieni b'livell baxx ta' karbonju.

7.11

Xi kummentaturi semmew il-bżonn ta' Pjan Marshall ġdid, u nirrakkommandaw dan l-eżempju parallel bħala miżura tal-iskala tal-isfida u l-isforz li ser jinħtieġ. Għandna bżonn viżjoni fuq l-iskala ta' Marshall dwar kif il-pajjiżi tad-dinja jistgħu jingħaqdu fil-konfront ta' periklu dinji komuni, bl-iktar pajjiżi b'saħħithom u li għandhom l-iktar riżorsi juru t-triq li għandna quddiemna u jgħinu lill-oħrajn bl-iktar mod ġeneruż possibbli.

7.12

Hemm bżonn li tittieħed azzjoni mill-korpi pubbliċi u nazzjonali ta' kull tip f'kull livell, mill-intrapriżi ta' kull xorta u mill-konsumaturi u ċ-ċittadini.

8.   Konklużjonijiet

8.1

Il-bidla fil-klima diġà qed isseħħ u qed ikollha impatti ħarxa madwar id-dinja kollha. Dawn il-problemi mistennija jiħraxu fis-snin li ġejjin billi l-konċentrazzjoni ta' gassijiet serra qed tiżdied u t-temperaturi qed jogħlew b'rata iktar mgħaġġla. Id-dinja teħtieġ azzjoni minnufih sabiex jiġu stipulati u implimentati l-objettivi eżiġenti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2020, li ser iwasslu għal tnaqqis ulterjuri fis-snin ta' wara. Iktar kemm jitnaqqsu malajr l-emissjonijiet, iktar jagħmlu ġid fit-tnaqqis tar-rata li biha qed tiżdied it-temperatura.

8.2

Il-pajjiżi żviluppati għandhom aktar emissjonijiet per capita mill-bqija tad-dinja u jinħtieġ li jirregolaw l-ambizzjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom sabiex inaqqsuhom. L-Ewropa għandha tiżgura li twettaq l-impenji attwali tagħha għall-2012 u li wara timpenja ruħha għal tnaqqis ta' 30 % sal-2020 — fil-parti iktar għolja tal-iskala tagħha. Biex tkun kredibbli fl-ambizzjonijiet tagħha teħtieġ pakkett addizzjonali ta' miżuri kredibbli u realistiċi li jiżguraw li tista' tilħaq dawn il-miri, u li tkun tista' tippjana minn issa għal tnaqqis ulterjuri li ser ikun meħtieġ lil hinn mill-2020.

8.3

Il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandhom jiġu involuti wkoll, u għandu jsir sforz partikulari sabiex is-setturi li l-iktar jikkunsmaw enerġija fl-ekonomiji emerġenti jkunu mgħammra bl-iktar sistemi ta' produzzjoni effiċjenti f'termini ta' enerġija u li l-inqas li jarmu karbonju. Ser jeħtieġu għajnuna mdaqqsa u ffokata min-naħa tad-dinja żviluppata.

8.4

Il-parametri tal-ftehim dinji li għandu jinbena fin-negozjati internazzjonali matul it-tmintax-il xahar li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti kemm jista' jkun malajr ħalli l-isforz politiku imbagħad ikun jista' jiffoka fuq il-komunikazzjoni tal-isfida u l-bini tal-appoġġ, il-fiduċja u l-impenn mill-partijiet kollha tas-soċjetà fid-dinja kollha għall-bidliet prinċipali li għandhom isiru. Dan mhuwiex xi ftehim li jista' jsir wara l-bibien magħluqa — il-partijiet kollha tas-soċjetà jridu jiġu involuti. Jenħtieġ li l-miżuri ta' tnaqqis jintwerew bħala realistiċi, ekonomikament u soċjalment kredibbli u fattibbli fil-qafas ta' żmien stipulat.

8.5

It-trasformazzjoni dinjija meħtieġa hija komparabbli fid-daqs mar-revoluzzjoni industrijali taż-żewġ sekli li għaddew li utilizzat l-enerġija fil-karburanti fossili sabiex jintlaħqu żidiet enormi fil-kapaċità produttiva u l-produzzjoni tas-soċjetà tal-bniedem. Id-dinja issa teħtieġ it-tieni rivoluzzjoni industrijali sabiex jiġu sostitwiti forom oħra tal-enerġija minflok il-karburanti fossili, bil-għan li tiġi massimizzata l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u b'hekk inkunu kapaċi nilħqu livelli ta' produzzjoni u tkabbir li huma komparabbli mingħajr ma ntaqqlu l-atmosfera b'livelli mhux sostenibbli ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra. Hemm bżonn investiment kbir; ser ikollhom isiru bidliet xierqa u ffokati fir-regolamentazzjoni, fit-taxxi u strumenti ekonomiċi oħrajn; ser ikun hemm bżonn ta' bidliet sinifikanti fl-imġiba ekonomika u l-istil ta' ħajja individwali. Kulħadd irid jifhem l-isfida u jkun involut fil-bidliet meħtieġa.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara l-opinjoni tal-KESE, CESE 1201/2008, adottata fid-9 ta' Lulju 2008.

(2)  Ara l-opinjoni tal-KESE, CESE 1202/2008, adottata fid-9 ta' Lulju 2008.

(3)  Ara l-opinjoni tal-KESE 1511/08 adottata fis-17 ta' Settembru 2008.

(4)  Ara l-Opinjoni tal-KESE 1513/08 adottata fis-17 ta' Settembru 2008.

(5)  Ara l-opinjoni tal-KESE, CESE 1203/2008, adottata fid-9 ta' Lulju 2008.

(6)  Ara l-Opinjoni tal-KESE 1500/08 adottata fis-17 ta' Settembru 2008.

(7)  COM (2007) 757 finali.

(8)  ĠU C 120, 16.5.2008, p. 38.

(9)  Miri mingħajr riskji: wegħda għat-tnaqqis ta' emissjonijiet b'ċertu ammont; mingħajr penali jekk ma tintlaħaqx il-mira, iżda bil-possibbiltà li jinbigħu l-krediti jekk it-tnaqqis imur lil hinn mill-wegħda.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/81


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi”

COM(2008) 40 finali — 2008/0028 (COD)

(2009/C 77/20)

Nhar l-10 ta' Marzu 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

“il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Settembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur José Ma Espuny Moyano.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'77 vot favur u 3 voti kontra.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li ser tiffaċilita l-fehim tal-konsumatur u ser tissemplifika l-leġiżlazzjoni.

1.2

Madankollu, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jekk l-informazzjoni msemmija f'punt 3.4.1 ma tkunx appoġġjata minn qabel b'miżuri adatti biex jedukaw lill-konsumaturi aħħarija, din l-informazzjoni ser titlef ħafna mill-valur tagħha u mhux ser tissodisfa bosta mill-miri tagħha. Għaldaqstant, il-KESE jiddispjaċih li l-proposta ma tinkludix sett ta' miżuri bil-għan li jappoġġjaw l-edukazzjoni tal-konsumaturi fi ħdan l-Istati Membri jew fil-livell Ewropew. Għall-inqas, kieku nhemżet gwida tal-azzjonijiet prijoritarji f'dan il-qasam mar-Regolament, il-Kummissjoni kienet tkun qed tieħu pass inizjali li jiswa mitqlu deheb.

1.3

Rigward ir-referenza għall-oriġini, il-proposta żżomm ir-regoli attwali. Fid-dawl tal-interess li wrew il-konsumaturi fl-oriġini tal-ikel, il-KESE jiddispjaċih li l-proposta l-ġdida għal Regolament ma tistipulax li l-oriġini għandha tissemma bilfors fuq it-tikketta. Madankollu, il-KESE jqis li hemm bżonn ta' distinzjoni bejn il-prodotti li jintużaw fl-ipproċessar primarju u l-prodotti li jintużaw fl-ipproċessar sekondarju b'tali mod li l-obbligu ta' referenza għall-prodotti agrikoli ewlenin li jintużaw f'dan l-iproċessar jiġi determinat skont il-każ.

1.4

Il-KESE jinsab imħasseb ħafna dwar l-iżvilupp ta' “skemi nazzjonali” addizzjonali, imsemmija f'kapitlu VII tal-proposta, li minflok joffru iktar benefiċċji jistgħu jsiru skuża għat-tfixkil tal-moviment ħieles fis-suq intern. Ir-riskju ta' dan huwa serju immens għall-SMEs billi, kif tgħid il-Kummissjoni fil-proposta tagħha, iktar minn 65 % tal-kumpaniji tal-ikel iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq ta' Stati Membri oħra. Għal din ir-raġuni, l-SMEs ser isibu iktar diffikultajiet biex jesportaw il-prodotti tagħhom lejn Stati Membri oħra u dan ser iħalli impatt negattiv fuq l-ispejjeż u l-kompetittività tagħhom. Dan l-impatt jista' jiġi evitat biss jekk “l-iskemi nazzjonali” jagħtu informazzjoni addizzjonali li m'hemmx għalfejn tidher bilfors fuq it-tikketta iżda tkun tista' tinkiseb permezz ta' mezzi oħra (Internet, numri tat-telefon mingħajr ħlas, eċċ.).

1.5

Il-KESE jifhem li għall-konsistenza l-Kummissjoni beħsiebha tapplika l-istess sistema ta' derogi għall-prodotti alkoħoliċi. Din is-sistema tista' tiġi riveduta fi żmien ħames snin — wara li jiġi ppubblikat ir-rapport dwar is-suġġett.

1.6

Il-KESE jissuġġerixxi li l-Istati Membri jkollhom lista ta' każijiet ta' ksur tal-liġi u l-penali korrispondenti bil-għan li ma jinkisrux ir-regoli komuni — li għandhom jiġu armonizzati sabiex l-istess imġiba tiġi kkastigata bl-istess mod fl-Istati Membri kollha.

1.7

B'rabta ma' dan, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strumenti ta' informazzjoni u, b'mod speċifiku, bażi tad-data għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fuq it-tikketti ta' ikel differenti. B'hekk jiġi żgurat li l-intrapriżi, il-konsumaturi u l-awtoritajiet jużaw l-istess gwida meta tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni.

1.8

Fir-rigward tal-leġibilità, is-suġġeriment ta' 3 mm tal-Kummissjoni ma jidhirx li huwa possibbli. Jeħtieġ jitqiesu aspetti differenti, bħall-kwantità ta' informazzjoni li tingħata, id-daqs u t-tip tal-ippakkjar, eċċ. Referenza adatta tista' tkun it-tipa li tintuża fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.

1.9

Fl-aħħar nett, bil-għan li jinkisbu ċ-ċarezza u s-semplifikazzjoni mixtieqa, il-KESE jemmen li r-referenzi għal regoli revokati għandhom ikunu iktar espliċiti biex b'hekk ir-Regolament ikun jista' jinqara aħjar u jiġi applikat b'mod iktar faċli.

2.   Kontenut essenzjali tal-proposta tal-Kummissjoni

2.1

L-għan ta' din il-proposta huwa li tikkonsolida l-liġijiet attwali marbuta mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' prodotti tal-ikel (inkluż t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni) u tiġborhom f'Regolament wieħed bil-ħsieb li jiġu aġġornati, issemplifikati u ċċarati.

2.2

Il-proposta ser tirrevoka l-leġiżlazzjoni attwali dwar it-tikkettjar tal-ikel: id-Direttivi 2000/13/KE, 90/496/KEE (sa ħames snin), 87/250/KEE, 94/54/KE, 1999/10/KE, 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament 608/2004.

2.3

L-objettiv prinċipali ta' din il-proposta huwa li tiggarantixxi protezzjoni tal-konsumatur ta' livell għoli u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

2.4

L-ambitu tal-leġiżlazzjoni qed jiġi estiż biex jinkludi l-aspetti kollha tal-informazzjoni fuq l-ikel li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu lill-konsumatur aħħari, u biex ikopri wkoll l-ikel li jitwassal minn caterers tal-massa u l-ikel maħsub għall-forniment tal-caterers tal-massa.

2.5

Il-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti obbligatorji tat-tikkettjar stipulati fil-liġijiet preċedenti nżammu, filwaqt li fl-istess ħin ġew estiżi xi aspetti bħar-responsabbiltà ta' kull ħolqa fil-katina tal-ikel u ċ-ċirkostanzi li fihom irid jiġi indikat bilfors il-pajjiż tal-oriġini.

2.6

Id-dispożizzjonijiet marbuta mat-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni huma differenti mhux ħażin minn dawk li jinsabu fil-liġijiet preċedenti billi jinkludu l-obbligu li jiġu indikati kemm il-kwantità ta' sitt nutrijenti jew sustanzi kif ukoll il-persentaġġ tagħhom b'rabta ma' kemm hu rakkomandat li persuna għandha tieħu minnhom kuljum.

2.7

Bidla sostanzjali oħra hija l-koeżistenza ta' “skemi nazzjonali” tat-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni flimkien mar-Regolament. Dawn l-iskemi jżidu l-modi kif tiġi ppreżentata l-informazzjoni fuq it-tikketti dwar in-nutrizzjoni bis-saħħa ta' rekwiżiti volontarji stipulati fil-livell nazzjonali.

2.8

L-abbozz ta' Regolament jistipula li f'ħafna mill-bidliet meħtieġa fil-proposta għandha tintuża l-proċedura tal-komitoloġija. Ġew stabbiliti diversi perijodi transizzjonali sabiex jiġi ffaċilitat id-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

2.9

L-annessi jipprovdu iktar dettalji dwar: l-ingredjenti li jikkawżaw l-allerġiji jew l-intolleranzi, dettalji obbligatorji oħra, id-derogi mit-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni, l-isem tal-ikel, l-indikazzjoni kwantitattiva u l-isem tal-ingredjenti, id-dikjarazzjoni dwar il-kwantità netta, id-data ta' durabbiltà minima, is-saħħa alkoħolika, il-konsum referenzjali, l-enerġija, u l-espressjoni u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

2.10

Ir-Regolament mistenni jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-adozzjoni tiegħu għalkemm l-implimentazzjoni tad-dettalji obbligatorji u tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni ser tiġi posposta bi tlett snin (u b'ħames snin fil-każ tal-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni mill-SMEs).

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-konsolidazzjoni, l-aġġornament u s-semplifikazzjoni

3.1.1

Matul l-aħħar kważi 30 sena, il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-prodotti tal-ikel għenet biex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u biex is-suq intern jaħdem tajjeb.

3.1.2

L-għan ta' din il-proposta huwa li tikkonsolida, taġġorna u tissemplifika l-leġiżlazzjoni attwali, tnaqqas il-piż amministrattiv u żżid it-trasparenza fir-rigward tal-konsumaturi. Il-KESE jappoġġja dawn l-objettivi, però jiddispjaċih li t-test propost huwa daqshekk kumpless, u din il-kumplessità tista' twassal biex ir-Regolament ma japplikax b'mod dirett.

3.2   L-iżvilupp ta' “skemi nazzjonali” addizzjonali

3.2.1

M'hemmx dubju li Regolament li jikkonsolida u jaġġorna l-leġiżlazzjoni individwali attwali ser iwassal għal iktar konsistenza fil-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi u għal iktar armonizzazzjoni. Madankollu, il-KESE jibża' li l-introduzzjoni ta' “skemi nazzjonali”, kif inhu stipulat fl-Artikoli 44 et seq, tista' thedded l-objettivi tal-armonizzazzjoni u l-konsistenza. Bid-dispożizzjonijiet il-ġodda l-Istati Membri ser ikunu jistgħu jadottaw skemi nazzjonali b'rekwiżiti oħra li, għalkemm ikunu volontarji, ser iwasslu għal iktar informazzjoni fuq it-tikketti u jistgħu jħawdu lill-konsumaturi.

3.2.2

Il-problema tikber meta wieħed iqis li f'kull suq nazzjonali jinbiegħu prodotti minn ħafna Stati Membri oħra. Dawn il-prodotti kapaċi jkun fihom informazzjoni differenti li tkun ġiet deċiża fl-Istati l-oħra u li tista' ma tkunx tinftiehem għall-konsumaturi li ma jkunux midħla ta' tali informazzjoni.

3.3   Rekwiżiti ta' informazzjoni obbligatorji

3.3.1

L-abbozz ta' Regolament jinkludi l-maġġoranza assoluta tad-dettalji obbligatorji li huma stipulati fil-leġiżlazzjoni attwali u li kienu utli biex iħarsu s-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi (bħal-lista tal-ingredjenti, il-kwantità, id-dati, l-isem jew l-isem tal-intrapriża u l-indirizz ta' min hu responsabbli għall-prodott). L-annessi janalizzaw bir-reqqa xi wħud minn dawn id-dettalji.

3.3.2

L-esperjenza ta' dawn l-aħħar ftit snin uriet li dawn ir-rekwiżiti huma utli u għandhom jinżammu. Fid-dawl ta' din l-esperjenza, il-KESE jittama li ssir obbligatorja l-indikazzjoni tal-oriġini tal-ikel, tal-prodotti li jintużaw fl-ipproċessar primarju kif ukoll, fuq bażi ta' evalwazzjoni skont il-każ, tal-prodotti li jintużaw fl-ipproċessar sekondarju u tal-ingredjenti ewlenin li jintużaw għat-tħejjija tagħhom.

3.4   Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

3.4.1

L-ewwel u qabel kollox għandu jitqies il-fatt li l-konsumaturi Ewropej għandhom jitgħallmu iktar dwar in-nutrizzjoni sabiex ikunu jistgħu jieklu b'mod bilanċjat. Mingħajr dan it-tagħlim il-konsumatur ma jkunx jista' jifhem jew juża l-informazzjoni mogħtija. Għandna nilqgħu l-miżuri sabiex tiżdied l-informazzjoni fuq in-nutrizzjoni, però m'għandniex ninsew li mingħajr edukazzjoni dawn il-miżuri mhux ser ikollhom l-effett mixtieq.

3.4.2

Fid-dawl tal-iżbilanċi nutrittivi fost il-popolazzjoni Ewropea, ma' kwalunkwe miżura ta' informazzjoni għandna nħeġġu wkoll it-tagħlim.

3.4.3

Il-proposta tirrappreżenta bidla sostanzjali mil-leġiżlazzjoni attwali għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, f'din il-proposta l-informazzjoni fuq in-nutrizzjoni hija obbligatorja filwaqt li skont id-Direttiva 90/496/KEE din kienet volontarja. It-tieni nett, il-proposta tistipula li għandu jiġi ddikjarat dan li ġej: il-valur ta' enerġija u l-ammonti ta' xaħam, saturati, karboidrati, zokkor u melħ. It-tielet nett, mhux il-kwantità ta' dawn is-sustanzi biss ser tkun imniżżla iżda anke l-persentaġġ tagħhom b'rabta ma' kemm hu rakkomandat li persuna għandha tieħu minnhom kuljum. B'hekk il-proposta tipprova tiggwida lill-konsumatur fir-rigward tal-kwantità xierqa li tista' tittieħed bħala parti minn dieta bilanċjata. Fl-aħħar nett, il-proposta tgħid ukoll li din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod speċifiku u fejn l-aktar li tidher.

3.4.4

Minħabba l-ammont ta' informazzjoni obbligatorja li diġà tidher fuq it-tikketti, huwa importanti li wieħed jeżamina sew liema informazzjoni dwar in-nutrizzjoni hija utli għall-konsumatur. Il-bidla minn tikkettjar dwar in-nutrizzjoni volontarju għal tikkettjar dwar in-nutrizzjoni obbligatorju hija bidla ambizzjuża għal bosta SMEs fis-settur agro-alimentari. Għalhekk, l-informazzjoni obbligatorja tista' tiġi llimitata għall-informazzjoni fakultattiva meħtieġa bħalissa, jiġifieri l-indikazzjoni tal-enerġija, tal-proteini, tal-karboidrati u tal-lipidi.

3.4.5

Il-vantaġġ prinċipali tal-mudell tat-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni li pproponiet il-Kummissjoni huwa li jipprovdi informazzjoni (ammont rakkomandat li għandu jittieħed kuljum) li turi lill-konsumatur kif il-prodott għandu jifforma parti minn dieta tajba. Dan il-mudell ma jivvalutax il-prodott fih innisfu, iżda f'kuntest ta' dik li fl-opinjoni tal-esperti tan-nutrizzjoni hija dieta tajba.

3.5   Informazzjoni obbligatorja oħra dwar il-pajjiż tal-oriġini tal-ikel

3.5.1

Il-leġiżlazzjoni attwali diġà tistipula li, f'każi fejn il-konsumatur jista' jitħawwad, għandu jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini fuq l-ikel.

3.5.2

Il-KESE jemmen li l-indikazzjoni tal-oriġini mhix biss l-eżiġenza tal-konsumaturi, iżda tikkontribwixxi b'mod effikaċi għat-titjib tat-trasparenza fis-swieq u tappoġġja l-iżvilupp ġejjieni tas-settur agrikolu u taż-żoni rurali tal-UE kollha kemm hi. Il-ħolqien ta' rabta diretta mat-territorju minn fejn ikun ġej l-ikel u l-mudelli tal-produzzjoni li magħhom huwa marbut l-ikel huma l-fattur essenzjali li fuqu huwa msejjes il-mudell tal-iżvilupp Ewropew. Dan il-mudell huwa bbażat fuq ir-rispett tar-regoli li huma kapaċi jiggarantixxu s-sikurezza tal-ikel u tal-ambjent, il-benesseri tal-annimali u livell tajjeb ta' saħħa pubblika.

3.5.3

Għaldaqstant, l-indikazzjoni tal-oriġini għandha ssir obbligatorja għall-prodotti agrikoli u tal-ikel kollha li mhumiex ipproċessati jew li jgħaddu mill-ipproċessar primarju. Fil-każ ta' prodotti li jgħaddu mill-ipproċessar sekondarju, l-obbligu li tiġi indikata l-oriġini tal-materja prima agrikola li ntużat sabiex isir il-prodott finali għandu jiġi evalwat skont il-każ.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/84


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf”

COM(2008) 124 finali — 2008/0050 (COD)

(2009/C 77/21)

Nhar it-18 ta' Marzu 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikoli 37 u 152(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

“il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Settembru 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Allen.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni unanimament.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' din il-proposta għal Regolament mill-Kummissjoni.

1.2

Il-KESE jilqa' l-proposta, kif speċifikat fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1), li s-sezzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar l-iġjene tal-għalf u tar-Regolament dwar il-liġi tal-ikel għandhom japplikaw kemm għall-ikel tal-annimali domestiċi kif ukoll għall-għalf tal-annimali li jipproduċu l-ikel.

1.3

Huwa importanti li l-awtoritajiet ta' kontroll ikollhom aċċess għal kull informazzjoni dwar il-kompożizzjoni jew il-proprjetajiet dikjarati tal-għalf imqiegħed fis-suq sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-eżattezza tat-tikketti.

1.4

L-operaturi fil-qasam tan-negozju tal-għalf li jqiegħdu l-għalf fis-suq Ewropew għall-ewwel darba u li jużaw għalf jew materjal tal-għalf importati minn barra l-UE jridu jiżguraw li dawn l-importazzjonijiet ikunu konformi mal-istess standards daqslikieku ġejjin mill-UE. Dan għandu jkun possibbli li jiġi vverifikat mill-awtoritajiet ta' kontroll.

1.5

Għandu jkun hemm impenn li l-persuna li tirrispondi n-numru tat-telefon b'xejn imniżżel fuq it-tikketta tal-ikel tal-annimali domestiċi tkun taf taqdi lill-klijenti u twieġeb il-mistoqsijiet tagħhom malajr.

1.6

L-Artikolu 17(1)(a) u (b) japplika f'kwalunkwe każ. Dan ifisser li t-tikketta li tidher fuq l-għalf kompost għandha dejjem tinkludi l-ispeċi jew il-kategorija tal-annimali li għalihom hu maħsub l-għalf u l-istruzzjonijiet għall-użu xieraq.

2.   Sfond

2.1

Bħalissa, iċ-ċirkolazzjoni tal-materjal tal-għalf u tal-għalf kompost hija rregolata b'5 Direttivi qodma tal-Kunsill u b'xi 50 att ta' emenda jew ta' implimentazzjoni. Il-leġiżlazzjoni hija mifruxa wisq u fiha ħafna referenzi inkroċjati li jagħmluha diffiċli li jinftiehmu u li jiġu implimentati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha. Pereżempju, kien hemm żewġ Stati Membri li applikaw id-Direttiva dwar il-livell permess tal-vitamina D3 fl-għalf kompost b'mod differenti.

2.2

Il-kummerċ intra-Komunitarju tal-għalf kompost jammonta għal 2.6 % biss tal-produzzjoni, li jindika possibbiltà ta' ostakli kummerċjali u nuqqas ta' konsistenza fl-implimentazzjoni tad-Direttivi attwali.

2.3

Fl-2005, fl-UE tal-25, 5 miljun bidwi pproduċew valur totali ta' EUR 129 biljun f'ħalib, majjal, tajr, laħam taċ-ċanga u tal-vitella. L-għalf kompost mixtri kien jammota għal EUR 37 biljun. L-industrija tal-għalf tal-UE (eskluż l-ikel tal-annimali domestiċi) tipprovdi impjieg dirett lil 100 000 persuna f'madwar 4 000 impjant.

2.4

F'termini kwantitattivi, kważi 48 % tal-għalf użat huwa għalf oħxon mill-irziezet eż. ħaxix, ħaxix tal-ħażna, silla, qamħirrum, eċċ. 32 % tal-għalf huwa għalf kompost mixtri.

2.5

Madwar 62 miljun dar fl-UE għandhom annimali domestiċi. Is-suq tal-ikel tal-annimali domestiċi tal-UE stmat li jiswa madwar EUR 9 biljun u jipprovdi impjieg dirett lil 21 000 persuna.

2.6

It-tikketta sservi għal skopijiet ta' infurzar, traċċabilità u kontroll u tipprovdi informazzjoni lill-klijenti.

2.7

Kien hemm tħassib li l-leġiżlazzjoni attwali dwar it-tikkettar tal-ikel tal-annimali domestiċi tista' tiżgwida lill-klijenti fir-rigward tal-kwalità u n-natura tal-ingredjenti fl-ikel tal-annimali domestiċi.

3.   Definizzjonijiet tal-għalf

3.1

L-għalf jinqasam f'erba' kategoriji:

a)

materjal tal-għalf li jista' jingħalef b'mod dirett lill-annimali, bħall-ħaxix jew l-qmuħ jew materjal tal-għalf li jista' jiġi inkorporat f'għalf kompost;

b)

addittivi tal-għalf li huma sustanzi bħal mikroorganiżmi u taħlitiet (minbarra l-materjal tal-għalf u l-premixtures (addittivi lesti minn qabel)) li huma intenzjonalment miżjuda mal-għalf għal ċerti skopijiet;

c)

għalf kompost li huwa taħlita ta' materjal tal-għalf, li jista' jkun fih ukoll addittivi tal-għalf għat-tmigħ f'forma ta' għalf komplut jew komplementari;

d)

l-għalf maħsub għal skopijiet mediċinali fih prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-tmigħ tal-annimali mingħajr iktar ipproċessar.

3.2

Il-materjal tal-għalf u l-għalf kompost huma t-tipi ta' għalf l-aktar komuni.

4.   Il-Proposta tal-Kummissjoni

4.1

Il-proposta hija inkluża fil-programm kontinwu tal-Kummissjoni għas-semplifikazzjoni. Il-proposta tikkonforma mal-Politika tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar u l-Istrateġija ta' Liżbona.

4.2

Bħalissa, ir-regoli ġenerali dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-għalf, inkluż l-ikel tal-annimali domestiċi, huma mifruxa f'għadd ta' Direttivi skont it-tip ta' għalf ikkonċernat. Hemm id-Direttiva 79/373/KEE dwar l-għalf kompost u d-Direttiva 93/74/KEE li tistabilixxi r-regoli dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-oġġetti tal-ikel maħsuba għal għanijiet ta' nutriment partikolari (“għalf djetetiku”). Id-Direttiva 96/25/KE tinkorpora r-regoli ġenerali dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-materjal tal-għalf u d-Direttiva 82/471/KEE tistipula l-kondizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti inklużi fil-kategorija maħsuba għall-materjal tal-għalf, użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (“bijoproteini”). Il-proposta għal Regolament torganizza aħjar, tissemplifika, taġġorna u timmodernizza d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

4.3

Ir-Regolament (KE) Nru (999/2001) dwar l-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) jipprojbixxi l-għoti tal-meat and bone meal (taħlita ta' laħam u għadam imfarrak) lill-annimali li jipproduċu l-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali jistabilixxi l-kondizzjonijiet ta' dawn l-istess prodotti jekk huma maħsuba għat-tmigħ tal-annimali. Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament jistipula r-regoli dwar l-użu tal-għalf modifikat ġenetikament. Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 dwar l-iġjene tal-għalf għandu l-għan jiżgura s-sigurtà matul il-proċess tal-produzzjoni tal-għalf. Dawn ir-regolamenti, li ġew stabbiliti skont l-approċċ integrat ġdid “mill-għelieqi sa fuq il-mejda”, mhumiex ser jinbidlu.

4.4

L-objettiv ġenerali tar-regolament ġdid li qiegħed jiġi propost huwa li jsaħħaħ, jirrevedi u jimmodernizza d-direttivi attwali dwar iċ-ċirkolazzjoni u t-tikkettar tal-materjal tal-għalf u tal-għalf kompost.

4.5

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika biss sal-punt li l-proposta ma tkunx taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità peress li tarmonizza l-qafas regolatorju għall-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-għalf.

4.6

Il-proposta telimina obligazzjonijiet ta' tikkettar li la huma meħtieġa u lanqas effiċjenti. Issa qed jiġi propost li r-rekwiżiti għat-tikkettar tal-ingredjenti jkunu l-istess bħal dawk tal-ikel. Ir-regola l-ġdida mhux ser tirrikjedi li jintwera l-persentaġġ tal-materja prima kollha, iżda tirrikjedi biss it-turija tal-materjal tal-għalf skont l-ordni tal-piż eżatt. Attwalment, il-materjal tal-għalf kollu użat fl-għalf kompost maħsub għat-tmigħ tal-annimali li jipproduċu l-ikel għandu jiġi elenkat bħala persentaġġ tal-piż totali f'medda b'tolleranza ta' +/- 15 %. Il-bidwi ma jistax jasal għall-persentaġġi ta' kompożizzjoni proprja. Skont il-proposta l-ġdida, jekk manifattur jindika l-persentaġġi, b'mod volontarju, dawn għandhom ikunu eżatti. Barra minn hekk, ġaladarba l-materja prima tkun tidher fuq it-tikketta tal-għalf kompost, f'dak il-każ għandu jitniżżel il-persentaġġ eżatt. Fl-aħħar, il-bidwi jista' jitlob aktar informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-għalf, minbarra l-informazzjoni f'ordni dixxendenti skont il-piż tal-materja prima, u l-manifattur jista' biss jirrifjuta li jagħti tali informazzjoni jekk din tkun kummerċjalment sensittiva.

4.7

L-isem tal-operatur fil-qasam tan-negozju tal-għalf li jqiegħed għalf kompost fis-suq Ewropew għall-ewwel darba jrid ikun muri b'mod ċar fuq it-tikketta.

4.8

Kwalunkwe informazzjoni provduta b'mod volontarju fuq it-tikketta għandha tkun preċiża u tinftiehem mill-utent aħħari.

4.9

Il-Kummissjoni ser tkun obbligata żżomm u taġġorna lista ta' materjal li t-tqegħid tiegħu fis-suq huwa pprojbit. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jiċċaraw id-distinzjoni bejn il-materjal tal-għalf, l-additivi tal-għalf u l-mediċini veterinarji.

4.10

Il-ħtieġa għall-awtorizzazzjoni qabel it-tqegħid fis-suq għandha tkun approporzjon tar-riskju sabiex jiġi żgurat li l-materjal tal-għalf il-ġdid jiġi indikat b'mod adegwat bl-għan li jintuża b'mod xieraq. L-approċċ integrat tas-sigurtà tal-ikel “mill-għelieqi sa fuq il-mejda” (skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jippermetti, mingħajr ebda periklu, tnaqqis fil-burokrazija f'dan il-qasam. Xejn ma jiġġustifika l-fatt li l-bijoproteini u l-materjal tal-għalf il-ġdid jkollhom jgħaddu minn proċedura ta' awtorizzazzjoni qabel it-tqegħid fis-suq.

4.11

It-tendenza hi waħda ta' żieda fil-provvista tal-prodotti anċillari għar-razzjonijiet tal-għalf minħabba kompetizzjoni aktar qawwija għall-qmuħ ewlenin għall-għalf, l-ikel u l-karburant. In-nuqqas ta' informazzjoni ċara dwar dawn il-prodotti jwassal għall-użu limitat tagħhom.

4.12

Huwa propost li l-partijiet interessati (u l-utenti) kollha jkunu involuti fit-tfassil ta' katalogu ta' materjal tal-għalf li jkun aktar komprensiv u aktar adattat għall-iżvilupp tas-suq mil-lista attwali tad-Direttiva, li mhix eżawrjenti. Barra minn hekk, il-partijiet interessati jiġu mħeġġa jħejju Kodiċijiet Komunitarji għal prattika tajba ta' tikkettar fi ħdan il-qafas tat-tikkettar volontarju, b'kodiċi għall-ikel tal-annimali domestiċi u oħra għall-għalf maħsub għat-tmigħ tal-annimali li jipproduċu l-ikel. Il-Kummissjoni għandha tagħti pariri dwar it-tħejjija tal-katalogu Komunitarju volontarju u l-Kodiċijiet li ser jitressqu quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni finali (regolamentazzjoni konġunta).

4.13

Ġeneralment, it-tikkettar tal-addittivi tal-għalf ikun obbligatorju biss għall-addittivi sensittivi. Il-bqija tal-addittivi jistgħu jiġu ttikkettati fuq bażi volontarja, b'konformità mal-kodiċi ta' prattika tajba tal-partijiet interessati approvati mir-Regolament tal-qofol.

4.14

Fil-każ tal-ikel tal-annimali domestiċi, l-objettiv hu li t-tikketti tal-ikel tal-annimali domestiċi jkunu aktar xierqa, li l-klijent jkun jista' jagħmel ix-xiri tiegħu aktar faċilment u li jiġi evitat tikkettar li jiżgwida lill-klijenti. Kull affermazzjoni ta' vantaġġ nutrittiv għandha tkun tista' tiġi vverifikata xjentifikament. Skont l-Artikolu 19, kull tikketta tal-ikel tal-annimali domestiċi għandu jkollha numru tat-telefon b'xejn fejn il-klijent jista' jċempel għal informazzjoni dwar l-addittivi tal-għalf u l-materjal tal-għalf li huma indikati skont il-kategoriji tagħhom.

4.15

Għalf maħsub għal skopijiet nutrittivi partikolari jista' biss jinbiegħ għal tali fini jekk jissodisfa l-karatteristiċi nutrittivi essenzjali indikati u jekk ikun awtorizzat u inkluż fil-lista stabbilita b'konformità mal-Artikolu 10. Skont l-Artikolu 13(3) “It-tikkettar jew il-preżentazzjoni tal-għalf m'għandhomx jaffermaw li l-għalf (…) jipprevjeni, jikkura jew ifejjaq xi marda”.

4.16

It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-għalf m'għandhomx jiżgwidaw lill-utent. Id-dettalji obbligatorji fit-tikketti għandhom jitpoġġew, fl-intier tagħhom, f'post li jispikka fuq il-pakkett.

4.17

L-operaturi fil-qasam tan-negozju tal-għalf li jqiegħdu prodotti fis-suq Ewropew għall-ewwel darba huma responsabbli għad-dettalji tat-tikketti u jridu jiżguraw it-turija u l-eżattezza sostantiva tagħhom.

5.   Kummenti ġenerali

5.1

Il-livell tas-sigurtà tal-ikel u l-għalf tjieb b'mod sinifikanti bis-saħħa tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, ir-Regolament dwar l-iġjene tal-għalf u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħhom. Is-sistema mtejba ta' traċċabilità u l-introduzzjoni tal-prinċipju tal-HACCP (Analiżi tal-Perikli u l-Punti ta' Kontroll Kritiċi) fl-industrija tal-għalf jiggarantixxu sigurtà aħjar f'kull qasam tal-produzzjoni tal-għalf.

5.2

Huwa importanti li t-tibdil propost ma jikkompromettix l-istandards tas-sigurtà li huma meħtieġa fil-każ tal-annimali li jipproduċu l-ikel.

5.3

L-operaturi fil-qasam tan-negozju tal-għalf għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet uffiċjali kull informazzjoni neċessarja sabiex ikun żgurat li r-regoli jkunu qed jiġu applikati kif imiss.

5.4

Normalment, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv huwa mħeġġeġ bis-sħiħ peress li f'ħafna oqsma hemm wisq regolamenti marbuta mal-bżonn ta' dokumentazzjoni amministrattiva.

5.5

Ma jista' qatt jagħti l-każ li jkun hemm diskussjonijiet sabiex jiġi permess it-tmigħ tal-meat and bone meal (MBM) lill-annimali li jixtarru u li jipproduċu l-ikel. Bħalissa, ir-Regolament (KE) Nru (999/2001) dwar l-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) jipprojbixxi t-tmigħ tal-MBM lill-annimali li jixtarru. L-MBM jista' jintuża fl-ikel tal-annimali domestiċi. Din il-proposta għal Regolament ma tipproponi l-ebda bidla fl-użu tal-meat and bone meal ladarba din il-kwistjoni ma tidħolx fl-ambitu ta' din il-proposta għal Regolament. Dan is-suġġett għandu jiġi diskuss b'rabta mal-proposta għal Regolament li tistabbilixxi regoli tas-saħħa għal prodotti sekondarji mill-annimali, mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

5.6

Ġeneralment, l-impjanti tal-produzzjoni tal-għalf kompost ikunu qrib l-irziezet. Għalhekk, dawn l-impjanti huma sikwit f'żoni rurali fejn l-alternattivi rigward opportunitajiet oħra ta' impjieg huma limitati. Fir-rigward tat-transport tal-għalf lejn l-irziezet, ikun konvenjenti wkoll li jkun hemm sistema ta' distribuzzjoni lokali sabiex tiġi evitata l-ħtieġa ta' sewqan fit-tul min-naħa tal-vetturi li jikkonsenjaw il-merkanzija u b'hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra.

5.7

Il-Kummissjoni tisħaq li attwalment hemm ftit kummerċ tal-għalf kompost bejn l-Istati tal-UE u tissuġġerixxi li l-proposta għal Regolament ġdid ser ittejjeb il-kompetizzjoni billi tħeġġeġ aktar kummerċ intra-Komunitarju tal-għalf kompost.

6.   Kummenti speċifiċi

6.1

B'mod ġenerali, il-KESE tilqa' l-proposta ta' semplifikazzjoni, ta' organizzazzjoni u ta' titjib tal-effiċjenża amministrattiva tas-settur tal-għalf.

6.2

Il-proposta għal Regolament ġdid tagħti libertà u responsabbiltà akbar lill-operaturi fil-qasam tan-negozju tal-għalf. L-Artikolu 12(1) jistipula li l-manifattur tal-għalf huwa responsabbli għat-tikkettar tad-dettalji u għandu jiżgura t-turija u l-eżattezza sostantiva tagħhom. Dawn id-dettalji għandhom jissodifaw ukoll l-obligazzjonijiet ta' dan ir-Regolament u ta' dawk imposti minn Regolamenti rilevanti oħra bħal 183/2005, 178/2002 u 1831/2003. Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabilixxi r-regoli ġenerali tal-prestazzjoni tal-kontrolli uffiċjali li jivverifikaw il-konformità mar-regoli, hija r-responsabbiltà tal-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel tal-Kummissjoni (FVO) li jiżgura li l-applikazzjoni tagħhom tkun waħda konsistenti. L-operaturi fil-qasam tan-negozju tal-għalf li jqiegħdu għalf fis-suq Ewropew għall-ewwel darba, li jużaw prodotti importati minn barra l-UE jridu jiġu kkontrollati b'mod adegwat sabiex ikun żgurat li l-prodotti importati huma tal-istess kwalità daqslikieku ġejjin minn pajjiżi fl-UE.

6.3

Dan l-għoti ta' responsabbiltà akbar lill-manifatturi tal-għalf sabiex jirregolaw in-negozju tagħhom ifisser li jekk tinqala' xi problema serja ta' kontaminazzjoni tal-għalf b'sustanzi velenużi, jew b'għalf li jagħmel ħsara lit-trobbija tal-annimali jew li jagħmel ħsara lill-ambjent, speċjalment fil-qasam tal-materjal tal-għalf ġdid, jista' jilħaq isir dannu kbir lis-settur tal-annimali li jipproduċu l-ikel qabel ma tittieħed azzjoni ta' rimedju. Problemi iktar serji jistgħu jinqalgħu f'każ li l-manifattur ma jkollux riżorsi finanzjarji biżżejjed sabiex jindirizza l-problema.

6.4

Il-klijent li jixtri l-għalf, jiġifieri l-bidwi, għandu bżonn ħarsien adegwat f'każ ta' telf ta' natura finanzjarja, soċjali u ekonomika, li jista' jġarrab b'riżultat ta' avvenimenti katastrofiċi. Għalhekk, din il-kwistjoni għandha tiġi kkunsidrata b'rabta ma' regolament speċifiku u fid-dawl tar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-dispożizzjonijiet legali, is-sistemi u l-prattiki eżistenti fl-Istati Membri u fil-livell Komunitarju relatati mar-responsabbiltà fis-settur tal-ikel u tal-għalf u fuq sistemi fattibbli għall-garanziji finanzjarji fis-settur tal-għalf (1).

6.5

F'dan il-qasam irridu nimxu mal-prinċipju tal-prekawzjoni għaliex fil-passat saru ħafna żbalji serji.

6.6

Tkabbir konsiderevoli fil-kummerċ intra-Komunitarju tal-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel mhuwiex probabbli peress li l-klijenti jippreferu jmorru għand operaturi lokali fil-qasam tan-negozju tal-għalf. Din is-sitwazzjoni tista' tinbidel jekk kumpaniji multinazzjonali jakkwistaw parti konsiderevoli mis-settur tan-negozju tal-għalf.

6.7

Hemm riskju li kumpaniji multinazzjonali jfittxu li jakkwistaw partijiet kbar tas-settur tan-negozju tal-għalf u b'hekk inaqqsu l-kompetizzjoni. Jekk dan iseħħ, ikun hemm tnaqqis kbir fin-numru tal-imtieħen tal-għalf u żieda fil-kummerċ intra-Komunitarju. Iżda, ma jfissirx li s-suq isir iktar kompetittiv.

6.8

Fir-rigward tal-ikel tal-annimali domestiċi, dak li s-sidien ta' dawn l-annimali vera għandhom bżonn huwa ta' informazzjoni dwar x'ikel hu tal-aħjar kwalità għall-annimali tagħhom, aktar milli lista tal-ingredjenti li fih. Huwa wkoll importanti li jiġu indikati l-kwantitajiet tajbin li għandhom jingħataw lil annimali partikolari u jekk l-ikel huwiex komplementari jew għalf komplut.

6.9

Hekk kif id-domanda għall-proteini qed tiżdied fid-dinja kollha, hemm bżonn kbir ta' żieda fl-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tal-għalf.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  ĠU C 246, 20.10.2007, p.12.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/88


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-impatt tal-iżvilupp kontinwu tas-swieq tal-enerġija fuq il-ktajjen tal-valur industrijali fl-Ewropa

(2009/C 77/22)

Nhar is-17 ta' Jannar 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, iddeċieda li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

L-impatt tal-iżvilupp kontinwu tas-swieq tal-enerġija fuq il-ktajjen tal-valur industrijali fl-Ewropa.

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-24 ta' Ġunju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Zboril u l-korapporteur kien is-Sur Kerkhoff.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu, li nżammet nhar is-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'62 vot favur, 5 voti kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat jieħu nota tal-ambjent mibdul għas-swieq tal-enerġija u jagħraf il-ħtieġa li jtaffi l-bidla antropoġenika fil-klima billi jaqta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. L-ispejjeż tal-bidla fil-klima u l-approċċi kost-effiċjenti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra huma kwistjonijiet importanti fid-diskussjoni dwar il-politika tal-klima. Dawn il-mistoqsijiet huma saħansitra iktar importanti billi l-provvisti tal-enerġija globali ser ikollhom jirdoppjaw sal-2050 sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-enerġija tan-nies kollha fid-dinja. Il-politiki tal-klima u l-enerġija sostenibbli għandhom jiġu strutturati b'tali mod li jilħqu l-għanijiet tagħhom waqt li fl-istess ħin iżommu l-ktajjen tal-valur industrijali bħala s-sinsla tal-ekonomija Ewropea, anke meta jitqiesu l-ispejjeż tal-ħsara assoċjata mal-bidla fil-klima. Dan huwa verament fl-interess tal-Unjoni Ewropea.

1.2

Minħabba s-sehem kbir tal-enerġija li hija inevitabbilment meħtieġa għall-produzzjoni ta' materjali bażiċi permezz ta' konverżjoni minn materja prima, l-industriji li jipproduċu l-materjal bażiku jintlaqtu ħafna minn kwalunkwe bidla fl-ispejjeż tal-enerġija u minn taxxi fuq l-enerġija u miżuri finanzjarji simili. Madankollu, il-marka (footprint) relatata mal-enerġija tal-materjali bażiċi għandha tkun attribwita għall-katina tal-valur industrijali sħiħa u ma tistax tiġi indirizzata separatament b'mod li jagħmel sens.

1.3

Il-Kumitat jemmen li t-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea jistgħu jinkisbu biss fuq bażi industrijali fattibbli. L-industriji kompetittivi u innovattivi li jipproduċu l-materjal bażiku huma prerekwiżit fundamentali għall-ktajjen tal-valur industrijali. Fil-fatt, l-appoġġ għat-teknoloġija ambjentali u l-enerġija rinnovabbli huwa mira importanti. Madankollu, anke l-iżvilupp tat-teknoloġiji ambjentali jeħtieġ ktajjen ta' valur industrijali bi prestazzjoni għolja. Dawn huma dipendenti fuq id-disponibbiltà u l-kompetenzi tal-industriji tal-materjal bażiku. L-innovazzjonijiet relatati mal-ambjent, b'mod partikulari, jistgħu jinkisbu biss b'kooperazzjoni f'kull parti tal-katina tal-valur. Ma jista' jkun hemm l-ebda suċċess mingħajr approċċ li jinkludi kollox u li jinfirex fuq it-tul kollu tal-ktajjen tal-valur.

1.4

Il-Kumitat ifakkar li l-bini, li jgħodd għal 40 % tad-domanda aħħarija għall-enerġija fl-Unjoni Ewropea, jirrappreżenta l-ikbar konsumatur uniku tal-enerġija. Daqs nofs il-potenzjal għall-qligħ mill-effiċjenza tal-enerġija jista' jiġi assigurat mill-bini u bi spiża ekonomika negattiva. Iffrankar bħal dan waħdu jista' jissodisfa l-impenji tal-UE fil-Protokoll ta' Kyoto. Barra minn hekk, dan l-iffrankar tal-enerġija jista' jinkiseb bl-użu ta' teknoloġiji li jeżistu diġà. B'żieda ma' dan, it-titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini jkollu biss effetti pożittivi, li joħloq l-impjieg utli, inaqqas l-ispejjeż ta' kuljum, iżid il-konfort u joħloq ambjent iktar nadif. Dan għandu jkun prijorità assoluta għall-Unjoni Ewropea. Il-Kumitat jagħraf ukoll l-importanza ta' materjali bażiċi ġodda u iktar żviluppati fit-tagħmir li jintuża fid-djar u l-uffiċini kif ukoll l-importanza ta' setturi oħra bħall-enerġija u t-trasport.

1.5

Ir-rilokazzjoni potenzjali tal-industrija li tuża ħafna enerġija barra mill-UE tnaqqas b'mod sinifikanti l-attrazzjoni tal-Ewropa bħala lok industrijali u għandha twassal għal tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u thedded il-mudell soċjali Ewropew. Minħabba l-interdipendenza fi ħdan il-ktajjen tal-valur industrijali, fuq perijodu qasir mhuwiex fattibbli li jingħata kumpens għal dan it-telf b'setturi oħrajn, pereżempju t-teknoloġija ambjentali. Minflok, dawn is-setturi jitilfu l-kompetittività wkoll.

1.6

L-industriji li jużaw ħafna enerġija għandhom tabilħaqq jikkontribwixxu għall-ksib ta' għanijiet ta' politika dwar il-klima u l-enerġija. Madankollu, ir-rekwiżiti għandhom għandhom ikunu tat-tip li ma jippermettux li jkun hemm żvantaġġi kompetittivi f'ambjent ta' kummerċ globali. Min-natura tagħhom, l-industriji tal-materjali bażiċi huma sensittivi ħafna għall-impatt tal-ispejjeż tal-enerġija. Għalhekk, l-istrumenti tal-politika tal-ambjent u l-enerġija għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa u għandhom jitfasslu mfasslin f'termini ta' kemm għandhom impatt fuq il-kompetittività ta' dawn l-industriji.

1.7

L-industriji li jużaw ħafna enerġija jeħtieġu provvisti tal-enerġija sikuri, imfassla minn taħlita xierqa tal-enerġija Ewropea, li m'għandha teskludi l-ebda sors tal-enerġija (il-faħam, l-enerġija rinnovabbli u l-enerġija nukleari), u li tkun ibbażata fuq kompetizzjoni effiċjenti fis-swieq tal-gass u l-elettriku, li fl-aħħar mill-aħħar tirriżulta fi prezzijiet raġonevoli tal-provvista tal-enerġija. L-interessi tal-politiki nazzjonali tal-enerġija għandhom jintisġu aħjar f'kunċett Ewropew integrat billi s'issa s-suq tal-enerġija ma żammx l-istess ritmu mas-suq uniku tal-prodotti industrijali. Għalkemm xi Stati Membri għażlu li ma jużawx l-enerġija nukleari, il-preservazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bbażata fuq il-fissjoni fl-UE tfisser ukoll iż-żamma tal-għarfien f'dan il-qasam fl-Ewropa. Ovvjament, it-tkomplija tal-għażla nukleari teħtieġ livell għoli ta' sigurtà u impjegati mħarrġa sewwa (1).

1.8

Il-konklużjoni ta' ftehim ambizzjuż dwar il-bidla fil-klima hija tal-ikbar importanza fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. Dan għandu jwassal għall-obbligi ta' tnaqqis fl-emissjonijiet għall-pajjiżi kollha bl-akbar emissjonijiet (skont il-prinċipju ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati), inklużi l-industriji li jużaw ħafna enerġija sabiex tiġi assigurata l-kompetizzjoni ġusta u l-kondizzjonijiet ugwali għal kulħadd. Fin-nuqqas ta' ftehim bħal dan, għandu jsir l-irkant ta' konċessjonijiet għall-industriji, li jużaw ħafna enerġija u li għandhom riskju ta' leakage tal-karbonju, fil-qafas tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet bħala miżura kontra r-riskji għall-kompetittività tal-lokazzjoni industrijali u t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa. L-għażla finali tal-metodu ta' allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni (bħall-valutazzjoni komparattiva), fuq il-bażi tal-aħjar tekniki disponibbli.

1.9

Biex inħejju t-triq għal kontribut fit-tul għall-għanijiet tal-politika tal-enerġija u l-klima, il-Kumitat jirrakkomanda bis-sħiħ l-enfasi fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, b'mod partikulari minħabba li l-proċessi ta' produzzjoni disponibbli huma fil-biċċa l-kbira tagħhom maturi. Fejn għad ma hemm l-ebda soluzzjoni teknika, il-ħtiġijiet ta' konsum ogħla tal-enerġija u l-miri tat-tnaqqis fl-emissjonijiet ma jistgħux jintlaħqu. Diġà jeżistu strutturi fattibbli, bħall-pjattaformi tat-Teknoloġija, pereżempju, iżda l-isforzi jeħtieġu ħafna iktar koordinazzjoni, pereżempju bħalma huwa mistenni fis-SET-Plan (2). Madankollu, għandu jingħata biżżejjed żmien sabiex jintlaħaq kemm il-progress maħsub fit-teknoloġija kif ukoll il-fattibbiltà kummerċjali meħtieġa f'termini ta' kompetittività globali.

1.10

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, bis-saħħa tar-relazzjoni speċjali tiegħu mal-atturi ekonomiċi, għandu jenfasizza l-problemi tal-ktajjen tal-valur industrijali, li kultant ma jingħatawx l-attenzjoni mistħoqqa mill-istituzzujonijiet politiċi.

2.   L-impatt tal-enerġija, bħala fattur ta' produzzjoni, fuq il-ktajjen tal-valur industrijali fl-Ewropa

2.1

Il-produzzjoni ta' materjali bażiċi bħall-azzar, l-aluminju u metalli oħrajn li ma fihomx ħadid, is-sustanzi kimiċi, is-siment, il-ġir, il-ħġieġ u l-polpa u l-karta hija l-bażi indispensabbli għall-ktajjen tal-valur industrijali. Il-prodotti industrijali jeħtieġu materjali funzjonali u tal-kostruzzjoni bażiċi b'karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u mekkaniċi definiti b'mod speċifiku, li mhumiex disponibbli f'forma naturali. Fil-fatt, il-prestazzjoni tal-prodotti industrijali hija dipendenti fuq il-materjal użat, billi dawn għandhom profil ta' applikazzjoni partikulari u billi jintużaw bl-aħjar mod f'termini tal-konsum tal-enerġija u s-sustanza, il-kwalità, l-affidabilità, l-effiċjenza ekonomika, id-durabilità, l-effetti ambjentali, eċċ. Għalhekk, l-iżvilupp kontinwu ta' dawn il-materjali huwa fattur maġġuri fil-livell tal-innovazzjoni teknoloġika preżenti fil-prodotti kollha immaġinabbli. Katina tal-valur hija sensiela ta' kumpaniji jew atturi li jikkollaboraw li jaħdmu flimkien sabiex jissodisfaw id-domanda tas-suq għal prodotti jew servizzi speċifiċi. L-industriji downstream fil-ktajjen ta' valur industrijali jikkunsmaw ħafna inqas enerġija għall-proċessi tal-manifattura; għaldaqstant, konsiderazzjoni iżolata tal-prodott aħħari mhijiex utli. Il-marka relatata mal-enerġija għandha tiġi analizzata fuq il-katina tal-valur kollha kemm hi. Żieda fl-ispejjeż tal-enerġija ma jkollhiex impatt biss fil-livell tal-produzzjoni tal-materjal bażiku, iżda fl-istess waqt tista' tirriżulta f'żidiet fil-prezzijiet fl-intermedju industrijali downstream u l-prodotti aħħarija bħala riżultat tal-ispiża miżjuda tal-materjal bażiku jekk hemm lok fis-suq għal żidiet bħal dawn.

2.2

Industrija kompetittiva u innovattiva li tipproduċi materjali bażiċi hija fattur importanti biex tiġi deċiża l-lokazzjoni ta' rabtiet sussegwenti fil-katina tal-ħolqien tal-valur industrijali, bħall-manifattura tal-karozzi, il-kostruzzjoni tal-magni jew l-industrija tal-bini. Din tiggarantixxi l-iżvilupp konġunt ta' materjali mfassla apposta, adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti individwali tal-utent. Id-domandi tal-klijenti għal kunsinna eżatt fil-ħin (just-in-time) jeħtieġu wkoll li l-fornitur ikun jinsab fil-viċin. Il-katina tal-valur industrijali titlef il-kompetittività u s-setgħa innovattiva tagħha jekk ikun hemm nuqqas ta' bażi xierqa ta' materjal. Dan huwa partikularment minnu għall-intrapriżi ż-żgħar u medji. Ħafna minnhom jistgħu jinsabu fis-settur tal-ipproċessar tal-azzar, pereżempju.

2.3

Prinċipalment, il-produzzjoni tal-materjali bażiċi teħtieġ ammonti kbar ta' enerġija — b'mod partikulari meta mqabbla mal-passi sussegwenti tal-produzzjoni. Il-konsum ta' enerġija meħtieġa fl-industriji li jużaw ħafna enerġija għal kull unità ta' valur huwa mill-inqas għaxar darbiet (u sa ħamsin darba) akbar milli kien f'industriji sussegwenti, bħall-inġinerija mekkanika. Fil-Ġermanja, pereżempju, il-konsum ta' enerġija prinċipali tas-siment huwa ta' 4.5 kg, tal-azzar huwa ta' 2.83 kg u tal-karta huwa ta' 2.02 kg SKE għal kull unità ta' valur miżjud, filwaqt li din il-figura tammonta biss għal 0.05 kg SKE fis-settur tal-inġinerija mekkanika (3). Dan huwa dovut għall-fatt li l-materjali bażiċi jridu jinkisbu minn materji primi naturali permezz ta' konverżjoni fiżika/kimika. Dan jinvolvi temperaturi għoljin għall-proċessi ta' ħruq u tidwib u ta' tnaqqis, kif ukoll tal-elettriku għall-elettroliżi. L-iffurmar ta' prodotti li jkunu nofshom lesti jeħtieġ ukoll livelli għoljin ta' konsum tal-enerġija. F'ħafna każijiet, sorsi tal-enerġija primarji ma jiġux applikati għall-produzzjoni tas-sħana u l-elettriku, iżda jintużaw bħala materja prima jew bħala aġenti ta' riduzzjoni, pereżempju fil-proċessi ta' tnaqqis imwettqa matul il-produzzjoni tal-ħadid. Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li l-kwalità tal-materji primi qiegħda tonqos gradwalment u l-ipproċessar tagħhom normalment jinvolvi iktar enerġija.

2.4

Ir-rekwiżiti totali tal-enerġija ta' prodott industrijali għandhom jitqabblu kemm mal-iffrankar tal-enerġija li jista' jirriżulta minn kwalunkwe innovazzjonijiet li jsiru lill-prodott kif ukoll mal-applikazzjoni tiegħu f'setturi oħrajn. Tqabbil bħal dan jista' jsir biss bħala riżultat ta' kooperazzjoni bejn il-fornituri tal-materjal bażiku u l-produtturi industrijali downstream, fejn il-materjali li jkunu għadhom kif ġew żviluppati għandhom rwol konsiderevoli. Biex nieħdu eżempju, impjanti tal-enerġija b'livelli ta' effiċjenza ogħla u b'rati aktar baxxi ta' konsum ta' sors ta' enerġija primarja jeħtieġu azzar reżistenti għat-temperatura, ta' prestazzjoni għolja. Inkella, ir-rati tal-konsum ta' karburant speċifiku fis-settur tat-trasport, pereżempju, jistgħu jitnaqqsu billi jintużaw materjali ħfief fil-kostruzzjoni tal-karozzi.

3.   Is-sitwazzjoni f'diversi swieq tal-enerġija (faħam, żejt, gass, elettriku) u l-impatt tagħhom fuq l-industriji li jużaw ħafna enerġija (4)

3.1

L-industriji ta' materjal bażiku — is-siment, l-azzar, il-metalli li ma fihomx ħadid, il-prodotti kimiċi, il-ħġieġ, il-polpa u l-karta — jużaw karburanti fossili fil-forma ta' enerġija, kif ukoll materja prima u huma affettwati mill-ispejjeż tad-diversi sorsi tal-enerġija f'varjetà ta' modi. Iż-żejt mhux raffinat, pereżempju, jintuża fl-industrija tas-sustanzi kimiċi bħala materja prima għall-produzzjoni tal-plastik u prodotti petrokimiċi oħrajn. Sadanittant, l-iżviluppi fis-swieq taż-żejt affettwaw ukoll il-prezzijiet tax-xiri tal-gass u l-elettriku minħabba li l-prezz tal-gass għadu marbut mal-prezz taż-żejt. L-iżviluppi fis-suq tal-faħam jaffettwaw ukoll l-ispiża tal-elettriku għall-industriji li jużaw ħafna enerġija. Fl-istess ħin, l-industrija tal-azzar tuża l-faħam u l-kokk bħala aġenti ta' riduzzjoni.

3.2

Il-medda statika tar-riservi taż-żejt, pereżempju ta' dawk ir-riżorsi li llum jistgħu jiġu sfruttati teknikament u bi profitt, hija ta' madwar 40 sena. Din tista' essenzjalment tespandi, jekk ikunu jistgħu jibdew jintużaw riżorsi ulterjuri b'mod ekonomiku fil-ġejjieni, b'mod speċjali riżorsi taż-żejt mhux konvenzjonali bħal “oil sand”. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet taż-żejt hija kkaratterizzata mit-tkabbir fil-konsum, b'mod partikulari fiċ-Ċina u fl-Indja. L-effett ta' din is-sitwazzjoni huwa amplifikat mill-qawwa dejjem tikber tan-nazzjonijiet tal-OPEC fuq is-suq, li qiegħda tagħmel id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvisti dejjem aktar diffiċli minħabba riservi mqassma b'mod inugwali. Il-konċentrazzjoni reġjonali tal-produzzjoni f'nazzjonijiet ikkaratterizzati minn instabilità ekonomika u politika konsiderevoli ser iżżid l-inċertezza minħabba n-natura inċerta tar-restrizzjonijiet li jista' jkun hemm fil-ġejjieni fuq il-provvista, bl-effetti konkorrenti kollha tagħhom fuq il-prezz.

3.3

Il-medda statika tar-riservi tal-gass naturali hija — meta wieħed iħares madwar 60 sena 'l quddiem — akbar minn dik taż-żejt. Il-gass naturali huwa s-sors ta' enerġija primarju li qiegħed jespandi bl-aktar mod mgħaġġel fl-Ewropa. Id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni tal-gass naturali qiegħda tikber b'rata saħansitra akbar mill-konsum tiegħu. Id-depożiti individwali taż-żejt u l-gass fi Stati Membri bħall-Olanda, in-Norveġja u r-Renju Unit qegħdin jonqsu b'mod gradwali, waqt li l-importazzjoni tal-gass — l-aktar minn sors wieħed, ir-Russja — qiegħda tiżdied. Il-prezzijiet tal-gass mistennija jkomplu jogħlew fil-futur u, barra minn hekk, tali dipendenza fuq sors wieħed jista' jirriżulta fil-potenzjal għar-Russja li teżerċita influwenza politika fuq l-UE. Il-possibbiltà ta' tali żvilupp tkompli tikber permezz ta' riservi tal-gass strateġiċi limitati b'mod naturali fi ħdan l-UE.

3.4

Ir-riservi tal-faħam li jistgħu jiġu estratti b'mod ekonomikament fattibbli huma ferm akbar milli huwa l-każ għar-riservi taż-żejt u tal-gass. Ġeneralment, wieħed jassumi medda statika ta' 150 sena għall-faħam. Barra minn hekk, dawn ir-riservi huma mqassma fuq firxa aktar wiesgħa fost il-kontinenti, minbarra li, b'mod ġenerali, jinsabu f'pajjiżi politikament stabbli bħall-Istati Uniti tal-Amerika jew l-Awstralja. Bħal trasportaturi oħrajn tal-enerġija, minħabba domanda tiżdied, il-prezz tal-faħam żdied b'mod sinifikanti tul dawn l-aħħar snin.

3.5

L-elettriku huwa forma ta' enerġija sekondarja li tiġi prodotta primarjament mill-faħam, il-gass u sorsi tal-enerġija primarja nukleari u rinnovabbli, u f'xi Stati Membri, ħafna mill-produzzjoni tal-enerġija għadha bbażata fuq iż-żejt. Il-kompożizzjoni tat-taħlita ta' ġenerazzjoni tal-elettriku tiddetermina bil-kbir l-ispejjeż tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. L-enerġija nukleari u dik ibbażata fuq il-faħam toffri sors kost-effettiv għal provvisti tal-enerġija ta' konsum bażi, waqt li l-enerġiji rinnovabbli fl-UE għandhom ikomplu jiġu żviluppati aktar. Meta mqabbel ma' sorsi ta' enerġija primarja oħrajn, dan tal-aħħar s'issa kien ikkaratterizzat minn spiża relattivament għolja u, minħabba li l-effetti esterni l-biċċa l-kbira mhumiex riflessi fil-prezz ta' enerġiji konvenzjonali. Fil-każ tal-enerġija mir-riħ u l-enerġija fotovoltajka, hemm disponibbiltà baxxa u li titla' u tinżel bi problemi korrispondenti għan-netwerks li ser ikollhom jiġu adattati sabiex jakkomodaw it-tkabbir futur tal-provvista tal-elettriku mis-sorsi rinnovabbli. Ċerti sorsi rinnovabbli jiswew inqas minn oħrajn, jiddependi mir-reġjun. L-enerġija fotovoltajka, pereżempju, tista' tkun ekonomikament vantaġġjuża f'reġjuni xemxin bħan-nofsinhar tal-Ewropa, waqt li l-użu tagħha mhuwiex ekonomiku fit-Tramuntana tal-Ewropa.

4.   It-tibdil fl-ambjent tas-swieqtal-enerġija

4.1

Is-swieq tal-enerġija jeżistu f'ambjent dinamiku, li għalih jikkontribwixxu influwenzi soċjali, politiċi u ekonomiċi mħallta — li l-interazzjonijiet tagħhom huma kumplessi. L-industrija qiegħda tiffaċċja bidla fil-kundizzjonijiet u l-ispejjeż tal-provvista tal-enerġija, li jirriżultaw f'inċertezza eċċessiva. Id-dipendenza dejjem tikber tal-Ewropa fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u ż-żidiet ulterjuri antiċipati fil-prezzijiet tal-enerġija ikomplu jirrinfurzaw it-tħassib dwar jekk hix ser tiġi sodisfata d-domanda tal-enerġija fil-ġejjieni. Huwa fatt magħruf sew minn kulħadd li l-assigurazzjoni ta' provvisti tal-enerġija affidabbli u sikuri bi prezzijiet stabbli u li jistgħu jintlaħqu hija vitali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku u għandha tikkostitwixxi parti integrali minn politika tal-enerġija konsistenti u b'saħħitha.

4.2

Il-bidliet rapidi ta' dan l-aħħar fl-ambjent ekonomiku fl-Ewropa u madwar id-dinja jeħtieġu li s-settur tal-enerġija jiżviluppa politiki u kunċetti ġodda sabiex jirrispondi aħjar għar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Filwaqt li fil-passat, is-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija kienet tradizzjonalment meqjusa primarjament bħala r-responsabbiltà tal-gvernijiet tal-Istati Membri, is-sitwazzjoni attwali tas-suq tal-enerġija Ewropea teħtieġ li l-forzi tas-suq ikollhom rwol komplementari. F'suq liberalizzat, is-sigurtà u l-kompetittività jiġu b'riskju marbut magħhom. Sabiex tinkiseb is-sigurtà tal-provvista fit-tul, il-politika komuni Ewropea tal-enerġija ssir kwistjoni ta' importanza strateġika (5).

4.3

Is-sorsi tal-enerġija mill-karburanti fossili mhumiex rinnovabbli. Ħafna mir-riżorsi taż-żejt u l-gass naturali tal-UE diġà ġew eżawriti kompletament. Dan għandu jitqies fid-dawl tal-livelli tal-konsum dejjem akbar tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw bħaċ-Ċina u l-Indja. Fil-każ taż-żejt, b'mod partikulari, hemm għażla wiesgħa ta' depożiti addizzjonali u mhux konvenzjonali (pereżempju l-'oil sands'), li għadhom diffiċli u għoljin biex dawn jiġu sfruttati u jiġġeneraw ammonti kbar ta' gassijiet b'effett ta' serra. Għaldaqstant, x'aktarx li d-depożiti mnaqqsa jiġu riflessi fi spejjeż akbar ta' użu u għalhekk iwasslu, fl-aħħar mill-aħħar, għal prezzijiet jogħlew.

4.4

Is-sehem tas-sorsi tal-enerġija primarja importati fil-konsum totali tal-Unjoni Ewropea bħalissa huwa madwar 50 % u mistenni jikber sa 70 % fil-futur qrib (2030). Għalhekk, għaż-żejt u l-gass, l-UE hija dipendenti b'mod partikulari fuq importazzjoni minn ftit pajjiżi (bħan-nazzjonijiet tal-OPEC jew ir-Russja) li għandhom pożizzjoni b'saħħitha fis-suq. Minħabba li dawn il-pajjiżi u reġjuni spiss ikunu kkaratterizzati minn instabilità ekonomika u politika konsiderevoli, provvista stabbli mhijiex garantita. Iż-żidiet reċenti fil-prezz taż-żejt urew il-vulnerabilità ekonomika tal-UE. Għalhekk, il-ftuħ ta' riżorsi proprji u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi eżistenti fl-Unjoni Ewropea huwa kompitu importanti. Id-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija għandha konsegwenzi kbar fuq is-sigurtà; dan japplika għall-forom kollha tal-enerġija għajr għall-faħam, billi l-faħam jiġi importat minn firxa usa' ta' stati li wkoll inzertaw meqjusa bħala stabbli. Madankollu, l-Ewropa wkoll għandha r-riżorsi proprji tal-faħam li huma ekonomikament fattibbli: il-qtugħ tal-lignite mill-minjieri fl-UE huwa relattivament irħis.

4.5

Is-swieq tal-gass u l-elettriku, li dejjem kienu jkunu kkaratterizzati minn monopolju naturali u skop nazzjonali, jinsabu fil-proċess tal-liberalizzazzjoni u integrazzjoni. Filwaqt li n-netwerk huwa regolat, il-kompetizzjoni fuq il-ġenerazzjoni u l-livelli kummerċjali għandhom iwasslu għal prezzijiet imnaqqsa u effiċjenza akbar. Din l-istrateġija rriżultat f'ċertu livell ta' konverġenza tal-prezzijiet bejn pajjiżi ġirien. Madankollu, is-segmentazzjoni nazzjonali tas-swieq u l-ħolqien minħabba l-konġestjoni storika tan-netwerk tat-trażmissjoni, bi ftit eċċezzjonijiet, xekklu l-kompetizzjoni fl-Istati Membri.

4.6

B'żieda ma' dan, il-prezzijiet tal-gass u l-prezzijiet ta' enerġija primarja oħra — li jifformaw il-parti ewlenija tal-ispejjeż tal-ġenerazzjoni tal-elettriku (ara l-punt 3.5 hawn fuq) — esperjenzaw żidiet enormi f'dawn l-aħħar snin. Fl-aħħar nett, m'għadx hemm kapaċitajiet żejda fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-industrija tal-elettriku qiegħda tiffaċċja perijodu ta' investiment sostanzjali. Dawn il-fatturi kollha rriżultaw f'prezzijiet jiżdiedu, minkejja t-titjib li qed ikompli (ara pereżempju l-integrazzjoni progressiva tar-reġjun Ċentrali tal-Punent: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu u l-Olanda). Il-konċentrazzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija tista' tinsab ukoll barra l-Unjoni Ewropea mingħajr korrelazzjoni bejniethom u l-livelli tal-prezzijiet tal-gass jew l-elettriku.

4.7

Id-deċiżjoni politika meħuda fl-UE biex ittaffi l-bidla antropoġenika fil-klima bi tnaqqis estensiv tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra diġà hija fattur importanti fis-swieq tal-enerġija u l-importanza tagħha qiegħda dejjem tikber. Għalhekk, l-effiċjenza tal-enerġija ġiet enfasizzata ħafna iktar u għandha tiżdied b'mod sinifikanti sabiex l-intensità tas-CO2 tal-konsum tal-enerġija tonqos b'mod sikur. Minn din il-perspettiva, l-approvazzjoni tal-karburanti fossili mogħnija bil-karbonju qiegħda tonqos, waqt li s-sorsi tal-enerġija bi ftit karbonju (bħall-gass) jew teknoloġiji kważi mingħajr CO2 (bħall-enerġiji rinnovabbli u, f'xi każijiet, l-enerġija nukleari) komplew ikabbru l-istatus tagħhom, għalkemm dan ma japplikax fl-Istati Membri kollha.

4.8

L-assigurazzjoni ta' provvista ta' enerġija suffiċjenti għall-UE saret sfida ewlenija mil-lat tal-ksib ta' teknoloġija disponibbli u xierqa u, dejjem aktar, tellieqa kontra l-ħin. Fil-passat, uħud mill-Istati Membrital-UE ddeċidew li jieqfu jużaw l-enerġija nukleari, bir-restrizzjonijiet korrispondenti kollha għat-taħlita ta' ġenerazzjoni tal-elettriku li għandha ġġib magħha. Minbarra dan, kemm il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-elettriku li jaħdmu bil-faħam kif ukoll l-infrastruttura meħtieġa għat-trażmissjoni tal-enerġija kienu s-suġġett ta' xi reżistenza fost il-popolazzjoni. Dan jista' jwassal dejjem aktar għall-kanċellazzjoni ta' proġetti ta' impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam, bħalma ġara pereżempju f'Ensdorf, il-Ġermanja, minħabba l-attivitajiet tal-gruppi taċ-ċittadini. Anke ċerti enerġiji rinnovabbli bħall-imtieħen tar-riħ qegħdin jiffaċċjaw iktar u iktar reżistenza. L-aċċettazzjoni mill-pubbliku ta' kull tip ta' enerġija, mhux biss l-enerġija nukleari, saret kwistjoni serja li trid tiġi indirizzata bl-ikbar attenzjoni sabiex il-ġenerazzjoni tal-elettriku tissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u l-ekonomija tal-UE.

4.9

B'hekk, il-kapaċità tal-ġenerazzjoni fl-UE qiegħda tistagħġna, u ftit huma l-proġetti ġodda li qegħdin jiġu żviluppati u jista' jkun li l-UE tabilħaqq ser ikollha tħabbat wiċċha ma' problemi fil-ġejjieni. Il-modernizzazzjoni imminenti tal-impjanti tal-elettriku tal-Ewropa tippreżenta kemm sfida kif ukoll opportunità. Issa jinħtieġ li investituri potenzjali jirċievu l-messaġġ li huwa biss l-investiment fit-teknoloġiji li jarmu ftit karbonju li jagħmel sens mil-lat ekonomiku.

5.   L-istrateġiji tal-adattament tal-industrija

5.1

L-industriji tal-materjal bażiku li jużaw ħafna enerġija qegħdin jiffaċċjaw għadd numeruż ta' pressjonijiet sabiex jaddattaw ruħhom — minħabba l-globalizzazzjoni tas-swieq u s-sitwazzjoni tinbidel tas-swieq tal-enerġija. Min-naħa l-oħra, il-kumpaniji jridu jirnexxu fil-konfront tal-kompetizzjoni internazzjonali permezz tal-iżvilupp ta' proċessi u prodotti innovattivi. Min-naħa l-oħra, huma bil-fors iridu jakkomodaw l-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal-enerġija, sabiex jassiguraw il-konformità mad-deċiżjonijiet politiċi meħudin f'termini ta' tnaqqis xieraq kemm tal-emissjonijiet tas-CO2 kif ukoll tal-livelli tal-konsum tal-enerġija.

5.2

L-interazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali intensifikaw bħala riżultat tal-globalizzazzjoni. Fornituri minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw laħqu l-pass teknoloġiku u issa qegħdin joffru xogħol ta' produzzjoni intensiva bi prezz aktar raġonevoli. Il-fornituri ta' materjal bażiku rreaġixxew għal din l-isfida billi għamlu l-aħjar użu mill-proċessi tal-produzzjoni tagħhom, u speċjalizzaw fi prodotti teknoloġiċi ta' kwalità għolja, billi żviluppaw prodotti magħmula skont kif iridhom il-klijent f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-klijenti. Ġew żviluppati iżjed u iżjed sħubijiet bejn il-fornituri tal-materjali u l-klijenti, u qed tiġi offruta varjetà ta' servizzi.

5.3

L-ispejjeż tal-enerġija jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-ispejjeż tal-produzzjoni għal materjali f'industriji li jużaw ħafna enerġija. Għalhekk, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija speċifika huwa fl-interess ekonomiku tal-industriji li jużaw ħafna enerġija. Matul l-aħħar għexieren ta' snin inkisbu għadd ta' suċċessi eċċezzjonali f'dan il-qasam. L-industriji li jużaw ħafna enerġija fl-UE huma l-esponenti ewlenin madwar id-dinja fl-effiċjenza tal-enerġija matul il-produzzjoni.

5.4

Id-domandi politiċi reċenti għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 u żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jġibu magħhom sfidi ulterjuri għall-industriji li jużaw ħafna enerġija. F'ħafna każijiet, il-proċessi u t-teknoloġiji eżistenti tal-manifattura diġà laħqu l-limiti fiżiċi u kimiċi tagħhom (6). Il-konsum tal-aġenti ta' riduzzjoni fl-industrija tal-azzar fil-proċess tal-konverżjoni tal-kalkara tal-funderija, pereżempju, huwa diġà f'livell kimiku/fiżiku minimu u ma jistax ikompli jonqos mingħajr ma titnaqqas id-domanda tal-klijenti u l-volumi tal-produzzjoni. Għadd ta' kisbiet teknoloġiċi fundamentali, li għad iridu jiġu identifikati, riċerkati u żviluppati, ser ikunu meħtieġa qabel ma jkun jista' jsir kwalunkwe titjib ieħor impressjonanti fl-effiċjenza tal-enerġija. Dan jeħtieġ sforzi akbar mill-industrija. Għal din ir-raġuni, diġà jeżistu proġetti konġunti ta' riċerka u proġetti ta' dimostrazzjoni fuq perijodu ta' żmien twil fi ħdan il-qafas tal-pjattaformi tat-teknoloġija, u tentattivi bħas-CCS (Carbon Capture and Storage). L-istess japplika wkoll għal industriji oħrajn b'emissjonijiet fil-proċess, bħalma huma l-industriji tal-ġir u tas-siment. Fil-provvista tal-enerġija, ir-riċerka u l-iżvilupp huma sfida importanti fit-tul, pereżempju fir-rigward tas-CCS jew teknoloġiji rinnovabbli.

5.5

L-isforz tal-industriji li jipproduċu materjali bażiċi biex jiksbu teknoloġiji ta' produzzjoni ġodda u rivoluzzjonarji b'inqas konsum ta' enerġija ser jieħu ż-żmien. Minbarra l-avvanzi tekniċi, it-tnedija ta' proċessi ġodda għandha tkun taqbel maċ-ċikli tal-investiment tal-kumpaniji. Fl-aħħar mill-aħħar, il-prerekwiżit bażiku għall-introduzzjoni ta' proċessi ġodda huwa l-fattibbiltà ekonomika tagħhom — li, min-naħa l-oħra, għandha titkejjel fil-konfront tal-kompetizzjoni fis-suq dinji. Għal din ir-raġuni, u minħabba fatturi oħrajn (piżijiet amministrattivi, riżorsi finanzjarji limitati u inċertezzi ekonomiċi sussegwenti), għandu jiġi kkalkulat perijodu ta' bosta għexieren ta' snin għal industriji li jipproduċu materjal bażiku sabiex ikunu jistgħu jinkisbu kwalunkwe passi kbar 'il quddiem fl-iffrankar tal-enerġija. Dan jiddistingwi l-industriji li jużaw ħafna enerġija mis-settur li jiġġenera l-enerġija, li, filwaqt li jikseb ukoll titjib fl-effiċjenza pass, pass b'konformità maċ-ċikli tal-innovazzjoni, jista' jgħaddi aktar malajr l-ispejjeż tat-titjib u piżijiet amministrattivi relatati oħrajn (bħall-ispejjeż tal-iskema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-UE) lill-klijenti vinkolati.

5.6

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' prodotti industrijali tista' tiżdied b'mod sinifikanti permezz tal-użu ta' materjali bażiċi ġodda u żviluppati ħafna magħmula b'kollaborazzjoni ma' setturi oħrajn, bħal dawk li jipproduċu l-karozzi jew l-iżviluppaturi ta' impjanti tal-enerġija. Dan jirriżulta f'komponenti b'reżistenza akbar għat-temperatura jew b'inqas piż. Sistemi xierqa ta' kontroll tal-proċess iġibu magħhom livelli ġodda ta' kwalità f'termini ta' effiċjenza fl-użu ta' enerġija. It-tagħmir għall-ġenerazzjoni tal-enerġiji li jiġġeddu jiġi prodott ukoll minn materjali bażiċi funzjonali u tal-kostruzzjoni (eż. it-turbini tar-riħ magħmula mill-azzar u l-plastik ta' prestazzjoni għolja). Għalkemm il-potenzjal huwa wieħed kbir, il-ħtieġa għar-riċerka tal-materjal tibqa' relattivament importanti peress li l-maġġoranza tal-iżviluppi l-ġodda għadhom mhumiex maturi biżżejjed għall-użu kummerċjali.

6.   L-impatt tal-politika tal-enerġija fuq il-ktajjen tal-valur industrijali

6.1

Il-politika tal-enerġija taffettwa s-swieq tal-enerġija permezz ta' taħlita ta' strumenti. Minn naħa, hemm il-qafas regolatorju Ewropew għal suq uniku fl-elettriku u l-gass li qed jagħmel progress bil-mod, iżda għadu ma laħaqx il-mira tal-istabilizzazzjoni tal-prezz li qed ifittex li jilħaq. Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni tal-enerġija u l-konsum tal-enerġija industrijali huma u ser ikunu affettwati b'mod qawwi mill-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-UE, intiża bħala strument ewlieni għat-tnaqqis fl-emissjonijiet. Il-valur tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet (ETS) ser jitkejjel skont l-impatt fuq l-emissjonijiet Ewropej tal-gassijiet b'effett ta' serra u r-rilevanza tagħha u l-eżempju li tagħti fit-tqanqil tal-azzjoni dinjija u/jew l-iżvilupp tagħha fi skema dinjija komprensiva. Il-problema ewlenija hija li s-sistema mhijiex dinjija iżda limitata għall-Unjoni Ewropa u din twassal għar-riskju ta' leakage tal-karbonju fl-industriji li jikkompetu fuq livell internazzjonali. Għaldaqstant, matul id-dibattiti dwar il-klima, l-UE għandha tressaq l-argument li l-iskambju tal-gassijiet b'effett ta' serra għandu jsir fuq livell internazzjonali. Il-karatteristiċi problematiċi tas-sistema riveduta proposta għaldaqstant għandhom jiġu indirizzati b'attenzjoni kbira sabiex jitnaqqsu l-impatti imprevisti tal-ispejjeż.

6.2

Fl-2005 ġew introdotti livelli assoluti ta' emissjonijiet tas-CO2 għall-impjanti tal-enerġija u għall-faċilitajiet tal-proċessi fl-industriji li jużaw ħafna enerġija. Għall-industriji li jużaw ħafna enerġija, li l-emissjonijiet tagħhom għandhom rabtiet stretti mal-volumi ta' produzzjoni minħabba limitazzjonijiet teknoloġiċi, dan iżid b'mod konsiderevoli l-ispiża ta' kwalunkwe tkabbir ta' produzzjoni li jaqbeż il-volumi allokati. L-irkant tal-konċessjonijiet tal-emissjonijiet, li huwa ppjanat li jibda fl-2013, għandu jinvolvi żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni kollha ta' materjal bażiku li, f'ħafna mill-każijiet, mhijiex trasferibbli lill-klijenti downstream.

6.3

L-UE għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2, li żżomm id-dipendenza fuq l-importazzjoni f'livelli li jistgħu jiġu kkontrollati u li tippromovi teknoloġiji għall-esportazzjoni billi tkabbar is-sehem tagħha tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Il-finanzjament tal-bidu għall-enerġiji rinnovabbli jista' jkun kontribut raġonevoli għal dawn il-miri iżda għandhom jiġu evitati s-sistemi ta' sussidju permanenti. Fl-aħħar nett, l-enerġiji rinnovabbli jridu jsiru kompetittivi fis-suq. It-tendenzi attwali tal-prezzijiet tal-enerġija u l-avvanzi fl-enerġiji rinnovabbli diġà żiedu l-kompetittività tal-enerġiji rinnovabbli b'mod sinifikanti. Bħalissa, fl-UE, qegħdin jintużaw sistemi ta' sussidju nazzjonali sabiex jippromovu l-enerġiji rinnovabbli fis-settur tal-elettriku, li b'diversi modi jinvolvu sistemi ta' kwota għall-iskambju ta' ċertifikati u sistemi ta' tariffi feed-in għar-riżorsi rinnovabbli. L-ispejjeż addizzjonali tal-enerġiji li jiġġeddu ġeneralment jiġu trasmessi fil-prezz tal-elettriku għall-konsumaturi aħħarin. Għalissa, l-industriji li jużaw ħafna enerġija, bħal utenti oħrajn, huma involuti fl-iffinanzjar tal-enerġija rinnovabbli permezz tal-prezzijiet tal-elettriku.

6.4

Għalkemm ċerti setturi, bħal pereżempju ċerti oqsma tal-inġinerija mekkanika, jibbenefikaw mis-swieq tal-enerġija rinnovabbli, dawn il-kisbiet iridu jintiżnu fid-dawl tal-effetti negattivi fl-industriji li jipproduċu l-materjali bażiċi. Barra minn hekk, il-katina tal-provvista tagħhom u għalhekk, il-kompetittività tagħhom, jintlaqtu jekk il-materjali bażiċi jingħafsu 'l barra minħabba l-ispejjeż addizzjonali mis-sussidjar ta' riżorsi rinnovabbli (7). Għandu jiġi kkunsidrat li mhux biss il-kumpaniji Ewropej iżda l-ekonomija Ewropea wkoll tgawdi mis-swieq sussidjati fl-Ewropa — pereżempju, proporzjon kbir ta' materjali fotovoltajċi fl-Ewropa jintbagħtu mill-Ġappun.

6.5

L-enerġija nukleari hija fattur importanti fit-taħlita tal-enerġija ta' ħafna pajjiżi tal-UE, filwaqt li xi pajjiżi oħrajn iddeċidew li jieqfu jużaw din il-forma ta' ġenerazzjoni tal-elettriku. F'dawn il-pajjiżi, ma hemm l-ebda sors ta' ġenerazzjoni tal-elettriku baxxa tas-CO2 bi prezz raġonevoli għal enerġija ta' tagħbija bażi u din tal-aħħar għandha tiġi sostitwita mill-karburanti fossili jew mir-riżorsi rinnovabbli. Bħala riżultat, il-prezzijiet tal-elettriku, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-prezz tal-konċessjonijiet tas-CO2 jogħlew, b'impatt korrispondenti fuq l-industriji li jużaw ħafna enerġija.

6.6

Bosta Stati Membri tal-UE qegħdin jintroduċu taxxi bil-għan li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija jew inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2. Fi Green Paper dwar l-istrumenti tal-politika dwar il-klima ekonomika, il-Kummissjoni tal-UE qiegħda tikkunsidra li tarmonizza dawn l-istrumenti madwar l-Ewropa u tintroduċi aktar inċentivi sabiex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2. L-industriji li jużaw ħafna enerġija ser jiffaċċjaw żidiet konsiderevoli fil-prezz tal-enerġija u tal- tal-elettriku. Dawn l-ispejjeż jistgħu jkunu kkumpensati biss parzjalment minn miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija kif indikat hawn fuq.

7.   L-ambjent globali

7.1

Il-politiki dwar l-enerġija u l-bidla fil-klima m'għadhomx jieqfu fil-fruntiera nazzjonali jew reġjonali. Is-sigurtà tal-provvisti, in-nuqqas ta' riżorsi tal-enerġija u, qabel kollox, il-bidla fil-klima huma lkoll sfidi globali. Il-bidla fil-klima tista' tiġi miġġielda biss b'mod effettiv jekk ir-reġjuni kollha tad-dinja jiġu involuti f'dan l-isforz. Bil-maqlub, il-politiki ambizzjużi dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-UE ser jibqgħu ineffettivi sakemm it-tkabbir industrijali f'pajjiżi li qegħdin jikbru b'pass mgħaġġel bħaċ-Ċina jkunu jistgħu jaqbżu malajr dan l-iffrankar bis-saħħa tat-tkabbir industrijali.

7.2

L-interazzjoni dejjem tiżdied bejn il-kummerċ globali u l-flussi tal-kapital qed twassal għal kompetizzjoni dejjem akbar bejn il-lokazzjonijiet globali. L-industriji li jużaw ħafna enerġija qegħdin ukoll isiru dejjem aktar soġġetti għall-kompetizzjoni globali għall-klijenti u l-kapital. L-ewwel nett, hemm il-kompetizzjoni immedjata ma' fornituri ta' materjal oħrajn barra mill-UE. It-tieni nett, is-setturi industrijali tal-ipproċessar li jiddependu b'mod qawwi fuq l-esportazzjoni, bħall-industriji tal-karozzi jew dawk li jibnu l-magni, jgħaddu l-pressjonijiet tal-ispiża imposti mis-suq dinji fuq l-industriji li jipproduċu l-materjal. Is-sitwazzjoni kompetittiva internazzjonali tiddistingwi l-industriji li jużaw ħafna enerġija mis-setturi reġjonali, bħalma huwa s-settur tal-elettriku.

7.3

It-taħlita tal-isfidi globali tal-politika tal-enerġija u tal-klima u l-kompetizzjoni globali industrijali tfisser li piż ta' spiża esaġerata għall-industriji li jużaw ħafna enerġija jwassal għar-rilokazzjonijiet. Dawn iseħħu meta r-reġjuni barra mill-Ewropa ma jimponu l-ebda piżijiet ta' spiża komparabbli fuq l-industriji tagħhom. Is-sisien kollha tal-politika tal-UE dwar il-klima/l-enerġija għandhom ikunu bbażati fuq analiżi realistika tar-riżorsi (naturali, umani u soċjali) u l-iżvilupp potenzjali tagħhom fil-perijodu ta' żmien (l-Istrateġija ta' Liżbona eċċ.) sabiex jiġu sfruttati dawk ir-riżorsi għall-futur sostenibbli reċiproku tagħna. Il-konsiderazzjonijiet strateġiċi tal-UE għandhom jirriflettu dawk is-sisien strateġiċi.

7.4

Ir-rilokazzjoni tal-produzzjoni għandha mnejn twassal għal aktar emissjonijiet f'reġjuni barra mill-Ewropa. Il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom jistgħu jesebixxu sewwa effiċjenza fl-użu tal-enerġija aktar baxxa milli fil-pajjiżi tal-oriġini. Emissjonijiet addizzjonali jinħolqu mit-trasportazzjoni tal-prodotti delokalizzati għall-Ewropa. Madankollu, anki jekk il-produzzjoni kellha tkun rilokata f'installazzjonijiet effiċjenti, il-leakage ma tkunx sostenibbli minħabba li l-produzzjoni tingħafas 'l barra mill-Ewropa, li tirriżulta f'telf ta' impjiegi u kompetenzi tekniċi, inkluż f'termini ta' teknoloġija ambjentali. It-tnaqqis globali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għandu jkun il-fattur deċiżiv fit-tfassil tal-politika Komunitarja.

7.5

Ir-rilokazzjoni tal-industriji li jużaw ħafna enerġija twassal għal tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. It-telf tal-link tal-materjal bażiku jnaqqas ukoll l-attrazzjoni tal-lokazzjoni għal ktajjen industrijali sussegwenti u jwassal għall-erożjoni tal-livelli kollha tal-katina tal-valur. Madankollu, l-ekonomija Ewropea għandha bżonn il-qalba industrijali tagħha. Ekonomija bbażata purament fuq is-servizzi mhijiex sostenibbli — minħabba li ħafna servizzi intensivi tal-ħolqien tal-valur huma servizzi relatati mal-industrija li ser ikunu wkoll fil-periklu li jitilfu l-bażijiet industrijali tagħhom. Barra minn hekk, it-tmexxija fit-teknoloġija u l-innovazzjoni (ambjentali u oħrajn) tiddependi fuq il-preżenza ta' industriji bażiċi fl-Unjoni Ewropea.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  World Nuclear Association, World Nuclear Power Reactors 2006-2008 and Uranium requirements

http://www.world-nuclear.org/info/reactors.html

(2)  SET-Plan — COM(2007) 723 finali.

(3)  Kalkoli skond Destatis.

(4)  Per eżempju l-BP Statistical Review of World Energy June 2007.

(5)  Opinjoni TEN/312 Lejn politika komuni tal-enerġija CESE 236/2008.

(6)  Preżentazzjonijiet tas-Seduta Pubblika tas-CCMI/052 is-7 ta' Mejju 2008. Disponibbli fuq is-sit tal-internet tas-CCMI:

http://eesc.europa.eu/sections/ccmi/index_en.asp

(7)  Ara, pereżempju, Pfaffenberger, Nguyen, Gabriel (Diċmebru 2003): Ermittlung der Arbeitsplätze und Beschäftigungswirkungen im Bereich Eneuerbarer Energien.


APPENDIĊI 1

għall- Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emendi li ġejjin, li kienu appoġġjat minn tal-inqas kwart tal-voti mixħuta, ġew rifjutati matul id-dibattitu:

1.   Punt 1.9

Daħħal punt 1.9 ġdid:

“Madankollu, fuq perijodu medju u fit-tul huwa essenzjali li l-ekonomija Ewropea taqleb għal metodi ta' produzzjoni u prodotti ‘low carbon’. Jekk irridu nilħqu l-objettiv ta' tnaqqis ta' 60 % — 80 % ta' CO 2 fil-pajjiżi industrijalizzati, li huwa meqjus bħala essenzjali biex nevitaw bidla inkontrollabbli fil-klima, huwa kontroproduċenti li nipproteġu setturi tal-industrija li jemettu ammonti kbar ta' CO 2 . Huwa ħafna iktar importanti li l-Ewropa timmodifika l-ekonomija tagħha sabiex tikseb vantaġġ kompetittiv fl-innovazzjoni teknika u tagħti spinta lill-bidla f'pajjiżi oħra. Mhux ser ikun possibbli li nwettqu din it-tielet rivoluzzjoni industrijali jekk inkomplu b'sitwazzjoni ta' ‘business as usual’ akkumpanjata minn żieda modesta fl-effiċjenza ta' prodotti li jikkunsmaw l-enerġija b'mod intensiv.”

Riżultat tal-votazzjoni

Voti favur: 23 Voti kontra: 27 Astensjonijiet: 12

2.   Punt 6.7

Daħħal punt 6.7 ġdid:

“Madankollu, fuq perijodu medju u fit-tul huwa essenzjali li l-ekonomija Ewropea taqleb għal metodi ta' produzzjoni u prodotti ‘low carbon’. Jekk irridu nilħqu l-objettiv ta' tnaqqis ta' 60 % — 80 % ta' CO 2 fil-pajjiżi industrijalizzati, li huwa meqjus bħala essenzjali biex nevitaw bidla inkontrollabbli fil-klima, huwa kontroproduċenti li nipproteġu setturi tal-industrija li jemettu ammonti kbar ta' CO 2 . Huwa ħafna iktar importanti li l-Ewropa timmodifika l-ekonomija tagħha sabiex tikseb vantaġġ kompetittiv fl-innovazzjoni teknika u tagħti spinta lill-bidla f'pajjiżi oħra. Mhux ser ikun possibbli li nwettqu din it-tielet rivoluzzjoni industrijali jekk inkomplu b'sitwazzjoni ta' ‘business as usual’ akkumpanjata minn żieda modesta fl-effiċjenza ta' prodotti li jikkunsmaw l-enerġija b'mod intensiv.”

Din l–emenda tressaq mill-ġdid l-istess test tal-punt 1.9 (konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet) iżda fil-punt 6 (L-impatt tal-politika tal-enerġija fuq il-ktajjen tal-valur industrijali), billi l-punt 1.9 ġie rrifjutat, il-punt 6.7 jaqa'.

3.   Punti 7.4 u 7.5

Immodifika l-punt 7.4 u neħħi l-punt 7.5 kif ġej:

“Ir-rilokazzjoni tal-produzzjoni għandha mnejn twassal għal aktar emissjonijiet f'reġjuni barra mill-Ewropa jekk . I il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom jistgħu jesebixxu sewwa effiċjenza tal-enerġija aktar baxxa milli fil-pajjiżi tal-oriġini, li ma tantx huwa possibbli fil-każ ta' installazzjonijiet ġodda, meta nqisu ż-żieda fil-preżzijiet tal-enerġija. Emissjonijiet addizzjonali jinħolqu mit-trasportazzjoni tal-prodotti delokalizzati għall-Ewropa. Madankollu, anki jekk il-produzzjoni kellha tkun rilokata f'installazzjonijiet effiċjenti, il-leakage ma tkunx sostenibbli minħabba li l-produzzjoni tingħafas 'l barra mill-Ewropa, li tirriżulta f'telf ta' impjiegi u kompetenzi tekniċi, inkluż f'termini ta' teknoloġija ambjentali. Għalhekk huwa essenzjali li jkun konkluż ftehim dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal It-tnaqqis globali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għandu jkun il-fattur deċ iżiv fit-tfassil tal-politika Komunitarja.

Ir-rilokazzjoni tal-industriji li jużaw ħafna enerġija twassal għ al tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. It-telf tal-link tal-materjal bażiku jnaqqas ukoll l-attrazzjoni tal-loka zzjoni għal ktajjen industrijali sussegwenti u jwassal għ all-erożjoni tal-livelli kollha tal-katina tal-valur. Madankollu, l-ekonomija Ewropea g ħ andha bżonn il-qalba industrijali tag ħ ha. Ekonomija bbażata purament fuq is-servizzi mhijiex sostenibbli — minħabba li ħafna servizzi intensivi tal-ħ olqien tal-valur huma servizzi relatati mal-industrija li ser ikunu wkoll fil-periklu li jitilfu l-bażijiet industrijali tag ħhom. Barra minn hekk, it-tmexxija fit-teknoloġija u l-innovazzjoni (ambjentali u oħrajn) tidd ependi fuq il-preżenza ta ' industriji bażi ċi fl-Unjoni Ewropea.

Riżultat tal-votazzjoni

Voti favur: 21 Voti kontra: 41 Astensjonijiet: 3


APPENDIĊI 2

għall- Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dawn it-testi ta' Opinjonijiet tas-CCMI ġew irrifjutati favur l-emendi adottati mill-assemblea iżda ġabru mill-inqas kwart tal-voti mixħuta:

1.   Punt 4.9

“B'hekk, il-kapaċità tal-ġenerazzjoni fl-UE qiegħda tistagħġna, huma ftit il-proġetti ġodda li qegħdin jiġu żviluppati u fi żmien qasir l-UE tabilħaqq ser ikollha tħabbat wiċċha ma' problemi serji. Ir-riskji ta' ċerti teknoloġiji huma esaġerati, filwaqt li l-benefiċċji ekonomiċi tagħhom huma ferm sottovalutati. Biex nieħdu eżempju, l-aġenzija tal-enerġija Ġermaniża qed tistenna li l-Ġermanja ser tiffaċċja nuqqas fil-kapaċità garantita tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ta' 11 700 għal 15 800 MW fl-2020, skont l-iżvilupp tad-domanda. (1) Dan ifisser li nuqqas ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku huwa imminenti madwar l-UE — u l-prezz ta' nuqqas ta' azzjoni ser ikun għoli ħafna. Studji oħrajn iqisu li huwa possibbli li d-differenza tingħalaq b'żieda fl-effiċjenza fl-enerġija u l-ġenerazzjoni minn sorsi rinnovabbli. Madankollu, taħlita tal-enerġija, inkluż kwalunkwe sors tal-enerġija, għandha tkun neċessarja sabiex jiġi evitat tali żvilupp, u l-partijiet interessati għandhom jikkomunikaw dawn il-ħtiġijiet b'mod ċar u trasparenti liċ-ċittadini.”

Riżultat tal-votazzjoni

Voti favur: 36 Voti kontra: 20 Astensjonijiet: 5

2.   Punt 6.3

“Dan jista' jiġi evitat b'limiti tal-ispejjeż għall-industriji li jużaw ħafna enerġija sabiex l-appoġġ għall-enerġiji rinnovabbli jiġi rikonċiljat mal-kompettività internazzjonali tal-industriji tal-materjali bażiċi. Barra minn hekk, jekk l-appoġġ għall-enerġiji rinnovabbli huwa żbilanċjat, dan jispiċċa jhedded il-ktajjen tal-provvisti ta' materjal għal ċerti industriji, bħall-industriji bbażati fuq il-foresti (2). Biex nieħdu eżempju, din it-theddida tista' tirriżulta fil-qerda tal-industriji tradizzjonali fl-UE, bħal dawk tal-polpa u tal-karti.”

Riżultat tal-votazzjoni:

Voti favur: 37 Voti kontra: 20 Astensjonijiet: 4


(1)  DENA, Kurzanalyse der Kraftwerks- und Netzplanung in Deutschland, Marzu 2008.

(2)  Bio-energy and the European Pulp and Paper IndustryAn Impact Assessment; McKinsey, Pöyry, għal CEPI, Awwissu 2007.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/96


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-White Paper — Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013

COM(2007) 630 finali

(2009/C 77/23)

Nhar it-23 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

White Paper — Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Cser.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'114-il vot favur, 4 voti kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' b'mod favorevoli l-White Paper Flimkien għas-Saħħa. Fil-fatt, il-Kumitat ukoll jenfasizza r-rabta bejn is-saħħa minn naħa u l-prosperità ekonomika u l-kompetittività min-naħa l-oħra, u jagħraf id-dritt taċ-ċittadini li jieħdu d-deċiżjonijiet li jikkonċernawhom fil-qasam tas-saħħa fiżika u mentali u l-kura ta' kwalità tajba.

1.2

Il-KESE jaqbel mal-Kunsill tal-Ewropa li jagħraf il-valuri fundamentali u komuni Ewropej fil-qasam tas-saħħa bħall-universalità, l-aċċess għall-kura ta' kwalità tajba, l-ekwità u s-solidarjetà (1). Huwa qiegħed jistenna tibdil fis-settur tas-saħħa pubblika msejjes fuq dawn il-prinċipji fundamentali kif ukoll fuq approċċ ibbażat fuq il-prinċipju tas-“saħħa fil-politiki kollha”. Għalhekk il-KESE jemmen li huwa importanti li jiġu armonizzati l-politika kummerċjali, il-politika ekonomika u dik tal-kompetizzjoni fis-suq intern, u li dawn jaqdu l-objettiv politiku tal-UE fir-rigward tal-garanzija ta' livell għoli ta' saħħa pubblika sabiex tissaħħaħ, tiġi segwita u tittejjeb is-saħħa tal-bniedem.

1.3

Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni u jappoġġja l-fehma tagħha li ma tistax tissawwar ċittadinanza attiva Ewropea jekk ma jkunx hemm għarfien, garanzija u enfasi fuq id-drittijiet fundamentali — fosthom id-drittijiet tal-morda — u mingħajr informazzjoni adegwata. Fl-assenza ta' dawn l-elementi, ma tista' tissawwar l-ebda politika Ewropea tas-saħħa.

1.4

Il-Kumitat jaqbel mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni, b'mod partikulari fil-qafas tal-ġlieda kontra l-mard u t-theddid transkonfinali li għandhom impatt gravi fuq is-saħħa — u l-miżuri li jikkonċernaw il-monitoraġġ tal-katastrofijiet, it-twissija tagħhom, il-ġlieda kontra l-vizzju tat-tipjip u l-abbuż tal-alkoħol u l-ħarsien tas-saħħa pubblika.

1.5

Kontribut kontinwu u kkoordinat minn aġenziji speċifiċi tal-UE (2) jista' jaqdi rwol importanti sabiex l-istrateġija tiġi aċċettata u implimentata.

1.6

Il-Kumitat jappoġġja t-twaqqif fil-livell Komunitarju ta' sistema tal-ġbir tad-data iktar speċifika kif ukoll evalwazzjoni konġunta ta' din id-data, bil-għan li l-istrateġija jkollha probabbiltà ikbar li tirnexxi. Minbarra indikaturi reali u kumparabbli, hemm bżonn li jsir sforz sabiex jiġu aġġornati l-bażijiet tad-data u jiġu żviluppati metodi biex tiġi kkontrollata l-preċiżjoni tad-data miġbura. Il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn ta' protezzjoni partikularment rigoruża tad-data ta' natura personali.

1.6.1

Il-KESE huwa tal-fehma li l-pazjenti li jeħtieġu kura tas-saħħa transkonfinali għandhom jingħataw informazzjoni dwar id-dritt tagħhom għal kura ta' kwalità. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li l-provvista ħielsa tas-servizzi ma twassalx għad-dumping soċjali f'dan il-qasam, billi dan ikun ta' ħsara għall-persunal tal-kura, għal-livell ta' professjonaliżmu tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar għall-pazjenti.

1.7

Il-KESE jilqa' b'mod favorevoli d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni favur it-tneħħija tal-inugwaljanzi kbar li jeżistu fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom. Fl-istess ħin jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn il-fatt li l-appoġġ tad-dritt tal-pazjenti għall-mobilità u t-titjib tal-mobilità tal-ħaddiema tas-saħħa m'għandhom bl-ebda mod jikkontribwixxu biex dawn l-inugwaljanzi jiżdiedu.

1.8

Il-KESE jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ u tippromovi l-prevenzjoni u jilqa' l-promozzjoni tal-Kummissjoni ta' programmi li jiffavorixxu l-għarfien f'termini ta' saħħa għal diversi kategoriji ta' età. Il-programmi tar-radju jew tat-televiżjoni pubblika għandu jkollhom rwol imporanti x'jaqdu; dawn għandhom ikunu indirizzati lill-fqar, li jikkostitwixxu parti kbira tal-popolazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikulari t-tfal u ż-żgħażagħ li m'għandhom l-ebda opportunità oħra biex jiksbu informazzjoni u għarfien oġġettivi u importanti.

1.9

Il-KESE jipproponi t-tnedija ta' kampanja fuq perijodu fit-tul dwar is-suġġett “Iċ-ċittadin Ewropew b'saħħtu” li għandha ssir flimkien mal-istrateġija ta' ħames snin sakemm din tasal fi tmiemha. Dan għandu jippermetti li l-evalwazzjoni tkompli u li, fejn hemm bżonn, tiġi adattata bis-saħħa ta' programm annwali u sistema ta' feedback. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni testendi t-tul kemm ta' din l-istrateġija kif ukoll tal-programm jew tal-kampanja għal għaxar snin sabiex tiffavorixxi l-iżvilupp ta' mġiba li tagħti importanza ikbar lis-saħħa.

1.10

Il-KESE jisħaq fuq il-bżonn li l-partijiet ikkonċernati jiġu involuti kemm jista' jkun fl-isforzi mmirati lejn il-promozzjoni tal-istrateġija u ta' dibattitu dwarha kif ukoll lejn l-implimentazzjoni tagħha. Fil-fatt, huwa permezz tat-trasparenza u l-kooperazzjoni li l-istrateġija ser tiġi aċċettata u li d-demokrazija parteċipattiva ser issir realtà.

1.11

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn ir-rwol importanti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni kkoordinata fil-politiki Komunitarji billi jiġu involuti l-imsieħba soċjali u l-Istati Membri u billi tissaħħaħ il-prevenzjoni u l-protezzjoni.

1.12

Il-Kumitat jipproponi li l-ispeċjalisti tad-diversi politiki u r-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet professjonali u s-soċjetà ċivili joħolqu forums fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarju. Dawn il-forums ta' kooperazzjoni b'diversi livelli jistgħu jikkostitwixxu netwerk, jiffavorixxu l-iskambju ta' informazzjoni u l-preżentazzjoni tad-diversi interessi, jippermettu li ssir distinzjoni bejn il-politiki nazzjonali u Komunitarji u jippromovu l-aċċettazzjoni tagħhom. L-edukazzjoni taċ-ċittadini dwar kif għandhom iġibu ruħhom individwalment u kollettivament f'każ ta' kriżi tas-saħħa serja għandha tagħmel parti mill-forums ta' kooperazzjoni li jolqtu lill-pubbliku ġenerali, u għandha tippermetti ġestjoni effikaċi u fl-interess ta' kulħadd matul il-perijodi diffiċli.

1.13

Il-KESE jirrakkomanda li jiġi ggarantit id-dibattitu tal-kwistjonijiet politiċi kif ukoll it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji permezz tal-ħolqien ta' forums simili fil-qasam tal-politika internazzjonali tal-UE, bil-kollaborazzjoni tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati.

1.14

Il-KESE jappoġġja l-innovazzjoni fl-iskemi tas-saħħa tal-Istati Membri u jilqa' l-iżvilupp li sar fil-qasam tas-saħħa online. Madankollu, sabiex il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-applikazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-pazjenti jkunu ggarantiti, ikun xieraq li l-kwistjoni tkompli tiġi analizzata u li jiġu proposti soluzzjonijiet oħra.

1.15

Il-KESE huwa diżappuntat dwar il-fatt li strateġija li tikkonċerna lil kull ċittadin tal-Unjoni m'għandhiex baġit awtonomu. Biex tiġi ggarantita l-implimentazzjoni effikaċi tal-istrateġija l-ġdida, huwa jirrakkomanda li jiġi eżaminat il-baġit tal-UE (3), li jiġu definiti l-proġetti li jikkonċernaw is-saħħa taċ-ċittadini u li jsiru evalwazzjoni u segwitu kif ukoll armonizzazzjoni tal-miżuri.Matul l-istrateġija kollha, minbarra l-finanzjament tal-proġetti eċċ., wieħed għandu jistabbilixxi wkoll, għal wara l-2013, il-finanzjament baġitarju tal-missjonijiet il-ġodda li jsiru ripetutament.

2.   Kummenti ġenerali

2.1

Servizzi tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa ta' kwalità jiffurmaw parti mill-mudell soċjali Ewropew, u għandhom jinkludu valuri ferm importanti bħas-solidarjetà li għandhom jiġu żviluppati b'attenzjoni kbira (4).

2.2

Id-dritt tad-deċiżjoni fil-kura mentali u fiżika u l-aċċess għall-kura mentali u fiżika huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Ewropej u wieħed mill-pilastri ewlenin ta' ċittadinanza Ewropea attiva.

2.3

Huwa importanti li l-ħidma tagħna tiffoka fuq iċ-ċittadin Ewropew u li naħdmu flimkien biex nibnu kultura Komunitarja tas-saħħa u s-sigurtà.

2.4

Fl-Unjoni Ewropea huwa ferm importanti li wieħed jiġġieled kontra l-faqar u jiggarantixxi l-aċċess ta' kulħadd għas-saħħa ta' kwalità tajba, indikatur fundamentali tas-suċċess fil-qasam tas-saħħa iżda wkoll tal-promozzjoni tal-kompetittività (5).

3.   Kontenut tal-White Paper

3.1

Il-Kummissjoni Ewropea żammet żewġ konsultazzjonijiet dwar it-temi tas-saħħa. Is-seduta rrivelat appoġġ ġenerali għall-implimentazzjoni fl-Ewropa ta' strateġija ġdida għall-politika tas-saħħa kif ukoll ix-xewqa li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex tkompli tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa fi ħdan l-Unjoni.

3.2

Matul il-konsultazzjoni pubblika, ġew enfasizzati bosta kwistjonijiet essenzjali:

il-ġlieda kontra t-theddid għas-saħħa;

l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, inklużi dawk marbutin mas-sess;

l-importanza li ċ-ċittadini jiġu infurmati;

il-kwalità u s-sigurtà tas-servizzi tas-saħħa transkonfinali;

id-definizzjoni tal-fatturi ewlenin tas-saħħa marbutin mal-istil ta' ħajja, in-nutrizzjoni, l-eżerċizzju, il-konsum ta' alkoħol, it-tipjip u s-saħħa psikika;

il-bżonn li tiġi żviluppata sistema ta' informazzjoni Ewropea li tappoġġja l-istrateġija Ewropea għas-saħħa.

3.3

It-Trattat ta' Liżbona, li ġie ffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007, ser jikkompleta u jispeċifika l-Artikolu 152 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea billi jissostitwixxi l-kunċett ta' saħħa tal-bniedem b'dak ta' saħħa fiżika u mentali. Huwa jestendi l-kontenut tat-Trattat billi jinkludi l-monitoraġġ tat-theddid transkonfinali li jista' jkollu impatt gravi fuq is-saħħa, sistema ta' twissija f'każ ta' theddid kif ukoll miżuri għall-ġlieda kontrih.

3.4

Il-White Paper tisħaq fuq il-valuri komuni bħad-dritt għal aċċess għal kura ta' kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà. Il-Kummissjoni fasslet strateġija komuni fuq il-bażi ta' erba' prinċipji fundamentali:

il-valuri komuni tas-saħħa;

is-saħħa bħala l-ikbar ġid;

il-bżonn li s-saħħa tkun fil-qalba ta' kull politika;

it-tisħiħ tar-rwol tal-UE fil-kwistjonijiet ta' saħħa fil-livell globali.

3.5

Fuq din il-bażi, hija fasslet tliet objettivi ewlenin għas-snin li ġejjin:

il-ħarsien tas-saħħa f'Unjoni Ewropea li qiegħda tixjieħ;

il-ħarsien taċ-ċittadini kontra t-theddid għal saħħithom;

l-appoġġ għal sistemi dinamiċi tas-saħħa u teknoloġiji ġodda.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ressqet 18-il proposta ta' azzjoni għat-twettiq ta' dawn l-objettivi.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Il-KESE jaqbel mal-prinċipji fundamentali stabbiliti fil-White Paper. Għal din ir-raġuni, huwa jilqa' b'mod favorevoli l-prinċipju ta' “Saħħa fil-politiki kollha” (l-approċċ HIAP, Health in All Policies). Il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija jeħtieġu kooperazzjoni ferm iktar stretta bejn il-Kummissjoni, l-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili organizzata, id-dinja akkademika u l-mezzi tax-xandir.

4.2

Il-Kumitat jagħraf it-tliet prinċipji ewlenin li qiegħda taffaċċja s-saħħa pubblika dinjija: il-ġlieda kontra “dinja mikrobijoloġika” li qiegħda tinbidel kontinwament, l-evoluzzjoni tad-drawwiet u tal-imġiba tal-bniedem, u l-ġlieda għal viżibilità mtejba u iktar fondi (6). Fl-istess ħin jidentifika l-isfidi li qiegħda taffaċċja l-UE u l-possibbiltajiet li għandha:

it-tixjiħ tal-popolazzjoni, li jirrappreżenta sfida rikorrenti kemm fil-qasam tad-dijanjosi kif ukoll f'dak tal-kura u tat-trattamenti;

it-theddid għas-saħħa bħall-pandemiji tal-mard li jittieħed u l-bijoterroriżmu, li huma sors ta' tħassib kostanti;

il-bidla fil-klima u l-perikoli moħbija tal-globalizzazzjoni;

fl-istess ħin, l-iżvilupp dinamiku tat-teknoloġiji l-ġodda u dak daqstant dinamiku tal-mezzi ta' promozzjoni tas-saħħa, tal-prevenzjoni u tat-trattament tal-mard.

4.3

Il-KESE jenfasizza li huwa importanti ħafna li l-partijiet ikkonċernati (l-awtoritajiet pubbliċi, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-morda jew li jaħdmu għall-ħarsien tal-konsumaturi) jkunu jistgħu jaqdu rwol attiv u determinanti kemm fl-identifikazzjoni u s-soluzzjoni tal-problemi kif ukoll fl-iżvilupp ta' mġiba li tagħti attenzjoni kbira lis-saħħa.

4.4

Il-Kumitat huwa diżappuntat li l-imsieħba soċjali, l-atturi tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet professjonali u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-pazjenti ma ġewx involuti. Jissuġġerixxi li jkun hemm kollaborazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi — fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew — fil-qafas tas-sħubija soċjali, u jemmen li l-użu effikaċi tal-mezzi finanzjarji huwa kundizzjoni assolutament indispensabbli għat-twettiq ta' strateġija favur is-saħħa u s-suċċess ekonomiku tal-Unjoni Ewropea.

5.   Is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej

5.1

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Aġenda taċ-Ċittadini, id-drittijiet ċivili u dawk tal-pazjenti għandhom jirrappreżentaw il-bażi tal-politika Ewropea tas-saħħa. Għall-ġid tas-saħħa ta' kull ċittadin, ikun xieraq li tiġi żviluppata b'mod attiv is-solidarjetà, li hija l-mutur tal-mudell soċjali Ewropew (7).

5.2

Il-Kumitat jappoġġja ċ-ċittadinanza Ewropea attiva fil-qasam tas-saħħa, li hija ħaġa li ma tistax isseħħ jekk din il-kwistjoni ma tingħatax l-importanza li jistħoqqilha. Madankollu, minkejja l-isforzi li saru s'issa mill-UE u l-Istati Membri tagħha, għad hemm diskrepanzi kbar fir-rigward tal-istat ta' saħħa taċ-ċittadini (8), l-aċċess tagħhom għal stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa u l-opportunitajiet indaqs, b'mod partikulari (9) fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi u fir-rigward ta' gruppi żvantaġġati jew vulnerabbli. Il-KESE jitlob li wara li tkun identifikat il-problemi partikulari ta' dawn il-gruppi, il-Kummissjoni tfassal soluzzjonijiet speċifiċi u sistemi ta' għajnuna, filwaqt li tiffavorixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-promozzjoni ta' programmi speċifiċi għall-evalwazzjoni u t-tħaris tas-saħħa tal-anzjani tkun ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm hi u tippermetti li jiġu kkunsidrati t-tendenzi demografiċi.

5.3

Fir-rigward tad-diskrepanzi fl-Istati Membri u bejniethom, il-Kumitat jappoġġja l-objettiv komuni li jistipula li l-politiki tas-saħħa għandhom jikkontribwixxu għall-istrateġiji mmirati lejn it-tnaqqis tal-faqar u l-ġlieda kontrih. Anke jekk l-ispejjeż tas-saħħa qegħdin jiżdiedu kontinwament, din iż-żieda m'għandha bl-ebda mod twassal għal tnaqqis fir-riżorsi tal-individwi u tal-familji jew saħansitra għall-faqar, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha. Fir-rigward tal-użu tas-servizzi tas-saħħa, għandna niggarantixxu mhux biss li kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs iżda wkoll li jkun hemm aċċessibilità finanzjarja ugwali fil-livell lokali u provvista ta' firxa adegwata ta' servizzi tas-saħħa pubblika u soċjali. Huwa importanti li nevitaw li nkabbru l-firda li diġà teżisti fis-soċjetà tagħna bejn l-għonja u l-foqra.

5.4

Il-KESE jemmen li ċ-ċittadini Ewropej għandhom ikunu f'pożizzjoni li jiedħu d-deċiżjonijiet tagħhom fir-rigward tas-saħħa mentali u fiżika tagħhom u li jibbenefikaw minn drittijiet ugwali fil-qasam tal-kura tas-saħħa fiżika u mentali. Din l-ugwaljanza tista' biss tinkiseb jekk il-gruppi żvantaġġati, bħall-persuni emarġinati jew li ilhom jgħixu fil-faqar jew il-persuni esklużi għal raġunijiet reliġjużi, jingħataw attenzjoni partikulari. Sabiex tittejjeb is-saħħa pubblika, jeħtieġ li tingħata attenzjoni ikbar lis-saħħa mentali, b'mod partikulari fi ħdan il-gruppi żvantaġġati (10).

5.5

Il-KESE jissuġġerixxi li l-Istati Membri jkomplu jippromovu d-djalogu interkulturali sabiex jiġu appoġġjati l-attivitajiet tal-UE u taċ-ċittadini tagħha, b'mod speċjali fir-rigward tal-offerta u l-użu tas-servizzi tas-saħħa. Ir-rikonoxxenza u l-appoġġ tad-diversità kulturali u l-multilingwiżmu għandhom jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli biex is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tas-saħħa tiġi leġittimizzata u ankrata fis-soċjetà, jew saħansitra biex titħeġġeġ l-assistenza reċiproka (11) u r-rikors, fil-ħin, għas-servizzi tas-saħħa, il-prevenzjoni u l-kura.

5.6

Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal proposti mmirati lejn l-iżvilupp ta' mġiba li tagħti attenzjoni kbira lis-saħħa bil-għan li tintegra din l-ambizzjoni fil-politiki kollha tal-UE. L-objettiv huwa li tiġi pprovduta informazzjoni indipendenti dwar is-saħħa mentali u fiżika li tkun aċċessibbli wkoll għaċ-ċittadini li m'għandhomx aċċess għall-Internet u għall-persuni żvantaġġjati, li sfortunatament qegħdin jiżdiedu. Eżempju ta' kif dan jista' jsir huwa permezz ta' kollaborazzjoni mal-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni non kummerċjali sabiex jiġu stabbiliti katini ta' informazzjoni dwar is-saħħa pubblika u d-data marbuta mas-saħħa (b'mod partikulari l-prevenzjoni), kif ukoll il-komunikazzjoni tal-informazzjoni essenzjali sabiex wieħed isib, mingħajr telf ta' żmien, l-istituzzjonijiet responsabbli għas-segwitu u l-kura. Dan jista' jsir ukoll permezz ta' għodod ta' komunikazzjoni bħall-Internet li jkunu aċċessibbli għall-pazjenti u l-ħaddiema tas-saħħa.

5.7

Il-KESE jenfasizza l-fatt li l-kampanja kontra t-tipjip, id-definizzjoni tal-istandards komuni fil-qasam tat-tikkettar tal-ikel, ir-riċerka farmaċewtika u l-iżvilupp u t-tixrid tas-servizzi tas-saħħa online jirrappreżentaw valur miżjud. L-iskambju tal-aħjar prattika u l-evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet jistgħu jaqdu rwol importanti f'bosta oqsma f'termini tal-użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi finanzjarji limitati.

5.8

Il-KESE jemmen li l-politika ta' appoġġ lill-familji, kif ukoll il-provvista ta' taħriġ u għajnuna adegwati huma importanti ħafna sabiex tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni fir-rigward tas-saħħa. Din is-sensibilizzazjzjoni għandha tibda mit-tqala tal-ommijiet futuri (12). Għaldaqstant il-Kumitat jirrakkomanda li sabiex tiġi promossa ċ-ċittadinanza Ewropea, titnieda kampanja fuq perijodu fit-tul dwar “Iċ-ċittadin Ewropew b'saħħtu”.

5.9

Filwaqt li jappoġġja l-moviment ħieles tal-ħaddiema u jirrikonoxxi d-drittijiet tal-pazjenti, il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn il-fatt li l-mobilità tal-pazjenti u tal-ħaddiema tas-saħħa m'għandu qatt jaggrava l-inugwaljanzi li diġà jeżistu fis-settur tas-saħħa. Dawn id-diskrepanzi għandhom pjuttost jinqerdu (13).

5.10

Il-KESE jemmen li servizzi pubbliċi soċjali u tas-saħħa suffiċjenti u ta' kwalità tajba huma kundizzjoni indispensabbli sabiex ikun hemm taħriġ adegwat u numru suffiċjenti ta' professjonisti f'dawn is-setturi. Għal din ir-raġuni, ikun utli li l-ħaddiema f'dawn l-oqsma jitħallsu aħjar u jingħataw rikonoxxenza soċjali u morali aħjar sabiex dawn il-professjonijiet isiru iktar attraenti fost iż-żgħażagħ. Il-Kumitat jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-istat ta' saħħa tal-assistenti soċjali u tal-ħaddiema tas-saħħa li qegħdin jixjieħu u li jbatu mis-sindrome ta' burn out u minn stress professjonali kbir. Jemmen li l-valur tax-xogħol imwettaq mis-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali għandu jiġi enfasizzat hekk kif għandu jiġi enfasizzat il-fatt li l-professjonisti f'dan is-settur qegħdin iwettqu ħidma importanti biex jippromovu s-saħħa fis-soċjetà kollha kemm hi.

5.11

Fil-livell nazzjonali għandu jsir sforz biex titfassal politika tas-saħħa soda. Dan jista' jseħħ biss jekk jiġi allokat ammont suffiċjenti ta' riżorsi baġitarji u/jew riżorsi mis-sistemi tas-sigurtà soċjali. L-Istati Membri m'għandhomx jinvestu biss fil-prosperità tal-poplu tagħhom iżda wkoll fil-benesseri taċ-ċittadini u s-suġġetti tagħhom.

6.   Il-kwistjonijiet transkonfinali u globali

6.1

Il-KESE jaqbel li fl-oqsma tal-globalizzazzjoni u tas-saħħa, l-UE tista' taqdi rwol importanti fi ħdanha kif ukoll barra mill-fruntieri tagħha, billi tikkontribwixxi għas-soluzzjoni ta' problemi tas-saħħa dinjin u billi tfassal soluzzjonijiet Ewropej għall-katastrofijiet, il-pandemiji u l-isfidi l-ġodda marbutin mal-bidla fil-klima, kif ukoll billi tindirizza l-iskarsezza dinjija tal-ħaddiema tas-saħħa permezz ta' fond ta' kumpens speċjali (14). Tista' wkoll iġġib valur miżjud fil-qasam tal-promozzjoni tal-aċċess għall-mediċini.

6.2

It-theddidiet attwali (HIV/AIDS) u ġodda għas-saħħa, li jmorru lil hinn minn kull fruntiera, jikkonfermaw dejjem iktar li l-UE tirrappreżenta valur miżjud, billi l-Istati Membri ma jistgħux imexxu azzjoni effikaċi kontra problemi ta' dan it-tip separatament (problema ta' aċċess għat-triterapija). Dan jgħodd fuq kollox għall-mard li jittieħed, li jeħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-protezzjoni u li tiġi organizzata prevenzjoni kkoordinata.

6.3

Il-KESE huwa diżappuntat bin-nuqqas ta' proposti għal azzjoni speċifika tal-Kummissjoni għall-benefiċċju tal-partijiet involuti li huma essenzjali għas-suċċess tal-istrateġija Ewropea favur is-saħħa, jiġifieri l-ħaddiema tas-settur. Il-korrelazzjoni bejn in-nuqqas ta' ħaddiema tas-saħħa u l-problemi marbutin mal-insuffiċjenza jew in-nuqqas tal-kura hija ċara.

6.4

Il-KESE jisħaq fuq l-importanza tal-etika fl-eżerċizzju tad-drittijiet tal-pazjenti fir-relazzjoni tabib-pazjent-ħaddiema oħra tas-saħħa. F'dinja li qiegħda tinbidel u tiżviluppa — pereżempju bl-iżvilupp dinamiku tat-teknoloġiji tas-saħħa — l-etika u l-ħarsien tad-data personali għandhom jingħataw importanza akbar. Għaldaqstant wieħed għandu jagħti importanza partikulari lil dawn il-kwistjonijiet fil-qafas tat-tagħlim u t-taħriġ tul il-ħajja.

6.5

Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni lejn id-defiċit dejjem ikbar fin-numru ta' ħaddiema tas-saħħa u t-tixjiħ ta' din il-kategorija tal-popolazzjoni. Għaldaqstant ir-reklutaġġ tal-ħaddiema jeħtieġ approċċ tassew etiku b'politiki speċifiċi dwar l-integrazzjoni, il-kompetenzi u s-salarji ta' ħaddiema tas-saħħa minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi. Jeħtieġ ukoll li wieħed jikkunsidra l-mezzi li jistgħu jiffavorixxu r-ritorn tal-ħaddiema tas-saħħa migranti li huma kkwalifikati sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' sistema tas-saħħa tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Rigward il-migrazzjoni intra-Komunitarja tal-persunal tal-kura, l-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li l-provvista ħielsa tas-servizzi ma twassalx għad-dumping soċjali billi dan ikun ta' ħsara għall-persunal tal-kura, għal-livell ta' professjonaliżmu tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar għall-pazjenti.

7.   L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija

7.1

Il-KESE huwa diżappuntat bin-nuqqas ta' data u informazzjoni suffiċjenti, oġġettiva, kumparabbli u analizzabbli dwar is-sitwazzjoni taċ-ċittadini Ewropej. Ma teżisti l-ebda sistema ta' segwitu li tista' sservi biex isir paragan bejn l-Istati Membri jew bejn ir-reġjuni. L-informazzjoni pprovduta mis-setturi tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol iġġib fid-dieher diskrepanzi kbar u ħafna elementi ta' dubju (15). Ċerti aġenziji tal-Unjoni Ewropea għandhom rwol importanti x'jaqdu hawn.

7.2

Il-Kumitat jirrakkomanda li jsiru iktar sforzi sabiex jiġu involuti l-partijiet konċernati fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew fil-ġbir tal-istatistika rilevanti u d-definizzjoni tal-indikaturi.

7.3

Is-suċċess tal-istrateġija ta' Liżbona mġedda jiddependi ħafna mis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Adult iqatta' terz ta' ħajtu fuq il-post tax-xogħol. Għalhekk il-kundizzjonijiet li fihom jaħdem għandhom importanza kbira mil-lat tas-saħħa. Barra minn hekk, ambjent tax-xogħol perikoluż u ħażin għas-saħħa jista' jwassal għal telf ta' 3 % sa 5 % tal-PGD. Il-prevenzjoni tirrappreżenta l-aħjar mezz kif wieħed jista' jħares is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol b'mod permanenti. L-SMEs, li jimpjegaw iktar minn 80 % tal-ħaddiema, għandhom jibbenefikaw — billi jadottaw u jirrispettaw il-ftehimiet kollettivi — minn appoġġ partikulari, billi jinsabu f'sitwazzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-possibbiltajiet u l-mezzi finanzjarji tagħhom (meta wieħed iqabbilhom mal-kumpaniji multinazzjonali). Il-KESE huwa diżappuntat li l-persuni li jaħdmu għal rashom mhumiex protetti fuq ix-xogħol.

7.4

Il-Kumitat jappoġġja l-adattament tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri favur titjib fil-kwalità tas-servizz. Sabiex jinqerdu l-inugwaljanzi fi ħdan l-Istati Membri u lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, huwa importanti li wieħed jindirizza mhux biss ir-responsabbiltà tal-Istati Membri iżda wkoll ir-rwol li jaqdu r-reġjuni, rwol li m'għandu bl-ebda mod iwassal għal interferenza fil-kompetenzi tal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, il-KESE huwa mħasseb ħafna dwar ir-riformi tas-sistemi pubbliċi tas-saħħa li qegħdin isiru f'ċerti Stati Membri bil-għan li jillimitaw l-iskemi pubbliċi tal-assigurazzjoni tas-saħħa u li jwasslu għal privatizzazzjoni qawwija tas-sistemi pubbliċi tas-saħħa.

7.5

Il-KESE jappoġġja l-objettiv tal-Kummissjoni li tiffavorixxi u ssaħħaħ il-prevenzjoni. L-intenzjoni hija li tittejjeb is-saħħa tal-persuni anzjani, tat-tfal u taż-żgħażagħ. L-implimentazzjoni ta' dan l-objettiv jiddependi bil-qawwi mill-proposti għall-azzjoni fl-ambitu tat-tipjip, l-ikel, l-alkoħol, is-saħħa mentali (inkluża l-marda ta' Alzheimer) u l-iscreening tal-kanċer (16).

7.6

Il-Kumitat jilqa' bi pjaċir il-progress tal-iżvilupp teknoloġiku. Madankollu, jemmen li l-eżiġenzi tal-opportunitajiet indaqs mhumiex ser jiġu sodisfatti permezz tas-soluzzjoni marbuta mas-saħħa online li ġiet proposta. Fil-fatt, ma nafux x'inhi l-fehma tal-professjonisti fir-rigward ta' din il-kwistjoni. Għalkemm huwa xieraq li wieħed isemmi t-tnaqqis tal-ispejjeż u approċċ iktar iffukat fuq il-persuna, il-miżuri għall-garanzija effettiva tad-drittijiet tal-pazjenti u tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-iżvilupp u l-kontroll tas-saħħa ma ġewx spjegati biżżejjed.

7.7

Il-KESE jappoġġja żieda fil-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u inizjattivi ġodda. Billi l-UE taqdi rwol ewlieni fl-ambitu tal-għajnuna internazzjonali, il-Kumitat jaqbel li l-kooperazzjoni mal-WHO għandha tissaħħaħ.

7.8

L-Unjoni tista' biss tiffavorixxi t-twettiq tal-objettivi tal-WHO għas-Seklu 21 jekk tikkollabora b'mod effikaċi mal-Istati Membri, l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Unit, il-WHO, l-ILO, organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u l-Uffiċċju Internazzjonali għall-Migrazzjoni. Huwa wkoll importanti li jissaħħu r-rabtiet mal-organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-IMF u l-World Bank u li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' forums ta' diskussjoni internazzjonali mal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet professjonali tas-soċjetà ċivili, b'mod partikulari mal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-pazjenti u dawk li jaħdmu għall-ħarsien tal-konsumaturi.

7.9

Il-Kumitat jirrakkomanda li jekk l-UE tikseb preżenza iktar b'saħħitha fil-livell internazzjonali, huwa jingħata rwol iktar attiv, fil-limiti tal-kompetenzi tiegħi, fid-diskussjonijiet internazzjonali marbutin ma' ċerti kwistjonijiet, b'mod partikulari dawk li jikkonċernaw l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem tal-isfidi l-ġodda li jirriżultaw mill-bidla fil-klima.

7.10

L-istrateġija għas-saħħa għandha tkun suġġett permanenti fl-aġenda tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-politika internazzjonali tal-UE, bil-għan li nindirizzaw ilkoll flimkien l-isfidi l-ġodda għas-saħħa u l-pandemiji kif ukoll il-katastrofijiet u l-problemi tas-saħħa l-ġodda marbutin mal-bidla fil-klima jew fatturi oħra.

8.   Riżorsi u mezzi finanzjarji

8.1

Il-KESE jisħaq fuq l-importanza li l-istrateġija għas-saħħa tiġi kkunsidrata f'kull qasam tal-politika Ewropea. Ir-riżorsi finanzjarji neċessarji għandhom jiġu ggarantiti, billi l-White Paper tindika li l-baġit ma jalloka l-ebda riżorsi addizzjonali għal dan il-għan. Għalhekk, il-Kumitat jiddubita li l-kontroll fil-livell Komunitarju u l-proposti għat-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' ġestjoni tat-theddidiet għas-saħħa jistgħu jirnexxu mingħajr finanzjament adegwat. Ikun xieraq, kemm għall-effikaċja tal-finanzjament tal-proġetti kif ukoll minħabba n-natura rikorrenti tal-politiki Komunitarji, li jiġi stabbilit finanzjament baġitarju kontinwu speċifiku għal kull missjoni (17).

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Valuri u Prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea” (C 2006 146/01).

(2)  L-Aġenzija tad-drittijiet fundamentali bbażata fi Vjenna, l-Aġenzija ta' Bilbao, iċ-Ċentru Ewropew ta' prevenzjoni u kontroll tal-mard, eċċ.

(3)  Ara l-opinjoni tal-KESE tat-12.3.2008 dwar “Ir-riforma tal-baġit tal-UE u l-finanzjament futur” (rapporteur: is-Sinjura Florio) (ĠU C 204, 9.8 2008).

(4)  Opinjoni tal-KESE tas-6.7.2006 dwar “Il-koeżjoni soċjali: l-iżvilupp tal-mudell soċjali Ewropew” (opinjoni fuq inizjattiva proprja), rapporteur: is-Sur Ehnmark (ĠU C 309, 16.12.2006).

(5)  Opinjoni tal-KESE dwar “L-Implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona: is-sitwazzjoni attwali u l-perspettivi għall-ġejjieni”.

(6)  Diskors tas-Sinjura Margaret Chan, Direttur Ġenerali tal-WHO: “Diskors mogħti fil-Kumitat Reġjonali tal-Ewropa”, 18 ta' Settembru 2007, Belgrad, Serbja:

http://www.who.int/dg/speeches/2007/20070918_belgrade/fr/index.html.

(7)  Opinjoni tal-KESE tas-26.9.2007 dwar “Id-drittijiet tal-pazjent” (opinjoni fuq inizjattiva proprja), rapporteur: is-Sur Bouis (ĠU C 10, 15.1.2008).

(8)  Opinjoni tal-KESE tat-13.9.2006 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010”, rapporteur: is-Sinjura Attard (ĠU C 318, 23.12.2006).

(9)  Ara l-istudju ta' impatt: l-Italja, in-numru ta' snin fi stat ta' saħħa tajjeb huwa ta' 71 sena, filwaqt li l-Ungerija dan huwa ta' 53.

(10)  Opinjoni tal-KESE tas-17.5.2006 dwar il-“Green Paper — Intejbu s-saħħa mentali tal-popolazzjoni — Lejn strateġija dwar is-saħħa mentali għall-Unjoni”, rapporteur: is-Sur Bedossa (ĠU C 195, 18.8.2006).

(11)  Ara l-opinjoni tal-KESE tal-20.4.2006 dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatata mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008)”, rapporteur: is-Sinjura Cser (ĠU C 185, 8.8.2006).

(12)  Pereżempju, in-netwerk tal-infirmiera Ungeriżi li jipprovdi għajnuna lit-tfal u l-familji tagħhom matul l-ewwel 18-il xahar tal-ħajja tat-tarbija.

(13)  Opinjoni tal-KESE tas-27.10.2004 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Segwitu tal-proċess ta' riflessjoni ta' livell għoli dwar il-mobilità tal-pazjenti u l-evoluzzjoni tal-kura tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea”, rapporteur: is-Sur Bedossa (ĠU C 120, 20.5.2005).

(14)  Opinjoni tal-KESE tal-11.7.2007 dwar “Il-Migrazzjoni u l-iżvilupp: opportunitajiet u sfidi” (opinjoni esploratorja), rapporteurs: is-Sinjura Cser u s-Sur Sharma (ĠU C 256, 27.10.2007).

(15)  Opinjoni tal-KESE tad-29.5.2008 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Intejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol — strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol”, rapporteur: is-Sinjura Cser — (ĠU C 224, 30.8.2008).

(16)  Opinjoni tal-KESE tat-30.5.2007 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Strateġija tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara relatata mal-alkoħol COM(2006) 625 finali”, rapporteurs: is-Sinjura Van Turnhout u s-Sur Janson (ĠU C 175, 27.7.2007) u Opinjoni tal-KESE tat-28.09.2005 dwar “L-Obeżità fl-Ewropa: ir-rwol u r-responsabbiltajiet tad-diversi msieħba tas-soċjetà ċivili” (opinjoni fuq inizjattiva proprja, rapporteur: is-Sinjura Sharma (ĠU C 24, 24.1.2006); mhux disponibbli bil-Malti.

(17)  Opinjoni tal-KESE tal-5.7.2006 dwar “Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej” (//CE, Euratom), rapporteur: is-Sinjura Cser (ĠU C 309, 16.12.2006); mhux disponibbli bil-Malti.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/102


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-estensjoni tal-miżuri kontra d-diskriminazzjoni għal oqsma barra l-impjiegi u l-possibbiltà ta' direttiva komprensiva unika kontra d-diskriminazzjoni

(2009/C 77/24)

Nhar is-17 ta' Jannar 2008, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

L-estensjoni tal-miżuri kontra d-diskriminazzjoni għal oqsma barra l-impjiegi u l-possibbiltà ta' direttiva komprensiva unika kontra d-diskrimazzjoni

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Crook.

Matul l-477 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'112-il vot favur, 3 voti kontra u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Id-dritt għall-ugwaljanza huwa kemm dritt universali kif ukoll prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja. Dan huwa ddikjarat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-fonti tiegħu tinsab fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali, l-istrumenti internazzjonali l-oħra li tagħhom l-Istati Membri kollha huma firmatarji u t-tradizzjonijiet tal-kostituzzjoni komuni għall-Istati Membri.

1.2

Artikolu 13 tat-TKE timpenja lill-UE li tiġġieled id-diskriminazzjoni minħabba s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età u l-orjentazzjoni sesswali fl-oqsma kollha fil-kompetenza tagħha. It-Trattat ta' Liżbona jagħmel il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għan speċifiku tal-UE.

1.3

Id-Diskriminazzjoni għar-raġunijiet imsemmija f'Artikolu 13 tista' ttellef milli jintlaħqu l-iskopijiet tal-Komunità Ewropea kif jidhru f'Artikolu 2 tat-TKE, fosthom il-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi u ħarsien soċjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, it-titjib fil-livell tal-għajxien u l-kwalità tal-ħajja, il-koeżjoni ekonomika u soċjali u s-solidarjetà fost l-Istati Membri.

1.4

Il-ħarsien effettiv mid-diskriminazzjoni barra mill-qasam tal-impjiegi huwa importanti biex jassigura l-iżvilupp ta' soċjetajiet demokratiċi u tolleranti li jippermettu l-espressjoni tad-diversità u l-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni sħiħa tal-persuni kollha fil-ħajja ekonomika u soċjali.

1.5

Hemm bżonn li tittieħed azzjoni li tirreaġixxi għall-persistenza tal-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni fl-UE. Din id-diskriminazzjoni ġġib ħsara lill-individwi u lis-soċjetajiet Ewropej b'mod ġenerali. Bħalissa l-liġijiet tal-UE mhumiex adattati għal dan l-iskop. Filwaqt li l-kategoriji kollha li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13 huma mħarsa mid-diskriminazzjoni fl-impjieg u x-xogħol, il-liġi tal-UE toffri ħarsien ukoll mid-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-oriġini ta' razza u dik etnika fil-protezzjoni soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura medika, il-vantaġġi soċjali, l-edukazzjoni, u l-aċċess għal prodotti u servizzi, inklużi d-djar u fuq il-bażi tas-sess fl-aċċess għall-prodotti u s-servizzi. Ma hemm l-ebda liġi tal-UE li tħares mid-diskriminazzjoni barra mill-qasam tal-impjiegi fuq il-bażi tar-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew it-tendenzi sesswali. Il-liġijiet tal-UE kontra d-diskriminazzjoni ma jagħrfux u ma jipprovdux ħarsien minn diskiriminazzjoni multipla.

1.6

L-istampa reali tal-ħarsien legali madwar l-UE hija kumplessa. Ħafna Stati Membri għandhom liġijiet li jisbqu r-rekwiżiti tal-KE iżda b'differenzi kbar dwar il-kontenut, in-natura u l-grad ta' ħarsien offrut, filwaqt li oħrajn bilkemm jilħqu r-rekwiżiti minimi. Minkejja l-provi li jeżistu dwar il-benefiċċju li għandhom il-korpi speċjalizzati dwar l-ugwaljanza fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza, il-liġi tal-UE titlob li dawn il-korpi jkunu jeżistu biss f'rabta mal-oriġini ta' razza u dik etnika u mal-ugwaljanza bejn is-sessi. Ħafna Stati Membri waqqfu korpi għall-ugwaljanza b'mandati li jinkludu l-ugwaljanza għall-kategoriji kollha jew xi wħud mill-kategoriji l-oħra li hemm fl-Artikolu 13.

1.7

Il-KESE jqis li ma jista' jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-fatt li l-UE żżomm sistema ta' liġijiet li hi bbażata fuq impenn ċar mit-Trattat li jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni għal sitt kategoriji li żomm differenzi fil-ħarsien billi toffri inqas protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u garanziji aktar limitati ta' trattament ugwali fil-każ ta' ċerti kategoriji. Ma hemm l-ebda inċentiv veru għall-Istati Membri biex idaħħlu liġijiet li jipprovdu drittijiet b'mod konsistenti għall-kategoriji kollha jekk ma jkunx hemm obbligu li jorbothom li jilħqu livelli komuni tal-UE.

1.8

Il-KESE huwa mħasseb li l-UE ser issib tfixkil biex tilħaq l-għanijiet tagħha b'din l-iskema ġerarkika ta' ħarsien mid-diskriminazzjoni. Din tista' twaqqaf il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema, u tal-oġġetti; il-ħaddiema jistgħu ma jkunux iridu jmorru f'pajjiżi fejn hemm inqas drittijiet li huma ggarantiti, u l-fornituri tal-oġġetti u s-servizzi jistgħu jintlaqtu ħażin mir-rekwiżiti differenti għal-livelli differenti ta' ugwaljanza f'pajjiżi differenti. Dan jaħdem kontra l-koeżjoni soċjali u jillimta l-livelli ta' parteċipazzjoni fis-soċjetà ċivili.

1.9

Il-KESE jqis li issa hemm bżonn ta' liġijiet ġodda li ma jippermettux d-diskriminazzjoni barra mill-qasam tal-impjiegi fuq il-bażi tar-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew it-tendenzi sesswali. B'konsistenza mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fl-Artikolu 5 tat-TKE, il-kisba ta' livell għoli ta' ħarsien legali komuni madwar l-Istati Membri kollha mhux possibbli mingħajr azzjoni fil-livell tal-Komunità.

1.10

Azzjoni mill-KE għandu jkollha l-forma ta' direttiva waħda li tkopri l-erba' kategoriji. Biex ikun hemm koerenza u konsistenza fl-UE u l-liġijiet nazzjonali, id-direttiva l-ġdida għandha tapplika għall-oqsma kollha barra mill-impjiegi u x-xogħol fi ħdan id-Direttiva tal-Ugwaljanza ta' Razza. Il-KESE jemmen li direttiva waħda toffri vantaġġi kbar: tkun tipprovdi l-akbar ċarezza għan-negozji u fornituri oħra tal-prodotti u s-servizzi, u tinkoraġġixxi konformità bikrija; tkun tkopri bl-aktar mod effiċjenti il-ħarsien minn diskriminazzjoni multipla; tappoġġja koeżjoni soċjali akbar.

1.11

Għalhekk il-KESE jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tħabbret nhar it-2 ta' Lulju 2008 li tipproponi direttiva ġdida li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali irrispettivament mir-reliġjon, it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

1.12

Huwa essenzjali li l-liġi l-ġdida tiżgura li d-dritt għall-ugwaljanza ma' jiġix imnaqqas jew imċekken u ma jwassalx għal nuqqas ta' ħarsien mid-diskriminazzjoni fil-liġijiet eżistenti tal-UE jew dawk nazzjonali. Id-direttiva l-ġdida għandha toffri qafas ta' konformità mal-obbligi ta' ugwaljanza taħt il-konvenzjoni tan-NU dwar Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà fosthom id-dispożizzjoni tal-aċċess u tal-akkomodazzjoni raġjonevoli biex persuni b'diżabbiltà jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà. Għandha tippermetti l-adozzjoni ta' miżuri li jippermettu azzjoni pożittiva u trattament preferenzjali fuq il-bażi tal-età u d-diżabbiltà fejn dan hu konsistenti mal-prinċipju tat-trattament indaqs. M'għandiex tippermetti ġustifikazzjoni ġenerali għal diskriminazzjoni diretta, iżda għandha tippermetti diskriminazzjoni fejn din isservi biex tippromwovi l-ugwaljanza u r-rispett tad-dinjità umana. Għandha tirrikjedi li b'mod ġenerali jitwaqqfu korpi speċjalizzati li jkopru l-ugwaljanza fuq l-erba' kriterji li għad fadal.

2.   L-ugwaljanza huma prinċipju fundamentali tal-liġi tal-UE

2.1

Id-dritt għall-ugwaljanza huwa kemm dritt universali kif ukoll prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja. Huwa ġej minn strumenti internazzjonali li tagħhom l-Istati Membri kollha huma firmatarji u t-tradizzjonijiet tal-kostituzzjoni komuni għall-Istati Membri u hija ddikjarata f'Artikoli 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.2

Id-dritt għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fil-post tax-xogħol, li kien hemm qbil dwar aktar minn 30 sena ilu, kien karatteristika ewlenija fl-iżvilupp tal-Unjoni. It-trattament ugwali tan-nisa u tal-irġiel jibqa' essenzjali għal suq inter li jkun ġust, il-libertà tal-moviment u l-bini ta' soċjetà Ewropea li hi b'saħħita u magħquda.

2.3

Fid-disgħajnijiet kien hemm kuxjenza dejjem akbar tal-ħtieġa ta' miżuri li jittrattaw d-diskriminazzjoni fuq bażijiet oħra li mhuwiex is-sess u f'oqsma oħra li mhumiex l-impjieg. L-inklużjoni tal-Artikolu 13 fit-Trattat ta' Amserdam kien żvilupp importanti li ta poteri ġodda u impenn ikbar biex jiġi żgurat it-trattament ugwali. Artikolu 13 jimpenja lill-UE li tiġġieled id-diskriminazzjoni mhux biss fuq il-bażi tas-sess, iżda wkoll ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età u l-orjentazzjoni sesswali.

2.4

Minħabba fl-għarfien tal-ħtieġa li qed tagħfas għal azzjoni dwar id-diskriminazzjoni għal dawn il-kategoriji, il-Kunsill tal-2000 approva żewġ direttivi: Id-Direttiva tal-Ugwaljanza tar-Razza (2000/43/KE) li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini ta' razza jew dik etnika u d-Direttiva tal-Qafas tal-Impjieg (2000/78/KE) li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u x-xogħol. Fl-2004 il-Kunsill approva d-Direttiva dwar is-Sessi u l-prodotti u s-servizzi (2004/113/KE) li timplimenta il-prinċipju tat-Trattament Ugwali għan-Nisa u għall-Irġiel fir-rigward tal-Aċċess għall-Prodotti u għas-Servizzi u l-Proviżjoni tagħhom.

2.5

Kull waħda mit-tliet direttivi tirreferi għall-preambolu tal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tikkonferma li d-dritt tal-ugwaljanza huwa dritt fundamentali bbażat fuq id-drittijiet li huma mħarsa mill-istrumenti internazzjonali l-oħra li tagħhom l-Istati Membri kollha huma firmatarji u t-tradizzjonijiet tal-kostituzzjoni komuni għall-Istati Membri.

2.6

Dan ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, f'Mangold kontra Helm (1) fis-sentenza preliminari tagħha dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/78/KE dwar id-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età:

“74. … skont l-Artikolu 1 [Direttiva 2000/78], tagħha, din id-direttiva għandha biss l-għan ‘li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali’, il-prinċipju stess tal-projbizzjoni ta' dawn il-forom ta' diskriminazzjoni li għandhom is-sors tagħhom, kif jirriżultaw mill-ewwel u mir-raba' premessa tal-imsemmija direttiva, f'diversi strumenti internazzjonali u t-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri.

75. Il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni fir-rigward tal-età għandu għalhekk jiġi kkunsidrat bħala prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju.”

M'hemm l-ebda raġuni li tissuġġerixxi li l-Qorti ma terġax tikkonferma dan bħala prinċipju rigward il-kategoriji l-oħra fi ħdan id-Direttiva 2000/78.

2.7

Fil-każ ta' Coleman kontra Attridge Law, każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ntalbet tagħti sentenza preliminari dwar il-firxa tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/78, l-Avukat Ġenerali fl-Opinjoni tiegħu stqarr (2):

“8. L-Artikolu 13 KE huwa espressjoni tal-impenn tal-ordinament ġuridiku Komunitarju favur il-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u non-diskriminazzjoni. … Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija ċara rigward ir-rwol tal-ugwaljanza fit-trattament u tan-non-diskriminazzjoni fl-ordinament ġuridiku Komunitarju. L-ugwaljanza mhijiex sempliċement ideal u aspirazzjoni ta' natura politika imma wieħed mill-prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju.”

2.8

Kemm id-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali (3) u Id-Direttiva Qafas għall-Impjieg (4) jikkonfermaw il-fehma tal-Kunsill li d-diskriminazzjoni għar-raġunijiet imsemmija f'Artikolu 13 tista' ttellef milli jintlaħqu l-iskopijiet tal-Komunità Ewropea kif jidhru f'Artikolu 2 tat-TKE, fosthom il-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi u ħarsien soċjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, it-titjib fil-livell tal-għajxien u l-kwalità tal-ħajja, il-koeżjoni ekonomika u soċjali u s-solidarjetà fost l-Istati Membri.

2.9

It-Trattat ta' Liżbona jagħti importanza ġdida lill-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni skont Artikolu 13 (5), u jagħmilha għan speċifiku tal-UE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha (6).

3.   L-importanza ta' ħarsien effettiv kontra d-diskriminazzjoni barra mill-għalqa tal-impjiegi

3.1

Id-Direttiva Qafas għall-Imjieg tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol fuq bażi ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew tendenzi sesswali; id-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali timplimenta l-prinċipju ta' trattatment ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini etnika jew razzjali mhux biss fl-impjieg u x-xogħol iżda wkoll il-ħarsien soċjali inkluż is-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa, il-vantaġġi soċjali, l-edukazzjoni u l-aċċess u l-provvista tal-prodotti u s-servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluż id-djar.

3.2

Id-Direttiva dwar is-Sessi u l-prodotti u s-servizzi tikkumplimenta l-ħarsien kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess fl-impjiegi u x-xogħol fid-direttivi adottati skont l-Artikolu 141 tat-TKE (7) u timplimenta il-prinċipju tat-trattament ugwali għan-nisa u għall-irġiel fir-rigward tal-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi u l-proviżjoni tagħhom.

3.3

Fid-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali (8) u d-Direttiva dwar is-Sessi u l-prodotti (9) u s-servizzi l-Kunsill għaraf li biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni kollha, il-ħarsien mid-diskriminazzjoni jrid jiġi estiż lil hinn mill-impjiegi.

3.4

Il-KESE għaraf (10) l-importanza tal-aċċessibbiltà elettronika fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u biex il-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà tkun possibbli għall-gruppi kollha u rrakkomanda li jkun hemm liġijiet skont Artikolu 13 li jiħqu livell għoli u komuni ta' miżuri għall-aċċessibbiltà elettronika.

3.5

Il-KESE jemmen li l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kemm fi ħdan kif ukoll barra mis-suq tax-xogħol hija essenzjali biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija ta' Liżbona. Barra minn hekk, id-diskriminazzjoni fil-ħarsien soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u d-djar jew fl-aċċess għas-settur tas-servizzi essenzjali pubbliċi u privati tfixkel il-progress lejn it-tkabbir sostenibbli u aktar impjiegi li jkunu ta' kwalità aħjar.

4.   Il-pożizzjoni attwali tal-ugwaljanza u in-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-UE

4.1

Is-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal kulħadd fl-2007 offriet opportunità prezzjuża għall-istituzzjonijiet tal-UE, il-gvernijiet nazzjonali u s-soċjetà ċivili biex jirriflettu dwar l-importanza tal-ugwaljanza u l-eliminazzjoni tad-diskriminazjoni biex tinħoloq soċjetà li hi soċjalment aktar inklussiva. Ħarġet il-fatt li ġie notat b'mod ċar mill-Kunsill li l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni minħabba s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, l-età, id-diżabbiltà, ir-reliġjon jew it-twemmin, u l-orjentazzjoni sesswali “għadhom jeżistu fl-UE, bi prezz sostantiv għan-nisa u l-irġiel individwali kkonċernati u għas-soċjetajiet Ewropej b'mod ġenerali (11).

4.2

Is-Sena Ewropea ħarġet ukoll id-differenzi fil-ħarsien kontra d-diskriminazzjoni fi ħdan il-liġijiet attwali tal-UE, deskritti f'3.1 u 3.2 hawn fuq. Il-KESE huwa inkwetat li r-rifjut ta' trattament ġust, fosthom fil-forom ta' diskriminazzjoni istituzzjonali, lejn il-kategoriji kollha li hemm referenza għalihom f'Artikolu 13 f'oqsma bħalma huma l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-aċċess għall-prodotti, is-servizzi u d-djar jistgħu jikkontribwixxu biex l-inugwaljanza fl-aċċess għall-impjiegi tkompli tippersisti u tista' taffettwa profondament il-kwalità tal-ħajja tan-nies u l-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw kompletament fis-soċjetà.

5.   Diskriminazzjoni multipla

5.1

Kif innota il-Kunsill “is-Sena Ewropea evidenzjat id-diffikultajiet aggravati li jirriżultaw mid-diskriminazzjoni multipla (12).

5.2

“Id-diskriminazzjoni multipla” tgħaraf il-kumplessità tal-identitajiet ta' kull persuna naturali. Isseħħ meta persona tgħaddi minn esperjenza ta' diskriminazzjoni jew fastidju minħabba f'iktar minn karatteristika waħda li tifforma parti mill-identità tagħha.

5.3

Rapport ta' riċerka mill-Istitut Daniż għad-Drittijiet tal-Bniedem “Tackling Multiple Discrimination — Practices, policies and laws” (“Naffrontaw id-diskriminazzjoni multipa — Prattiki, politiki, u liġijiet” kien ġie ippubblikat f'Diċembrju 2007 (13). Mir-riċerka akkademika u legali tagħhom u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, l-awturi kkonkludew: “Jekk ir-realtà tad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi trid tiġi ttrattata, jridu jinstabu soluzzjonijiet li jistgħu jiġu implimentati għad-Diskriminazzjoni Multipla (14).

5.4

Il-liġi ta' kontra d-diskriminazzjoni tal-UE u l-liġijiet nazzjonali li jittrasponu l-liġijiet tal-UE għandhom ikunu kapaċi jipprovdu ħarsien u d-dritt ta' soluzzjoni kontra kull forma ta' diskriminazzjoni multipla. Biex dan isir, hemm bżonn li jkun hemm parità ta' ħarsien għall-kategoriji kollha. Bħalissa dan mhuwiex il-każ skont il-liġi tal-UE barra mill-qasam tal-impjiegi.

6.   Ħarsien legali kontra d-diskriminazzjoni madwar l-UE

6.1

Għalkemm mhux l-Istati Membri kollha għadhom ittrasponew Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali jew id-Direttiva Qafas għall-Imjieg (15), ħafna Stati Membri għandhom liġijiet li ma jippermettux id-diskriminazzjoni li tmur lil hinn mir-rekwiżiti tad-direttivi attwali tal-Artikolu 13.

6.2

Studju ta' ġbir ta' informazzjoni (16) ppubblikat f'Diċembru 2006 ħares lejn il-liġijiet nazzjonali li ma jippermettux id-diskriminazzjoni barra mill-qasam tal-impjiegi u x-xogħol fuq il-bażi tas-sess, it-tendenzi sesswali, id-diżabbiltà, ir-reliġjon jew it-twemmin, jew l-età. Kif stqarr l-awtur:

Forsi l-aktar karatteristiċi li jolqtuk fil-pajjiżi Ewropej li ġew indagati huma (1) il-fatt li ħafna pajjiżi jisbqu r-rekwiżiti attwali tal-UE u jipprovdu ħarsien legali ta' xi forma fir-rigward ta' ħafna mid-diskriminazzjoni li hija s-suġġett ta' dan ir-rapport, u (2) il-varjetà fost il-pajjiżi meta niġu għall-grad, kif ukoll in-natura, ta' kull ħarsien”  (17).

6.3

Hija skopriet differenzi kbar kemm dwar liema kategoriji qed jiġu mħarsa u r-rabta ma liema oqsma tal-attivitajiet u jekk il-ħarsien kienx fil-kostituzzjoni nazzjonali, liġijiet kontra d-diskriminazzjoni ġeneriċi, jew liġijiet nazzjonali jew reġjonali jew liġijiet speċjali, bħalma huma id-djar u l-edukazzjoni. Għal kull kategorija jew qasam li kien kopert, kien hemm differenzi varji bejn il-pajjiżi dwar in-natura, il-forma u l-firxa tal-eċċezzjonijiet għad-drittijiet ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni (18). Il-paragun bejn l-Istati Membri minn Bell, Chopin u Palmer (19) isaħħaħ dawn is-sejbiet ta' differenzi u inkonsistenzi.

6.4

Kif għaraf il-Kunsill, fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar is-segwitu tas-Sena Ewropea, korpi speċjalizzati dwar l-ugwaljanza huma, jew jistgħu jkunu muturi qawwija fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza f'kull Stat Membru; b'mod partikolari għandhom rwol ta' importanza kritika li jqajmu kuxjenza. Id-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali, id-Direttiva dwar is-Sessi u l-prodotti u s-servizzi u d-Direttiva kodifikata dwar is-sessi (20) jirrikjedu li l-Istati Membri jistabbilixxu korpi tal-ugwaljanza speċjalizzati biex jappoġġja d-drittijiet indaqs fuq il-bażi ta' razza jew oriġini etnika u s-sess, iżda m'hemm l-ebda rekwiżit li jitwaqqfu korpi ta' ugwaljanza għar-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, it-tendenzi sesswali jew l-età. Il-korpi speċjalizzati li twaqqfu fl-Istati Membri jvarjaw ħafna fil-kompetenzi tagħhom: xi wħud huma limitati għall-oriġini razzjali jew etnika u oħrajn jinkludu l-kategoriji kollha f'Artikolu 13 u kategoriji oħra (21). Fil-livell Ewropew jeżisti n-netwerk Equinet (22) li huwa magħmul mill-awtoritajiet awtonomi jew governattivi fl-Istati Membri li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tiġġieled id-diskriminazzjoni.

6.5

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, wara li tagħat ħarsa lejn il-ħarsien legali kontra d-diskriminazzjoni minħabba fit-tendenza sesswali madwar l-UE (23), irrakkomandat li l-liġijiet tal-UE jiżguraw drittijiet ugwali għal trattament ugwali għall-kategoriji kollha skont l-Artikolu 13.

6.6

Il-KESE jemmen li ma jista' jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-fatt li l-UE żżomm sistema ta' liġijiet li hi bbażata fuq impenn ċar mit-Trattat li jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni għall-kategoriji ta' sess, razza u oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età u tendenzi sesswali li tippermetti u żżomm livelli ta' ħarsien billi aktar baxxi u garanziji aktar limitati ta' trattament ugwali fil-każ ta' ċerti kategoriji.

6.7

Mingħajr liġijiet konsistenti li jkopru l-kategoriji kollha fil-livell tal-UE m'hemm l-ebda inċentiv veru għall-Istati Membri biex jimplimentaw liġijiet li jkunu konsistenti, u m'hemm l-ebda bażi legali għall-interventi mill-Kummissjoni jew il-Kunsill fejn il-livelli ta' ħarsien mid-diskriminazzjoni mhumiex adegwati jew tal-istess livell, kif bħalissa hu l-każ.

6.8

Il-KESE jaċċetta li l-implimentazzjoni ta' liġijiet li ma jippermettux id-diskriminazzjoni fih innifsu ma jeħlisx lill-pajjiż mill-kastig tad-diskriminazzjoni, iżda tal-anqas ikun jista' jingħad li l-Istat jgħaraf il-ħsara li d-diskriminazzjoni tikkawża lill-individwi u lis-soċjetà u l-impenn tagħha li tuża mezzi legali biex dan ma jibqax jiġri. L-assenza ta' liġijiet kontra d-diskriminazzjoni jwasslu messaġġ differenti ħafna, li jindika t-twemmin (żbaljat) li din id-diskriminazzjoni ma teżistix jew li diskriminazzjoni ta' din it-tip mhix problema tant gravi li hemm bżonn ta' miżuri formali biex jevitawha, jew f'termini politiċi, tindika li l-oġġezzjonijiet li jġibu dawk li jistgħu jiddiskriminaw għal kull forma ta' regolamentazzjoni qed jieħdu priorità fuq l-isforzi biex titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u tinkiseb koeżjoni soċjali akbar.

6.8.1

Hemm evidenza sostanzjali li miżuri mhux formali u mhux ta' liġi li għandhom il-għan li jippromwovu prattiki tajbin ma rnexxielhomx jeqirdu forom ta' diskriminazzjoni li kienu daħlu sew.

6.8.2

Madankollu, il-liġijiet kontra d-diskriminazzjoni waħidhom, mingħajr ma jkun hemm programm inklussiv ta' tqajjim ta' kuxjenza u edukazzjoni, kif ukoll infurzar effettiv, ma jilħqux dan il-għan.

7.   Ġerarkija ta' drittijiet għall-ugwaljanza taħdem kontra li l-KE tilħaq l-għanijiet tagħha

7.1

Il-KESE jemmen li jekk inħallu l-inkonsistenza fis-sistema attwali, ta' ġerarkija ta' ħarsien mid-diskriminazzjoni tal-KE, din ser tmur kontra li l-KE tilħaq l-għanijiet tagħha:

Żżomm il-moviment ħieles tal-ħaddiema, li għandhom inqas drittijiet garantiti għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni f'xi Stati milli f'xi oħrajn. Pereżempju, 69.3 % tal-individwi li rrispondew għall-istħarriġ elettroniku tal-Kummissjoni, “Id-Diskriminazzjoni hija importanti”, indikaw li l-livell ta' ħarsien legali kontra d-diskriminazzjoni barra mix-xogħol minħabba fl-età, id-diżabbiltà, ir-reliġjon u t-tendenzi sesswali jinfluwenzaw d-deċiżjoni tagħhom li jmorru fi Stat Membru differenti (24).

Tista' żżomm il-moviment ħieles tal-prodotti, peress li l-fornituri jridu jilħqu livelli differenti ta' ugwaljanza għall-prodotti u s-servizzi fi Stati Membri differenti. Pereżempju, 26.3 % tal-kumpaniji li pparteċipaw fil-European Business Test Panel on Anti-Discrimination (25) indikaw li l-livell ta' ħarsien legali offrut minn Stat Membru ieħor kontra d-diskriminazzjoni minħabba fl-età, id-diżabbiltà, ir-reliġjon u t-tendenzi sesswali, fir-rigward tal-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, kif ukoll id-djar, ikun jaffettwa l-kapaċità tagħhom li jinnegozzjaw hemmhekk.

Taffettwa l-kwalità tal-ħajja peress mingħajr kontroll legali, id-diskriminazzjoni u l-fastidju jibqgħu għaddejjin bla xkiel, u l-ostakli għat-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali jibqgħu hemm.

Tmur kontra il-koeżjoni soċjali, peress li ma jirnexxilhiex tagħti għarfien sħiħ u ugwali lill-gruppi kollha fis-soċjetà.

Tillimta l-livelli ta' parteċipazzjoni fis-soċjetà ċivili minn gruppi u komunitajiet ewlenin.

7.2

Bil-preokkupazzjonijiet li stqarr dwar il-persistenza tad-diskriminazzjoni, il-Kunsill fir-Reżoluzzjoni tiegħu dwar is-segwitu ta' Sena Ewropea;

innota li “id-diskriminazzjoni tista' twassal għall-faqar u l-esklużjoni soċjali billi timpedixxi l-parteċipazzjoni u l-aċċess għar-riżorsi” u

innota li “il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili appellaw sabiex il-protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni tiġi estiża għal oqsma lil hinn mill-impjiegi u x-xogħol”; u

stiedent lill-Istai Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex “biex isaħħu l-isforzi sabiex jimpedixxu u jikkumbattu d-diskriminazzjoni … ġewwa u barra mis-suq tax-xogħol” u li “jiżguraw u jsaħħu l-effettività ta' korpi speċjalizzati għall-ugwaljanza”.

8.   Hemm bżonn ta' direttiva ġdida

8.1

Biex ikun hemm risposta għall-preokkupazzjonijiet tal-Kunsill u biex jiġi żgurat livell konsistenti ta' ħarsien minimu madwar l-UE, hemm bżonn ta' leġiżlazzjoni ġdida li timplimenta l-prinċipju ta' trattament indaqs irrispettivament mid-diżabbiltà, ir-reliġjon jew it-twemmin, it-tendenzi sesswali jew l-età barra mill-qasam tal-impjiegi.

8.2

In-natura u l-iskala tal-kwistjonijiet li jaffettwaw il-livelli attwali ta' diskriminazjoni u l-impatt tagħhom fuq il-possibbiltà li l-UE tilħaq l-iskopijiet tagħha kif ukoll il-ħtieġa ta' livell komuni li jkun għoli ta' ħarsien fl-Istati Membri kollha ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri u għalhekk hemm bżonn ta' azzjoni fil-livell tal-Komunità, li jkun konsistenti mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif huma stabbiliti f'Artikolu 5 TKE.

8.3

Il-KESE jirrakkomanda li dan għandu jkun fil-forma ta' direttiva li ma tippermettix id-diskriminazzjoni minħabba fid-diżabbiltà, ir-reliġjon jew it-twemmin, it-tendenzi sesswali jew l-età b'rabta ma l-oqsma kollha barra mill-qasam tal-impjiegi fl-ambitu tad-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali u li jirrikjedi t-twaqqif jew it-tkabbir ta' korp għall-ugwaljanza. b'kompetenza sħiħa fuq il-kwistjonijeit kollha li jaqgħu taħt il-firxa ta' din il-liġi. Din kienet rakkomandazzjoni prinċipalit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (26)

8.3.1

Filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-ħarsien li joffru d-direttivi attwali kontra d-diskriminazzjoni jistgħu jiġu msaħħa, inkluż għarfien aktar ċar dwar id-diskriminazzjoni istituzzjonali, il-prijorità attwali tal-KESE hija li jiżgura l-ħarsien għall-kategoriji t'hawn fuq fl-istess livell li jeżisti bħalissa għall-oriġini ta' razza jew dik etnika.

8.4

Il-KESE jaċċetta li l-ewwel reazzjoni ta' ħafna organizzazzjonijiet, speċjalment negozji żgħar, għal kwalunkwe proposta għal regolamenti ġodda jkun tħassib ġenwin dwar l-ispejjeż li ġġib il-konformità. Għan-negozji, strati differenti ta' regoli jagħmluha diffiċli ħafna biex jikkonformaw (27) Il-KESE mhuwiex persważ li l-implimentazzjoni ta' direttiva waħda li twaqqas livell komuni ta' ħarsien kontra d-diskriminazzjoni barra mill-għalqa tal-impjieg tirriżulta fi spejjeż ġodda importanti; f'ħafna każijiet, l-ispejjeż biex il-prattika ssir konformi mal-liġi huma iktar minn ikkumpensati mir-riżultat ta' bażi ta' konsumaturi aktar wiesgħa li tirriżulta mill-qerda tad-diskriminazzjoni. Fl-opinjoni ta' 89.9 % tal-European Business Test Panel on Anti-discrimination, għandu jkun hemm liġijiet li “jiggarantixxu l-istess livell ta' ħarsien kontra d-diskriminazzjoni madwar l-Ewropa kollha” (28)

8.5

Il-KESE hu konxju mill-argumenti favur direttivi separati għal kull waħda mill-kategoriji rilevanti, madankollu l-KESE jikkunsidra li direttiva uniku li tkopri l-erba' kategoriji hi ħafna aktar preferibbli:

sabiex ikun hemm ċarezza u trasparenza massima għall-individwi u l-fornituri ta' prodotti u servizzi; aħna konxji li n-negozji privati rarament jaċċettaw forom ġodda ta' regolamenti, u biex jitfasslu standards mhux diskrimatorji tal-KE differenti għal kull kategorija separata, fi żminijiet differenti u mingħajr l-ebda ċertezza ta' rekwiżiti konsistenti ser iwassl biex il-konformità ssir ħafna aktar diffiċli, speċjalment għal negozji żgħar b'riżorsi limitati;

sabiex tippermetti tweġiba effettiva lil u rimedju għal diskriminazzjoni multipla; jekk ikun hemm protezzjoni konsistenti u ugwali għall-kategoriji kollha allura l-individwi li jiffaċċjaw diskriminazzjoni jew fastidju bbażati fuq aktar minn karatteristika waħda tal-identità tagħhom ser ikunu jistgħu jfittxu rimedju adegwat u rilevanti;

sabiex il-liġi tkun tinftiehem u aċċessibbli; fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar is-segwitu tas-Sena Ewropea, il-Kunsill irrefera għall-livell baxx ta' għarfien pubblika dwar il-liġijiet kontra d-diskriminazzjoni (29). Il-kompitu tat-titjib tal-għarfien se jkun ħafna aktar diffiċli jekk ikun hemm varjazzjonijiet kumplikati għad-dritt ta' trattament ugwali bbażat fuq il-kategoriji differenti u f'oqsma differenti fil-liġijiet tal-UE jew nazzjonali;

sabiex titneħħa kull forma ta' ġerarkija f'sistema Ewropea għad-dritt ta' trattament ugwali; il-koeżjoni soċjali tiddependi mis-sens ta' impenn komun u s-sens ta' appartenenza tal-membri tas-soċjetà; dan ser ikun aktar diffiċli biex jinkiseb jekk il-gruppi differenti jkunu jistgħu jisiltu mill-kontent tal-liġijiet li d-dritt għal trattament ugwali ta' xi gruppi hu aktar importanti mid-dritt ta' oħrajn.

8.6

Id-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali stabbilit l-oqsma ewlenin barra mill-qasam tal-impjiegi fi ħdan il-kompetenza tal-UE, li fihom, biex jinkisbu l-għanijiet tal-UE hu rilevanti u meħtieġ li tiġi evitata d-diskriminazzjoni minħabba d-diżabbiltà, ir-reliġjon jew it-twemmin, u t-tendenzi sesswali u l-età; il-KESE jirrakkomanda bis-sħiħ li dawn l-oqsma għandhom ikunu kompletament fl-ambitu tal-qafas tad-direttiva l-ġdida.

8.7

Il-KESE jaċċetta li, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, fir-rispett ta' ċerti oqsma ta' attività, pereżempju id-djar, l-edukazzjoni jew xi servizzi pubbliċi, il-kompetenza għall-organizzazzjoni u t-tqassim tal-provviżjoni u/jew għal aspetti oħrajn tar-regolament, taqa' primarjament fil-kompetenza tal-Istati Membri, fil-livelli nazzjonali jew reġjonali. Il-KESE jemmen li skont l-Artikolu 5 TKE, biex jiġi żgurat l-istandard komuni ta' livell għoli komprensiv, meħtieġ għat-trattat ugwali fir-rigward ta' dan it-tip ta' oqsma ta' attività, ma jkunx jista' jintlaħaq jekk mhux b'liġijiet fl-livell Ewropew.

8.8

Għalhekk il-KESE jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 li tipproponi direttiva ġdida li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali irrispettivament mir-reliġjon, it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali barra mill-qasam tal-impjiegi kopruti mid-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali. Minħabba li abbozzi preċedenti ta' din l-opinjoni kienu mressqa lill-Kummissjoni, hu ttamat li l-argumenti u l-konklużjonijiet preliminari tal-grupp ta' studju tal-KESE għal rakkomandazzjoni ta' direttiva fil-forma proposta attwali setgħu għenu lill-Kummissjoni fit-teħid ta' deċiżjoni tagħha. Barra min hekk nittamaw ukoll li din l-opinjoni fil-forma aħħarija tagħha tista' tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-valur u l-importanza tal-liġijiet tal-UE għal dan il-għan u biex tgħinhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp pożittiv u l-approvazzjoni tagħha.

8.9

Il-KESE jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproponi direttiva li konsistenti fl-għola grad ma' direttivi oħrajn tal-Artikolu 13, bl-istess definizjonijiet ta' diskriminazzjoni diretta u indiretta, fastidju u azzjoni pożittiva, applikazzjoni għall-persuni kollha preżenti fi Stat Membru inkluż iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u l-istess obbligi fuq l-Istati Membri sabiex jiżguraw d-dritt għal rimedja, sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u disważivi, protezzjoni kontra l-vittimizzazzjoni u l-inkorporazzjoni tat-trasferiment tal-piż tal-prova. Ta' importanza ugwali huma obbligi konsistenti biex jitkabbar l-għarfien u jitħeġġeġ id-djalogu mal-imsieħba soċjali u l-NGOs.

8.10

Il-KESE jirrakkomanda li l-Kunsill u l-istituzzjonijet l-oħra tal-UE għandhom jqisu il-kwistjonijiet li ġejjin fl-iskrutinju tad-direttiva proposta, sabiex jiżguraw li forma aħħarija tagħa tikseb l-għanijiet li ddeskrivejna:

8.10.1

Non-rigressjoni: L-iżvilupp ta' direttiva ġdida m'għandhiex tintuża biex titnaqqas il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni f'xi liġijiet tal-UE u l-Istati Membri m'għandhomx jitħallew jużaw l-implimentazzjoni tad-direttiva bħala raġuni għat-tnaqqis tal-livell ta' protezzjoni attwali tagħhom kontra d-diskriminazzjoni.

8.10.2

Drittijiet ta' ugwaljanza u akkomodazzjoni raġjonevoli għal persuni b'diżabbiltà: Barra mill-qasam tal-impjiegi l-persuni b'diżabbiltà jiltaqgħu mal-istess ostakli jew akbar għal parteċipazzjoni sħiħa tagħhom. Id-direttiva l-ġdida għandha tipprovdi qafas għall-Istati Membri kollha biex jilqgħu l-obbligi ta' ugwaljanza u mhux diskriminatorji tagħhom skont il-Konvenzjoni tal-ĠM dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà.

8.10.2.1

Id-direttiva l-ġdida għandha tirrikjedi li l-persuni kollha involuti fil-proviżżjoni ta' protezzjoni soċjali inkluż is-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa, il-vantaġġi soċjali, l-edukazzjoni u l-prodotti u s-servizzi inkluż id-djar

a)

Jantiċipaw il-ħtiġijiet ta' aċċessibbiltà, inkluż l-aċċess għall-ambjent fiżiku, trasportazzjoni u informazzjoni b'rabta mad-diżabbiltà; u

b)

jipprovdu akkomodazzjoni raġjonevoli minn qabel, bit-tneħħija tal-ostakoli għall-parteċipazzjoni sħiħa u l-użu minn persuni b'diżabbiltà.

8.10.2.2

Id-direttiva l-ġdida għandha tiddefinixxi bħala forma ta' diskriminazzjoni, in-nuqqas milli wieħed jiżgura aċċessibbiltà raġjonevoli għal persuna partikolari b'diżabbiltà, sakemm dawn il-miżuri ma jimponux piż sproporzjonat fuq il-fornitur.

8.10.3

Diskriminazzjoni multipla: id-direttiva għandha tikkonferma li l-prinċipju ta' trattament ugwali jinkludi l-protezzjoni f'rabta mad-diskriminazzjoni multipla sabiex din jkollha effett fil-liġi tal-UE u dik nazzjonali.

8.10.4

Azzjoni pożittiva:l-inugwaljanza daħlet sew f'oqsma ta' attività barra mill-impjiegi u x-xogħol, pereżempju fl-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, id-djar u l-aċċess għal servizzi bħal lukandi, ristoranti, servizzi finanzjarji u arranġamenti għall-ivvjaġġar. Għalhekk, bil-għan li realment tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa, id-direttiva l-ġdida għandha tippermetti b'mod espliċitu lill-Istati Membri sabiex iżommu l-istess jew jaddottaw miżuri sabiex jipprevjenu jew jikkumpensaw għall-iżvantaġġi marbuta mar-reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

8.10.5

Trattament preferenzjali fuq bażi ta' diżabbiltà jew età: Id-direttiva l-ġdida għandha tirrikonoxxi prattiki fi ħdan l-Istati Membri għall-provviżjoni ta' trattament preferenzjali lill-persuni bbażat fuq l-età jew l-istatus tagħhom bħala persuna b'diżabbiltà, li ħafna minnhom jagħtu kontribut għall-inklużjoni soċjali akbar ta' persuni ixjeħ jew iżgħar u l-persuni b'diżabbiltà. Id-direttiva l-ġdida m'għandix twaqqaf lill-organizzazzjonijet mis-setturi pubbliċi jew privati milli joffru dawk il-benefiċċji maħsuba biex jegħlbu jew itejbu, l-ostakli reali finanzjarju jew attitudinali għall-parteċipazzjoni ugwali. Għandha tippermetti lill-Istati Membri jħallu dawn il-miżuri sakemm dawn ikollhom għan leġittimu li hu konsistenti mal-prinċipju tat-trattament ugwali kif ukoll mezzi proporzjonati biex jintlaħaq dan il-għan.

8.10.6

Kull eċċezzjoni għanda tingħata definizzjoni dettaljata. Il-KESE jaċċetta li se jkun hemm ċirkostanzi fejn it-trattament differenzjat bbażat fuq kategorija protetta jista' jkun adegwat u meħtieġ iżda jirrifjuta l-introduzzjoni ta' ġustifikazzjoni ġenerali għal diskriminazzjoni diretta. L-eċċezzjonijiet għal-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni m'għandhomx ikunu daqstant mifruxa li jispiċċaw ineħħu l-impatt tal-protezzjoni li d-direttiva għandha tipprovdi; Min-naħa l-oħra d-direttiva m'għandix tkun kumplessa żżejjed b'lista twila ta' eċċezzjonijiet speċifiċi għal ċirkostanzi jew kategoriji partikolari. Fil-lliġijiet kontra d-diskriminazzjoni, it-trattament differenzjat għandu jiġi permess biss meta jgħin biex jippromovi u jtejjeb l-ugwaljanza u d-dinjità umana u ma jdgħajjifx l-impatt tad-dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni.

8.10.7

L-infurzar tad-drittijiet: id-Direttiva l-ġdida, filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza u l-valur tas-soċjetà ċivili organizzata, għandha tiżgura li assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet b'interess leġittimu fl-iżgurar tal-konformità jistgħu jinvolvu ruħhom fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi f'isem jew b'appoġġ għall-persuni effettwati b'diskriminazzjoni.

8.10.8

Korpi speċjalizzati: ftit hemm dubju li l-għarfien u l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali u l-promozzjoni ta' trattament ugwali jiggwadanjaw ħafna bl-eżistenza ta' korp speċjalizzat indipendenti bir-riżorsi u l-kompetenzi li jwettaq il-funzjonijiet speċifikati fid-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali (30) jew fid-Direttiva dwar dwar is-Sessi u l-Prodotti u s-Servizzi (31). Id-direttiva l-ġdida għandha tirrikjedi l-ħolqien ta' korp jew korpi (jew l-estensjoni ta' korp eżistenti) għar-reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew tendenzi sesswali. Barra minn hekk għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dawn il-korpi li janalizzaw regolarment ir-riżultati tal-politiki għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  [2005] UE QEĠ C-144/04 tat-22 ta' Novembru 2005.

(2)  [2008] UE QEĠ C-303/06 tal-31 ta' Jannar 2008.

(3)  Premessa 9.

(4)  Premessa 11.

(5)  Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew (verżjoni konsolidata kif emendata mit-Trattat ta' Lisbona), Artikolu 19.

(6)  Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew (verżjoni konsolidata kif emendata mit-Trattat ta' Lisbona), Artikolu 10.

(7)  Eż. Id-Direttivi 207/76/KE u 2004/73/KE.

(8)  Premessa 12.

(9)  Premessa 9.

(10)  Opinjoni tal-KESE tat-30.5.2007 dwar “Leġislazzjoni futura dwar l-Aċċessibilità Elettronika”, rapporteur: Is-Sur Hernández Bataller (ĠU C 175, 27.7.2007).

(11)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal- 5 ta' Diċembru 2007 dwar is-Segwitu tas-Sena Ewropea ta'Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007) pġ. 1.

(12)  Idem, punt 3.

(13)  Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2007 ISBN 978-92-79-06953-6.

(14)  Idem, punt 7.

(15)  Ara M. Bell, I. Chopin and F. Palmer, “Developing Anti-Discrimination Law in Europe — The 25 EU Member States Compared”, (“L-iżvilupp ta' liġijiet kontra d-diskriminazzjoni fl-Ewropa — Paragun bejn il-25 Stat Membr tal-UE” July 2007, Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijeit Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2007, ISBN 978-92-79-06572-9.

(16)  Ara A. McColgan, J. Niessen and F. Palmer, “Comparative Analyses on National Measures to Combat Discrimination Outside Employment and Occupation” (Analiżi komparattiva dwar miżuri nazzjonali li jiġġieldu d-diskriminazzjoni barra mill-impjiegi u x-xogħol) VT/2005/062, Migration Policy Group and Human European Consultancy, Diċembru 2006.

(17)  Idem, punt 3.

(18)  Op cit Tabelli Komparattivi pg 36-45, ara wkoll M. Bell, I. Chopin u F. Palmer (ara nota 15)

(19)  Op cit Tabelli Komparattivi pg. 83-113.

(20)  2006/54/KE

(21)  Ara M. Bell, I. Chopin and F. Palmer, “Developing Anti-Discrimination Law in Europe — The 25 EU Member States Compared”, (L-iżvilupp ta' liġijiet kontra d-diskriminazzjoni fl-Ewropa — Paragun bejn il-25 Stat Membru tal-UE) July 2007, Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijeit Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2007, ISBN 978-92-79-06572-9, paġni 108-113.

(22)  Ara www.equineteurope.org

(23)  Homophobia and Discrimination on Grounds of Sexual Orientation in the EU Member States: Part I — Legal Analysis (L-Omofobija u d-Diskriminazzjoni minħabba fit-Tendenzi Sesswali fl-Istati Membri tal-UE: L-ewwel parti — Analiżi Legali), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, 2008 (awtur: Olivier De Schutter).

(24)  Konsultazzjoni onlajn Lulju-Ottubru 2007.

(25)  12.7.2007-31.8.2007, mistoqsija 4a.

(26)  Homophobia and Discrimination on Grounds of Sexual Orientation in the EU Member States: Part I — Legal Analysis (L-Omofobija u d-Diskriminazzjoni minħabba fit-Tendenzi Sesswali fl-Istati Membri tal-UE: L-ewwel parti — Analiżi Legali), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, 2008 (awtur: Olivier De Schutter).

(27)  Ir-risposta tal-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Id-Diskriminazzjoni hija importanti?”12 ta' Ottubru 2007.

(28)  12.7.2007-31.8.2007, mistoqsija 4b.

(29)  Konsultazzjoni onlajn Lulju-Ottubru 2007, paġna 1.

(30)  Artikolu 13.

(31)  Artikolu 12.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/109


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-multilingwiżmu

(2009/C 77/25)

Permezz tal-ittra tagħha tal-4 ta' Frar 2008, is-Sinjura Margot Wallström, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ifassal opinjoni esploratorja dwar

Il-multilingwiżmu

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali, u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Le Nouail-Marlière.

Matul l-447 sessjoni plenarja li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'144 vot favur, 8 voti kontra u 13-il astensjoni.

Sommarju tal-opinjoni u l-konklużjonijiet tagħha

Meta wieħed jikkunsidra li s-suġġett qiegħed kulma jmur jikber fl-importanza politika u ekonomika tiegħu, il-Kumitat jiddispjaċih li mhux talli l-Kummissjoni ma ressqitx programm konkret li jibni fuq “l-istrateġija ta' qafas ġdida għall-multilingwiżmu” li ġiet adottata fl-2005, iżda minflok, għażlet li tippreżenta strateġija ġdida lejn tmiem il-mandat tagħha.

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jżidu r-ritmu tad-dibattitu dwar l-objettivi li għandhom jintlaħqu, u mbagħad jiċċaraw x'miżuri ser jieħdu permezz ta' koordinazzjoni konġunta fl-oqsma tal-kultura u t-tagħlim.

Fir-rigward tal-għażla tal-ewwel lingwa ħajja mgħallma u mitgħallma, iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jivvalorizzaw lingwi oħra minbarra dawk Anglo-Amerikani, u sabiex jippromovu t-tagħlim u l-użu tal-lingwi Ewropej permezz ta' skambji extra-Komunitarji.

Jinnota l-korrelazzjoni mill-qrib li teżisti bejn il-ħtiġijiet lingwistiċi taċ-ċittadini Ewropej, l-istrateġija Ewropea dwar ix-xogħol, u l-objettivi ta' konverġenza stabbiliti fil-Fondi Strutturali tal-UE, b'mod partikolari l-Fond ta' Koeżjoni. Għalhekk jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jużaw il-fatturi li ssemmew hawn fuq għall-promozzjoni tal-għarfien taċ-ċittadini tal-lingwa materna tagħhom u żewġ lingwi oħra, u sabiex jagħtu prijorità wkoll lil dak l-objettiv fl-użu tal-fondi. Iżid li dan l-objettiv għandu jinkorpora żewġ għanijiet kwalitattivi: il-preservazzjoni tal-vitalità tal-lingwi Ewropej u d-diversifikazzjoni tal-għarfien tal-lingwi b'tali mod li jiġu inklużi wkoll il-lingwi non-Komunitarji li huma utli għall-iskambji kulturali, soċjali, politiċi u ekonomiċi tal-Ewropej, li jippromovu l-għarfien ta' kulturi oħra, il-paċi u l-ħbiberija bejn il-popli.

Jinnota li ma sar l-ebda progress għall-popolazzjonijiet li huma l-aktar maqtugħin mix-xogħol dinjituż, jiġifieri xogħol iddikjarat bi protezzjoni soċjali, u lanqas għal dawk li huma l-aktar imbiegħda miċ-ċentri urbani jew turistiċi. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jassiguraw li l-inizjattivi li jieħdu ma jwasslux għal diskriminazzjoni u differenzi fit-trattament, u lanqas għal aktar esklużjoni u frustrazzjoni. Biex dan jinkiseb, jagħtihom il-parir li jikkonsultaw lill-imsieħba soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma impenjati b'mod attiv f'dan il-qasam.

Fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkonsulta d-dipartimenti interni kkonċernati, il-miżuri ppjanati għandhom iqisu t-titjib tar-regolamentazzjoni, b'tali mod li ma jxekklux il-kompetittività tal-SMEs.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iħabirku sabiex jagħmlu evalwazzjoni bir-reqqa, fil-qafas tas-sistema Ewropea tal-kwalifiki, tat-tagħlim kemm formali u dak mhux formali, bil-għan li jkun jista' jitkejjel il-valur tiegħu u sabiex it-trasferiment u r-rikonoxximent tal-kwalifiki għaċ-ċittadini u l-impjegati — irrispettivament mill-istatus tagħhom — ikunu jistgħu jiġu ffaċilitati.

Fil-kuntest tal-konsultazzjoni soċjali, il-Kumitat jitlob lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jħeġġu l-professjonijiet b'rabta mal-lingwi bħat-tagħlim, it-traduzzjoni u l-interpretar, sabiex jiġi promoss l-użu tal-lingwi uffiċjali fil-komunikazzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet, u jsostni li l-ħtiġijiet f'dan il-qasam ma ġewx issodisfati, hekk kif ġara fis-settur privat.

1.   Introduzzjoni

Nhar is-6 ta' Settembru 2006, ftit qabel il-ħolqien ta' portafoll ġdid ta' Kummissarju għall-Multilingwiżmu u d-Djalogu Interkulturali, u l-ħatra tal-Kummissarju Leonard Orban, il-KESE adotta opinjoni dwar “strateġija ta' qafas ġdida għall-multilingwiżmu” (1).

Ftit taż-żmien wara, fil-25 ta' Ottubru 2007, il-Kummissarju, fuq stedina tal-President tal-KESE, is-Sur Dimitriadis, mar quddiem il-plenarja tal-Kumitat u esprima l-interess tiegħu f'din il-ħidma.

Bix-xewqa li jressaq strateġija ġdida dwar dan is-suġġett, il-Kummissarju talab lill-Kumitat iħejji opinjoni esploratorja.

Għalhekk, il-Kumitat jipproponi li:

jevalwa s-segwitu tal-istrateġija preċedenti tal-Kummissjoni u tar-rakkomandazzjonijiet li ressaq f'dak il-mument;

jagħmel sommarju tal-azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni;

jirrispondi kmieni biżżejjed għall-konsultazzjoni li saritlu fil-qafas aktar ġenerali tal-konsultazzjoni pubblika wiesgħa organizzata mill-Kummissjoni u tas-seduta tal-15 ta' April 2008, sabiex fil-Komunikazzjoni li l-Kummissjoni qed tippjana li tippubblika f'Settembru tal-2008 jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

2.   Osservazzjonijiet ġenerali

2.1

Il-Kumitat josserva li din il-kwistjoni, minn ġurnata għall-oħra, qed tkompli tikber, mhux għax bħalissa hija moda, iżda minħabba kuntest reali ħafna ta' globalizzazzjoni li kulma jmur qed ilaqqa' għadd dejjem akbar u firxa iktar wiesgħa ta' atturi. Għal sitwazzjonijiet ġodda għandhom jinstabu soluzzjonijiet u risposti ġodda. Id-dinja qed tinbidel fl-oqsma ekonomiċi u tekniċi, kif ukoll fl-oqsma soċjali, politiċi, kulturali u ċivili. Ċerti fenomeni ilhom jeżistu minn dejjem jew minn żmien twil, iżda llum jiksbu intensità akbar u jsiru viżibbli, saħansitra kruċjali.

2.2

F'oqsma differenti ħafna, fix-xogħol, kif ukoll fl-iskambji kummerċjali, f'dawk tar-rikreazzjoni u tat-turiżmu, id-dimensjoni kulturali qed tinbidel b'tali mod li l-KESE għandu jħossu fl-obbligu li jifhimha fid-dimensjonijiet kollha tagħha, sabiex jiġbor it-tħassib tal-konċittadini tagħna u jressaq suġġerimenti prattiċi u għaqlin quddiem l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari billi jieħu sehem fil-konsultazzjonijiet u jqajjem dibattiti.

Id-diversità u r-rikkezza tal-opinjonijiet juru l-interess taċ-ċittadini Ewropej f'din il-kwistjoni li tirrifletti l-umanità komuni tagħhom.

2.3

Fl-opinjoni msemmija hawn fuq, il-Kumitat irrakkomanda li:

il-Kummissjoni għandha tfiehem lill-Istati Membri, billi tindikalhom eżattament ir-rabtiet li jkunu jistgħu jistabbilixxu jew il-miżuri l-oħra li jistgħu jimplimentaw fil-pjanijiet nazzjonali rikjesti, u għandha tenfasizza li l-multilingwiżmu jew il-plurilingwiżmu jista' jkun ta' għajnuna għall-integrazzjoni politika u kulturali tal-UE u jista' jikkontribwixxi għall-komprensjoni u għall-inklużjoni soċjali;

jekk irridu li jinkisbu riżultati li jibqgħu għal żmien twil, it-tagħlim lingwistiku offrut għandu jkun imfassal fil-livell Ewropew, u l-ġabra potenzjali ta' ħiliet lingwistiċi m'għandhiex tkun limitata għal numru ristrett ta' lingwi;

għandhom ikunu żviluppati u mħeġġa l-prattiki multilingwi kollha fl-oqsma professjonali, kulturali, politiċi, xjentifiċi u soċjali;

l-esperti involuti m'għandhomx ikunu biss speċjalisti f'dixxiplini soċjali u xjentifiċi iżda għandhom jinkludu wkoll lingwisti, interpreti, tradutturi, għalliema u professjonisti fil-lingwi;

il-ġenerazzjonijiet żagħżugħa u aktar adulti attwali għandhom jiġu kkunsidrati aħjar u kif xieraq matul dawn l-iżviluppi, permezz ta' tagħlim tul il-ħajja, u tad-drittijiet kulturali tagħhom meta l-Kummissjoni tidħol fil-fażi tal-ipprogrammar;

il-Kummissjoni ma tiddependix biss mir-riċerki universitarji, iżda wkoll mix-xogħlijiet ta' assoċjazzjonijiet attivi f'dan il-qasam, u għandha tappoġġja l-inizjattivi popolari meħuda fi ħdan in-netwerk tas-soċjetà ċivili.

2.4

B'mod ġenerali, il-KESE wera l-importanza li jinkludi l-akbar għadd possibbli ta' ċittadini fl-istrateġiji tiegħu ta' tagħlim, ta' prattika, tal-għarfien tal-lingwi u li jsib mezzi realistiċi sabiex dan jitwettaq. Wissa kontra l-ħolqien ta' diskriminazzjonijiet soċjali ġodda. Talab li ssir riflessjoni dwar l-għadd globali ta' lingwi ewlenin fl-Unjoni Ewropea, sabiex din tkun tista' tegħleb il-fruntieri lingwistiċi, kulturali u ekonomiċi tagħha stess. Irrakkomanda approċċ ibbilanċjat bejn l-aspetti ekonomiċi, kulturali u ċivili, u xogħol sfiq sabiex ma nibqgħux lura fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol.

2.5

Il-Kumitat fakkar ukoll li ż-żoni lingwistiċi u kulturali żviluppaw l-istess bħalma żviluppaw il-ġemgħat politiċi u ekonomiċi fid-dinja, u li, sfortunatament, it-tendenza ta' ċerti lingwi li jinqerdu mxiet pari passu mal-kapaċità li ċerti gruppi soċjali u politiċi jingħaqdu jew jisparixxu. L-Ewropa tiffaċċja l-istess sfidi bħar-reġjuni l-oħra tad-dinja, jiġifieri 1) it-tendenza li lingwa waħda tiddomina r-relazzjonijiet transnazzjonali, u 2) fid-dawl tad-diversità tal-lingwi reġjonali tagħha, l-istess theddida li jinqerdu ċerti lingwi u djaletti; b'differenza essenzjali però: l-istatus tal-lingwi uffiċjali nazzjonali tagħha f'din il-ġemgħa politika u ekonomika magħquda (jew għaqda li għadha trid isseħħ, skont il-viżjoni li wieħed ikollu tal-grad ta' integrazzjoni tal-UE).

2.6

Għalkemm l-UE qiegħda tiffaċċja l-istess tħassib dwar l-identità li tikkaratterizza kwalunkwe approċċ kulturali u lingwistiku, il-proċess tal-kostruzzjoni tagħha ħoloq ċerti vantaġġi. Nistgħu nsemmu, pereżempju, l-istrumenti għall-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali, ċerti kriterji komuni ta' demokrazija rappreżentattiva u parteċipattiva, u għadd ta' mudelli soċjali msejsa fuq ċerta solidarjetà.

2.7

Madankollu l-isfidi demografiċi u l-interessi kulturali, meta dawn ikunu assoċjati, iwasslu għal mistoqsijiet importanti li wieħed jinħtieġlu jkollu l-kuraġġ li jagħmilhom: x'interess għandhom l-Ewropej sabiex il-lingwi proprji tagħhom jaqsmuhom ma' ħaddieħor, iħarsuhom, jagħtuhom il-ħajja u ma jħalluhomx imutu, f'kelma waħda li jitħaddtuhom bejniethom u mal-oħrajn?

3.   Osservazzjonijiet speċifiċi

3.1

Il-Kummissjoni bdiet proċedura ta' konsultazzjoni pubblika fl-14 ta' Settembru 2007 li ntemmet fil-15 ta' April 2008 b'konferenza li matulha ppreżentat ir-riżultati tal-gruppi ta' ħidma li jidhru hawn taħt lil għadd kbir ta' assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam kulturali jew pedagoġiku:

Il-grupp ta' intellettwali presedut mis-Sur Amin Malouf

Il-“Business Forum”, presedut mis-Sur Davignon

Ir-“Rapport Elan: L-Impatti tan-Nuqqas ta' Ħiliet Lingwistiċi tal-Intrapriżi fuq l-Ekonomija Ewropea”, taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Lingwi

Il-konsultazzjonijiet formali tal-Kumitati (KtR u KESE)

Il-konsultazzjoni tal-Istati Membri: Konferenza Ministerjali, Frar 2008

Ir-rakkomandazzjonijiet ta' Grupp ta' Livell Għoli dwar il-multilingwiżmu

Il-kontribuzzjonijiet dwar il-konsultazzjoni li waslu onlajn.

3.2

Matul id-diskussjonijiet, tqajmu diversi sfidi:

Sfidi ekonomiċi

Sfidi politiċi (il-multilingwiżmu u l-integrazzjoni reġjonali)

Sfidi fil-qasam kulturali (il-multilingwiżmu u l-interkulturaliżmu)

Il-komunikazzjoni personali u kollettiva tista' twassal sabiex wieħed iqis li l-lingwa hija strument ta' komunikazzjoni bħall-oħrajn. X'futur hemm għal-litteratura?

Il-multilingwiżmu u l-plurilingwiżmu: xi wħud jistaqsu huwiex meħtieġ li jkun hemm ħiliet personali plurilingwi f'ambjent lingwistiku li qed isir monolingwi.

Il-Kunsill tal-Ewropa enfasizza l-ħtieġa li jħares il-lingwi minoritarji u li jiffaċilita l-użu tagħhom jekk wieħed irid jissielet b'mod effettiv kontra n-nazzjonaliżmu: il-multilingwiżmu għas-servizz tad-diversità m'għandux jippreżenta riskji ta' esklużjoni.

Għadd kbir ta' parteċipanti esprimew sens ta' frustrazzjoni u inugwaljanza rigward il-lingwi, il-konfront tal-lingwi Ewropej bejniethom u fid-dinja, u nikkuntrastaw il-politiki kulturali nazzjonali.

Id-drittijiet kulturali u d-drittijiet soċjali: Ħafna jistaqsu x'mezzi disponibbli ser ikun hemm għal impenji bħal dawn? Issemma l-każ partikolari tar-Roma rigward l-integrazzjoni ġenerali tagħhom, b'mod partikolari l-possibilità li l-lingwa tagħhom tiġi mgħallma u mħarsa.

Fir-rigward tal-impjieg u tax-xogħol, id-dritt ta' kull ħaddiem li juża l-lingwa proprja tiegħu fuq il-post tax-xogħol mingħajr ma jkollu għalfejn jakkwista livell ta' għarfien li jkun sproporzjonat għall-ħtiġijiet tal-impjieg ikkonċernat, kif ukoll kwistjonijiet ta' sigurtà marbutin ma' ambjent multilingwi li huwa mmaniġġjat ħażin jew mhux biżżejjed.

3.3   L-objettivi ġenerali tal-Kummissjoni għall-promozzjoni tad-diversità lingwistika, li kienu ppreżentati matul din is-seduta

3.3.1

Diversifikazzjoni tal-ħiliet lingwistiċi fi ħdan l-UE (“l-Ingliż mhux biżżejjed”).

Jidher biċ-ċar li l-għan tal-Kummissarju għall-Multilingwiżmu Leonard Orban, matul id-diskors tiegħu waqt din is-seduta u f'diversi okkażjonijiet oħra, huwa li jbiddel it-tendenza ta' “Ingliż biss”.

3.3.2

Fil-qasam soċjali:

jiġi enfasizzat ir-rwol tal-lingwi fil-koeżjoni soċjali.

tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-migranti, jitħeġġeġ it-taħriġ fil-lingwa tal-pajjiżi ospitanti, jiġi promoss l-użu u l-ħarsien tal-lingwa materna u l-passaġġ tagħha għad-dixxendenti, u jiġu kkunsidrati l-lingwi tal-migranti bħala riżorsa li tipprovdi ġid kbir.

3.3.3

Fil-qasam ekonomiku:

jiġu żviluppati l-ħiliet lingwistiċi għall-iskop tal-impjieg tal-ħaddiema u tal-kompetittività tal-intrapriżi.

jiġu integrati fil-politiki Ewropej kollha l-aspetti li jinvolvu l-multilingwiżmu, u l-ewwel ħaġa għandu jsir stħarriġ (rapport dwar is-sitwazzjoni attwali).

3.3.4

L-aspett tal-multilingwiżmu rigward il-politika esterna tal-UE:

Il-Kummissjoni tikkonferma “l-objettiv ta' Barċellona”, jiġifieri: lingwa materna waħda + 2 lingwi ħajjin għal kull ċittadin, li b'danakollu nbidel f'lingwa materna waħda + lingwa internazzjonali + lingwa msejħa “tal-qalb” jew inkella “adottiva” (kunċett ispirat mir-rapport tal-grupp ippresedut mis-Sur Amin Maalouf).

3.3.5

Il-mezzi u l-metodi:

Il-Kummissjoni tixtieq tippromovi t-tagħlim informali “business literacy system”, li jaċċellera l-komprensjoni u l-aċċess faċli, iżda ma tantx tat dettalji dwar din il-kwistjoni. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dan jagħti ċ-ċans liċ-ċittadini Ewropej li jkunu esposti għal elementi lingwistiċi barranin, pereżempju fuq ix-xarabank jew f'postijiet pubbliċi oħra, u li t-tagħlim isir permezz tal-“familjarizzazzjoni”.

3.3.6

Rigward il-futur:

Il-Kummissjoni tixtieq li tkun tista' tuża kooperazzjoni strutturali f'qafas strateġiku ta' perijodu ta' żmien medju bejn l-Istati Membri, u tipprovdi valur miżjud Ewropew sabiex tiżviluppa din il-politika.

3.4   Ir-Rapport ELAN (2):

Ir-Rapport ELAN jiżviluppa l-idea tal-benefiċċji li l-intrapriżi jgawdu jekk ikollhom forza tax-xogħol kwalifikata li tkun multilingwi. Madankollu, ma jistabbilixxix xi tipoloġija ta' ħtiġijiet relatati mal-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol, jew mas-settur ekonomiku. Il-Kummissjoni jkun jaqblilha li tikseb mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, li tinsab Dublin, (jew minn entità Ewropea oħra) stima ta' tipoloġija aktar preċiża tal-bżonnijiet professjonali kemm tal-intrapriżi kif ukoll tal-ħaddiema.

3.4.1

Ir-Rapport tal-Grupp tal-Forum tal-Intrapriżi, ippresedut mis-Sur Davignon (3):

Dan ir-rapport, li ġie ppubblikat lejn l-aħħar ta' Ġunju 2008, juri għaliex, mill-perspettiva tal-Forum tan-Negozju, huwa importanti li jsir investiment fil-kompetenzi lingwistiċi. Huwa jixħet dawl fuq dak li twettaq diġà għall-promozzjoni tal-lingwi fil-qasam tan-negozju u jagħti għadd ta' rakkomandazzjonijiet lill-intrapriżi sabiex itejbu l-prestazzjoni tagħhom fil-qasam tal-komunikazzjoni kummerċjali “multilingwi”: skont ir-rapport, l-intrapriżi għandhom janalizzaw is-sitwazzjoni rigward il-kompetenzi lingwistiċi eżistenti fi ħdanhom; jikkunsidraw mill-ġdid il-politiki ta' reklutaġġ u l-istrateġiji ta' żvilupp tagħhom f'termini ta' riżorsi umani; jinvestu fit-taħriġ lingwistiku; jimpjegaw kelliema nattivi ta' lingwi differenti; jużaw it-teknoloġija fil-qasam lingwistiku u jaħdmu mat-tradutturi u l-interpreti, u ma' professjonisti fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-medjazzjoni; itejbu l-mobilità internazzjonali tal-persunal tagħhom. Barra minn hekk, ir-rapport jagħti għadd ta' rakkomandazzjonijiet lill-Ewropa, lill-istituzzjonijiet tagħha u lill-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali. Jiżvolġi wkoll għadd ta' argumenti favur il-multilingwiżmu.

3.5   Ir-rapport tal-grupp tas-Sur Amin Maalouf (4):

Il-Kumitat japprova l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tikkonsulta grupp ta' intellettwalisti ta' fama, li r-rapport tiegħu ġie deskrittt minn rappreżentant tal-grupp matul is-seduta tal-15 ta' April, bħala “x'aktarx l-aħjar rapport miktub u l-aktar wieħed sempliċi għall-qari mir-rapporti kollha tal-Kummissjoni s'issa” — u sa ċertu punt dan huwa veru — u li jipproponi li l-Ewropej jixtarru l-idea li jitgħallmu lingwa internazzjonali u lingwa “tal-qalb” jew “adottiva”, fi kliem ieħor, minħabba interess personali, mhux skopijiet ekonomiċi. Minkejja li dan is-suġġeriment għandu xejra ġeneruża u jirrikonoxxi r-rwol ta' xprun tal-kultura u komunuikazzjoni li jaqdu l-lingwi, xorta waħda jagħti x'jifhem li ċ-ċittadini kollha jħaddnu l-istess interess u ħin li jitgħallmu dawn il-lingwi, li verament mhux il-każ, għal raġunijiet kulturali, iżda wkoll għaliex il-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej m'għandhiex il-mezzi ekonomiċi li tippermettilha li jkollha l-prattiki kulturali “meħtieġa”, bħalma ġew definiti mill-Professur Pierre Bourdieu.

Huwa veru li wieħed jista' jgħid pereżempju li għadd dejjem akbar ta' Ewropej, jew ta' żgħażagħ Ewropej, għandhom l-interess li jipprattikaw lingwi ħajjin barranin kemm Ewropej kif ukoll mhux Ewropej, iżda għadd dejjem akbar ta' Ewropej qegħdin iħossu wkoll id-diffikultajiet sabiex jgħixu huma u sabiex irabbu t-tfal tagħhom, u li — anke jekk wieħed ma jippuntax subgħajh lejn il-ġlieda tal-klassijiet biss — jibqa' l-fatt li s-soċjetà Ewropea hija maqsuma u li għandhom jintużaw il-Fondi ta' Koeżjoni, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-objettivi ta' Liżbona.

Il-kontribut potenzjali tal-programmi Grundtvig u dawk ta' taħriġ għall-adulti, kif ukoll it-taħriġ tul il-ħajja, għandhom jiġu kkwantifikati u evalwati malli ssir konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni, qabel ma jiġu ppreżentati lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Parlament. Dan jippermetti li l-kompetenza tal-Istati Membri dwar il-kwistjoni tal-edukazzjoni tiġi kkomplementata b'valur Ewropew miżjud.

Fl-aħħar nett, il-Kumitat jinnota li dan ma jsolvix il-kwistjoni tal-għażla tal-Ingliż bħala l-ewwel lingwa ħajja, sakemm ma titħalliex totalment f'idejn l-Istati Membri u l-ġenituri, u sakemm il-Kummissjoni ma tqajjimx il-kwistjoni f'diskussjoni xierqa. Ċertament, “l-Ingliż mhux biżżejjed”, iżda din tibqa' l-lingwa aċċettata mill-UE għall-iskambji internazzjonali. Il-proposta hija biss l-ewwel pass, mhijiex soluzzjoni. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew għal dan il-punt.

3.6   Abbozz ta' opinjoni tal-KtR (5):

L-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tqis li l-kwistjoni lingwistika hija tal-akbar importanza għall-komunitajiet territorjali, peress li din tiddetermina mhux biss il-kwistjonijiet dwar l-impjiegi, iżda wkoll dawk dwar il-ħajja flimkien fost l-Ewropej u fost dawk li mhumiex Ewropej fil-livelli kollha tas-soċjetà u fis-setturi kollha ta' ħidma, mis-saħħa (“nuqqas ta' forza tax-xogħol”) sat-turiżmu, mingħajr ma ninsew is-servizzi personali, it-tagħlim f'ambjent kemm tal-kindergarten kif ukoll dak skolastiku, jew l-integrazzjoni tal-migranti. Barra dan, din hija kwistjoni kruċjali f'ħajjet għadd dejjem akbar ta' reġjuni. Il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda wkoll, ġustament, li jintużaw il-Fondi ta' Koeżjoni u li jkun ikkonsultat mill-bidu dwar deċiżjonijiet strateġiċi.

3.7   Rapport ta' Informazzjoni “Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni: Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan t'Azzjoni 'Nippromwovu t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika'” (6):

Il-Kumitat jibża' li l-fatt li tiġi miċħuda n-neċessità li jiġu allokati mezzi Ewropej iwassal għal inerzja, jiġifieri għal sensiela ta' dispożizzjonijiet li ma jirriflettux iż-żieda fil-bżonnijiet, u li r-riżultat ikun qarrieq f'terminu ta' żmien medju u twil. Il-Kumitat jistieden lill-Istati Membri sabiex jixtarru din il-kwistjoni: it-televiżjoni mhuwiex biżżejjed u t-taħriġ mhux formali għandu jkun jista' jitkejjel. Madankollu, il-Kumitat jirrikonoxxi li l-metodu ta' koordinazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni għandu jsarraf f'pass 'il quddiem mil-lat amministrattiv iżda mhux neċessarjament iqarrbu lejn iċ-ċittadin.

4.   Konklużjonijiet

4.1

Il-Kumitat iqis li l-argumenti tal-Kummissjoni, minkejja li indubbjament tressqu b'intenzjoni tajba, għandhom pjuttost xeħta ta' “kantaliena” u l-Kummissjoni mhi qed tissuġġerixxi l-ebda azzjoni sostanzjali mill-Unjoni Ewropea, ħlief li qed titlob lill-Istati Membri jadattaw is-sistemi edukattivi tagħhom.

4.2

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Istati Membri jissoktaw f'dan l-approċċ li jikkunsidra d-diversifikazzjoni f'lingwi oħra ta' komunikazzjoni internazzjonali li mhumiex l-Ingliż.

4.3

L-Istati Membri għandhom ikomplu jippromovu r-rabtiet ta' parentela u ta' viċinanza lingwistika u ġeografika fl-offerta tal-lingwi Ewropej li jipproponu fil-livelli kollha tal-edukazzjoni (ta' qabel l-età tal-iskola, primarja, sekondarja, terzjarja u tul il-ħajja), u jħabirku sabiex jippreservaw id-diversità tagħha.

4.4

It-tagħlim għall-adulti, hekk kif ikkunsidratu l-Kummissjoni (7), għandu jikkunsidra l-ħtieġa li l-ewwel u qabel kollox jinkludi aktar liċ-ċittadini fis-sens li huwa mistenni minnhom li jkunu jafu l-lingwa nattiva tagħhom u żewġ lingwi ħajjin oħra, billi ġiet emendata l-offerta u billi tqajmu l-interess u l-motivazzjoni permezz ta' miżuri konkreti ta' viċinanza, bl-assoċjazzjoni tal-għarfien tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li diġà qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam, il-professjonisti tas-settur pubbliku u privat, billi ġie ffaċilitat id-djalogu soċjali u ċivili, billi ġie żgurat li l-inizjattivi l-ġodda ma joħolqux inġustizzji diskriminatorji fost iċ-ċittadini li jkollhom ftit aċċess għall-iskambju interkulturali.

4.5

Id-demokratizzazzjoni u t-taħriġ informali kif promossi mill-Kummissjoni għandhom ikunu s-suġġett ta' stimi eżatti fil-qafas tas-sistema Ewropea ta' ċertifikazzjonijiet, bl-iskop li:

jitkejjel l-impatt tal-azzjonijiet li jkunu nbdew mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni u mill-atturi l-oħra involuti kemm statali u kemm mhux statali;

ikun jista' jsir it-trasferiment u r-rikonoxximent tal-kwalifiki għaċ-ċittadini u għall-ħaddiema dipendenti, u dan irrispettivament mill-istatus tagħhom.

4.6

Jiġu assoċjati b'mod konkret il-komunitajiet lokali u territorjali meta toħroġ l-offerta ta' tagħlim li jmiss, fil-kuntest tal-miri stabbiliti mill-Kummissjoni.

4.7

Peress li l-intrapriżi u l-ħaddiema dipendenti jitqiesu b'mod speċjali mill-Kummissjoni fil-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar il-ħtiġiet ekonomiċi tal-intrapriżi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu lill-imsieħba soċjali sabiex jinkludu din il-kwistjoni fid-djalogu soċjali sabiex jeżaminaw flimkien l-isfidi u jsibu l-aħjar soluzzjonijiet u prattiki xierqa.

4.8

L-immersjoni f'ambjent ħaj, meħtieġa għall-prattika ta' lingwa u marbuta ma' taħriġ konsolidat, għandha tkun permessa u mħeġġa fil-livelli kollha għall-pubbliku kollu, iżda x'aktarx li, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet tas-setturi tal-popolazzjoni li jkunu anqas esposti għall-iskambji transnazzjonali jkunu aktar intensi, jiġifieri tal-popolazzjonijiet l-anqas mobbli, u għandhom jinstabu mezzi konkreti u materjali. Ħadd m'għandu jkun obbligat li jsiefer, iżda ċerti nies għandhom anqas mezzi minn oħrajn. L-Ingliż mhux biżżejjed, u lanqas it-televiżjoni.

4.9

Rigward il-lingwi tal-migranti, l-enfasi għandha ssir fuq ir-riżorsi li l-istess lingwi jikkostitwixxu. Jeżistu diversi fehmiet dwar dan. Uħud jaħsbu li l-migranti għandhom l-obbligu li jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż ospitanti sabiex jintegraw ruħhom, saħansitra sabiex jidħlu fit-territorju tal-UE, filwaqt li oħrajn jaħsbu li l-migranti għandhom id-dritt li jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż ospitanti biex ikunu jistgħu jaħdmu, jgħixu u jiddefendu d-drittijiet tagħhom, u li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu inkarigati mill-organizzazzjoni ta' dan it-taħriġ. Hu x'inhu hemm baħar jaqsam bejn it-teorija u l-fatti. L-esperjenza turi li ma ġewx imħeġġa l-prattiki t-tajba kollha, u li għall-kuntrarju, ħafna assoċjazzjonijiet raw jispiċċaw fix-xejn is-sussidji li kienu jirċievu. Illum l-isfida pedagoġika li tittieħed hija immensa, għax wieħed ma jitgħallimx bl-istess mod fl-etajiet kollha. F'dan ir-rigward il-Kumitat jirrakkomanda r-riċerki fil-qasam tal-iskambju interkulturali li fuqu hemm imsejjes it-taħriġ lingwistiku kollu  (8). Il-Kumitat jinsisti dwar in-neċessità li jikkonsulta u jgħaqqad il-professjonisti kollha tat-tagħlim u tal-pedagoġija, mill-kindergarten sat-tagħlim tul il-ħajja inkluż it-taħriġ għall-adulti. Iż-żewġ partijiet l-aktar involuti huma dawk li jitgħallmu u dawk li jgħallmu wkoll għaċ-ċertifikazzjoni futura tal-ħiliet imsejħa informali. (9)

4.10

Il-lingwi mitkellma fl-Ewropa jinkludu l-lingwi reġjonali u nazzjonali kif ukoll il-lingwi li jitkellmu l-migranti. Hija firxa konsiderevoli, u l-ġestjoni tad-diversità kulturali fl-Ewropa titkejjel meta jitqiesu ż-żewġ sfidi: il-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea u t-tolleranza u r-rispett lejn il-migranti. Il-koeżjoni soċjali u territorjali tal-UE m'għadhiex biss ekonomika jew politika; fil-ġejjieni, u saħansitra fi żminijietna, ma tistax tinfired mid-dimensjoni kulturali tagħha.

4.11

Anki l-lingwi tal-migranti, l-istess bħal-lingwi li huma nattivi għall-Ewropej, għandhom jgħaddu għand id-dixxendenti, u peress li ebda lingwa ma tibqa' ħajja jekk ma tkunx mitkellma, il-migranti għandhom jitqiesu bħala riżorsi għat-trasmissjoni jew għat-tagħlim tal-lingwa materna tagħhom għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jiddiversifikaw il-komunikazzjoni tagħhom.

4.12

Dan ifisser li llum il-ġurnata s-soċjetà ċivili Ewropea għandha aspirazzjonijiet oħra u li mhuwiex biżżejjed li ngħolluha bit-tifħir għall-benefiċċji li jirriżultaw mill-fatt li hija plurilingwi f'ambjent multilingwi, iżda tixtieq li jiġu rikonoxxuti l-inizjattivi tagħha fi ħdan l-assoċjazzjonijiet, li jiġu rikonoxxuti l-bżonnijiet tagħha u fil-każijiet kollha tixtieq ukoll il-mezzi, kemm jekk pubbliċi kif ukoll privati, sabiex tikseb dan.

4.13

Bl-istess mod, dan jimplika li l-imsieħba soċjali jaċċettaw li jħarsu 'l bogħod u li flimkien jiddefinixxu l-kwalifiki meħtieġa, li jistabbilixxu t-tagħlim tal-bidu u ta' tul il-ħajja u li jikkunsidraw l-investimenti kemm pubbliċi kif ukoll privati, filwaqt li jħabirku sabiex itejbu l-kompetittività tal-intrapriżi.

4.14

Jekk it-taħriġ fil-lingwi jkun meqjus ukoll bħala ħtieġa għall-kompetittività u għall-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona, minn dak il-mument 'il quddiem ir-rakkomandazzjoni ta' hawn fuq titwettaq totalment.

4.15

L-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistipulaw il-promozzjoni tad-diversità lingwistika u jipprojbixxu diskriminazzjoni kkawżata mil-lingwi. Għalhekk, jinħtieġ li l-Kummissjoni teżamina liema huma dawk l-Istati Membri li għandhom leġiżlazzjoni dwar din il-kwistjoni, u f'każ ta' bżonn, tirreferihom lill-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, u teżamina jekk il-fatt li l-Istati Membri jkollhom skemi ta' applikazzjoni differenti joħloqx distorsjonijiet jew inġustizzji fit-trattamenti fost l-Ewropej, b'mod partikolari dwar il-mobilità, ir-reklutaġġ, eċċ. Għal dan l-iskop, pereżempju, wieħed għandu jiddistingwi żewġ livelli ta' rilevanza: min-naħa l-waħda l-livell meħtieġ ta' għarfien lingwistiku għat-twettiq ta' xogħlijiet marbuta mal-impjieg li wieħed jokkupa (kuntatt ma' membri tal-pubbliku jew ma' klijenti barranin), u min-naħa l-oħra l-għoti ta' istruzzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tax-xogħlijiet fil-lingwa ta' dak li jkun sejjer iwettaqhom.

4.16

Dwar din l-implimentazzjoni b'mod partikolari, il-Kumitat ser janalizza bir-reqqa l-proposta tal-Kummissjoni rigward l-istrateġija li ser tippreżenta f'Settembru 2008, u l-iżviluppi li saru vis-à-vis l-istrateġija preċedenti tagħha.

4.17

Rigward id-drittijiet kulturali taċ-ċittadini Ewropej, tar-residenti mhux Ewropej u tal-kooperazzjoni esterna tal-UE, il-Kummissjoni x'aktarx għandha tibbaża ruħha fuq il-Konvenzjoni tal-UNESCO rigward id-diversità, filwaqt li tipproponi linji gwida li jidentifikaw il-konsegwenzi tar-ratifika tagħha mill-Istati Membri għall-Ewropa, permezz ta' ħidma mal-assoċjazzjonijiet u l-NGOs li huma diġà attivi fil-qasam kulturali.

4.18

Il-mobilità tiġi promossa mill-imsieħba soċjali u hija mistennija minn ċertu numru ta' sidien, ħaddiema u awtoritajiet pubbliċi, fosthom il-Kummissjoni, bħala kura universali kontra l-qgħad u n-nuqqas ta' forza tax-xogħol. L-ostaklu lingwistiku ma jiġbidx l-attenzjoni li tixraqlu. Nistgħu nsemmu pereżempju, fil-kuntest tat-taħriġ tul il-ħajja, id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom dawk il-persuni kollha li jkunu qed jagħmlu taħriġ professjonali u fl-istess ħin ikunu jridu jilħqu l-objettivi stabbiliti fil-qasam lingwistiku, jew pereżempju l-impossibilità li l-ġenituri jirreġistraw lit-tfal tagħhom fl-iskejjel tal-għażla tagħhom, meta l-ħajja professjonali tagħhom tagħmilha impossibbli li jkollhom residenza fissa, pereżempju r-Roma f'ħafna pajjiżi tal-Ewropa u ċerti gruppi ta' Taljani fil-Ġermanja. Il-Kummissjoni m'għandhiex tħalli biss f'idejn l-Istati Membri, iżda għandha titlob għall-informazzjoni b'rabta ma' kwistjoniet ta' diskriminazzjoni fuq bażi lingwistika fl-iskejjel, fost tfal ta' nazzjonalitajiet Ewropej differenti.

4.19

Jeħtieġ ukoll insemmu d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri waqt l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar “l-impjieg ta' ħaddiema”, kif ukoll l-imsieħba soċjali, għal raġunijiet ta' komprensjoni fuq il-post tax-xogħol, li l-Kummissjoni ma ttraskuratx, iżda li jridu jiġu diskussi kif jixraq mal-partijiet ikkonċernati (il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet lokali, nazzjonali, is-servizzi tal-impjiegi, eċċ.) kif huwa spjegat aktar 'il fuq (10).

4.20

Fl-aħħar nett jinħtieġ li wieħed jaħseb dwar il-mezzi tal-iskema lingwistika tal-istituzzjonijiet Komunitarji lil hinn mill-komunikazzjoni istituzzjonali uffiċjali: il-Kumitat josserva li l-kwistjoni għadha diffiċli peress li għadd kbir ta' dokumenti pubbliċi mhumiex tradotti, ħaġa li għal darba oħra tqajjem il-kwistjoni tar-riżorsi. Ta' min isemmi, b'mod partikolari, il-homepages tas-siti elettroniċi tal-istituzzjonijiet Komunitarji, b'mod partikolari dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew tal-Presidenza tal-UE.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Opinjoni tal-KESE tas-26.10.2006 dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija ta' qafas ġdida għall-multilingwiżmu”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (ĠU C 324, 30.12.2006).

(2)  Ara r-rapport ELAN “L-impatt tan-nuqqas tal-kompetenzi lingwistiċi tal-intrapriżi fuq l-ekonomija Ewropea” hawnhekk:

http://ec.europa.eu/education/policies/lang/doc/elan_en.pdf (Dan ir-rapport mhuwiex disponibbli bil-Malti).

(3)  Ara r-Rapport tal-Forum tan-Negozju għall-Multilingwiżmu hawnhekk:

http://ec.europa.eu/education/languages/news/news1669_en.htm (Attwalment, dan ir-rapport mhuwiex disponibbli bil-Malti).

(4)  Ara r-Rapport tal-Grupp tal-Intellettwalisti għad-Djalogu Interkulturali, ippresedut mis-Sur Amin Maalouf: “Sfida li tagħti sodisfazzjon — Kif il-multipliċità tal-lingwi tista' ssaħħaħ l-Ewropa” hawnhekk:

http://ec.europa.eu/education/languages/pdf/doc1646_en.pdf (Dan ir-rapport mhuwiex disponibbli bil-Malti).

(5)  Ara l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-multilingwiżmu, rapporteur: is-Sur Roberto Pella (CdR 6/2008).

(6)  Ara COM(2007) 554 finali/2, 15.11.2007.

(7)  Ara COM(2006) 614 finali u COM(2007) 558 finali.

(8)  Ara www.newcomersinturkey.com — is-Sur Noureddine Erradi ħadem għal snin twal għaċ-ċentri ta' taħriġ għall-migranti fl-Olanda u żviluppa strumenti pedagoġiċi għall-użu tal-edukaturi u tal-kunsilliera politiċi fl-aġenziji tal-komunitajiet territorjali.

(9)  L-opinjoni tal-KESE tat-18.09.2008 dwar “Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (CESE 1066/2008).

(10)  L-opinjoni tal-KESE tad-29.5.2008 dwar “L-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas ta' l-għoti ta' servizzi — jintlaħqu l-aħjar benefiċċji u potenzjal tiegħu filwaqt li jkun garantit il-ħarsien tal-ħaddiema”, rapporteur: is-Sinjura Le Nouail-Marlière (ĠU C 224, 30.8.2008).


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/115


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Inqisu l-ħtiġijiet tal-anzjani

(2009/C 77/26)

Nhar it-18 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

“Inqisu l-ħtiġijiet tal-anzjani”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-11 ta' Settembru 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Heinisch.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'106 voti favur, 32 vot kontra u 20 astensjoni.

1.   Sommarju u rakkomandazzjonijiet

1.1   Ġustifikazzjoni

1.1.1

Il-bidliet demografiċi li għaddejja minnhom l-Ewropa huma kkaratterizzati minn żieda kbira fin-numru ta' anzjani u fl-istess waqt minn tnaqqis ġenerali fil-popolazzjoni (1). Il-Kunsill kemm-il darba esprima l-fehma tiegħu dwar it-tixjiħ tal-popolazzjoni. It-tendenzi jvarjaw minn reġjun għal ieħor. L-Unjoni Ewropea għalhekk qed tiffaċċja sfidi soċjali kbar (2). Sal-aħħar tal-2008, il-Kummissjoni mistennija tadotta komunikazzjoni li fiha ser tressaq proposti dwar kif, permezz tal-Fondi Strutturali, nistgħu nqisu bl-aħjar mod il-bżonnijiet ta' popolazzjoni li qed tixjieħ.

1.1.2

Din l-opinjoni tenfasizza b'mod partikolari l-bżonn li nagħrfu u napprezzaw lill-anzjani, li nwaqqfu d-diskriminazzjoni kontrihom u li naħdmu favur il-ħarsien tad-dinjità tagħhom. Għandna nagħrfu li l-anzjani mhux kollha għandhom l-istess kapaċitajiet, sigurtà finanzjarja jew ħtiġijiet tas-saħħa u soċjali, u b'hekk il-politiki u s-servizzi għandhom jirriflettu l-fatt li “soluzzjoni waħda għal kulħadd” jew it-tqassim tas-soċjetà skont l-età mhumiex approċċi xierqa.

1.1.3

Għalhekk, din l-opinjoni tindirizza firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet li jolqtu lill-individwu minn meta jirtira formalment sa xjuħitu. Dan jgħodd bla dubju, u mingħajr il-bżonn li nirrepetu l-fatt kull darba, għall-anzjani kollha, irġiel, nisa, anzjani b'diżabilità u anzjani bi sfond ta' immigrazzjoni.

1.1.4

Dan id-dokument ma jistudjax il-ħtiġijiet assoċjati mal-ħaddiema ta' età kbira jew mal-anzjani li jiddependu minn ħaddieħor u għandhom bżonn tal-kura, għax it-tnejn huma oqsma li dwarhom diġà tfasslu bosta proposti (3). Madankollu, il-KESE jenfasizza l-importanza tal-approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja għal soċjetà li qiegħda tixjieħ sabiex jiġu evitati d-diskriminazzjoni u l-istereotipi, kif ukoll il-bżonn ta' politiki integrati għall-ġenerazzjonijiet kollha.

1.1.5

Sabiex l-anzjani jkomplu jipparteċipaw fis-soċjetà u jgħixu ħajja deċenti, huwa essenzjali li jkollhom sigurtà finanzjarja u aċċess volontarju għal attivitajiet b'sinifikat, bħat-tagħlim tul il-ħajja, l-impjieg, ix-xogħol volontarju u l-użu ta' teknoloġiji ġodda. Barra minn hekk, it-trasport, l-enerġija, id-djar u l-kura tas-saħħa għandhom ikunu disponibbli u aċċessibbli bi prezz raġonevoli.

1.2   Rakkomandazzjonijiet

1.2.1

F'dan il-perijodu kkaratterizzat minn ċirkustanzi dejjem jinbidlu, sabiex nassiguraw li n-numru dejjem jiżdied ta' anzjani fil-bliet u l-irħula qed jgħixu f'kundizzjonijiet sostenibbli u li għandhom aċċess għall-attivitajiet, il-Kumitat jitlob li jittieħdu dawn il-miżuri:

rapporti regolari dwar is-sitwazzjoni nazzjonali u reġjonali;

il-ġbir u t-tixrid tal-prattiki li kellhom l-aktar suċċess fl-Istati Membri;

it-tixrid ta' immaġni ġdida tax-xjuħija, li tagħraf is-servizz li l-anzjani taw matul ħajjithom kollha (inklużi l-migranti) u li tħeġġeġ ir-rispett lejhom fil-politika, fil-kummerċ u fis-soċjetà;

kampanji tal-mezzi tax-xandir dwar it-tema “ix-xjuħija attiva”;

b'mod partikolari għandhom jittieħdu miżuri fl-oqsma tas-servizzi ta' interess ġenerali, l-infrastruttura, il-provvista tal-prodotti u s-servizzi, il-finanzjament, l-alloġġ, is-servizzi tas-saħħa, l-arranġamenti ta' tmiem il-ħajja u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali.

Destinatarji: l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

it-twaqqif ta' grupp addizzjonali ta' esperti dwar ix-xjuħija fil-qafas tal-grupp ta' esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjonijiet demografiċi (4);

it-twaqqif ta' Alleanza Ewropea għax-Xjuħija Attiva fuq l-istess mudell tal-Alleanza Ewropea għall-Familji (5), li fost affarijiet oħra torganizza workshops u konferenzi;

it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew għar-Riċerka dwar l-Anzjani għall-ipproċessar, il-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni, u biex jiġi stabbilit il-bżonn ta' aktar riċerka u titħeġġeġ ir-riċerka f'dan il-qasam;

il-ħolqien ta' fokus interdixxiplinari fuq l-anzjani b'baġit speċifiku għalih fit-tmien Programm Qafas għar-Riċerka;

il-ħolqien ta' portal tal-internet Ewropew fejn id-Direttorati Ġenerali jwasslu l-informazzjoni dwar l-inizjattivi relatati mal-anzjani lill-pubbliku;

il-ħolqien ta' portali tal-internet lokali, reġjonali u nazzjonali fuq l-istess mudell tal-portal Ewropew;

l-appoġġ għall-Fond Demografiku  (6), fil-qafas tal-Fondi Strutturali, li jipprovdi kumpens finanzjarju lir-reġjuni li jieħdu passi attivi sabiex jindirizzaw il-bidla demografika (pereżempju politika tal-familja attiva);

l-inklużjoni ta' prijoritajiet ġodda fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja għat-taħriġ tal-ħaddiema sabiex ikunu kapaċi jakkumpanjaw lill-anzjani fit-transizzjonijiet tal-ħajja li jridu jgħaddu minnhom.

Destinatarji: il-Presidenzi tal-UE; il-Parlament Ewropew; il-Kummissjoni Ewropea.

1.2.2

Sabiex dan ikun jista' jseħħ jinħtieġ approċċ ibbażat fuq ġestjoni sostenibbli u li jkun jista' jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku.

2.   Kummenti ġenerali

2.1

Din l-opinjoni esploratorja tiffoka fuq il-bżonn ta' azzjoni b'rabta ma' dan is-suġġett fir-reġjuni tal-Ewropa. Hemm bżonn ta' distribuzzjoni ġdida tar-riżorsi disponibbli fil-pajjiżi kollha (7), li ser iżżid il-piż fuq iċ-ċittadini tal-bliet u l-irħula. Fl-istess waqt l-infrastruttura lokali ser ikollha tadatta għall-bżonnijiet importanti (8). Hemm bżonn partikolari ta' approċċi innovattivi u integrati biex jassiguraw li r-reġjuni u l-muniċipalitajiet jinsabu fil-qagħda li jindirizzaw il-bidla demografika.

3.   L-oqsma li jeħtieġu azzjoni

Jeħtieġ li jiġu ssodisfati diversi kundizzjonijiet sabiex inkunu nistgħu nassiguraw ruħna li l-anzjani qed jgħixu ħajja sigura, b'saħħitha u attiva. Dawn jinkludu azzjonijiet f'dawn l-oqsma:

3.1   Servizzi ta' interess ġenerali

3.1.1

Is-servizzi ta' interess ġenerali huma strumenti essenzjali għar-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem u d-dritt li għandu li jirċievi ħarsien komprensiv tad-drittijiet bażiċi tiegħu. Permezz tagħhom iċ-ċittadni jistgħu jeżerċitaw drittijiethom fil-prattika. B'mod konkret dawn is-servizzi jikkonċernaw l-ippjanar tal-art u l-ambjent, speċjalment l-infrastrutturi muniċipali (9). L-għadd dejjem jonqos ta' abitanti, b'mod partikolari fiż-żoni rurali (10), jimplika li fil-futur, għal raġunijiet ekonomiċi, is-servizzi essenzjali mhux ser ikunu disponibbli jew ekonomiċi, ser jispiċċaw għal kollox, jew inkella mhux ser ikunu jissodisfaw il-bżonnijiet il-ġodda. Is-sitwazzjoni għalhekk tirrikjedi l-provvediment tas-servizzi bażiċi u l-assigurazzjoni li l-popolazzjoni kollha jkollha aċċess għalihom u fl-istess waqt li jitqiesu l-bżonnijiet partikolari tal-anzjani u dawk li għandhom bżonn il-kura. Dan jolqot:

il-provvista tal-enerġija, b'mod partikolari tal-elettriku, tal-gass u tas-sħana;

il-ġestjoni tal-ilma u l-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-iskart;

is-sigurtà u l-indafa tal-ambjent pubbliku;

l-amministrazzjoni u s-servizzi pubbliċi.

3.1.2   L-infrastruttura tat-trasport, il-provvista tal-oġġetti u s-servizzi għall-bżonnijiet ta' kuljum

Mill-indipendenza u l-mobbiltà jiddependu l-kwalità tal-ħajja u l-attività tal-anzjani (11)  (12). Għalhekk jinħtieġu:

l-aċċess faċli u mingħajr ostakli għall-ħwienet li jbigħu l-oġġetti għall-bżonnijiet ta' kuljum bi prezz raġonevoli, l-aċċess faċli għal ċentri importanti bħall-posta, il-bank, l-ispiżerija, iċ-ċimiterju, il-bini u l-faċilitajiet pubbliċi u b'mod partikolari ċ-ċentri tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jippermettu lill-anzjani li jipparteċipaw fis-soċjetà, bħall-uffiċċji tal-awtoritajiet lokali, l-uffiċċji tal-pariri għaċ-ċittadini, eċċ.;

id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tat-trasport pubbliku (lokali) bi prezz raġonevoli;

il-garanzija tas-servizzi tat-trasport, b'mod partikolari fir-reġjuni b'popolazzjoni żgħira;

id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà taż-żoni pubbliċi (żoni għall-mixi, żoni fejn wieħed jista' jpoġġi bilqiegħda, dwal fit-toroq, is-sigurtà tat-trasport, eċċ.).

3.1.3   Il-politika tad-djar

Jista' jagħti l-każ li l-provvista attwali tad-djar ma tlaħħaqx mal-ħtiġijiet ta' popolazzjoni li qiegħda tixjieħ fl-Ewropa, b'mod partikolari fid-dawl tal-valur li nagħtu lill-possibbiltà li wieħed jgħix ħajja indipendenti fid-dar personali tiegħu. It-tfassil u l-istandards tad-djar li jinbnew issa għandhom iqisu t-telfien tal-kapaċitajiet fiżiċi, tas-sensi jew mentali, u jużaw sistemi tal-enerġija li huma teknoloġikament effiċjenti (pereżempju Ambient Assisted Living) sabiex l-anzjani jkunu jistgħu jkomplu jgħixu ħajja indipendenti. Approċċ bħal dan jista' jkollu riżultati pożittivi għall-ġenerazzjonijiet li jmiss ukoll.

L-awtoritajiet responsabbli mill-ħtiġijiet tad-djar fl-Istati Membri għandhom jassiguraw it-twaqqif ta' servizzi għall-immodernizzar tad-djar tal-lum u għall-promozzjoni ta' kunċetti ġodda fid-disinn tad-djar u tal-ħajja f'komunità, kif ukoll il-miżuri finanzjarji u legali xierqa.

3.1.4   Is-servizzi tas-saħħa

Aktar ma jikbru n-nies, aktar qed isir importanti li jkollna servizz tal-kura tas-saħħa, affidabbli, qrib tad-djar u speċifiku għall-bżonnijijiet tal-anzjani (13). Is-servizzi tas-saħħa fir-reġjuni rurali u/jew imbiegħda b'popolazzjoni żgħira huma mhedda mit-tnaqqis kontinwu fil-popolazzjoni kif ukoll mill-fatt li ħafna mit-tobba li għadhom joperaw fiż-żoni tagħhom stess qed jixjieħu. Qed jikber il-bżonn urġenti li nkomplu niżviluppaw servizz tas-saħħa komprensiv u li jkopri sew il-bżonnijiet kollha. Dan jirrikjedi (inkluż il-ħarsien tad-drittijiet tal-anzjani bħala pazjenti (14)):

kura medika, b'mod partikolari l-kura ġerjatrika u r-riabilitazzjoni minn tobba u fornituri tas-servizzi mħarrġa fl-oqsma tal-ġerontoloġija u l-ġerjatrija;

servizzi ta' kura u assitenza bażika għall-pazjenti barra mill-istabbilimenti ta' kura;

servizzi ta' kura paljattiva u ta' għajnuna psikoloġika lill-familji;

pariri u informazzjoni dwar id-drittijiet u l-mezzi differenti ta' appoġġ li jeżistu;

servizzi ta' konsulenza u informazzjoni, faċilitajiet u inċentivi ta' prevenzjoni (informazzjoni dwar dietà tajba, eżerċizzju fiżiku, prevenzjoni kontra l-waqgħat, stil ta' ħajja tajba assoċjati ma' bonus speċjali);

għajnuna teknika u sistemi ta' appoġġ tekniċi mingħajr ma jieħdu post l-għajnuna umana (ara l-parti dwar l-aċċess għat-TIK);

il-promozzjoni u l-ħolqien ta' sistemi ta' appoġġ soċjali formali u informali li jinkludu uffiċċji ta' pariri għaċ-ċittadini, gruppi fejn wieħed jitgħallem jgħin ruħu (self-help groups), gruppi għall-familjari involuti fil-kura, u sistemi ta' għajnuna bejn il-ġirien.

Jeżistu eżempji ta' sistemi ta' appoġġ bħal dawn li rnexxew f'diversi Stati Membri (15).

3.2   Arranġamenti għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u għal tmiem il-ħajja dinjituż

3.2.1   Sitwazzjonijiet ta' emerġenza

Jeħtieġ li jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex f'każijiet ta' emerġenza, bħall-għargħar ta' ilma, sħana kbira għal perijodi twal ta' żmien jew diżastri oħra, l-anzjani li ma jistgħux jgħinu lilhom innifishom jirċievu l-għajnuna li jeħtieġu.

3.2.2   Tmiem il-ħajja

Il-kwistjonijiet relatati ma' tmiem il-ħajja huma kontroversjali u suġġetti għal regoli differenti fl-Istati Membri (ewtanasja passiva u attiva). F'dan ir-rigward tinħtieġ ċertezza legali sabiex jitqiesu x-xewqat tal-anzjani, anke fil-każijiet ta' problemi mentali gradwali, bħal pereżempju f'dawk il-każijiet li jiddependu minn metodi li jtawlu l-ħajja. Waħda mis-soluzzjonijiet tista' tkun l-advance directives, iżda jeħtieġ li nħarsu wkoll lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Il-mediċina li ttaffi l-uġigħ u d-djar għall-morda jaqdu rwol importanti. Id-dinjità sal-aħħar mumenti hija l-prinċipju li rridu nsegwu f'dan il-qasam.

F'UE fejn 25 % tal-popolazzjoni għandha 60 sena jew iktar jeħtieġ li jitwaqqaf qafas li jħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu fil-liġi tagħhom miżuri li joħolqu s-sigurtà legali neċessarja biex isiru l-arranġamenti meħtieġa għal tmiem il-ħajja dinjituż.

Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ id-dibattitu bejn l-Istati Membri dwar il-potenzjal li jiġi żviluppat qafas li jiġbor fih kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tmiem il-ħajja u li jista' jwassal għall-iżvilupp ta' miżuri legali fl-Istati Membri.

3.3   L-integrazzjoni soċjali u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali

L-integrazzjoni soċjali u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali huma bżonnijiet bażiċi tal-bniedem li jikkonċernaw diversi aspetti ta' ħajjet l-anzjan. Fost l-aktar bżonnijiet importanti nsibu l-familja, il-ħbieb, l-impjieg bi ħlas, ix-xogħol volontajru, l-attivitajiet sinifikanti, it-tagħlim tul il-ħajja u l-parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali u soċjali.

3.3.1   L-integrazzjoni soċjali permezz tal-familja u l-ħbieb

L-ambjent soċjali li jgħixu fih l-anzjani qed jinbidel drastikament (16). In-numru ta' anzjani li jgħixu waħedhom qiegħed jiżdied. F'ħafna bliet din iċ-ċifra laħqet il-50 % tad-djar. Għalhekk jinħtieġu miżuri fil-qasam tal-politika soċjali u/jew miżuri ta' ġestjoni kif ukoll innovazzjonijiet tekniċi li:

jappoġġjaw in-netwerks familjari u nonfamiljari permezz ta' miżuri adegwati li jżidu l-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja personali ta' dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani (17),

f'dan il-kuntest il-KESE jagħraf il-ħidma li qed twettaq il-Kummissjoni fil-qasam tal-aġenda soċjali mġedda u li qed iwettqu l-imsieħba soċjali Ewropej favur ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u privata,

jagħtu kontribut favur l-attivitajiet bejn il-ġenerazzjonijiet (18),

jippromovu l-inizjattivi personali u impenn ċiviku, u

jippromovu l-kostruzzjoni ta' djar li jlaqqgħu ġenerazzjonijiet differenti.

3.3.2   L-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni permezz ta' attivitajiet sinifikanti

L-integrazzjoni soċjali u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà jistgħu jiġu kemm mix-xogħol imħallas kif ukoll mix-xogħol volontarju. Sabiex wieħed ikun jista' jkompli jgħix ħajja soċjali attiva għall-itwal żmien possibbli għandu jipparteċipa fiż-żewġ oqsma.

3.3.2.1   Il-parteċipazzjoni permezz tax-xogħol imħallas

Għal dawk l-anzjani li għal raġunijiet finanzjarji jew għas-sodisfazzjon personali tagħhom, wara li joħorġu bil-pensjoni, ikunu jixtiequ jkomplu jipparteċipaw fil-ħajja soċjali permezz ta' impjieg (ara l-punt 1.1.3 għal iktar informazzjoni dwar il-pubbliku konċernat), jistgħu jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

b'konformità mad-Direttiva għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (19), it-transizzjoni mix-xogħol għall-irtirar għandha ssir aktar flessibbli. Għandu jsir ukoll it-tibdil adegwat fis-sistema tal-pensjonijiet u tat-taxxi bħala parti minn strateġija tal-impjiegi li tkopri kull ġenerazzjoni ta' adulti (20) u b'konformità mal-prinċipju ta' pagi ndaqs. Fil-prinċipju, il-limiti tal-età fl-Istati Membri għandhom jitfasslu biss b'rabta mad-dritt li wieħed jieqaf jaħdem, u mhux biex iwaqqfu lil dawk li jkunu jridu jibqgħu jaħdmu fuq bażi volontarja;

jinħolqu x-xogħlijiet u ambjent tax-xogħol favur l-anzjani billi jitneħħa l-piż fiżiku u billi jitjiebu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sigurtà u tal-ħinijiet u l-organizzazzjoni tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol;

jintużaw, u fejn meħtieġ, jiġu adottati metodi li jħaffu l-proċeduri tax-xogħol;

jitneħħew l-ostakli li jistgħu jinqalgħu u jitħeġġu tipi ta' kuntratti ġodda relatati ma' dan il-perijodu speċifiku ta' transizzjoni bejn il-ħajja ta' qabel u wara l-irtirar li joffru s-sigurtà legali sabiex ma jinħolqux forom ġodda ta' insigurtà;

tinbidel il-mentalità fil-qasam tan-negozju li tippermetti strateġija komprensiva tal-impjiegi li tippromovi l-ħiliet individwali irrispettivament mill-età (21).

3.3.2.2   Il-parteċipazzjoni permezz ta' impenn volontarju u attivitajiet sinifikanti

Sabiex jiġi vvalorizzat il-potenzjal tal-anzjani u fl-istess ħin jingħatawlhom attivitajiet sinifikanti u li huma marbuta mal-ħiliet tagħhom jeħtieġ li:

jinġabar u jitħares l-għarfien li nkiseb mill-esperjenza, inklużi l-għarfien dwar l-imġiba soċjali u l-ħiliet artistiċi artiġjanali;

jitħeġġu forom innovattivi sabiex jitwassal l-għarfien, inkluż l-appoġġ għal ġenerazzjonijiet oħra (22);

tiġi ffaċilitata t-transizzjoni mix-xogħol għall-irtirar jew li l-anzjani jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw f'sistema ta' xogħol imħallas u xogħol volontarju mingħajr telf finanzjajru u fuq bażi volontarja;

jitħeġġeġ ix-xogħol volontarju mingħajr ħlas (23) permezz tat-taħriġ u l-parteċipazzjoni fi proġetti lokali u interreġjonali;

jinfetħu istituzzjonijiet li fihom l-anzjani jkunu jistgħu jwettqu xogħol volontarju mingħajr ma jieħu post ix-xogħol imħallas.

3.4   It-taħriġ u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali

L-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja huma ż-żewġ elementi ċentrali li permezz tagħhom l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu attivi fis-soċjetà. Magħhom nistgħu nżidu wkoll il-parteċipazzjoni fi proġetti mmirati lejn il-bżonnijiet tal-anzjani. Għalhekk jeħtieġ li jsiru l-bidliet segwenti fl-attivitajiet li joffru l-livelli lokali, reġjonali u interreġjonali:

it-tagħlim tul il-ħajja sabiex jitħarsu l-ħiliet tal-ħaddiema anzjani. In-negozji għandhom jiffaċilitaw u jappoġġjaw il-miżuri rilevanti f'dan il-qasam. Fl-istess waqt jeħtieġ li jitwaqqfu l-inċentivi rilevanti (pereżempju l-inċentivi fiskali);

opportunitajiet ġenerali ta' edukazzjoni kontinwa (24) matul il-fażijiet kollha tal-ħajja (mill-aktar opportunitajiet aċċessibbli għall-edukazzjoni universitarja);

il-valutazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-korsijiet tat-taħriġ;

l-għarfien tal-kwalifiki (25), ħiliet u kompetenzi li jinkisbu anke fix-xjuħija madwar l-UE kollha sabiex niffaċilitaw il-mobbiltà (26) transkonfinali, u l-apprezzament tal-għerf miksub b'mezzi informali;

it-taħriġ li jipprepara lin-nies għall-irtirar;

it-taħriġ għal dawk li jaħdmu mal-anzjani sabiex jippreparawhom għal fażi ġdida f' ħajjithom (27);

it-taħriġ immirat lejn il-ġenerazzjonijiet kollha u mhux limitat biss għal età partikolari jew oħra (kompromess);

it-taħriġ għall-promozzjoni ta' impenn bejn il-ġenerazzjonijiet (pereżempju s-servizzi li joffru n-nanniet);

it-taħriġ bażiku dwar kwistjonijiet finanzjarji u legali (28) (għall-ħarsien tal-interessi tal-anzjani u b'mod partikolari fir-rigward tax-xiri fuq l-internet);

it-taħriġ dwar it-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mezzi tax-xandir (gazzetti, radju, televiżjoni, internet);

opportunitajiet varjati ta' sport immirati lejn ħiliet u interessi differenti;

passatempi u turiżmu (29) li jikkunsidraw il-ħtiġijiet kulturali differenti (30).

3.5   L-anzjani bħala konsumaturi

L-anzjani għandhom diversi bżonnijiet kemm fir-rigward tal-provvista tal-oġġetti għall-bżonnijiet ta' kuljum (ara punt 3.1.2) u l-oġġetti tal-konsum li jservu għal żmien twil kif ukoll fir-rigward tal-mezzi u s-sistemi tekniċi tal-għajnuna (ara punt 3.6) u s-servizzi ta' kull xorta, fatt li għandu joffri prospetti ġodda ta' impjieg għall-persuni iżgħar fl-età.

Għaldaqstant, jinħtieġu:

disinn ġenerali tal-prodotti skont il-prinċipji tal-“Universal Design” jew id-“Design for All” (31), inklużi istruzzjonijiet ċari u li jinftiehmu sewwa;

il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età u d-diżabilità fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi, speċjalment dawk finanzjarji (32);

l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur anke għall-anzjani;

is-sitwazzjoni tal-migranti li joħorġu bil-pensjoni nbidlet tul is-snin. Ħafna minnhom isibu ruħhom b'inqas riżorsi meta jirtiraw u jista' jagħti l-każ li jkollhom ħtiġijiet tas-saħħa jew ħtiġijiet soċjali li ma jitkoprewx mis-sistemi attwali tas-saħħa u tal-għajnuna soċjali. Il-migranti rtirati jsibu ruħhom f'pożizzjoni fejn drittijiethom la huma koperti mill-pajjiż tal-oriġini u lanqas mill-pajjiż ospitanti. Jeħtieġ li fl-UE titqajjem kuxjenza akbar u li jsiru aktar dibattiti dwar din il-kwistjoni sabiex tkun tista' tinbidel is-sitwazzjoni f'dawk il-każijiet fejn azzjoni fuq livell Ewropew hija rilevanti u ta' ġid għaċ-ċittadini.

3.6   L-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TIK)

L-użu tat-teknoloġiji l-ġodda, kemm fl-oqsma tad-djar, tas-saħħa, tal-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u tal-edukazzjoni kif ukoll b'rabta mal-aċċess għas-servizzi amministrattivi online (gvernanza elettronika), qed isir dejjem aktar indispensabbli sabiex l-anzjani jgħixu ħajja indipendenti u attiva. Dan jgħodd ukoll għas-servizzi ta' interess ġenerali għall-anzjani kif ukoll għall-miżuri relatati ta' żvilupp ekonomiku fil-livell reġjonali u sovrareġjonali (33). Għaldaqstant, l-aspetti ewlenin huma:

il-ħidma, fl-iktar stadju bikri, għall-iżvilupp ta' software li faċli jintuża, u ta' hardware li jiggarantixxi aċċess massimu sabiex dawk li mhumiex (jew m'għadhomx) familjari ma' dawn it-teknoloġiji xorta waħda jkunu jistgħu jużawhom bl-aħjar mod;

id-disponibbiltà u l-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi s-sistemi Ambient Assisted Living, it-teknoloġiji tat-tagħlim online, is-saħħa online, il-kura online u r-riabilitazzjoni online. It-teknoloġiji jistgħu jgħinu mingħajr ma jissostitwixxu l-kuntatti personali (34);

is-semplifikazzjoni tal-aċċess għat-tagħmir u n-netwerks tekniċi rilevanti u l-użu tagħhom, fid-dawl tal-kumplessità dejjem tikber ta' dawn is-sistemi u tal-adattament tagħhom għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-anzjani (pereżempju l-problemi bil-vista, it-tnaqqis tas-sens tal-mess);

il-kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-konsumaturi anzjani, u l-miżuri li jinkoraġġixxuhom jużaw aktar dawn it-teknoloġiji;

l-inklużjoni tal-partijiet konċernati kollha, u l-ħarsien tal-kriterji etiċi u legali speċjalment meta jintużaw sistemi elettroniċi tas-sorveljanza f'każ ta' dimenzja;

il-miżuri ta' akkumpanjament, bħas-servizzi integrati ta' pariri, installazzjoni u manutenzjoni kif ukoll servizzi soċjali;

il-kunsiderazzjoni tat-tibdil minħabba l-iżvilupp tas-soċjetà kif ukoll l-esperjenzi l-ġodda u l-interessi tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda tal-anzjani.

3.7   L-assigurazzjoni finanzjarja

Huwa importanti li nħeġġu lill-Istati Membri joħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għas-sigurtà u d-dinjità tal-anzjani bil-pensjoni matul l-irtirar tagħhom, irrispettivament minn jekk dawn jikkontribwixxux fil-ħajja soċjali jew le.

It-tibdil strutturali, ir-riforma attwali fis-sistema tal-pensjonijiet u s-sistema soċjali, l-għoli tal-ħajja u poter tal-akkwist li jinsab fit-triq tan-niżla jfissru li l-ammont ta' nies li jinsabu fir-riskju tal-faqar fix-xjuħija qed jiżdied. Ħafna drabi huma n-nisa kbar u dawk li ilhom bla xogħol għal ħafna żmien li jgħixu fil-faqar f'ċerti Stati Membri.

Sabiex tinżamm is-sostenibilità tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, l-Istati Membri jridu jħeġġu lill-persuni li għadhom qegħdin jaħdmu sabiex jużaw sistema ta' pensjoni individwali jew kollettiva, u għandhom jassiguraw is-solvibilità tal-operaturi privati li jaħdmu f'dan il-qasam. Barra minn hekk, l-Istati Membri jridu jiggarantixxu livell minimu ta' dħul liċ-ċittadini kollha li bis-saħħa tiegħu l-anzjani jkollhom ħajja deċenti, indipendentement miċ-ċirkustanzi personali.

4.   Kummenti speċifiċi u rakkomandazzjonijiet

Sabiex titħejja bażi soda għall-istrateġiji meħtieġa ta' ristrutturar u innovazzjoni, il-Kumitat jitlob li jittieħdu miżuri kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak Ewropew:

4.1   Miżuri fil-livell tal-Istati Membri

4.1.1   It-tħejjija ta' rapporti dwar is-sitwazzjoni nazzjonali u reġjonali

L-ewwel u qabel kollox għandha ssir analiżi bir-reqqa tas-sitwazzjoni reġjonali. Il-Kummissjoni hija mitluba tħejji r-rapporti regolari dwar is-sitwazzjoni fl-Istati Membri individwali u dawn ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-potenzjal tal-attività tal-anzjani.

4.1.2   Il-ġbir u t-tixtrid tal-informazzjoni

Il-Kumitat jaħseb li l-informazzjoni rilevanti, l-għarfien u l-esperjenza kif ukoll ir-riżultati tar-riċerka li nstabu s'issa u l-għarfien li nkiseb dan l-aħħar għandhom ikunu disponibbli għall-kumitati speċjalizzati, il-partijiet konċernati u l-anzjani stess. B'mod partikolari, ir-riżultati tar-riċerka jridu jinqasmu aħjar bejn ir-riċerkaturi, il-politiċi u l-konsumaturi (l-anzjani u r-rappreżentanti tagħhom).

4.1.3   L-ipproċessar u t-tqabbil tal-esperjenzi attwali mill-Istati Membri

Fil-fehma tal-Kumitat, l-aħjar prattiki reġjonali għandhom jinġabru, jitqabblu u jiġu analizzati bil-għan li jintużaw f'oqsma u f'reġjuni oħra. L-objettiv huwa li titħejja lista ta' eżempji tal-aħjar prattiki li tkun disponibbli għall-oħrajn (35).

4.1.4   Il-promozzjoni ta' immaġni ġdida tax-xjuħija

F'soċjetà li kulma jmur qiegħda tixjieħ, in-nies ma jistgħux jitqiesu aktar bħala “inattivi” hekk kif jieqfu jaħdmu. B'rabta ma' dan tinħtieġ bidla fil-mentalità fil-livelli kollha (politika, ekonomija, soċjetà). L-Istati u r-reġjuni jinsabu f'pożizzjoni partikolarment tajba biex jibdew kampanji regolari bit-tema “ix-xjuħija attiva”.

4.1.5

Il-Kumitat jirrakkomanda kampanji Ewropej fil-mezzi tax-xandir li jikkontribwixxu għal immaġni tax-xjuħija li tagħraf is-servizz li taw l-anzjani (anke l-migranti anzjani) lis-soċjetà matul ħajjithom u r-rispett lejhom.

4.2   Miżuri fil-livell Ewropew

4.2.1

It-twaqqif ta' grupp addizzjonali ta' esperti dwar ix-xjuħija fil-qafas tal-grupp ta' esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjonijiet demografiċi.

4.2.2

It-twaqqif ta' Alleanza Ewropea għax-Xjuħija Attiva fuq l-istess mudell tal-Alleanza Ewropea għall-Familji (36) bil-għan li tixpruna x-xjuħija attiva permezz tal-iskambju tal-esperjenzi tal-Istati Membri u li tippromovi l-kooperazzjoni u t-tagħlim reċiproku fl-Unjoni Ewropea. Din tkun tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex torganizza konferenzi u workshops Ewropej.

4.2.3   It-twaqqif ta' Ċentru Ewropew għar-Riċerka dwar l-Anzjani

Ir-rapporti dwar is-sitwazzjoni u l-esperjenzi juru liema aspetti u speċifiċitajiet reġjonali jeħtieġu aktar riċerka (37). Jeħtieġ jinġabru r-riżultati preċedenti mill-programmi qafas ta' riċerka u mill-istatistika, jinxterdu iktar u jiġu inkorporati fil-politika u l-prattika (38). Ċentru Ewropew għar-Riċerka dwar l-Anzjani, fuq il-mudell tan-“National Institute on Ageing” Amerikan, ikun adatt ferm biex jiġbor, jintegra u jxerred l-istatistika u informazzjoni rilevanti oħra li diġà nkisbu.

4.2.4   Il-ħolqien ta' fokus interdixxiplinari fuq l-anzjani fit-tmien Programm Qafas għar-Riċerka

L-introduzzjoni ta' fokusinterdixxiplinari fuq l-anzjani b'baġit speċifiku għalih fit-tmien Programm Qafas għar-Riċerka tlaqqa' flimkien l-attivitajiet ta' riċerka.

4.2.5   Il-ħolqien ta' portal tal-internet komuni Ewropew

F'dan il-portal, il-pubbliku — b'mod partikolari l-anzjani — għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw l-inizjattivi kollha relatati mal-anzjani ta' kull Direttorat Ġenerali. Din l-informazzjoni għandha tkun tista' tinstab permezz ta' ħoloq speċjali.

4.2.6   Il-ħolqien ta' portali tal-internet lokali, reġjonali u nazzjonali fuq l-istess mudell tal-portal Ewropew

4.2.7   L-appoġġ għall-Fond Demografiku fil-qafas tal-Fondi Strutturali (39)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolarment prekarja ta' ċerti reġjuni fejn il-popolazzjoni qed tonqos, il-Fond Demografiku Ewropew għandu jappoġġja l-aktar ir-reġjuni rurali u r-reġjuni b'rata tat-tkabbir taħt il-medja u jippromovi inizjattivi tajbin.

4.2.8

L-inklużjoni ta' prijoritajiet ġodda fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja sabiex jiġi ffaċilitat it-taħriġ tal-ħaddiema li jkunu kapaċi jakkumpanjaw lill-anzjani fit-transizzjonijiet differenti tal-ħajja li jridu jgħaddu minnhom.

4.3

Fuq il-bażi tal-miżuri proposti jistgħu jiġu żviluppati kunċetti xierqa għat-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet ta' azzjoni u l-miżuri politiċi. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn il-proposti fil-Komunikazzjoni prevvista.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara, pereżempju, ir-rapport ta' informazzjoni tas-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza CES 930/99 finali; Dokument ta' Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni “Il-futur demografiku tal-Ewropa: Fatti u Figuri”.

(2)  Ara COM(2006) 571 tat-12 ta' Ottubru 2006; SEC (2007) 638; EPC & EC (DG ECFIN): “L-impatt tat-tixjiħ fuq l-infiq pubbliku” Rapport Speċjali Nru 1/2006.

(3)  Ara, pereżempju, l-opinjoni tal-KESE tas-16.12.2004 dwar “L-istrateġiji/Inżidu l-età tal-irtirar”, rapporteur: is-Sur Dantin (ĠU C 157, 28.6.2005); l-opinjoni tal-KESE tat-28.10.2004 dwar “Il-kura tas-saħħa u l-kura tal-anzjani”, rapporteur: is-Sur Braghin (ĠU C 120, 20.5.2005); l-opinjoni tal-KESE tas-26.9.2007 dwar “Id-drittijiet tal-pazjent”, rapporteur: is-Sur Bouis (ĠU C 10, 15.1.2008); l-opinjoni tal-KESE tal-24.10.2007 dwar “It-trattament ħażin tal-anzjani”, rapporteur: is-Sinjura Heinisch (ĠU C 44, 16.2.2008); u l-opinjoni tal-KESE tat-13.3.2008 dwar “Il-garanzija tal-aċċess ġenerali għall-kura fit-tul u l-finanzjament sostenibbli ta' sistema tal-kura fit-tul għall-anzjani”, rapporteur: is-Sinjura Klasnic (ĠU C 204, 9.8.2008).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/397/KE.

(5)  Ara http://ec.europa.eu/employment_social/families/index_en.html

(6)  Ara punt 4.5.2 tal-opinjoni tal-KESE tat-13.12.2007 dwar “Ir-raba' rapport dwar il-koeżjoni”, rapporteur: is-Sur Derruine, (ĠU C 120, 16.5.2008).

(7)  Ara l-opinjoni tal-KESE tal-14.3.2007 dwar “L-impatt ekonomiku u baġitarju fuq il-popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu”, rapporteur: is-Sinjura Florio (ĠU C 161, 13.7.2007) u l-opinjoni tal-KESE tal-15.9.2004 dwar “Il-bżonn ta' riċerka fuq is-suġġett ta' bidla demografika”, rapporteur: is-Sinjura Heinisch (ĠU C 74, 23.3.2005).

(8)  Ara l-opinjoni tal-KESE tal-14.2.2008 dwar “Is-servizzi ta' interess ġenerali”, rapporteur: is-Sur Hencks, (ĠU C 162,-25.6.2008).

(9)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE tat-18.1.2007 dwar “L-istruttura tal-politiki/il-koeżjoni fl-UE”, rapporteur: is-Sur Derruine (ĠU C 93, 27.4.2007) u tal-25.4.2007 dwar “L-aġenda territorjali”, rapporteur: is-Sur Pariza (ĠU C 168, 20.7.2007).

(10)  Pereżempju ż-żoni rurali fi Franza, Spanja, il-Portugall, il-Ġermanja tal-Lvant, f'xi reġjuni fl-Ewropa tal-Lvant u f'xi reġjuni rurali fil-periferiji tal-Iżvezja u l-Finlandja; ara “The Spatial Effects of Demographic Trends and Migration”, il-proġett ESPON 1.1.4, rapport finali 2002.

(11)  Ara l-opinjoni tal-KESE tad-29.5.2008 dwar “Il-Green Paper: Lejn kultura ġdida għall-mobilità urbana”, rapporteur: is-Sur Hernández Bataller, korapporteur: is-Sur Barbadillo López (ĠU C 224, 30.8.2008), u l-opinjoni tal-AGE — the European Platform of Older People — dwar din il-Green Paper (COM(2007) 551 finali); http://ec.europa.eu/education/programmes/llp/index_en.html, jew anke Mollenkopf et al. (Eds.) (2005). “Enhancing mobility in later life — Personal coping, environmental resources, and technical support”. Amsterdam: IOS Press.

(12)  Eżempji ta' miżuri addizzjonali favur l-indipendenza jeżistu ġewwa Franza (Hautes Corbières; CG VAL de Marne; Franza — discours colloque ANDASS), il-Ġermanja (pereżempju Berlin u Frankfurt/Main), u r-Renju Unit (Newcastle), fost pajjiżi oħra.

(13)  Ara, pereżempju, il-pubblikazzjoni tad-DĠ SANCO “Healthy Ageing: keystone for a sustainable Europe”

(http://ec.europa.eu/health/ph_information/indicators/docs/healthy_ageing_en.pdf).

(14)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE 1447/2004, 1465/2007, 1256/2007 u 501/2008; nota f'qiegħ il-paġna 3.

(15)  Pereżempju, fil-Finlandja: Preventive work in Jyväskylä — Finland.ppt; fi Franza: Poitiers.pdf; Strasbourg.pdf; “Le Guide de l'Aidant Familial”.

(16)  Ara l-opinjoni tal-KESE tal-15.9.2004 dwar “Il-bżonn ta' riċerka fuq is-suġġett ta' bidla demografika”, rapporteur: is-Sinjura Heinisch (ĠU C 74, 23.3.2005). Ara wkoll l-opinjoni tal-KESE tas-16.12.2004 dwar “Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet”, rapporteur: is-Sur Bloch-Lainé (ĠU C 157, 28.6.2005); l-opinjoni tal-KESE tal-14.3.2007 dwar “Il-familja u l-bidla demografika”, rapporteur: is-Sur Buffetaut (ĠU C 161, 13.7.2007); l-opinjoni tal-KESE tal-11.7.2007 dwar “Ir-rwol tal-imsieħba soċjali fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, familjali u privata”, rapporteur: is-Sur Clever (ĠU C 256, 27.10.2007); u l-opinjoni tal-KESE tat-13.12.2007 dwar “Nappoġġjaw is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet”, rapporteur: is-Sur Jahier (ĠU C 120, 16.5.2008).

(17)  Ara, pereżempju, l-attivitajiet tal-Flemish Association VVSG (Flemish association Ageing VVSG-Vergrijzing-GRV-2006.pdf) u tal-Assoċjazzjoni Żvediża, Swedish Association of Local Authorities and Regions (Sweden — care for the elderly in Sweden today.pdf).

(18)  Ara, pereżempju, il-programm mudell “Generationsübergreifende Freiwilligendienste” (servizzi ta' volontarjat bejn il-ġenerazzjonijiet) tal-Ministeru Federali Ġermaniż tal-Familji, l-Anzjani, in-Nisa u ż-Żgħażagħ.

(19)  Direttiva 2000/78/KE.

(20)  L-eżempju tal-Finlandja juri kif inċentivi pożittivi (minflok telf finanzjajru) u limiti taż-żmien flessibbli (bejn it-63 u t-68 sena) joffru l-possibbiltà li wieħed jorganizza l-irtirar tiegħu skont il-bżonnijiet individwali tiegħu jew li jkompli jaħdem.

(21)  Ara, pereżempju, Naegele, G. & Walker, A. (2006): “A guide to good practice in age management. European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions”, Dublin.

(22)  Pereżempju l-FSE jiffinanzja proġett fir-Renju Unit li jagħti l-opportunità lill-maniġers li għandhom 'il fuq minn 50 sena li jagħtu pariri u jiggwidaw kollegi iżgħar minnhom jew studenti universitarji li għadhom jistudjaw f'aktar minn 200 SME.

(23)  Ara l-opinjoni tal-KESE tat-13.12.2006 dwar “L-attivitajiet volontarji, ir-rwol tagħhom fis-soċjetà Ewropea u l-impatt tagħhom”, rapporteur: is-Sinjura Koller (ĠU C 325, 30.12.2006).

(24)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE tad-9.2.2005 dwar “Il-programm ta' azzjoni integrat għat-tagħlim tul il-ħajja”, rapporteur: is-Sur Koryfidis (ĠU C 221, 8.9.2005); tat-18.5.2006 dwar “Il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja”, rapporteur: is-Sinjura Herczog (ĠU C 195, 18.8.2006); tat-30.5.2007 dwar “It-tagħlim tul il-ħajja”, rapporteur: is-Sur Rodriguez (ĠU C 175, 27.7.2007); u l-opinjoni tal-KESE tat-13.3.2008 dwar “It-tagħlim lill-adulti”, rapporteur: is-Sinjura Heinisch (ĠU C 204, 9.8.2008).

(25)  Mingħajr preġudizzju lejn id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali.

(26)  Pereżempju fil-kuntest ta' taħriġ prattiku jew xogħol volontarju għall-anzjani.

(27)  Hawnhekk nistgħu nirreferu għall-proġett “Transition — Ausbildung zum/zur Übergangsbegleiter/in für frühkindliche Bildungsprozesse” (Transizzjoni — Taħriġ dwar it-transizzjoni għall-edukazzjoni fil-fażijiet bikrija tat-tfulija) fil-kuntest tal-programm Socrates Grundtvig 1.1

(http://www.elternverein-bw.de).

(28)  Ara l-Komunikazzjoni dwar l-edukazzjoni finanzjarja COM(2007) 808 tat-18.12.2007, p. 8.

(29)  Ara, pereżempju, il-proġett “Travelagents”

(www.travelagentsproject.org).

(30)  Ara, pereżempju, il-proġett “AAMEE”

(http://www.aamee.eu/).

(31)  Ara d-“Disinn ta' netwerk Ewropew għall-aċċessibbiltà elettronika kollha” (European Design for All e-Accessibility Network, EDeAN;

http://www.edean.org/)

(32)  Is-self ta' ammonti żgħar huwa mod kif l-anzjani jistgħu jiksbu s-sisien għal attività indipendenti f'każ li jirtitraw jew jispiċċaw qiegħda.

(33)  Ara l-opinjoni tal-KESE tad-29.5.2008 dwar “Il-persuni mdaħħlin fiż-żmien permezz u l-użu ta' Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ġodda”, rapporteur: is-Sinjura Darmanin (ĠU C 224, 30.8.2008). Ir-Rapport tal-Parlament Ewropew RR\39694EN.doc, PE396.494v03-00; Malanowski, N., Özcivelek, R. u Cabrera, M.: “Active Ageing and Independent Living Services: The Role of Information and Communication Technology”. JRC Scientific and Technical Report, EUR 2346 EN — 2008.

(34)  Ara l-pjan ta' azzjoni dwar “It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (TIK) u x-Xjuħija” (COM(2007) 332 fin.), il-programm “Ambient Assisted Living Joint Research Programm” (http://www.aal-europe.eu/), l-attivitajiet ta' riċerka tas-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (2007-2013) (http://ec.europa.eu/research/fp7/index_en.cfm) u “Seniorwatch 2 — Assessment of the Senior Market for ICT, Progress and Developments”

(http://ec.europa.eu/information_society/activities/einclusion/research/ageing/index_en.htm).

(35)  F'Wales, pereżempju, mill-esperjenza tal-Kummissarju għat-tfal inħoloq il-Kummissarju statutarju għall-anzjani li jissorvelja l-politiki u l-leġiżlazzjoni, kif ukoll jappoġġja u jikkummissjona r-riċerka.

(36)  Ara http://ec.europa.eu/employment_social/families/european-alliance-for-families-de.html.

(37)  Ara l-opinjoni tal-KESE tal-24.5.2000 dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn żona tar-riċerka Ewropea”, rapporteur: is-Sur Wolf (ĠU C 204, 18.7.2000).

(38)  Rakkomandazzjoni tas-Sitt Programm Qafas ta' Riċerka. Ara wkoll l-opinjoni tal-KESE tal-15.9.2004 dwar “Il-bżonn ta' riċerka fuq is-suġġett ta' bidla demografika”, rapporteur: is-Sinjura Heinisch (ĠU C 74, 23.3.2005).

(39)  Ara r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999. Ara wkoll l-opinjoni tal-KESE tat-13.12.2007 dwar “Ir-raba' rapport dwar il-koeżjoni”, rapporteur: is-Sur Derruine (ĠU C 120, 16.5.2008).


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/123


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Lejn żvilupp bilanċjat tal-ambjent urban: sfidi u opportunitajiet

(2009/C 77/27)

Nhar il-25 ta'Ottubru 2007, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Jean-Pierre Jouyet, Ministru tal-Istat imsieħeb mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u responsabbli mill-Affarijiet Ewropej, talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, f'isem il-Presidenza Franċiża li jmiss, biex ifassal opinjoni esploratorja dwar

Lejn żvilupp bilanċjat tal-ambjent urban: sfidi u opportunitajiet.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, li kienet responsabbli għat-tħejjija tal-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-14 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur van Iersel u l-korapporteur is-Sur Grasso.

Matul l-447 sessjoni plenarja, li nżammet nhar is-17 u t-18 ta' Settembru (seduta tas-17 ta' Settembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni unanimament.

L-AMBJENT URBAN: SFIDI U OPPORTUNITAJIET

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Fl-għażla wiesgħa tagħhom, il-bliet qegħdin fil-qalba tal-iżviluppi demografiċi u socjo-ekonomiċi fl-Ewropa. L-impatt u l-prestazzjonijiet tagħhom jiddependu mid-dimensjoni tagħhom, u mill-għażla ta' attivitajiet kif ukoll il-kwalità tal-ħajja u tax-xogħol fit-territorju tagħhom.

1.2

Il-KESE qed jappoġġja l-kunċetti bażiċi mniżżla fil-Karta ta' Leipzig dwar il-Bliet Sostenibbli Ewropej u l-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea (1). Il-KESE jinnota li numru ta' Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u Programmi u Aġenziji Ewropej qed jindirizzaw dejjem aktar l-opportunitajiet u l-isfidi fl-ambjent urban, spiss billi jirreferu għall-Aġenda ta' Liżbona. Hija mistennija Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali fil-Ħarifa tal-2008.

1.3

Idealment id-dibattitu Ewropew isir aktar fil-fond u fuq livell usa' fejn jidħlu'bliet sodi u sostenibbli, u reġjuni urbani jew żoniżoni metropolitani madwar l-Ewropa. Għal dan il-għan il-KESE jirrakkomanda t-twaqqif ta' Grupp ta' Livell Għoli tal-UE dwar “L-Iżvilupp Urban u s-Sostenibbiltà”. Il-KESE jirrakkomanda t-twaqqif ta' Grupp ta' Livell Għoli tal-UE dwar “L-Iżvilupp Urban u s-Sostenibilità”.

1.4

Dan il-Grupp ta' Livell Għoli għandu jirrappreżenta għarfien fil-fond tal-interessi speċifiċi tal-bliet. Il-Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali tista' tkun punt ta' tluq tajjeb.

1.5

B'kooperazzjoni mal-Kummissjoni — il-Grupp ta' Interservizzi għall-Affarijiet Urbani — dan il-Grupp ta' Livell Għoli jista' jagħti sehmu f'dibattitu Ewropew aktar effettiv u mmirat dwar il-bliet, fost l-oħrajn billi jfassal aġenda prospettiva, lista ta' kwistjonijiet rilevanti għall-bliet, iż-żoni metropolitani u l-gvernijiet  (2). Id-diskussjoni tinbena fuq sisien ġodda. Il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill tiġi simplifikata b'mod operazzjonali. Il-grupp isostni wkoll ir-responsabbiltà li għandhom il-gvernijiet stess.

1.6

Peress li data li wieħed jista' joqgħod fuqha hija kruċjali, il-Kummissjoni u l-Eurostat jistgħu jgħinu billi jestendu r-rappurtaġġ statistiku fil-livell ta' NUTS (3) 3 u 2 għal data li għandha x'taqsam mal-bliet u ż-żżoni metropolitani u n-netwerks tagħhom. L-aħjar li jsiru arranġamenti mal-Istati Membri, l-Uffiċċji tal-Istatistika Nazzjonali, u l-istituti tar-riċerka (4) biex jinbnewbażi tad-data xierqa.

1.7

ESPON (5) jinsab f'qagħda tajba ħafna bħala ċentru għall-analiżi u t-tagħrif, għall-monitoraġġ tal-iżviluppi, u bħala pjattaforma għal skambji analitiċi bejn l-Istati Membri.

1.8

Il-gvernijiet qegħdin jagħmlu l-kundizzjonijiet f'għadd ta' oqsma, iżda l-implimentazzjoni u l-azzjoni konkreta jitwettqu l-aktar fil-livell deċentralizzat, bħal f'dik li hija aċċessibbiltà interna u esterna, l-ambjent, it-tagħlim, il-kundizzjonijiet tal-ħajja familjari, l-imprenditorija, it-tagħrif u r-riċerka, l-impjiegi, il-migrazzjoni, il-minoritajiet u d-diversità etnika u kulturali, l-investiment pubbliku u s-servizzi pubbliċi, l-attrazzjoni ta' investimenti (barranin), sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi u sħubijiet pubbliċi-privati, inkluż il-finanzjament privat, u oħrajn.

1.9

L-Ewropa teħtieġ bliet u żoniżoni metropolitani mgħammra tajjeb. Id-dinamika teknoloġika u l-integrazzjoni ekonomika internazzjonali jfissru li l-bliet qed iħabbtu wiċċhom b'mod dirett ma' xejriet u kompetizzjoni internazzjonali. Wieħed ma jistagħġibx bil-fatt li ħafna bliet u żoniżoni metropolitani qegħdin jiddefinixxu ambizzjonijiet ġodda. L-aħjar fosthom huma li jsiru ċentri ta' ħiliet u tagħrif fil-livelli kollha u ċentri ta' investimenti orjentati lejn il-ġejjieni.

1.10

Minħabba ċ-ċaqliq demografiku, il-migrazzjoni, il-ħtiġiet ekoloġiċi, u l-effett negattiv ġej mill-bidliet ekonomiċi globali l-istess bliet spiss qed jiffaċċjaw ukoll sfidi konsiderevoli li jistgħu jitfgħu piż kbir fuqhom u xi drabi joħolqu diviżjonijiet koroh, li jdgħajfu l-prospetti pożittivi.

1.11

Peress li xejriet u karatteristiċi bħal dawn fil-bliet, huma x'inhuma d-differenzi kulturali u soċjo-ekonomiċi tagħhom, jidhru biċ-ċar mal-Ewropa kollha, dibattitu u approċċi kontinwi Ewropej jżidu mal-qagħdiet u l-kuntesti nazzjonali. Barra analiżi u d-definizzjoni tal-approċċi mixtieqa, b'mod speċjali l-benchmarking u l-aħjar prattiki trasparenti fil-qasam tal-approċċi integrati.

1.12

Peress li l-għanijiet u l-istrumenti (legali, fiskali u finanzjarji) tal-politika governattiva, u l-implimentazzjoni reġjonali u lokali huma neċessarjament kumplimentari, dibattitu f'livell għoli dwar varjetà ta' xenarji kif ukoll analiżi u benchmarks x'aktarx li jiftħu perspettivi ġodda, huma x'inhuma d-differenzi kulturali u istituzzjonali bejn l-Istati Membri.

1.13

Il-KESE jsostni l-ħtieġa ta' approċċ miftiehem minn kulħadd bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni rigward il-bliet u z-żoni metropolitani. Il-viżibbiltà ta' dan l-approċċ komuni għandha tkun ukoll inċentiv għall-gvernijiet nazzjonali biex jagħmlu approċċi integrati għall-bliet, talba li spiss issir mill-bliet lill-gvernijiet u lill-UE.

1.14

L-analiżi u l-benchmarks iridu jiffukaw fuq firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet miġburin fil-qosor fil-punt 4.12: Aspetti marbutin ma' xulxin ta' aġenda għaż-żżoni koeżivi urbanizzati u għall-belt sostenibbli tal-ġejjieni. Dawn l-aspetti huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom, riflessjoni ta' espressjoni reġjonali tal-Aġenda ta' Liżbona, li tagħti qafas adattat ħafna. Qiegħda diġà ssir ħafna ħidma minn istituti u aġenziji pubbliċi u privati, u minn numru ta' bliet kbar, iżda għad m'hemmx approċċ trasparenti u konsistenti ġenerali.

1.15

Ħafna mill-bliet il-kbar u żoniż-żoni metropolitani qed iħabbtu wiċċhom ma' għażliet kumplikati u diffiċli. Impenn u appoġġ fl-analiżi mill-Ewropa kollha żgur li jista' jkun ta' għajnuna għalihom f'kif jiffaċjaw l-opportunitajiet u l-isfidi. B'mod illustrattiv ta' min jinħolqu premjijiet (annwali) jew tikketti Ewropej għal kwistjonijiet urbani. Hemm eżempji li jispikkaw fl-oqsma kollha: l-ippjanar tal-bliet, id-disinn tal-bini, il-migrazzjoni, il-minoritajiet u d-diversità, il-mobbiltà, it-teknoloġija u s-suq, il-proġetti ekoloġiċi, l-użu mrażżan tal-enerġija, id-djar ta' kwalità, eċċ. Dawn għandhom jiġu enfasizzati mal-Ewropa kollha.

1.16

Il-gvernanza hija kwistjoni kruċjali u kritika ħafna (6). Spiss ma nagħtux kas jew ninsew min huwa responsabbli u jrid jagħti kont ta' xiex. Għall-bliet, it-tmexxija, il-viżjoni u l-konsistenza jidhru li huma prerekwiżiti minkejja kollox (7).

1.17

Fl-Ewropa kollha jeżistu strutturi amministrattivi kumplikati, li ħafna minnhom ikunu ilhom jeżistu żmien twil, u li ġeneralment ma jkunux imfassla biex iħaddmu żonipolitiki reġjonali ta' dan iż-żmien maħsuba għall-futur imbiegħed f'żoni b'popolazzjoni densa. Fil-livell Ewropew tkun ferm utli diskussjoni dwar kif il-goernanza f'ħafna livelli tista' ssir aktar effettiva. L-istess jgħodd għal forom ġodda ta' sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi u dawk pubbliċi-privati fil-bliet, li qed isiru dejjem aktar appoġġ indispensabbli.

1.18

Aġenda Ewropea għal perjodu ta' żmien twil, aktar impenn mill-Kummissjoni, u monitoraġġ fil-livell Ewropew jistgħu jkunu ta' għajnuna biex jiġi definit sens konsistenti ta' direzzjoni fil-livell reġjonali u fil-bliet. L-aġenda ta' Liżbona tipprovdi qafas. Il-konsistenza hija wkoll indispensabbli biex partijiet interessati u professjonisti urbani oħra pubbliċi u privati jimpenjaw ruħhom fi programmi u proġetti. Fost dawn hemm l-iskejjel u l-istituti ta' taħriġ, l-edukazzjoni għolja, il-periti u l-proġettaturi tal-bliet, l-imsieħba soċjali reġjonali, il-kmamar tal-kummerċ, il-kumpaniji, l-iżviluppaturi, inklużi l-finanzjament privat, is-servizzi tas-saħħa, l-organizzazzjonijiet kulturali, u oħrajn.

1.19

Aġenda Ewropea tiffavorixxi mudell ġdid ta' żvilupp poliċentriku bilanċjat fl-Ewropa li joħloq forom ġodda ta' komunitajiet, ukoll għall-benefiċċju tas-soċjetà ġenerali. Dan il-proċess għaddej issa u, fl-opinjoni tal-KESE, għandu jirċievi rikonoxximent u appoġġ sħiħ.

2.   Kuntest

2.1

Il-pajsaġġ demografiku tad-dinja qiegħed jinbidel. Mill-2007, għall-ewwel darba fl-istorja, aktar min-nofs il-popolazzjoni tad-dinja qiegħda tgħix fil-bliet. Il-fenomenu ta' urbanizzazzjoni li qiegħda dejjem tiżdied qed iseħħ fil-kontinenti kollha. Ix-xejra għandha tendenza li tintensifika.

2.2

Bħalissa aktar minn 80 % tal-popolazzjoni fl-Ewropa tgħix żonif'żoni urbani, u parti kbira minn dan il-persentaġġ tgħix f'bliet u f'agglomerazzjonijiet ta' aktar minn 500 000 abitant. F'għadd ta' każi dawn il-figuri għandhom ukoll tendenza li jiżdiedu.

2.3

Minbarra Greater London u Ile-de-France u l-bliet il-kbar tradizzjonali — ħafna minnhom bliet kapitali — qed jiżdiedu centri oħra, spiss ambizzjużi, li jiġbdu n-nies u l-attivitajiet ekonomiċi.

2.4

Il-politiki tal-UE iqisu din il-bidla demografika u l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi li ġġib magħha sa ċertu punt. Il-bliet u l-urbanizazzjoni qed isiru dejjem aktar importanti għal għadd ta' Direttorati Ġenerali: Riċerka, Ambjent, Enerġija u Trasport, Intrapriża u Industrija, Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs. Il-politika reġjonali tal-UE tindirizza l-urbanizzazzjoni kif juru programmi urbani bħal URBACT, JEREMIE u JESSICA (8), u proġetti urbani fil-qafas tal-Fond Soċjali tal-UE (9). Fil-Kummissjoni twaqqaf grupp ta' Interservizzi fuq l-Affarijiet Urbani.

2.5

Din l-istampa tirrifletti interess li qed jikber u attività b'mira fl-Istati Membri stess fejn jidħol l-iżvilupp tal-urbanizzazzjoni u ż-żżoni metropolitani.

2.6

Minbarra għadd dejjem jikber ta' analiżi u studji li għandhom x'jaqsmu mal-bliet u l-urbanizzazzjoni fl-Istati Membri l-ESPON (Osservatorju tal-Ippjanar Spazjali Ewropew) qed jagħmel ħafna mapep ġeografiċi li juru l-aħħar xejriet demografiċi u soċjo-ekonomiċi.

2.7

Il-Kummissjoni bdiet approċċ ġenerali fir-rigward tal-bliet fl-1997 b'Komunikazzjoni “Lejn aġenda urbana fl-Unjoni Ewropea  (10).”

2.8

F'serje ta' Laqgħat Ministerjali Informali dwar l-Iżvilupp Urban u l-Koeżjoni Territorjali, minn Novembru 2004 f'Rotterdam sa Mejju 2007 f'Leipzig, il-Kunsill tal-Ministri responsabbli għall-iżvilupp tal-ispazji u l-affarijiet urbani sostna s-sinifikat tal-iżvilupp tal-bliet u l-koeżjoni territorjali fl-Ewropa, u sab ħafna oqsma ta' interess komuni.

2.9

Dan il-proċess wassal f'Mejju 2007 f'Leipzig għall-Karta ta' Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli u l-Aġenda Territorjali. Matul il-Presidenza Slovena segwitu ssarraf fil-prattika permezz ta' proġett “Koordinazzjoni Territorjali-Urbana”.

2.10

B'mod parallel mal-Laqgħat Ministerjali Informali, il-kuntatti u l-iskambji bejn l-ogħla uffiċjali nazzjonali jiġu intensifikati wkoll. Xi drabi l-istituti tar-riċerka jiġu mistiedna jidħlu aktar fil-fond f'aspetti speċifiċi marbuta mal-iżvilupp tal-bliet (11).

2.11

Minkejja l-analiżi u l-elenkar ta' oqsma tal-proċess dinamiku tal-urbanizzazzjoni, jibqa' mhux ċar x'inhu l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill f'dik li hi urbanizzazzjoni u l-evoluzzjoni futura tagħha fl-Ewropa.

2.12

Fi Frar 2008 il-Parlament Ewropew adotta rapport tas-“Segwitu tal-Aġenda Territorjali u tal-Karta ta' Leipzig: Lejn Programm ta' Azzjoni Ewropew għall-Iżvilupp ġeografiku u l-Koeżjoni Territorjali” (12). Dan ir-rapport isostni l-importanza ta' approċċ integrat għall-ippjanar reġjonali u tal-bliet, bil-għan li jkattar l-abbiltà tar-reġjuni u l-bliet li jtejbu l-adattabilità tagħhom għat-tibdil ekonomiku fl-interess tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej.

2.13

F'Novembru 2007 l-Kumitat tar-Reġjuni adotta opinjoni dwar ir-“Raba' Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (13)”. F'din l-opinjoni il-Kumitat “isejjaħ sabiex fid-dawl tal-importanza ewlenija tal-bliet Ewropej għall-kisba tal-għanijiet tal-istrateġiji ta' Liżbona u ta' Gothenburg u għall-integrazzjoni soċjali, eż. tal-immigranti”.

2.14

Jeżistu differenzi sostanzjali fost il-bliet Ewropej: kbar jew żgħar, urbanizzati ħafna jew inqas popolati, xenarji differenti ta', pereżempju, bliet kbar u gruppi ta' bliet, bliet għonja u dawk inqas żviluppati. Iżda jolqtok ukoll dak li għandom komuni bejniethom:h ċaqliq demografiku spontanju lejn il-bliet u l-attrazzjoni ekonomika tal-bliet il-kbar qiegħda tiżdied filwaqt li dawn l-istess bliet qed jiffaċċjaw sfidi simili.

2.15

L-istampa sħiħa ta' opportunutajiet u sfidi toħroġ aktar fid-dieher, hekk kif, illum, dak l-ippjanar tal-bliet li jirnexxi mhux limitat biss għall-ippjanar tal-ispazji u d-djar, iżda jqis ukoll b'mod espliċitu l-fatturi soċjo-ekonomiċi rilevanti kollha f'approċċ hekk imsejjaħ olistiku. Proġetti urbanistiċi u tal-ippjanar li jaħsbu dejjem aktar għall-ġejjieni qegħdin ikunu żviluppati fuq il-bażi ta' kunċetti integrali ta' aspetti territorjali, ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali.

2.16

Madankollu, għalkemm il-gvernijiet qed jiffavorixxu żvilupp progressiv tal-bliet, l-approċċi spiss jibqgħu ambigwi. Il-mod kif l-iżviluppi jitwettqu u jitmexxew b'suċċess ivarja, kultant b'mod qawwi, minn pajjiż għall-ieħor u anki minn belt għall-oħra. Ċertament dan huwa l-każ ukoll fl-iżvilupp ta' bliet-reġjuni jew żoni metropolitani.

2.17

Il-KESE ddefinixxa l-opinjonijiet ġenerali tiegħu dwar l-urbanizzazzjoni sa mill-1998 f'Opinjoni “Lejn Aġenda Urbana.” Wara din ġew oħrajn, fosthom żewġ opinjonijiet speċifiċi dwar “Iż-żoni metropolitani Ewropej: implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-futur tal-EwropaŻoni” fl-2004 u fl-2007. Bl-istess mod fl-2007 ġiet ippubblikata opinjoni dwar l-Aġenda Territorjali tal-UE. Barra dawn, għadd ta' opinjonijiet tal-KESE jittrattaw oqsma speċifiċi li huma ta' interess għall-bliet u l-urbanizzazzjoni (ara l-appendiċi).

3.   Analiżi u evoluzzjoni

3.1

Il-bliet u l-mod li bih in-nies jgħixu f'komunitajiet jirriflettu perjodi storiċi u l-evoluzzjoni korrispondenti tas-soċjetà.

3.2

Minbarra raġunijiet strateġiċi u politiċi, l-ekonomija u s-sigurtà kienu dawk li l-aktar li wasslu għall-formazzjoni ta' komunitajiet u bliet u r-rabta li hemm bejniethom.

3.3

L-istorja moderna tal-bliet fl-Ewropa bdiet meta soċjetajiet agrikoli maturi nfetħu għall-attività ekonomika u kummerċjali li tathom forma mal-kontinent kollu. Aktar tard, l-istadji sussegwenti tal-industrijalizzazzjoni biddlu l-bliet eżistenti, u wasslu għall-ħolqien ta' bliet ġodda. Mill-aħħar parti tas-seklu 19 'il hawn l-industrijalizzazzjoni ġegħlet lil dawn il-bliet u ċ-ċentri dejjem ikomplu jikbru. L-evoluzzjoni twila u storika, flimkien mal-wirt kulturali, iż-żżoni industrijali, id-djar eċċ., tidher sewwa f'ħafna minnhom.

3.4

Matul l-aħħar snin baċini industrijali tradizzjonali nbidlu b'mod fundamentali. Għadd minnhom spiss għaddew, u għadhom għadejjin, minn ristrutturazzjoni iebsa għax bil-mod il-mod il-proċessi industrijali tradizzjonali qegħdin imutu.

3.5

Għaddejjin proċessi ġodda bis-saħħa tad-dinamika teknoloġika u l-internazzjonalizzazzjoni. Hemm tranżizzjoni minn produzzjoni tal-massa għal produzzjonijiet mfassla apposta u bosta speċjalitajiet u tiġdid kontinwu minn naħa waħda, filwaqt li min-naħa l-oħra s-settur tas-servizzi qiegħed jinfirex b'mod qawwi. Il-mobbiltà qiegħda tiżdied ħafna u ċ-ċaqliq demografiku qiegħed isir, fost l-oħrajn, minn żoniżoni rurali għall-bliet u permezz tal-migrazzjoni.

3.6

L-ambjent għan-nies fid-dinja tal-Punent qed isir mingħajr limitu u virtwali b'orizzonti wesgħin ħafna, filwaqt li l-istess żviluppi jaffettwaw ukoll l-ambjent fiżiku ta' kuljum tal-oqsma kollha tal-attività umana.

3.7

Dan l-ambjent ta' kuljum għal ħafna nies m'għadux ir-raħal, iċ-ċentru jew il-belt individwali, iżda jħaddan dejjem aktar entitajiet reġjonali usa' u b'hekk joħloq tip ġdid ta' urbanizzazzjoni.

3.8

Netwerks ta' bliet jew netwerks ta' reġjuni qegħdin jissaħħu spontanjament u/jew deliberatament. Ħarsu lejn l-iżviluppi tal-bliet il-kbar u ż-żoniżoni metropolitani fl-Ewropa. Wieħed jinnota fis-soċjetà urbanizzata moderna qed tissawwar realtà ġeografika ġdida, magħmula minn żoniżoni dominanti ta' influwenza ekonomika u minn għadd kbir ta' żonisotto-żoni li spiss bħala regola ma jkunux jikkorrespondu mal-entitajiet amministrattivi eżistenti.

3.9

Karatteristika essenzjali ta' dawn il-bliet-reġjuni ġodda hija l-iskala kritika tagħhom, meħtieġa biex jieħdu ħsieb l-urbanizzazzjoni kif xieraq għall-ġid taċ-ċittadini kollha, tal-kwalità tal-ħajja u tax-xogħol tagħhom. L-iskala kritika tista' tvarja mhux ħażin minn każ għall-ieħor, skont ċirkostanzi ġeografiċi, ekonomiċi u demografiċi speċifiċi.

3.10

Fl-2004, wara għaxar snin ta' studji domestiċi u diskussjonijiet dwar il-“mappa futura” tal-Ġermanja, ġew identifikati ħdax-il żona metropolitana, li huma klassifikati bħala żoniżoni dominanti ta' influwenza ekonomika. Minkejja reazzjonijiet xettiċi li kien hemm fil-bidu bħalissa għaddejja aktar elaborazzjoni tal-kunċett. Ir-relazzjoni u l-interdipendenza bejn iż-żoni metropolitani u dawk rurali hija kwistjoni topika.

3.11

Matul l-istess perjodu saru studji mid-DIACT (14) fi Franza, u wara dan ġew identifikati għadd ta' metropoli. F'Jannar 2008 kien ippreżentat dokument ta' politika “Imaginer les métropoles d'avenir” (Nimmaġinaw il-metropoli tal-ġejjieni) (15) li jista' jkun inċentiv għal aktar promozzjoni għal dawn iċ-ċentri fi Franza, u għal leġiżlazzjoni xierqa għal dak l-iskop. Kien hemm ħafna attività fuq ir-reġjuni-bliet fir-Renju Unit ukoll.

3.12

Inizjattivi, b'enfasi xi ftit jew wisq simili, ittieħdu minn ġvernijiet oħra u/jew awtoritajiet reġjonali u lokali oħra. F'pajjiżi bħall-Iskandinavja, il-pajjiżi Baltiċi, l-Irlanda u l-Awstrija primarjament fil-bliet kapitali u madwarhom, fl-Olanda fir-Randstad. Fl-Istati Membri l-kbar bħal Spanja, l-Italja u l-Polonja telgħu ċentri aktar predominanti.

3.13

Minbarra ċ-ċentri prinċipali, insibu mudell ta' sottoċentri li jagħmel l-urbanizzazzjoni karatteristika importanti tal-pajsaġġ Ewropew, għalkemm ċertament mhux mifruxa bl-istess mod fil-kontinent kollu.

3.14

Żviluppi soċjali u ekonomiċi jagħtu lok għal Ewropa poliċentrika u urbanizzata li ma tibqax tkun limitata għal zona ġeografika ristretta bħall-“blue banana” tradizzjonali jew għal grupp esklussiv ta' bliet kapitali.

4.   Opportunitajiet u sfidi

4.1

Kwistjoni kruċjali hija: x'sejra tkun u x'għandha tkun il-belt sostenibbli fl-Ewropa tal-ġejjieni bħala komunità promettenti għaċ-ċittadini tagħha? B'kunsiderazzjoni għal diskussjoni Ewropea dwar l-iżviluppi urbani komplikati wieħed għandu jiddistingwi għadd ta' fatturi u xejriet predominanti li spiss ikopru realtajiet differenti fi bliet jew bliet-reġjuni kbar madwar l-Ewropa.

4.2

Numru ta' dawn il-fatturi u xejriet huma:

bidliet demografiċi, fosthom:

popolazzjoni qed tixjieħ

bliet bħala ċentri li jiġbdu professjonisti żagħżugħa

aktar diversità etnika u kulturali li ġejja mill-immigrazzjoni

gruppi ta' bliet u muniċipalitajiet jiġu identifikati bħala netwerk ta' bliet u reġjuni jew żoni metropolitani;

trasport u mobbiltà: żoni ta' influwenza ekonomika huma aktar u aktar interkonnessi fl-Ewropa kollha, u 'l hinn minnha;

investimenti u sedi internazzjonali, jiġifieri anki servizzi kummerċjali;

numru dejjem akbar ta' ċentri ta' tagħrif u riċerka;

l-iżvilupp ta' setturi industrijali u dawk tas-servizzi u enfasi fuq il-kreattività;

swieq dinamiċi tax-xogħol li jinbidlu;

l-iżvilupp ta' portali ta' aċċess;

djar moderni u ippjanar spazjali adattat;

l-istabbiliment ta' alleanzi ġodda f'żoni urbanizzati;

tingħata ħajja liċ-ċentri urbani u t-tnaqqis tat-tifrix urban

enfasi fuq il-kultura (inkluż il-wirt storiku u naturali) u faċilitajiet kulturali.

4.3

Sadattant il-problemi eżistenti fil-bliet qegħdin jiħraxu u qegħdin jinbtu sfidi ġodda:

is-sostenibilità, l-aspetti ambjentali, l-enerġija;

id-depopolazzjoni taċ-ċentri tal-bliet;

il-limitazzjonijiet tal-ambitu tal-ispazji urbani pubbliċi u sfidi marbuta mal-kwalità tagħhom;

l-infrastruttura, is-sistemi tat-trasport u l-aċċessibilità għalih;

l-immaniġġjar tal-mobbiltà;

l-isfidi għan-nies bi kwalifiki baxxi: xogħol, edukazzjoni, djar;

l-isfidi li toħloq popolazzjoni qed tixjieħ

in-nuqqas ta' imprenditorija adegwata, b'mod partikolari f'żoni depressi;

il-migrazzjoni illegali;

l-edukazzjoni u l-ħiliet;

l-ippjanar spazjali li ma rnexxiex jew li ġie traskurat fi stat bikri, pereżempju z-żoni suburbani (banlieues);

komunitajiet emarġinati u l-kriminalità;

ir-riskju tat-terroriżmu;

4.4

Ix-xejra demografika tal-bliet il-kbar u ż-żoni metropolitani spiss toffri sfida, iżda wkoll opportunitajiet. Is-sitwazzjoni hija different minn belt għall-oħra: skont kif inhi komposta l-popolazzjoni u skont l-opportunitajiet ekonomiċi, iżda wkoll skont il-politiki nazzjonali. Il-politiki integrati ta' suċċess tal-pajjiżi li fihom tinsab kull belt is-soltu jissarrfu f'livell għoli(ogħla) ta' inklussività.

4.5

Ir-relazzjoni bejn iz-żoni rurali u l-bliet hija sfida reali. Kuntrarjament għall-opinjonijiet popolari u politiki aċċettati b'mod ġenerali, relazzjoni armonjuża bejn iz-żoni rurali u l-bliet rigward l-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol f'żoni metropolitani hija kruċjali u kontra kif wieħed jifhem “jew waħda jew l-oħra”, jew “aħna-huma”. Dan jidħol perfettament tajjeb fil-mudell il-ġdid ta' żvilupp poliċentriku.

4.6

Għalkemm il-punti tat-tluq għall-bliet jistgħu jkunu differenti minħabba livelli jvarjaw ta' żvilupp, il-biċċa l-kbira tad-differenzi huma gradwali. Il-proċess ta' urbanizzazzjoni fl-Istati Membri l-ġodda jirrifletti l-istess fenomeni, għalkemm minn ċerta distanza. Ir-rinnovazzjoni hija waħda mill-għanijiet ewlenin. Peress li t-tkabbir ekonomiku jirriżulta f'nefqa pubblika akbar, u f'aktar investiment privat u f'livelli ta' dħul ogħla, l-urbanizzazzjoni turi progressivament l-istess karatteristiċi fl-Ewropa kollha.

4.7

Fid-dokumenti tal-politika u fil-proposti tal-proġetti li jikkonċernaw l-urbanizzazzjoni l-Kummissjoni tirreferi llum b'mod sistematiku għall-Aġenda ta' Liżbona. Il-Kunsill u d-dokumenti nazzjonali jenfasizzaw dejjem aktar l-istess rabta. Fil-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità l-Kummissjoni titkellem dwar il-bliet bħala l-muturi tal-iżvilupp reġjonali u ċ-ċentri tal-innovazzjoni, iżda wkoll dwar il-ħtieġa li l-koeżjoni interna titjieb bil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-kriminalità, u li titjieb il-kwalità tal-ħajja fil-viċinati żvantaġġati.

4.8

L-Aġenda ta' Liżbona bdiet bħala proċess minn fuq għal isfel. Sadattant il-Kummissjoni u l-Kunsill kienu konvinti li għandhom jiġu attivati wkoll forzi minn isfel għal fuq. Fost dawn il-forzi minn isfel għal fuq, huma atturi importanti l-bliet żviluppati kompletament: parti deċiżiva tal-modernizzazzjoni tal-istrutturi territorjali u soċjo-ekonomiċi Ewropej qiegħda titwettaq permezz tal-investimenti pubbliċi u privati u permezz ta' miżuri konkreti fir-reġjuni u l-bliet. Il-bliet huma ħafna drabi l-aħjar livell ġeografiku għas-setturi pubbliċi, privati u universitarji li jaħdmu mas-soċjetà ċivili biex jinteraġixxu ħalli joħolqu l-innovazzjoni meħtieġa għall-Ewropa.

4.9

Għal dik ir-raġuni l-KESE huwa tal-opinjoni li bliet kbar u żoni metropolitani għandhom jidentifikaw l-Aġenda ta' Liżbona tagħhom proprja fl-oqsma tal-kompetittività, l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali. Din l-Aġenda għandha toffri lil min isawwar il-politika u lill-partijiet kollha interessati fil-livell reġjonali struttura orjentata għall-ġejjieni u programm għal żmien twil. B'hekk il-fiduċja tal-bliet u tal-bliet-reġjuni fihom infushom tkun imħarsa billi tiżdied l-espressività tagħhom nazzjonalment u internazzjonalment.

4.10

Aġenda reġjonali għal perjodu ta' żmien twil f'żoni aktar popolati fl-Ewropa trid tkun integrali jew olistika, jiġifieri l-aspetti kollha għandhom ikunu konnessi bejniethom. Aktar ma jkunu tajbin il-kundizzjonijiet għall-investiment privat, aktar ikun hemm opportunitajiet għall-ħolqien ta' impjiegi u għas-servizzi pubbliċi u għal kura għall-gruppi vulnerabbli, bħalma huma l-anzjani (waħedhom) u n-nies bi kwalifiki baxxi (16). Attenzjoni speċifika u ffukata għas-sostenibilità u l-kwalità ġenerali tal-ambjent mibni tgħin biex dawn il-bliet u r-reġjuni jsiru aktar attraenti għall-popolazzjoni kif ukoll għall-investiment (internazzjonali). Dispożizzjonijiet aħjar rigward il-koeżjoni soċjali jiffaċilitaw il-ħolqien ta' impjiegi. Strateġiji ġenerali li jinżammu jkabbru l-kredibilità fost il-poplu (17)

4.11

Wieħed għandu jżomm ukoll f'moħħu li spiss is-swieq ma jaħdmux minħabba riġiditajiet ta' spazju: id-djar, il-politika tal-iżvilupp, l-infrastruttura, it-trasport u l-mobilità. Bħala regola, is-soluzzjoni għal dawn ir-riġiditajiet għandha tinsab fil-livell metropolitan. L-integrazzjoni tas-swieq tista' ġġib magħha wkoll il-fatt li l-fruntieri nazzjonali qed jitilfu dejjem aktar l-użu tagħhom (18).

4.12

Aspetti konnessi ma' xulxin ta' aġenda għal żoni koeżivi urbanizzati ta' kwalità u għall-belt sostenibbli tal-ġejjieni huma li ġejjin:

il-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal żvilupp ekonomiku aġġornat, intrapriżi żgħar u medji kif ukoll għal investiment u sedi internazzjonali bil-promozzjoni tal-clustering ekonomiku;

l-implimentazzjoni ġusta tal-leġiżlazzjoni tal-UE u t-tħaffif tar-regolamenti reġjonali u lokali;

il-politiki dwar ix-xogħol u d-djalogi soċjali reġjonali;

it-tagħlim u t-taħriġ fil-livelli kollha għall-kategoriji kollha inklużi t-tagħlim tul il-ħajja, it-trajettorji xogħol-tagħlim u l-e-learning;

il-kundizzjonijiet ta' għejxien li jirrispettaw il-familja, bħalma hija l-kura tat-tfal bi prezz li jista' jintlaħaq;

l-R&D (Riċerka u Żvilupp), jiġifieri faċilitajiet għar-riċerka, kampus għat-teknoloġija u parks għax-xjenza, innovazzjoni;

l-infrstruttura fiżika:

parteċipazzjoni f'netwerks trans-Ewropej

immaniġġjar tal-mobilità (19)

sistemi tat-trasport pubbliku multi-modali

sħubijiet pubbliċi-privati, inkluż il-finanzjament privat;

l-infrastruttura virtwali:

telekomunikazzjonijiet

ICT bħala rekwiżit bażiku, u t-tixrid tal-broadband u l-interkonnettività;

l-iżvilupp sostenibbli:

implimentazzjoni tal-politiki ambjentali

jiġu evitati l-aspetti negattivi tat-tixrid irregolari urban li jgħin id-densità urbana

oqsma speċifiċi, bħalma huma l-immaniġġjar tal-iskart, l-immaniġġjar tal-ilma u l-effiċjenza tal-enerġija, pereżempju fil-kostruzzjoni u fid-djar, fit-trasport (pubbliku), permezz tal-ħlas għall-użu tat-toroq eċċ.

il-koeżjoni soċjali (20):

ippjanar tal-bliet u l-arkitettura

djar soċjali għal gruppi vulnerabbli

servizzi ta' interess pubbliku l-istess (saħħa, edukazzjoni, sigurtà) fir-reġjun kollu

netwerks tat-trasport pubbliku fir-reġjun kollu inklużi konnessjonijiet mal-viċinati strutturalment nieqsa

attenzjoni għal gruppi ta' minoritajiet u d-djalogu interkulturali

it-tneħħija ta' ostakli li jagħmlu l-ħajja ta' dawk li jgħixu fil-bliet aktar diffiċli, l-aktar l-anzjani u l-persuni b'diżabilità

azzjonijiet pubbliċi biex jonqsu r-rati għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fil-viċinati żvantaġġjati: tagħlim, attivitajiet ekonomiċi ġodda, promozzjoni tal-imprenditorija, avvenimenti

kultura, faċilitajiet kulturali, avvenimenti

sport u rikreazzjoni

turiżmu

promozzjoni ta' identità reġjonali li tinħass komunement

4.13

Għall-bliet u l-bliet-reġjuni moderni hija deċiżiva “Baukultur” (21) tal-aħħar teknoloġija jiġifieri skont il-kunċett arkitetturali ġenerali li huwa bbażat fuq approċċ olistiku fejn periti, proġettaturi, disenjaturi, l-industrija tal-kostruzzjoni, l-iżviluppaturi u l-utenti finali jaħdmu flimkien biex joħolqu u jżommu ambjent mibni fuq il-kwalità biex jipprovdu soluzzjonijiet għall-bliet sostenibbli (22).

5.   Urbanizzazzjoni u Gvernanza

5.1

L-Ewropa tinħtieġ bliet flessibbli u sostenibbli u bliet-reġjuni jew żoni metropolitani li jkunu kapaċi jressqu lilhom infushom 'il quddiem internazzjonalment.

5.2

Dan ipoġġi l-“governanza” fl-ewwel post tal-aġenda. Jeżisti ftehim wiesa' dwar l-analiżi tal-opportunitajiet u l-isfidi, hemm dejjem aktar skambji ta' opinjonijiet fost il-bliet, iżda barra mid-differenza bejn il-kundizzjonijiet bejn il-bliet, jibqa' mhux ċar min huwa responsabbli għal xiex f'sitwazzjonijiet konkreti:

definizzjonijiet li jaqbel dwarhom kulħadd dwar bliet kbar u reġjuni ta' bliet huma mixtieqa (23)

il-qsim tax-xogħol jeżisti bejn il-gvernijiet nazzjonali u l-bliet il-kbar u ż-żżoni metropolitani, u x'inhu mistenni minnhom ivarja b'mod konsiderevoli

spiss ikun hemm konfużjoni u nuqqas ta' ftehim f' pajjiżi fejn aktar minn ministeru wieħed ikun responsabbli għal aspetti ta' affarijiet urbani?

x'għandu jkun ir-rwol tal-Kummissjoni?

ostakli amministrattivi reġjonali u lokali li jeżistu li għandhom x'jaqsmu mal-“gvernanza” fil-livell reġjonali jew lokali huma spiss ostakolu għall-azzjonijiet meħtieġa

problemi kumplikati ħafna drabi jinħolqu minn gvern fuq livelli differenti mhux sodisfaċenti

jeżistu differenzi konsiderevoli fil-mod kif jikkomunikaw il-bliet mal-popolazzjoni u mal-atturi ta' valur, fl-organizzazzjoni ta' “demokrazija pateċipattiva”

ir-rwol ta' organizzazzjonijiet speċjalizzati mhux governattivi, pereżempju rigward il-“housing”, l-edukazzjoni, il-minoritajiet, il-kummerċ u huwa spiss definit b'mod vag bħal m'hufil-każ ta' kemm il-bliet u l-bliet-reġjuni jiggwadanjaw minn dawn

mhux dejjem hemm approċċ konsistenti għas-sħubija bejn entitajiet pubbliċi jew dik pubblika-privata f'dawk li huma programmi għall-belt, investimenti deċiżivi u soluzzjonijiet kreattivi?

hemm ħtieġa ta' approċċi fit-tul għall-belt sostenibbli tal-ġejjieni

it-trasparenza u l-leġittimità huma għodda indispensabbli għal strateġiji fit-tul

5.3

Evidenza prattika turi li, bħala regola, it-tmexxija, il-viżjoni u l-konsistenza huma kundizzjoni għall-ġestjoni ta' suċċess tal-bidla u l-progress kontinwu tal-bliet.

5.4

Peress li bliet kbar u żoni metropolitani huma ċentri ta' attrazzjoni u l-ambjent ta' kuljum għal ħafna nies, u peress li s-sinifikat tagħhom potenzjali soċjoekonomiku għall-Ewropa ma jiċħdu ħadd, il-KESE jqis li hija meħtieġa diskussjoni profonda dwar l-impatt totali tagħhom, mhux biss f'livell nazzjonali, iżda wkoll fil-livell tal-UE.

5.5

Peress li t-Trattat sa ftit ilu ma kellux dispożizzjonijiet rigward l-iżvilupp spazjali, u minħabba s-sussidjarjetà, l-irwol tal-Kummissjoni u tal-Kunsill baqa' ambigwu, id-DĠ tal-Kummissjoni sadattant iwettqu dejjem aktar varjetà wiesgħa ta' proġetti f'żoni urbanizzati permezz tal-konsultazzjoni diretta mal-bliet. Il-kwistjonijiet huma Riċerka u Żvilupp, l-ambjent, l-impjiegi u t-trasport (24).

5.6

Il-bliet għandhom tendenza li jsiru aktar proattivi lejn Brussell, għaliex il-leġiżlazzjoni tal-UE taffettwahom direttament. It-temi huma: ir-regolamenti dwar l-ambjent, ix-xiri pubbliku, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-ordni pubblika u s-sigurtà, il-migrazzjoni, u z-żoni bi strutturi nieqsa.

5.7

L-istess jingħad b'mod ġenerali għall-Aġenda ta' Liżbona. Il-kriterji Ewropej għad-diversi argumenti qegħdin jiġu assessjati dejjem aktar għall-applikazzjoni reġjonali: liema huma l-effetti tal-implimentazzjoni tal-proposti u/jew tar-regolament adottat fil-livell urban u metropolitan? L-eżempji juru li bla ma jitqiesu ċ-ċirkustanzi urbani speċifiċi, l-implimentazzjoni tista' tfisser spiża akbar mill-benefiċċju mogħti għall-proġetti mill-Fondi Strutturali.

5.8

B'dan l-isfond il-KESE jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tressaq f'qasir żmien Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali. Diskussjoni dwar il-Green Paper tkun ukoll opportunità biex il-Karta ta' Leipzig dwar il-bliet Ewropej Sostenibbli tissaħħaħ.

5.9

L-aġenda msemmija hawnfuq fil-paragrafu 3.9 hija waħda tqila. Is-soltu s-sitwazzjonijiet ikunu kumplikati ħafna. Sa issa ġiet żviluppata opinjoni strateġika konsistenti dwar il-bliet il-kbar u l-bliet-reġjuni biss f'għadd limitat ta' każi. F'ħafna każi x'aktarx jonqos sens ċar ta' direzzjoni, li huwa f'parti dovut għall-pożizzjonijiet ambigwi tal-gvernijiet u għan-nuqqas ta' qbil bejn l-opinjonijiet fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali u fil-livell metropolitan innifsu.

5.10

Min-naħa l-oħra, viżjoni u konsistenza għal perjodu twil ta' żmien fil-livell metropolitan huma indispensabbli għall-bini ta' impenn ta' komunitajiet eżistenti u, eventwalment, ta' komunitajiet ġodda, għal partijiet interessati privati, u għall-ħolqien ta' alleanzi ta' benefiċċju fis-soċjetà ċivili orġanizzata. Fil-mument dan jidher totalment diffiċli għaliex il-kunċett ta' żoni metropolitani huwa x'aktarx fenomenu reċenti li jagħmel aktar mixtieq dibattitu utli fl-Ewropa (25).

5.11

Dan ma jfissirx li l-każijiet kollha huma l-istess, bil-kuntrarju. Minbarra differenzi demografiċi u soċjo-ekonomiċi fl-Ewropa kollha, hemm firxa kbira ta' tradizzjonijiet amministrattivi u kulturali differenti fost il-pajjiżi u r-reġjuni. Sitwazzjonijiet konkreti, stili ta' ħajja u opinjonijiet dwar l-organizzazzjoni jvarjaw konsiderevolment. F'ċerti każi, kunċett wieħed ta' gwida jew opinjoni lejn il-futur kien deċiżiv. B'mod aktar ġenerali, l-Aġenda ta' Liżbona tista' tkun ta' għajnuna biex tiġi identifikata bażi komuni għal diskussjoni u approċċ.

5.12

Spiss il-gvern ċentrali ma joħloqx spazju ta' manuvra biżżejjed għall-bliet biex jiddeterminaw id-destin tagħhom proprju. Il-politiki huma primarjament minn fuq għal isfel, u l-istess huma l-proċeduri burokratiċi. B'kuntrast ma' dan, il-promozzjoni tal-awtodeterminazzjoni tista' toħloq il-kundizzjonijiet it-tajba biex jiġu implimentati kif jixraq l-istrateġiji u l-politiki mixtieqa. Permezz tar-ridefinizzjoni tal-pożizzjoni tal-bliet il-kbar u l-bliet reġjuni jew żoni metropolitani, dawn jistgħu jsiru realment “komunitajiet ta' responsabiltà”.

5.13

L-awtodeterminazzjoni u r-rispett komuni bejn il-bliet u ta' madwar sejra ssaħħaħ ir-responsabiltà u l-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u tikkontribwixxi għall-attitudni proattiva mixtieqa tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat.

5.14

Biex dan ikun effettiv, f'ħafna każi jkun meħtieġ li jiġu mfassla mill-ġdid entitajiet amministrattivi lokali u reġjonali eżistenti (muniċipalitajiet u oħrajn) u l-kompetenzi tagħhom.

5.15

Il-popolazzjoni tal-bliet tal-Ewropa tista' ssir anke aktar diversifikata kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjiegi u d-dħul u kemm kulturalment. Potenzjalment jinsabu l-ingredjenti kollha biex tinħoloq urbanizzazzjoni mtejba, iżda jekk il-proċessi ma jiġux immaniġġati sewwa, il-potenzjalitajiet ma jiżviluppawx u tkun f'riskju l-koeżjoni tas-soċjetà.

5.16

Diskussjonijiet b'mira, l-iffissar tal-aġenda u monitoraġġ effettiv fil-livell Ewropew jistgħu jgħinu biex ikun definit sens konsistenti ta' direzzjoni fil-livell reġjonali. Din il-konsistenza mhijiex meħtieġa biss għall-atturi pubbliċi, iżda tkun indispensabbli li jimpenjaw ruħhom partijiet interessati (semi-)pubbliċi u privati u atturi oħra.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  “Il-Karta ta' Leipzig dwar il-Bliet Sostenibbli Ewropej” u “Laqgħa Ministerjali Informali dwar l-Iżvilupp Urban u l-Koeżjoni Territorjali, Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea: Lejn Ewropa ta' Diversi Reġjuni iktar kompetittiva u sostenibbli”, miftiehma fl-okkażjoni tal-Laqgħa Ministerjali Informali dwar l-Iżvilupp Urban f'Leipzig fl-24/25 ta'Mejju 2007

(2)  Sa fejn jirrigwarda l-aġenda, il-kliem tas-Sur Falco, is-Segretarju tal-Istat Franċiż għall-Ippjanar Reġjonali, quddiem il-Kumitat REGI tal-PE tas-16 ta' Lulju 2008 jistgħu jservu ta' gwida: “… nixtiequ li fi sħubija ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali, infasslu qafas ta' referenza komuni għall-belt sostenibbli msejsa fuq il-komunità. B'mod iktar speċifiku, dan ifisser it-tnedija ta' proċess maqsum għat-tfassil ta' kriterji u indikaturi komuni sabiex jingħata kontenut operazzjonali lir-rakkomandazzjonijiet tal-Karta ta' Leipzig.”

(3)  In-nomenklatura tal-unitajiet territorjali statistiċi miġbura mill-EUROSTAT. NUTS 2: minn 800 000 sa 3 000 000 abitant; NUTS 3: minn 150 000 sa 800 000 abitant.

(4)  TNO, Istitut tar-riċerka Olandiż, żviluppa kontroll fuq firxa wiesgħa ta' varjanti fil-livell metropolitan: id-demografija, l-ekonomija (il-valur miżjud, il-produttività tax-xogħol), is-suq tax-xogħol (il-qagħad, l-edukazzjoni, il-forza tax-xogħol), l-ambjent (il-kwalità tal-arja), l-infrastruttura, is-suq tal-uffiċċji, it-turiżmu, eċċ. Id-data ġejja mill-Eurostat u sorsi oħrajn biex Randstand fl-Olanda jitqabbel ma' 19-il metropoli Ewropea oħra għall-1995-2006. Id-data mill-Eurostat issir kumpatibbli ma' dik mill-OECD. Tiġi riveduta kull sena. Jistgħu jiġu kkontrollati wkoll żoni metropolitani Ewropej oħrajn.

(5)  In-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni tal-Ippjanar tal-Ispazji.

(6)  Ara l-Kapitolu 5 “Urbanizzazzjoni u Gvernanza”.

(7)  F'dan ir-rispett l-iżvilupp b'għan ta' BILBAO tul dawn l-aħħar għoxrin sena jippreżenta eżempju impressjonanti u konvinċenti.

(8)  URBACT II (2007) hija parti mill-inizjattiva tal-Kummissjoni “Reġjuni Lejn Bidla Ekonomika” fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-istrateġija Liżbona-Gutenburg. JEREMIE, jew aħjar Aċċess Imtejjeb għall-Finanzjamenti għall-SMEs (2005) huwa inizjattiva tal-Kummissjoni flimkien mal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investiment. JESSICA jew Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli f'Żoni ta' BlietŻoni (2006) hija inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni, il-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Bank għall-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa.

(9)  Ara wkoll il-Gwida għal “The urban dimension of Community policies 2007-2013” tal-grupp ta' Interservizzi tal-Kummissjoni fuq l-Iżvilupp Urban.

(10)  COM(97) 0197 finali, ĠU C 226, 20.7.1998, p. 36.

(11)  F'dan ir-rigward, ta' min jissemma proġett tal-fergħa Olandiża tan-Netwerk ta' Għarfien Ewropew dwar il-Bliet, l-Istitut ta' Nicis, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri f'dawk li huma strumenti governattivi, legali u fiskali li jippromovu bliet sostenibbli. Dan il-proġett isir fil-qafas tal-presidenza Franċiża fuq talba tad-Délégation Interministérielle de la Ville. In-Netwerk ta' Għarfien dwar il-Bliet huwa organizzazzjoni li fiha jieħdu sehem 16-il Stat Membru.

(12)  P6_TA-PROV(2008)0069

(13)  CdR 97/2007 fin

(14)  Delegazzjoni interministerjali għall-ippjanar tal-ispazji u l-kompettitività.

(15)  “Imaginer les métropoles d'avenir”, rapport ta' Dominique Perben, MP, ex-Ministru tat-Trasport, fuq talba tal-President Sarkozy u tal-Prim Ministru Fillon. Is-Sur Perben jippreżenta dijanjosi tal-urbanizzazzjoni u tal-metropolizzazzjoni fl-Ewropa u Franza, u wara din “sfidi u azzjonijiet” għall-bliet il-kbar u l-bliet-reġjuni ta' aktar minn 500 000 abitant fi Franza. Jippreżenta wkoll dsatax-il proposta konkreta rigward azzjonijiet u leġiżlazzjoni. Dan is-suġġett ser jerġa' jitqajjem matul il-Presidenza Franċiża tal-UE, fit-tieni nofs tal-2008.

(16)  Konferenza DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs DG Employment, Social Affairs and Equal Opportunities “Jintlibes Spirtu Imprenditorjali għall-Iżvilupp Inklussiv tal-Impjiegi Lokali,”25 ta' April 2008.

(17)  Fil-Ġermanja kunċett ġdid ta' zona metropolitana jissejjaħ “eine neue Verantwortungsgesellschaft”, jiġifieri “komunità ġdida ta' responsabbiltà”. Ara Manfred Sinz, Ministeru Federali għat-Trasport, Kostruzzjoni u Affarijiet Urbani: “Minn Reġjuni Metropolitani għal Komunitajiet ta' Responsabbiltajiet”.

(18)  Eżempju huwa l-kapaċità li jassorbi li għandu s-suq finanzjarju f'Londra. F'kuntest ieħor nistgħu nsemmu eżempji ta' reġjuni bħal Lille-Coutrai, Kopenħagen-Malmö u Vjenna-Bratislava.

(19)  Ara wkoll “Lejn Kultura Ġdida għall-Mobiltà Urbana,” COM(2007) 551 finali

(20)  Dan is-suġġett jinżel aktar fil-fond f'rapport Franċiż “Une Nouvelle Politique pour les Banlieues”, Palais de l'Elysée, 8 ta' Frar 2008. Ir-rapport jagħmel għadd ta' proposti fil-ġlieda kontra r-riskji tal-ghettos fil-bliet. Ir-rapport jirrappreżenta, b'mod partikolari, inizjattivi statali u reġjonali/lokali li jikkonċernaw l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħolqien tal-impjiegi u l-kumpaniji fil-viċinati strutturalment nieqsa. Il-Presidenza Franċiża qiegħda tippjana diversi konferenzi tal-UE dwar din il-kwistjoni.

(21)  “Baukultur bħala impetu għat-tkabbir. Eżempji tajba għall-bliet Ewropej” — studju tal-Ministeru Federali Ġermaniż għat-Trasport, il-Kostruzzjoni u l-Affarijiet Urbani, ippublikat f'April 2007

(22)  Konferenza tal-Periti — il-Kunsill tal-Ewropa: “Niddisinjaw għall-Ġejjieni: L-Arkitettura u l-Kwalità tal-Ħajja”, Brussell, 10 ta' April 2008.

(23)  Bħala eżempju tajjeb ara wkoll ż-Żona Statistika Metropolitana (Metropolitan Statistical Area — MSA) fl-Istati Uniti, qabel iż-Żona Statistika Metropolitana Standard (Standard Metropolitan Statistical Area) sa mill-1959.

(24)  Eżempju illustrattiv huwa r-rapport tad-DĠ għall-Politika Reġjonali dwar firxa wiesgħa ta' proġetti “Reġjuni u Innovazzjoni”, Marzu 2007

(25)  Kunsilli Soċjali u Ekonomiċi fil-livell nazzjonali jew reġjonali jista' jkollhom ukoll rwol pożittiv. Eżempju illustrattiv huwa Rapport dwar il-ġejjieni tar-Randstad fl-Olanda mressaq mill-Kunsill Soċjali u Ekonomiku f'April 2008,

http://www.ser.nl/~/media/Files/Internet/Talen/Engels/2007/2007_04.ashx


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/131


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Ekonomija tal-UE: Analiżi mill-ġdid għall-2007 — L-espansjoni tal-limitu tal-produttività tal-Ewropa

(2009/C 77/28)

Nhar is-17 ta' Jannar 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, skont ir-Regola 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

L-Ekonomija tal-UE: Analiżi mill-ġdid għall-2007 — L-espansjoni tal-limitu tal-produttività tal-Ewropa

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta' Ġunju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Morgan.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'108 voti favur, 4 voti kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Din l-opinjoni hija l-aħħar waħda f'sensiela mħejjija mill-KESE li tittratta l-kwistjonijiet ta' gvernanza ekonomika fl-UE. Hija bbażata fuq il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2007) 721 finali bl-isem ta' L-Ekonomija tal-UE: Analiżi mill-ġdid għall-2007L-espansjoni tal-limitu tal-produttività tal-Ewropa.

1.2

L-analiżi mill-ġdid għall-2007 tibda bil-fatt li filwaqt li l-Unjoni Ewropea hija waħda mill-aktar ekonomiji avvanzati u produttivi fid-dinja, xorta għadha teżisti differenza mdaqqsa fl-istandards tal-għixien, kif imkejla mill-PGD, bejn l-UE u l-aktar ekonomija avvanzata fid-dinja — l-Istati Uniti. Il-kawża bażi tinsab fid-diverġenza fl-iżviluppi fil-produttività f'bosta setturi tal-industrija u fl-Istati Membri.

1.3

Waqt li d-data dwar l-Istati Uniti tipprovdi kejl utli li miegħu tista' titqabbel il-prestazzjoni relattiva tal-Istat Membru, l-enfasi tal-opinjoni huwa fuq it-tqabbil bejn il-pajjiżi fl-UE. Fatturi bħal mudelli soċjali, sigħat ta' xogħol u rati ta' parteċipazzjoni fuq il-post tax-xogħol jaffettwaw it-tqabbil transatlantiku, iżda mhuwiex l-iskop ta' din l-opinjoni li tittratta dawn il-kwistjonijiet. Din l-opinjoni sempliċement tittratta għaliex xi pajjiżi tal-UE joħolqu aktar ġid u aktar impjiegi minn oħrajn.

1.4

L-idea ċentrali tar-Rapport tal-Kummissjoni hija li l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta' Liżbona fl-istess ħin tgħin lill-Istati Membri biex iżidu kemm l-impjiegi kif ukoll il-ġid. Għadd ta' politiki prinċipali jistgħu jagħtu kontribut importanti. Dawn għandhom jimmiraw biex:

jippromovu livelli ogħla ta' investiment fir-riċerka u l-iżvilupp

jiżviluppaw stabbilimenti ta' klassi dinjija għar-riċerka u l-edukazzjoni b'ħidma bi sħubija mill-qrib mal-industrija.

jistabbilixxu suq uniku miftuħ u kompetittiv li jaħdem tajjeb.

jippromovu approċċ integrat biex isaħħu s-sigurtà u l-flessibbiltà fis-suq tax-xogħol (fejn il-KESE nnota li dan l-approċċ għandu jiġi negozjat mill-imsieħba soċjali).

itejbu l-kwalità tal-finanzi pubbliċi.

1.5

Dawn il-politiki saru iktar rilevanti fil-kuntest tal-bidliet fl-ekonomija globali li żviluppaw wara l-Kunsill tal-UE ta' Liżbona fl-2000. L-isfidi l-ġodda ma jinkludux biss il-kriżi finanzjarja attwali iżda jinkludu wkoll il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda għall-karburanti fossili, l-evidenza tal-bidla fil-klima, in-nuqqas dejjem jikber tal-ikel u d-domanda togħla għall-prodotti b'mod ġenerali. Minħabba kwistjonijiet bħal dawn, l-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp u r-riċerka ta' livell dinji sar iktar essenzjali. Dawn jenfasizzaw il-bżonn ta' Suq Uniku kompetittiv appoġġjat minn dispożizzjonijiet effettivi tal-flessigurtà fis-suq tax-xogħol u finanzi pubbliċi ta' kwalità għolja.

1.6

Il-fatturi makroekonomiċi kemm min-naħa tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista ġew diskussi fid-dettall fl-opinjonijiet preċedenti tal-KESE dwar il-gvernanza ekonomika tal-UE li ġew deskritti fid-dettall fl-Introduzzjoni. F'dawn l-opinjonijiet, il-Kumitat enfasizza li l-miżuri mil-lat tal-provvista bil-għan li tittejjeb il-kompetittività, għandhom jiġu akkumpanjati minn taħlita ta' politiki makroekonomiċi li jippromovu d-dħul finanzjarju, id-domanda u l-impjiegi. L-enfasi ta' din l-opinjoni hija li turi li, irrispettivament mill-fatturi tad-domanda, teżisti relazzjoni sinifikanti bejn ir-riformi fil-qasam tal-provvista fl-Aġenda ta' Liżbona u ż-żieda fil-PGD.

1.7

Fl-Iscorecard ta' Liżbona għall-2007, ippubblikata reċentement (1), l-ewwel seba' pajjiżi kienu, f'din l-ordni, id-Danimarka*, l-Iżvezja*, l-Awstrija*, l-Olanda*, il-Finlandja*, l-Irlanda* u r-Renju Unit* segwiti mill-Ġermanja u Franza (2). L-Istati Membri l-ġodda fuq quddiem kienu s-Slovenja* u l-Estonja*. Dawk li ġew fost l-aħħar mill-UE-15 kienu Spanja, il-Greċja, il-Portugall u l-Italja. Globalment, l-Olanda, l-Awstrija u l-Estonja tfaħħru għall-aktar implimentazzjoni effettiva ta' Liżbona. Il-Greċja u l-Italja kisbu l-inqas riżultati effettivi. L-implimentazzjoni tajba tal-Istrateġija ta' Liżbona b'liema mod taffettwa l-produttività u l-impjiegi?

1.8

Għalkemm hemm ħafna fatturi rilevanti oħra, il-konklużjoni li għandha tittieħed mill-analiżi ta' din l-opinjoni hija li fil-fatt teżisti relazzjoni mill-qrib bejn l-implimentazzjoni ta' Liżbona u l-progress fiż-żieda fl-impjiegi u fil-PGD per capita. Bl-istess mod, il-pajjiżi li ma rnexxilhomx jimplimentaw ir-riformi ta' Liżbona wrew tendenza ta' prestazzjoni iktar baxxa. Abbażi ta' din il-konklużjoni, il-KESE jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-programm sħiħ ta' Liżbona kemm jista' jkun malajr.

1.9

Jeħtieġ li tiġi enfasizzata l-importanza li għandu kull element tal-programm. Il-Kumitat jinsab ħerqan sabiex jara iktar investiment fl-għarfien, l-edukazzjoni u r-Riċerka u l-Iżvilupp. M'hemm l-ebda dubju li l-kompetizzjoni tqanqal l-innovazzjoni. Għaldaqstant, l-ekonomiji tal-UE għandhom bżonn jiffaċċjaw il-kompetizzjoni sabiex jilqgħu l-isfidi tal-globalizzazzjoni. Il-fatturi tal-produzzjoni tal-industriji u s-setturi falluti għandhom imorru għand l-industriji li qegħdin jiżviluppaw u jiffjorixxu sabiex tiġi sfruttata l-produttività tal-ekonomiji tal-Istati Membri. Dan ifisser li l-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi tagħhom għall-flessigurtà. Fl-aħħar nett, jidher ċar li l-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri tiddependi ħafna mill-ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi.

1.10

Fl-opinjoni ppreżentata mill-KESE lill-Kunsill ta' Liżbona f'Marzu 2000 (3), aħna għidna li ninsabu konvinti li fl-Ewropa għandna l-innovazzjoni, il-kreattività, l-għarfien u l-intrapriża meħtieġa biex nagħmlu suċċess fil-qafas il-ġdid (jiġifieri s-soċjetà tal-informazzjoni). Iżda jinħtieġ li nilliberaw dawn il-kapaċitajiet. L-opportunitaijiet għandhom jieħdu post l-ostakoli. L-inċentivi għandhom jieħdu post il-penali. L-aħħar għaxar snin raw il-liberalizzazzjoni tal-industriji Ewropej. Issa jinħtieġ li nilliberaw l-enerġiji tal-irġiel u n-nisa Ewropej. Fl-2008 għad hemm ħafna xi jsir, iżda l-Aġenda ta' Liżbona hija t-triq li għandna nieħdu biex nimxu 'l quddiem.

2.   Introduzzjoni

2.1

Din l-opinjoni hija l-aktar opinjoni reċenti minn sensiela mħejjija mill-KESE dwar il-kwistjonijiet ta' gvernanza ekonomika fl-UE. Hija tħejjiet bħala tweġiba għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2007) 721 finali intitolata L-Ekonomija tal-UE: Analiżi mill-ġdid għall-2007L-espansjoni tal-limitu tal-produttività tal-Ewropa. L-opinjoni preċedenti, ta' Settembru 2007, ittrattat l-analiżi mill-ġdid tal-2006 dwar it-Tisħiħ taż-żona tal-Euro: il-prijoritajiet politiċi ewlenin.

2.2

F'din l-opinjoni, il-KESE fittex li jirrelata ż-żieda fl-impjiegi u l-PGD per capita tal-Istati Membri mad-diversi rakkomandazzjonijiet politiċi li jinsabu fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. F'dan ir-rigward hija pjuttost differenti mill-konklużjonijiet tal-opinjoni preċedenti dwar l-Analiżi għall-2006 li spjegat iċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi domestiċi u l-objettivi politiċi diverġenti li jirregolaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri.

2.3

Opinjonijiet preċedenti, ta' Ottubru 2006 (4) u ta' Frar 2006 (5), ittrattaw il-Linji Gwida Ġenerali dwar il-Politika Ekonomika (BEPG) 2005-2008, filwaqt li f'Marzu 2004 ressaqna l-opinjoni tagħna fil-Linji Gwida Ġenerali dwar il-Politika Ekonomika 2003-2005 (6). Għalkemm il-KESE rċieva r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-BEPG 2008-2010, huwa jinnota li dawn għadhom ma nbidlux minn dawk tal-2005-2008. Fid-dawl tal-ħidma preċedenti tiegħu dwar il-BEPG, il-KESE ddeċieda li juża l-analiżi mill-ġdid tal-Ekonomija tal-UE fl-2007 bħala bażi għal din l-opinjoni.

2.4

F'Ottubru 2006, il-KESE eżamina r-regoli li jaffettwaw l-objettivi ġenerali tal-istabbiltà tal-prezzijiet, it-tkabbir u l-impjiegi. F'din l-opinjoni aħna niffokaw fuq il-politiki aktar milli fuq ir-regoli. Fi Frar 2006, il-KESE ppubblika l-opinjoni tiegħu dwar il-BEPG 2005-2008. Għalkemm din l-opinjoni kellha għan wiesa' ħafna, huwa approva b'mod ġenerali l-istess aġenda ta' politika għat-tkabbir fl-impjiegi u fil-produttività li tifforma l-bażi ta' din l-opinjoni. F'dawn iż-żewġ opinjonijiet, il-KESE kkunsidra l-fatturi ekonomiċi li jaffettwaw id-domanda. F'din l-opinjoni aħna nittrattaw il-proposti tal-Kummissjoni għal riformi sekondarji fil-provvista.

2.5

Madankollu, il-Kumitat jisħaq li l-miżuri tan-naħa tal-provvista għat-titjib fil-kompetittività għandhom jiġu enfasizzati minn taħlita ta' politiki makroekonomiċi li tippromovi d-dħul finanzjarju, id-domanda u l-impjiegi. Il-Kumitat indirizza l-kwistjoni ta' taħlita ta' politiki adattata fl-opinjoni tiegħu ta' Marzu 2004 li għadha topika s'issa.

2.6

Id-dokument tal-Kummissjoni “Ekonomija Ewropea” Nru 8/2007 jinkludi l-Komunikazzjoni “L-espansjoni tal-limitu tal-produttività tal-Ewropa” flimkien ma' erba' kapitoli li b'kollox jammontaw għal 149 paġna:

1

It-tendenzi tal-produttività fl-Ewropa: fl-aħħar qed jinbidlu?

2

Il-valutazzjoni tal-produttività fil-livell tal-industrija.

3

Hemm bilanċ bejn il-produttività u l-impjegi?

4

Politiki biex tintlaħaq produttività ogħla: perspettiva oħra.

Il-Kumitat jiddispjaċih li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-kompetittività huma ristretti għan-naħa tal-provvista.

Din l-opinjoni tevalwa l-politiki li tressqu fil-kapitolu 4.

3.   Il-kontenut essenzjali tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni

3.1

L-analiżi mill-ġdid tal-2007 tibda mill-fatt li filwaqt li l-Unjoni Ewropea hija waħda mill-aktar ekonomiji avvanzati u produttivi fid-dinja, xorta għadha teżisti differenza mdaqqsa fl-istandards tal-għixien, skont il-PGD, bejn l-UE u l-aktar ekonomija avvanzata fid-dinja — l-Istati Uniti. Il-kawża bażi tinsab fid-diverġenza fl-iżviluppi fil-produttività ta' bosta setturi tal-industrija u l-Istati Membri.

3.2

Bl-adozzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona fl-2000, l-UE attribwiet l-ogħla importanza għat-titjib fil-prestazzjoni tal-produttività tagħha flimkien ma' tkabbir robust fl-impjiegi. L-elementi prinċipali ta' din l-istrateġija kienu l-bini tal-għarfien, it-tisħiħ tal-forzi tal-kompetittività u t-titjib tal-flessibbiltà.

3.3

Il-bini tal-għarfien jitlob aktar investiment u investiment aħjar fir-riċerka u l-iżvilupp u fil-kapital uman. L-effikaċja u l-kost-effiċjenza fl-edukazzjoni għandhom ikunu żgurati fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

3.4

Huwa kruċjali li l-kompetizzjoni tingħata spinta kemm għal-livell kif ukoll għar-rata tat-tkabbir tal-produttività. Ir-riċerka empirika tikkonferma li l-ftuħ tas-swieq għall-kompetizzjoni mhux biss għandu effett pożittiv fuq il-produttività u t-tkabbir, iżda wkoll fuq l-impjiegi.

3.5

Il-flessibbiltà mtejba hija meħtieġa biex l-istrutturi tal-produzzjoni jkunu jistgħu jiġu aġġustati bla xkiel lejn aktar speċjalizzazzjoni u diversifikazzjoni f'oqsma ġodda ta' vantaġġ komparattiv relattiv. Matul dawn l-aħħar snin, l-Istati Membri ħadu miżuri sabiex jiffaċilitaw il-mobbiltà tal-kumpaniji u tax-xogħol, iżda għad hemm bżonn ta' aktar azzjoni u ta' azzjoni iktar mifruxa.

3.6

Il-konklużjonijiet huma li hemm bżonn bidla fl-attitudni. Għadd ta' politiki prinċipali jistgħu jagħtu kontribut importanti. Dawn għandhom jimmiraw biex:

jippromovu livelli ogħla ta' investiment fir-riċerka u l-iżvilupp

jiżviluppaw stabbilimenti għar-riċerka u l-edukazzjoni fuq livell internazzjonali b'ħidma mill-qrib mal-industrija.

jistabbilixxu suq uniku miftuħ u kompetittiv li jaħdem tajjeb

jippromovu approċċ integrat biex isaħħu s-sigurtà u l-flessibbiltà fis-suq tax-xogħol (fejn il-KESE jinnota li dan l-approċċ għandu jiġi negozjat mill-imsieħba soċjali).

itejbu l-kwalità tal-finanzi pubbliċi.

3.7

Bosta fehmiet ġenerali ġew diskreditati: mhumiex biss il-pajjiżi l-kbar u l-kumpaniji l-kbar li jistgħu jkunu mexxejja fit-teknoloġija; il-kummerċ mhuwiex il-mutur prinċipali għad-diffużjoni teknoloġika; il-pajjiżi ż-żgħar jistgħu jkunu fuq quddiem f'oqsma speċjalizzati; il-kumpaniji ż-żgħar ħafna drabi jintroduċu teknoloġiji ġodda innovattivi; il-mobbiltà internazzjonali tal-ħaddiema u tal-kapital finanzjarju huma l-muturi prinċipali għad-diffużjoni teknoloġika.

3.8

Dan l-aħħar qed ifeġġ kunsens ġenerali dwar x'qed ixekkel it-tkabbir tal-produttività u x'inhuma l-miżuri meħtieġa biex iżiduha. Ir-restrizzjonijiet rigward is-swieq tax-xogħol u tal-prodotti, in-nuqqas ta' ftuħ għall-investiment barrani dirett u l-ostakoli għall-aċċess jew għall-ħolqien ta' teknoloġiji ġodda u d-diffużjoni tagħhom jistgħu jaġixxu bħala xkiel prinċipali għat-tkabbir fil-produttività fuq perijodi fit-tul.

3.9

Billi r-realizzazjoni tal-qligħ mill-produttività hija influwenzata mill-ħruġ mis-suq tal-entitajiet l-inqas produttivi, il-politiki li jippromovu r-riallokazzjoni tar-riżorsi huma importanti. Jekk il-qligħ mill-produttività jwassal għal dħul ogħla, id-domanda mill-konsumaturi tista' tkun mistennija li timxi lejn is-servizzi. Meta l-industriji tas-servizzi jesperjenzaw valur miżjud u produttività ogħla, l-ekonomija tkun tista' tippermetti li toħloq impjiegi ġodda f'setturi bi produttività ġenwinament baxxa.

4.   Il-produttività u l-impjiegi

4.1

Il-PGD per capita ma jiddependix biss mill-Aġenda ta' Liżbona. Il-PGD jiddependi minn fatturi bħall-iżvilupp tas-swieq il-ġodda, l-Ewropa tal-Lvant, ir-Russja, il-prezzijiet, is-swieq tal-enerġija u l-merkanzija, il-bidla teknoloġika u l-globalizzazzjoni. Id-domanda domestika hija influwenzata mil-livelli tal-pagi u l-impjieg kif ukoll mill-poter tal-akkwist. Il-kontroll tad-domanda fil-parti l-kbira tiegħu huwa funzjoni tal-politika fiskali u monetarja waqt li l-kreditu biex jiġu promossi kemm in-negozju kif ukoll id-domanda mill-konsumatur jiddependi fl-aħħar mill-aħħar fuq il-banek ċentrali. Sakemm is-swieq finanzjarji jibqgħu fi kriżi, jista' jkun hemm nuqqas ta' kreditu disponibbli, id-domanda ser tbati u l-PGD ser jiġi affettwat.

4.2

Fl-opinjonijiet preċedenti tal-KESE dwar il-governanza ekonomika tal-UE, deskritti fid-dettall fl-Introduzzjoni, il-fatturi makroekonomiċi ġew diskussi fil-fond. L-enfasi ta' din l-opinjoni huwa li turi li, irrispettivament mill-fatturi tad-domanda, teżisti korrelazzjoni sinifikanti bejn ir-riformi tan-naħa tal-provvista fl-Aġenda ta' Liżbona u t-tkabbir fil-PGD.

4.3

Id-data dwar il-PGD relattiv per capita hija pprovduta fit-Tabella 1. Intgħażlu żewġ perijodi ta' żmien: l-1999, is-sena li fiha daħal l-euro, u l-2007. Għall-Istati Membri l-Ġodda (SMĠ) dan il-perijodu jinkludi l-adeżjoni tagħhom mal-UE. Matul dan il-perijodu, l-Istati Uniti marru lura minn 161.8 % għal 150.9 % meta mqabbla mal-UE-27. Minkejja dan, l-hekk imsejħa Stati Membri antiki xorta ma kinux kapaċi jieħdu vantaġġ minn dan in-nuqqas relattiv fl-Istati Uniti, fejn l-UE-15 naqsu minn 115.3 għal 111.7 u ż-Żona tal-Euro rat tnaqqis ta' minn 114.5 għal 109. 8 meta mqabbla mal-UE-27.

4.4

Fil-kuntest ta' din id-data dwar il-PGD, x'tgħidilna l-istatistika dwar l-impjiegi? It-Tabella 2 turi data dwar l-impjiegi għas-snin 1998 (is-sena li fiha nfetħu l-ewwel negozjati mal-SMĠ dwar l-adeżjoni) sal-2006 (l-aħħar data disponibbli). Id-data dwar il-qgħad tidher għall-perijodu sal-2007. L-impjiegi fl-Istati Uniti naqsu minn 73.8 % għal 72 % tal-ħaddiema f'dan il-perijodu waqt li l-qgħad żdied minn 4.5 % għal 4.6 %. Fl-istess żmien iż-Żona tal-Euro bdiet tirpilja u l-livell tal-impjiegi tela' minn 59.2 % għal 64.8 % u l-qgħad niżel minn 10.1 % għal 7.4 %. Id-data mill-UE-15 hija pjuttost aħjar milli għaż-Żona tal-Euro waqt li għall-UE-25 hija kemxejn agħar.

4.5

Fl-Iscorecard ta' Liżbona għall-2007 ippubblikata dan l-aħħar, l-ewwel seba' pajjiżi kienu d-Danimarka*, l-Iżvezja*, l-Awstrija*, l-Olanda*, il-Finlandja*, l-Irlanda* u r-Renju Unit* segwiti mill-Ġermanja u Franza. L-SMĠ fuq quddiem kienu s-Slovenja* u l-Estonja*. Dawk li ġew fost l-aħħar mill-UE-15 kienu Spanja, il-Greċja, il-Portugall u l-Italja. Globalment, l-Olanda, l-Awstrija u l-Estonja tfaħħru għall-aktar implimentazzjoni effettiva ta' Liżbona. Il-Greċja u l-Italja kisbu l-inqas riżultati effettivi. L-implimentazzjoni tajba tal-istrateġija ta' Liżbona b'liema mod taffettwa l-produttività u l-impjieg?

4.6

F'termini relattivi tal-PGD per capita, il-Lussemburgu u n-Norveġja jinsabu quddiem l-Istati Uniti. Il-pajjiżi li jaqgħu taħt l-20 % mill-Istati Uniti huma l-Irlanda* (eċċellenti), l-Olanda*, l-Awstrija*, l-Iżvezja*, id-Danimarka*, il-Belġju u (bi ftit) ir-Renju Unit* u l-Finlandja*. Barra mill-UE, l-Islanda, l-Iżvizzera u l-Ġappun kollha jaqgħu taħt l-20 % mill-Istati Uniti. Fost l-SMĠ, Ċipru u s-Slovenja* huma l-eqreb lejn il-medja tal-UE-27, waqt li l-Estonja* għamlet l-akbar progress, segwita mil-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija u s-Slovakkja.

4.7

Fil-qasam tal-impjiegi l-istampa hija simili għal dik tal-PGD. L-impjiegi fl-Istati Uniti jgħoddu għal ftit 'il fuq minn 70 % tal-forza tax-xogħol. Fit-Tabella, il-pajjiżi kollha barra mill-UE, inkluż il-Ġappun u t-tliet pajjiżi li mhumiex fiż-Żona tal-Euro (id-Danimarka*, l-Iżvezja*, ir-Renju Unit*) kollha għandhom livelli ta' impjiegi għola minn 70 %. Fiż-Żona tal-Euro huma biss l-Olanda* u l-Awstrija* li huma 'l fuq minn 70 %, waqt li l-Irlanda* u l-Finlandja* huma qrib. Fost l-SMĠ, Ċipru u l-Estonja* huma fuq quddiem b'total qrib is-70 %.

4.8

Ir-rata tal-qgħad fl-Istati Uniti hija ta' 4.6 %. L-Irlanda*, l-Olanda*, l-Awstrija*, id-Danimarka*, Ċipru u l-Litwanja huma aħjar mill-Istati Uniti, bħalma hija n-Norveġja. Il-Lussemburgu, ir-Renju Unit*, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja* u s-Slovenja* kollha jaqgħu punt 'il bogħod mill-Istati Uniti. L-Iżvezja*, il-Latvja u Malta* jaqgħu żewġ punti 'l bogħod mill-Istati Uniti.

4.9

Mill-analiżi ta' hawn fuq, huwa ċar li għandna nħarsu lejn il-politiki u t-tendenzi fil-pajjiżi ewlenin fl-Iscorecard ta' Liżbona — id-Danimarka*, l-Iżvezja*, l-Awstrija*, l-Olanda*, il-Finlandja*, l-Irlanda, u r-Renju Unit* — u l-SMĠ ewlenin — l-Estonja* u s-Slovenja*. Għall-finijiet ta' din l-opinjoni, dawn il-pajjiżi ser jifformaw “Lista ta' Kontroll” u huma annotati b'asterisk. Ser nanalizzaw il-firxa li għaliha l-politiki marbutin mal-għarfien, il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni, u l-finanzi pubbliċi kkontribwew għas-suċċess relattiv ta' dawn il-pajjiżi. B'kuntrast, il-politiki ta' Spanja, il-Greċja, il-Portugall u l-Italja ser jiġu mmonitorjati u jinġabru fi “Grupp ta' Kontroll”. Barra minn hekk, l-inizjattivi ta' politika fl-ekonomiji l-kbar ta' Franza u tal-Ġermanja jibqgħu importanti ħafna għall-UE. Iż-żewġ pajjiżi huma kkaratterizzati minn politika polarizzata li għamlet ir-riforma diffiċli għalkemm, sa ċertu punt, issa qed tagħti l-frott.

5.   L-investiment fl-għarfien

5.1

Il-programm tal-OECD għall-valutazzjoni internazzjonali tal-istudenti huwa magħruf bħala PISA. It-Tabella 3 hija kompożizzjoni meħuda mill-istħarriġ tal-2006 għall-kompetenzi fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza ta' tfal ta' 15-il sena mill-OECD u minn Stati oħrajn.

5.2

Barra mill-Korea, il-Ġappun u l-Iżvizzera, il-pajjiżi li ġabu “A” f'kollox huma mingħajr dubju l-Finlandja* (ir-rebbieħa b'mod ċar), l-Olanda*, il-Belġju u l-Estonja*. Il-pajjiżi li għandhom żewġ “A” huma r-Repubblika Ċeka, l-Awstrija*, is-Slovenja* u l-Irlanda*. Il-pajjiżi b'“A” waħda fuq il-lista tagħhom huma d-Danimarka*, l-Iżvezja*, ir-Renju Unit*, il-Ġermanja u l-Polonja. Il-Ġermanja u r-Renju Unit akkwistaw l-“A” tagħhom fix-xjenza. Ir-Renju Unit* għandu t-tielet l-ogħla kompetenza fix-xjenza fil-livell 6 wara s-Slovenja* u l-Finlandja*. Il-pajjiżi kollha fil-lista ta' kontroll jilħqu l-gradi “A”. Il-pajjiżi fil-grupp tal-kontroll jingħaqdu mal-Istati Uniti fl-aħħar tal-lista.

5.3

Minħabba l-korrelazzjoni konsiderevoli bejn il-prestazzjoni tas-sistema edukattiva u l-prestazzjoni tal-ekonomiji tal-Istat Membru, il-KESE jemmen li l-Kummissjoni hija ċertament korretta li tpoġġi l-kwalità tal-edukazzjoni bħala politika mudell għall-UE.

5.4

L-Università ta' Jiao Tong f'Shanghai żviluppat metodoloġija ta' prijoritizzazzjoni għall-universitajiet. Hemm metodoloġiji oħrajn użati għall-prijoritizzazzjoni tal-universitajiet, iżda dik ta' Jiao Tong tikkonforma mal-enfasi tal-UE fuq ix-xjenza u r-riċerka.

5.5

Il-prestazzjoni tas-Sistema Skolastika tal-Istati Uniti skont il-PISA hija ferm ordinarja. Huwa fl-edukazzjoni ogħla li l-Istati Uniti għandhom il-vantaġġ kompetittiv. It-Tabella 4 hija meħuda mill-prijoritizzazzjonijiet tal-metodoloġija ta' Jiao Tong. Hemm 17-il università Amerikana fl-ewwel 20, tnejn Ingliżi u waħda Ġappuniża. Ir-Renju Unit, b'għaxar entrati fl-ewwel 100, jinsab fuq il-lista ta' kontroll. Barra mill-UE, jidħlu wkoll il-Ġappun (6 entrati), il-Kanada (4), l-Awstralja (2), l-Iżvizzera (3), in-Norveġja (1) u l-Iżrael (1). Ħames pajjiżi mil-lista ta' kontroll jidhru fl-ewwel 100: ir-Renju Unit*, l-Olanda* (2), id-Danimarka* (1), l-Iżvezja* (4) u l-Finlandja *(1). Ma jidher l-ebda pajjiż mill-grupp ta' kontroll. Wasal iż-żmien li Bologna, Salamanca u Coimbra jerġgħu jiksbu l-importanza li kellhom qabel. B'żieda ma' dan hemm 6 entrati għall-Ġermanja u 4 għal Franza.

5.6

Barra mir-Renju Unit, hemm biss 6 Stati Membri rrappreżentati fl-ewwel 100 università; 20 pajjiż tal-UE m'għandhomx rappreżentanza. Il-politika tal-Kummissjoni tidher li hija li jimtela dan l-ispazju b'Istitut tat-Teknoloġija tal-UE. Minkejja l-appoġġ tal-KESE għal dan il-proġett, huwa diffiċli tilmah kif jista' jiffjorixxi mingħajr ma tiddgħajjef il-preżenza tal-UE fl-ewwel 100. Strateġija alternattiva tkun li ssir analiżi mill-ġdid u reviżjoni tal-politiki tal-Istati Membri għall-iżvilupp tal-universitajiet prinċipali tagħhom. L-akbar ħtieġa hija s-sħubija aktar mill-qrib bejn l-universitajiet u l-industrija biex jiġu żviluppati l-għarfien u l-ħiliet bil-għan li jiġu sfruttati x-xjenza u t-teknoloġija tas-seklu 21 għall-ħolqien tal-ġid u tal-impjieg.

5.7

Miżura addizzjonali tal-edukazzjoni universitarja tal-Istati Membri hija d-data tal-Eurostat dwar in-numru ta' gradwati terzjarji fix-xjenza u t-teknoloġija għal kull elf mill-popolazzjoni fil-medda ta' età bejn l-20 u d-29 sena. Iċ-ċifra għall-Istati Uniti hija ta' 10.6. L-Istati Membri li huma punt perċentwali inqas mill-Istati Uniti huma l-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, l-Awstrija*, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja* u s-Slovakkja. L-Istati Membri bi produttività ferm għola huma d-Danimarka* (14.7), l-Irlanda* (24.5), Franza (22.5), il-Litwanja (18.9), il-Finlandja* (17.7), l-Iżvezja* (14.4) u r-Renju Unit* (18.4). Il-pajjiżi kollha mmarkati b'asterisks (*) huma fuq il-lista ta' kontroll. L-Italja u l-Greċja huma l-pajjiżi fil-grupp ta' kontroll li jikkwalifikaw hawnhekk. L-iżvilupp ta' gradwati fix-xjenza u t-teknoloġija għandu jkun fokus għas-sistemi edukattivi sekondarji u terzjarji tal-Istati Membri.

5.8

Wieħed mill-għanijiet tal-proġett ta' Liżbona huwa li l-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp tal-UE jitla' għal 3 % tal-PGD. Minn dan 2 % għandu jiġi mis-settur privat. Żewġ pajjiżi mil-lista ta' kontroll, l-Iżvezja* u l-Finlandja*, nefqu aktar minn 3 %. Tnejn oħra, id-Danimarka* u l-Awstrija*, jonfqu bejn 2 % u 3 %, kif jagħmlu l-Ġermanja u Franza. Dawk li qed jonfqu bejn 1 % u 2 % huma l-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja*, l-Irlanda*, l-Olanda*, is-Slovenja*, Spanja u r-Renju Unit*, li bosta minnhom huma fuq il-lista ta' kontroll. L-Istati Membri l-oħra kollha jonfqu inqas minn 1 % bl-eċċezzjoni tal-Ungerija u l-Italja (it-tnejn 1 %); l-Italja u Spanja jidhru fil-grupp ta' kontroll. Biex titnaqqas id-differenza ma tkunx ħaġa illoġika li l-gvernijiet ikunu mistennija li jikkontribwixxu 1 % tal-PGD għar-riċerka u l-iżvilupp. Idealment, dan ikun indirizzat lejn l-universitajiet u l-istituti tar-riċerka biex jgħin jibni r-reputazzjonijiet u l-preżenza tagħhom fil-komunità xjentifika globali. Bħalissa l-gvernijiet tal-UE-15 jonfqu bejn 0.30 % u 0.40 % waqt li l-gvernijiet tal-SMĠ jonfqu bejn 0.50 % u 0.60 %. Jista' u għandu jsir aktar, mhux l-inqas biex tiġi żviluppata x-xjenza meħtieġa biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-bidla fil-klima u t-tniġġis.

5.9

Rigward il-ħelsien mit-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp tas-settur privat, il-KESE diġà ressaq l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni (7). Fil-fehma tal-KESE, l-Istati Membri kollha għandhom jadottaw l-aħjar prattika u jintroduċu inċentivi fiskali biex iħeġġu aktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp mis-settur privat, speċjalment mill-SMEs.

5.10

Hemm relazzjoni ċirkolari bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-għarfien teknoloġiku u t-tendenzi fl-impjieg. F'ċirku virtuż, il-bażi tal-għarfien u l-ħiliet nazzjonali tattira investiment 'il ġewwa, trasferiment tal-għarfien u l-immigrazzjoni. Mingħajr din il-bażi, il-persuni kwalifikati jitħajru jħarsu lejn ambjent ta' għarfien fejn ħilithom huma meqjusin. Dan jista' jwassal għal ċirku vizzjuż ta' emigrazzjoni u għal brain-drain.

5.11

Il-konklużjonijiet ta' politika għar-riċerka u l-edukazzjoni huma li bosta sistemi edukattivi sekondarji u terzjarji tal-Istati Membri għandhom jinbidlu radikalment u li l-Gvernijiet għandhom iżidu l-infiq tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp. Jidher ċar li hemm korrelazzjoni bejn l-effikaċja tal-politiki u l-impjiegi u l-produttività, kif intwera mill-prestazzjoni kemm tal-Lista ta' Kontroll kif ukoll tal-Grupp ta' Kontroll.

6.   Il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni

6.1

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tiddeskrivi fil-qosor tliet politiki għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni. Dawn huma l-liberalizzazzjoni u r-regolamentazzjoni tan-netwerks tal-industriji, il-politika tal-kompetizzjoni u l-qligħ mill-effetti pożittivi tas-suq intern.

6.2

Il-benefiċċji tas-suq intern jinkludu l-istimolu għall-innovazzjoni li jirriżulta minn espożizzjoni għall-kompetizzjoni esterna, l-ekonomiji ta' skala fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni li huma disponibbli fis-suq usa' u t-trasferiment tat-teknoloġiji li jsegwu mill-ftuħ għall-investiment barrani.

6.3

L-Istati Membri tal-UE mhumiex attraenti b'mod uniformi u miftuħin għall-IBD (Investiment Barrani Dirett). F'termini ta' trasferiment tat-teknoloġija, metodi ta' ġestjoni, preżenza fis-suq u investiment kapitali, dan kien ikun ta' żvantaġġ għal dawk l-Istati Membri li ma bbenefikawx mill-IBD. Data minn Ernst & Young dwar l-IBD turi li għall-perijodu 1997-2006 l-għaxar pajjiżi li rċevew l-aktar IBD fl-Ewropa skont l-għadd ta' proġetti kienu:

Ir-Renju Unit

5539

Franza

3867

Il-Ġermanja

1818

Spanja

1315

Il-Belġju

1190

Il-Polonja

1046

L-Ungerija

1026

L-Irlanda

884

Ir-Repubblika Ċeka

849

Ir-Russja

843

6.4

L-IBD kien ta' importanza kbira għat-tkabbir ekonomiku tal-SMĠ. Hekk kif il-kompetizzjoni għall-IBD tikber minn pajjiżi madwar id-dinja kollha, inklużi l-Indja u ċ-Ċina, l-SMĠ ser ikollhom iħaddnu l-ekonomija tal-għarfien biex jiggarantixxu t-tkabbir u l-impjiegi. Il-pajjiżi Ażjatiċi jeċċellaw fit-testijiet ta' kompetenza ta' PISA u mijiet ta' eluf ta' gradwati b'lawrji ordinarji u Masters fix-xjenza u t-teknoloġija qegħdin jiggradwaw mill-universitajiet tagħhom.

6.5

Il-liberalizzazzjoni u r-regolamentazzjoni tal-industriji netwerk għandhom potenzjal konsiderevoli biex inaqqsu l-ispejjeż u jtejbu l-produttività fl-ekonomija. Hemm tliet fażijiet f'din il-politika: L-ewwel nett il-privatizzazzjoni, imbagħad ir-regolamentazzjoni biex l-entranti l-ġodda jkunu jistgħu jisfidaw lil dawk stabbiliti u finalment diviżjoni fis-sjieda bejn in-netwerks u s-servizzi ta' netwerks. Fir-rapport tagħha dwar Il-progress fil-ħolqien tas-suq intern tal-gass u l-elettriku  (8) l-Kummissjoni użat it-tibdil mill-konsumaturi bejn il-fornituri bħala miżura ta' kompetizzjoni effettiva. It-tabella li ġejja turi dan b'mod ċar: * m'hemmx data disponibbli mill-Ġermanja dwar is-suq tal-gass

Bdil Perċentwali

 

 

Elettriku

Gass

Il-Ġermanja

Negozji Kbar

41

 (9)

 

SMEs

7

 (9)

 

Djar domestiċi

5

 (9)

Franza

Negozji Kbar

15

14

 

Djar domestiċi

0

0

Spanja

Negozji Kbar

25

60

 

SMEs

22

60

 

Djar domestiċi

19

2

Ir-Renju Unit

Negozji Kbar

50+

85+

 

SMEs

50+

75+

 

Djar domestiċi

48

47

Il-kompetizzjoni hija ġeneralment l-aktar avvanzata f'xi wħud mill-pajjiżi tal-lista ta' kontroll għalkemm l-Italja u Spanja wkoll għamlu progress.

6.6

L-implimentazzjoni tal-Politika ta' Kompetizzjoni hija mfassla biex tiffavorixxi l-effikaċja u l-produttività fejn jibbenefika l-konsumatur. Din il-politika tikkonforma ħafna mal-bilanċ li l-KESE jfittex li jżomm bejn l-interessi tal-kostitwenti komponenti tiegħu.

6.7

Il-Komunikazzjoni tikkonkludi li l-kompetizzjoni hija kruċjali kemm għal-livell kif ukoll għar-rata ta' tkabbir tal-produttività. Jispikka l-fatt li l-ekonomiji tal-pajjiżi fuq il-lista ta' kontroll huma l-aktar miftuħin fl-UE. Dawn għandhom l-ogħla produttività, l-ogħla livelli ta' impjieg u l-akbar kapaċità biex jassorbu l-ħaddiema migranti. Huwa żball għall-gvernijiet tal-Istati Membri li jipprovaw iqiegħdu ostakli madwar l-ekonomiji tagħhom minħabba l-biża' tal-kompetizzjoni.

7.   Il-politiki ta' riallokazzjoni

7.1

Bit-terminu “riallokazzjoni” l-Kummissjoni tifhem l-użu mill-ġdid tal-fatturi tal-produzzjoni minn industriji u setturi li fallew għal industriji u setturi li qed jinħolqu u li sejrin tajjeb.

7.2

It-teżi prinċipali tal-Komunikazzjoni hija li sakemm it-tkabbir tal-ekonomija jitmexxa mill-espansjoni tal-fruntiera teknoloġika, l-ekonomija ser tkun esposta għal tibdil strutturali. Setturi ġodda bbażati fuq it-teknoloġija jistgħu jakkwistaw sehem mis-suq minn fuq dahar is-setturi li qegħdin jonqsu. Kumpaniji ġodda jistgħu jsiru atturi importanti u jista' jkun li kumpaniji stabbiliti jkollhom jadattaw jew jisparixxu.

7.3

Ladarba l-ekonomija xorta ser tkun esposta għal tibdil strutturali, il-kapaċità ta' aġġustament tal-ekonomija hija kruċjali biex jiġi żgurat l-akbar benefiċċju mit-tibdil teknoloġiku u mill-mobbiltà tal-għarfien. Madankollu, il-Kummissjoni tħoss li l-Istati Membri għandhom kapaċità limitata biex jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-flessibbiltà limitata permessa mill-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol u l-kotba tar-regoli.

7.4

Il-Komunikazzjoni tipproponi erba' miżuri ta' politika prinċipali biex tittejjeb ir-riallokazzjoni tar-riżorsi: l-iffaċilitar tad-dħul fis-suq, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv, ir-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-integrazzjoni tas-suq finanzjarju.

7.5

Fost il-politiki għall-iffaċilitar tad-dħul fis-suq hemm għadd li dwarhom il-KESE diġà kiteb opinjonijiet. Dawn jinvolvu t-tnaqqis fil-piż amministrattiv assoċjat mal-ħolqien tal-kumpaniji, firxa ta' skemi ta' appoġġ għall-SMEs ġodda u bidliet fil-liġijiet li jirregolaw il-falliment. L-aċċess għall-finanzi u l-politika ta' kompetizzjoni biex tiżgura swieq kontestabbli huma elementi importanti fi kwalunkwe strateġija għar-riallokazzjoni permezz tal-ħolqien ta' kumpaniji ġodda.

7.6

Waqt li kumpaniji kbar u żgħar ilkoll jistgħu jiffaċċjaw spejjeż amministrattivi, il-piż huwa ferm akbar għall-kumpaniji ż-żgħar, minħabba d-daqs tagħhom. It-tnaqqis fil-piż amministrattiv huwa wieħed mill-aktar ħames għanijiet importanti fuq l-aġenda tal-UE iżda kif tirrikonoxxi l-Komunikazzjoni, it-tnaqqis tar-regolamentazzjoni u tal-ispejjeż amministrattivi huwa diffiċli minħabba li bosta mill-miżuri kienu introdotti għal raġunijiet speċifiċi. Skont il-Komunikazzjoni dawn iservu biex jikkoreġu nuqqasijiet tas-suq, biex jipproteġu l-parteċipanti tas-suq, jew biex jipprovdu lil dawk li jfasslu l-politika b'informazzjoni (10). Bosta kostitwenti tal-UE jargumentaw li l-protezzjoni soċjali sostnuta minn dawn ir-regolamenti hija element prinċipali tal-acquis. Minkejja dan, l-impatt kumulattiv ta' din ir-regolamentazzjoni jimponi spejjeż ekonomiċi sostanzjali.

7.7

It-Task Force għar-Regolamentazzjoni Aħjar, ibbażat fir-Renju Unit, appoġġjat minn ħidma tal-Bureau Olandiż għall-Ippjanar Ċentrali, jissuġġerixxi li l-ispejjeż jistgħu jkunu bejn 3-4 % tal-PGD (11). Ġie stmat li tnaqqis ta' 25 % fil-piż tal-ispiża amministrattiva fl-UE inizjalment jirriżulta f'żieda ta' 1 % fil-PGD reali. L-effetti għat-tul ikunu saħansitra ikbar. It-tnaqqis ta' dan il-piż fl-ispejjeż huwa mixtieq ħafna, iżda ma kien hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li din l-inizjattiva ser tagħti l-frott. Minħabba li l-UE tinsab imħassba fil-livell istituzzjonali bil-possibbiltà ta' falliment tas-suq, x'aktarx li dan it-titjib mhux ser jintlaħaq. Barra minn hekk, il-KESE, bit-tħassib tiegħu biex jipprovdi kull protezzjoni lill-parteċipanti tas-suq, x'aktarx mhux ser jappoġġja kwalunkwe tnaqqis sinifikanti tal-piż amministrattiv.

7.8

L-istrutturi tas-suq tax-xogħol għandhom impatt importanti fuq l-użu mill-ġdid tal-forza tax-xogħol. L-impatt tar-riformi tas-suq fuq il-produttività u l-impjiegi huwa ikbar meta s-swieq tax-xogħol ikunu flessibbli. Waqt li m'hemm l-ebda studju affidabbli dwar il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol, il-livell ta' impjiegi tal-pajjiżi tal-lista ta' kontroll ċertament huwa kejl tal-kapaċità tal-liġijiet dwar l-impjiegi tagħhom biex jakkomodaw il-bidla.

7.9

Wieħed jifhem li l-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-impjiegi fl-UE hija waħda kontroversjali. Aktar milli jemendaw il-protezzjoni mogħtija minn kuntratti permanenti, bosta Stati Membri introduċew b'mod parallel il-kuntratti temporanji. Huma dawn il-kuntratti temporanji li ammontaw għal ħafna miż-żieda diskussa fil-punt 4 hawn fuq. Waqt li d-data ma tagħtix il-kejl ta' impjieg full-time attwali, l-iskala tat-tkabbir fl-impjiegi hija inkoraġġanti u l-qgħad strutturali qed jonqos.

7.10

Naturalment, jinħtieġ li jitnaqqas it-tfixkil ikkawżat meta r-regolamenti tax-xogħol ikunu flessibbli biżżejjed biex jottimizzaw ir-riallokazzjoni. Għalhekk l-Istati Membri huma mħeġġa biex jintroduċu politiki ta' appoġġ b'mod parallel. Il-flessigurtà hija essenzjali f'dan il-proċess. Ir-riżorsi jridu jsiru disponibbli sabiex it-tagħlim matul il-ħajja jkun jista' jsaħħaħ l-addattabbiltà u l-impjegabbiltà, is-sistemi tas-sigurtà soċjali jkunu jistgħu jipprovdu inċentivi għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jiffaċilitaw iċ-ċaqliq għal impjieg ġdid (redeployment) waqt li l-politiki dwar is-suq tax-xogħol għandhom jgħinu lin-nies biex jiffaċċjaw il-bidla u l-qgħad involuti fit-transizzjoni għal impjieg ġdid u sikur. Dawn il-politiki huma indispensabbli meta l-protezzjoni tal-impjiegi tkun inqas stretta.

7.11

L-integrazzjoni tas-suq finanzjarju hija l-aħħar waħda mill-politiki ta' riallokazzjoni. B'mod ġenerali, il-grad ta' frammentazzjoni fis-sistema finanzjarja fl-UE jista' jidher bħala impediment għall-produttività u l-impjiegi speċjalment rigward l-istartups. Dawn in-nuqqasijiet qegħdin jiġu indirizzati mid-Direttiva dwar is-Servizzi Finanzjarji. B'mod parallel ma' din l-opinjoni, il-KESE qiegħed iħejji opinjoni dwar l-attività transkonfinali b'fondi ta' kapital riskjuż (12). Ir-rwol ta' sistema finanzjarja effiċjenti fit-tibdil strutturali huwa l-aktar evidenti fil-finanzjament ta' kumpaniji start-ups.

8.   Titjib tal-finanzi pubbliċi

8.1

It-Tabella 5 tinkludi data tal-Eurostat dwar il-finanzi tal-Istati Membri. Id-dejn medju tal-gvern tat-12-il pajjiż taż-Żona tal-Euro bħala 68.8 % tal-PGD jaqbeż kemm l-għan ta' konverġenza tal-UME ta' 60 % kif ukoll il-medji tal-UE-15 (63.0) u l-UE-25 (61.9). B'mod ġenerali, id-dejn tal-gvernijiet fl-Istati tal-lista ta' kontroll huwa inqas minn 50 % tal-PGD u, f'bosta każijiet, ferm inqas. L-eċċezzjoni hija l-Awstrija* (61.7 %). Barra minn hekk, l-Istati kollha fuq il-lista ta' kontroll naqqsu d-dejn tal-gvern matul il-perijodu mill-1999 sal-2006. It-tnaqqis fl-Irlanda*, l-Olanda* u l-Iżvezja* kien partikolarment drammatiku. Mill-grupp ta' kontroll, hija Spanja biss li għandha dejn tal-gvern taħt il-50 % tal-PGD, wara tnaqqis drammatiku matul dan il-perijodu. L-Italja (106.8 %) u l-Greċja (95.3 %) jinsabu fl-aħħar tal-lista.

8.2

Fl-UE-15, il-Belġju, l-Irlanda*, Spanja, il-Lussemburgu, l-Olanda*, il-Finlandja*, id-Danimarka* u l-Iżvezja* għandhom bilanċi baġitarji pożittivi. Il-pajjiżi l-oħra kellhom bilanċi negattivi ta' inqas minn 3 % ħlief l-Italja (-4.4 %) u l-Portugall (-3.9 %). Fost l-SMĠ, il-Bulgarija u l-Estonja* kellhom bilanċi pożittivi filwaqt li l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja huma fin-negattiv b'aktar minn 3 %. Ċipru u s-Slovenja* jispikkaw billi għandhom biss 1.2 % fin-negattiv. Fost il-pajjiżi fuq il-lista ta' kontroll, ir-Renju Unit, bi 2.7 % negattiv, tilef triqtu. Huwa ma rnexxilux jibbilanċja l-baġit tiegħu fis-snin ta' attività ekonomika favorevoli u b'hekk il-pożizzjoni tiegħu fost il-mexxejja issa qiegħda fil-periklu. Fil-grupp ta' kontroll, il-prestazzjoni Spanjola tispikka waqt li l-Italja u l-Portugall jikkonfermaw il-pożizzjoni ġeneralment baxxa tagħhom fil-lista.

8.3

Fl-opinjonijiet annwali tiegħu dwar l-ekonomija tal-UE, il-KESE argumenta favur finanzi pubbliċi b'saħħithom. Ir-rekord relattiv tal-pajjiżi fuq il-lista ta' kontroll u fil-grupp ta' kontroll juri li l-finanzi pubbliċi b'saħħithom huma komponent importanti fil-prestazzjoni tal-impjiegi u tal-produttività fl-Istati Membri.

8.4

Waqt l-eżaminazzjoni tal-prestazzjoni relattiva tal-lista ta' kontroll u tal-grupp ta' kontroll, qamet mistoqsija dwar l-impatt tat-taxxi. Ir-rapport tal-Eurostat dwar it-taxxa fl-UE fl-2005 juri r-rata tat-taxxa medja bħala % tal-PGD fl-UE-27 bħala 39.6 %. Din hija madwar tlettax-il punt perċentwali għola mir-rati għall-Istati Uniti u l-Ġappun. Fost il-pajjiżi tal-OECD barra mill-UE, hija biss in-New Zealand li għandha rata tat-taxxa effettiva għola minn 35 %. Wara tentattiv mill-Istati Membri biex inaqqsu l-piż tat-taxxa, it-tendenza marret lura u r-rata tat-taxxa medja issa reġgħet għal-livell tal-1995.

8.5

F'termini ta' piż tat-taxxa, l-Iżvezja*, id-Danimarka* u l-Finlandja* qegħdin mal-ewwel ħamsa, flimkien mal-Belġju u Franza. L-Awstrija* u s-Slovenja* qegħdin fil-ħamsa li jmiss, flimkien mal-Italja. L-Olanda* u r-Renju Unit* qegħdin fit-12 u t-13-il post rispettivament. Huma biss l-Estonja* (it-22 post) u l-Irlanda* (it-23 post), li jgawdu minn livell baxx ferm ta' taxxa. Fil-grupp ta' kontroll, il-piż tat-taxxa Taljan huwa l-inqas minn jew ugwali għal ħamsa mill-pajjiżi fil-lista ta' kontroll. Spanja, il-Portugall u l-Greċja għandhom piżijiet fiskali iktar baxxi mil-lista ta' kontroll kollha ħlief għall-Irlanda u l-Estonja. Mad-daqqa t'għajn m'hemm l-ebda argument li l-pajjiżi fil-grupp ta' kontroll huma intaxxati b'mod eċċessiv.

8.6

L-UE hija intaxxata aktar minn reġjuni kompetituri. Is-sistemi fiskali speċifiċi tal-Istati Membri huma influwenzati ħafna mill-ammont ta' flus li jintefqu fuq il-ħarsien soċjali. Mil-lat purament tal-UE, huwa diffiċli li wieħed jiddefendi l-każ għat-tnaqqis fit-taxxa waqt li l-ekonomiji prinċipali tal-UE għandhom l-ogħla rati tat-taxxa. Madankollu, mil-lat globali, ir-reġjuni kompetituri għandhom livelli ta' taxxa aktar baxxi u huwa probabbli li dan jikkontribwixxi għal-livell ogħla tagħhom ta' innovazzjoni u l-intraprenditorija.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ċentru għar-Riforma Ewropea: The Lisbon Scorecard VIII, Is Europe ready for an economic storm? (Frar 2008).

(2)  L-Istati Membri annotati b'asterisk jagħmlu parti mil-lista ta' pajjiżi li kisbu l-aħjar riżultati kif jispjega punt 4.9.

(3)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar Impjiegi, Riforma Ekonomika u Koeżjoni Soċjali — Lejn Ewropa ta' Innovazzjoni u Għarfien (Summit ta' Liżbona — Marzu 2000), ĠU C 117 tas-26.4.2000, p. 62, punt 2.16. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar Il-linji gwida ġenerali ta' politika u gvernanzaIl-kundizzjonijiet għal aktar koerenza fit-tfassil tal-politika ekonomika fl-Ewropa, ĠU C 324 tat-30.12.2006, p. 49. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(5)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar Il-Linji gwida ta' Politika Ekonomika Wesgħin (2005-2008), ĠU C 88, 11.4.2006, p. 76.

(6)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar Il-Linji Gwida Ġenerali dwar il-Politika Ekonomika (2003-2005), ĠU C 80, 30.3.2004 p. 120 (Mhux disponibbli bil-Malti)

(7)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Lejn użu iktar effettiv tal-inċentivi fiskali favur ir-riċerka u l-iżvilupp”ĠU C 10, 15.1.2008 p. 83.

(8)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew Rapport dwar il-progress fil-ħolqien tas-suq intern tal-gass u l-elettriku — COM(2005) 568 finali tal-15.11.2005.

(9)  m’hemmx data disponibbli mill-Ġermanja dwar is-suq tal-gass.

(10)  Moving Europe's Productivity Frontierthe EU Economy 2007 Review, Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, p. 136.

(11)  Moving Europe's Productivity Frontierthe EU Economy 2007 Review, Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, p. 137.

(12)  It-tneħħija ta' ostakoli għal investimenti transkonfinali b'fondi ta' kapital ta' riskju, (INT/404).


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/139


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — L-applikazzjoni ta' miżuri ta' kontra l-abbuż fil-qasam ta' tassazzjoni diretta — ġewwa l-UE u b'relazzjoni ma' pajjiżi terzi

COM(2007) 785 finali

(2009/C 77/29)

Nhar l-10 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni ddeċidiet, b'konformità ma' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — L-applikazzjoni ta' miżuri ta' kontra l-abbuż fil-qasam ta' tassazzjoni diretta — ġewwa l-UE u b'relazzjoni ma' pajjiżi terzi

Is-sezzjoni speċjalizzata għall-Unjoni ekonomika u monetarja u l-koeżjoni ekonomika u soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett adottat l-opinjoni tagħha nhar l-14 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Burani.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni bl-unanimità.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Id-dokument tal-Kummissjoni għandu l-għan li jistabbilixxi bażi għad-diskussjoni bejn l-Istati Membri dwar it-taxxa diretta fuq tranżazzjonijiet transkonfinali. B'mod partikolari, hija qed tipproponi li jinstabu soluzzjonijiet “koordinati” fl-applikazzjoni ta' miżuri għall-kontra l-abbuż, qasam fejn jirriżulta li l-kollaborazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet varji hija nieqsa u s-soluzzjonijiet għandhom approċċ li huwa strettament nazzjonali.

1.2

Il-Kumitat huwa sodisfatt bl-inizjattiva — li għandha perspettiva fit-tul — fuq kollox għaliex bħala konklużjoni għandu jinħoloq — almenu fl-intenzjoni — kważi “korp ta' liġijiet” Komunitarju bbażat fuq is-sentenzi numerużi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Il-każistika eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea hija vasta biżżejjed biex toħloq punt ta' riferiment tajjeb għall-awtoritajiet fiskali nazzjonali, li madankollu ma jidhrux li dejjem ikollhom il-ħsieb li jimxu miegħu.

1.3

Il-punt tat-tluq huwa l-ftehim bejn l-Istati Membri dwar dak li jitqies bħala “prattika abużiva”, u għalhekk dwar id-distinzjoni bejn “l-evażjoni fiskali” u “l-evitar tat-taxxa”. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza tas-sentenzi tal-Qort tal-Ġustizzja Ewropea, li stabbilit li — filwaqt li l-ewwel każ huwa reat ċar — fit-tieni hemm bżonn li ssir distinzjoni: l-evitar isir reat biss jekk juża “arranġament kompletament artifiċjali”, jiġifieri l-ħolqien ta' sitwazzjoni fittizja. L-anqas ma jidħol fil-kategorija ta' l-illegali il-ħolqien ta' stabbilimenti bil-ħsieb li jiggwadanjaw mill-għajnuna ta' l-Istat li tingħata f'pajjiżi oħra. Jekk din mhix konformi mat-Trattat id-distorzjoni għandha tiġi miġġielda b'mezzi oħra, billi mmorru lura għall-fonti tagħha mingħajr ma' ninvolvu s-suġġetti privati.

1.4

Aspett importanti huwa “il-kapitalizzazzjoni sottili” (thin capitalisation), jiġifieri l-prassi li jingħataw fondi lis-sussidjarji barra mill-pajjiż flok ma jiżdied il-kapital. F'dan il-qasam hemm element qawwi ta' suġġettività mill-amministrazzjonijiet, u għalhekk huwa diffiċli ħafna li wieħed jiddeċiedi fil-każ ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji.

1.5

Apparti l-każistika, li għaliha hemm referenza fit-test ta' l-opinjoni (1), il-KESE jiġbed l-attenzjoni għal xi prinċipji fundamentali li dwarhom l-Istati Membri għandhom jaqblu, forsi minn issa: l-ewwel hemm bżonn li jinstab ekwilibriju bejn l-interessi ta' l-Istat u dawk li jħallsu t-taxxa, billi jiġi adottat il-prinċipju tal-proporzjonalità fid-deċiżjonijiet dwar il-każijiet ta' “arranġamenti kompletament artifiċjali” minn dan isegwi li hemm bżonn ta' regoli biex il-piż tal-prova jitqassam b'mod ġust, iżda fuq kollox proċeduri li jistabbilixxu l-metodi ta' kif jinkisbu l-provi min-naħa ta' l-awtoritajiet fiskali, fir-rispett tal-liġijiet;

1.6

Fl-aħħar, il-KESE jqis li f'qasam daqstant varjat hemm bżonn ta' ħafna rieda tajba u spirtu ta' kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri, li għandhom isibu ekwilibriju bejn l-interess li jipproteġu l-finanzi tagħhom u ċ-ċentralità taċ-ċittadin u r-rispett tad-drittijiet tagħhom. Fl-istess waqt iqis li huwa d-dmir tiegħu li jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li l-amministrazzjonijiet finanzjarji għandu jkollhom fil-ġlieda, mhux biss kontra l-abbużi, iżda wkoll u fuq kollox kontra l-arranġamenti artifiċjali (jew forsi anki reali) li jaħbu attivitajiet kriminali.

2.   Introduzzjoni

2.1

Kif kien ġie mħabbar fl-2006 (2), il-Kummissjoni għamlet ħidma ta' koordinament tas-sistemi ta' taxxa diretta bejn l-Istati Membri. Il-problema hija ċara: fl-applikazzjoni tal-miżuri fiskali għat-transazzjonijiet transkonfinali ta' dawk li jħallsu t-taxxa, kull amministrazzjoni nazzjonali għandha l-obbligu li tiżgua li pajjiżha jirċievi d-dħul dovut, iżda id-differenza fis-sistemi tista' twassal għall-differenzi fl-interpretazzjoni jew ta' applikazzjoni min-naħa ta' amministrazzjonijiet oħra. Dawn id-differenzi jistgħu jiġu abbużati minn dawk li jħallsu t-taxxa li jużawhom biex jevadu għal kollox jew parti mill-obbligi tagħhom. Mill-banda l-oħra jrid jiġi evitata li jkun hemm każijiet ta' tassazzjoni doppja.

2.2

Biex dan jiġi evitat il-maġġoranza ta' l-Istati Membri adottaw numru ta' “proċeduri għall-kontra l-abbuż”; madankollu dawn huma proċeduri, xi wħud minnhom speċfiċi u oħrajn ġenerali li jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. F'din is-sitwazzjoni huwa possibbli — u dan jiġri fil-fatti — li jinħolqu sitwazzjonijiet ta' kunflitt ma' dawk li jħallsu t-taxxa u xi drabi bejn l-istess Stati Membri. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, li ġiet mitluba li tiddeċiedi dwar diversi każijiet individwali, ħarġet sentenzi li, fin-nuqqas ta' leġislazzjoni komunitarja dwar is-suġġett, joffru gwida legali utli. Il-Kummissjoni użathom biex tfassal il-Komunikazzjoni li qed tiġi kkunsidrata.

2.3

Il-Komunikazzjoni “hija … intisa li tipprovdi qafas għal iktar diskussjonijiet ma' l-SMi u partijiet interessati bil-ħsieb li jiġi esplorat l-ambitu għas-soluzzjonijiet koordinati”. Filfatt il-Kummissjoni tqis li hemm bżonn urġenti li jintlahaq “bilanċ bejn l-interess pubbliku biex jitwaqqaf l-abbuż u l-bżonn li nevitaw restrizzjonijiet sproporzjonati dwar attivitajiet bejn il-fruntieri ġewwa l-UE”; barra minn hekk ser ikun hemm bżonn li tiġi kkoordinata l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kontra l-abbuż fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi.

2.4

Il-Kummissjoni fi ħsiebha tniedi diskussjoni dwar dawn it-temi bejn l-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, sabiex tilħaq konklużjonijiet li jkun hemm kunsens dwarhom u li jwasslu għall-koordinament volontarju tar-regoli u l-proċeduri. Id-diskors mhuwiex wieħed ta' “armonizzazzjoni” ħaġa li tkun diffiċli ħafna li tintlaħaq f'qasir żmien u l-anqas ta' miżuri leġislattivi, li prattikament huma impossibbli li jsiru.

3.   Il-kontenut tal-Komunikazzjoni

3.1

Id-dokument tal-Kummissjoni jitfa' attenzjoni partikolari fuq id-definizzjonijiet tat-terminoloġija u l-qafas tas-suġġett, u huwa bbażat fuq is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea li stabbilew xi prinċipji fundamentali. L-ewwel nett, tingħata definizzjoni ta' prattika abużiva: “iseħħ biss fejn, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli tal-Komunità relevanti, l-iskop tagħhom ma jintlaħaqx u jkun hemm intenzjoni li jinkiseb vantaġġ billi artifiċjalment jinħolqu l-kundizzjonijiet biex jinkiseb” (3) Trid issir distinzjoni mill-kunċett ta' l-evitar tat-taxxa, li jiġi definit bħala “skemi purament artifiċjali mmirati biex jevitaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-SM ikkonċernat”.

3.2

Prinċipju ieħor fundamentali huwa li “l-bżonn tal-prevenzjoni ta' l-evitar tat-taxxa jew abbuż jista' jikkostitwixxi raġuni prevalenti fl-interess pubbliku li hu kapaċi jiġġustifika restrizzjoni dwar libertajiet fundamentali”. Madankollu, il-leġittimità tal-proċeduri restrittivi hija kkundizzjonata bl-osservazzjoni tal-prinċipji tal-proporzjonalità; barra minn hekk dawn il-proċeduri jridu “jservu skop speċifiku ta' prevenzjoni ta' skemi purament artifiċjali”.

3.3

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea adottat kriterji preċiżi biex tiddefinixxi dik li m'hijiex skema purament artifiċjali: it-twaqqif ta' sussidjarja barra mill-pajjiż ma jidħolx f'din id-definizzjoni, anki jekk ikun il-każ li l-attività li ssir mis-sussidjarja fi Stat Membru ieħor setgħet saret fl-azjenda oriġinali. L-anqas ma jgħodd l-argument waħdieni li wara d-deċiżjoni li titwaqqaf sussidjarja kien hemm kunsiderazzjonijiet ta' natura fiskali: jekk ma jkun hemm l-ebda prattika abużiva, huwa perfettament leġittimu li wieħed jiggwadanja minn fiskalità aktar favorevoli ta' xi Stat Membru ieħor. U fl-aħħar, ma jidħolx l-anqas f'din id-definizzjoni l-fatt li t-twaqqif ta' sussidjarja ġie deċiż biex jinkiseb gwadann mill-għajnuna ta' l-Istat li tingħata minn Stat Membru ieħor: id-distorsjoni li tirriżulta mill-għajnuna ta' l-Istat li ma tkunx kompatibbli mat-Trattat għandha tiġi solvuta fil-fonti, b'mezzi oħra, iżda dan ma jawtorizzax li jittieħdu miżuri unilaterali biex jikkuntrastaw l-effetti ħżiena.

3.4

Madankollu Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea poġġiet ċerti limiti fuq interpretazzjoni wiesgħa ta' dawn il-prinċipji: huma ma jgħoddux f'każ ta' element ieħor ta' abbuż, bħal per eżempju it-twaqqif ta' soċjetà “fittizji” (kaxxa ta' l-ittri) jew “skrin”, jew meta l-kundizzjonijiet tat-transazzjonijiet finanzjarji bejn soċjetajiet kollegati u residenti fi Stati Membri differenti ma jkunux l-istess bħal dawk li kienu jseħħu bejn partijiet mhux relatati. Għalhekk japplika l-kriterju tal-prevalenza tas-sustanza fuq il-forma.

3.5

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li l-kriterji t'hawn fuq jirreferu għal każijiet speċifiċi, iżda li jkun utli li kieku jsir eżerċizzju dwar l-applikazzjoni prattika għall-tipi varji ta' attivitajiet u strutturi imprenditorjali.

3.6

Fejn tidħol il-proporzjonalità, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tammetti li l-Istati Membri jistgħu jadottaw kriterji ta' sikurezza (safe harbours) applikabbli għal sitwazzjonijet li jista' jkollhom probabbiltà għolja ta' abbuż: id-definizzjoni ta' kriterji preżunti raġonevoli u fl-interess taċ-ċertezza legali għal dawk li jħallsu t-taxxa u għall-prattiċità ta' l-amministrazzjoni.

3.7

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu adottati kriterji ta' ekwità: il-piż tal-prova ma għandhux jaqa' biss fuq min iħallas it-taxxa, u dan għandu jkun jista' jiddefendi lilu nnifsu migħajr piżijiet amministrattivi eċċessivi u bil-garanzija li l-valutazzjoni ta' l-awtorità fiskali tkun ikkontrollata minn ġurisdizzjoni indipendenti. Barra minn hekk, id-dħul taxxabbli vvalutat fuq il-bażi ta' l-implimentazzjoni tar-regoli ta' kontra l-abbuż għandu jiġi aġġustat sal-punt li jista jiġi rintraċċat għall-skemi purament artifiċjali. Barra minn hekk it-transazzjonijiet fi ħdan il-grupp għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tal-prinċipju tal-kompetizzjoni sħiħa (arms lenght principle). Iżda b'mod definittiv, dawn il-kriterji kollha m'għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli japplikaw sanzjonjiiet kontra dawk li huma ħatja li użaw strateġiji abużivi biex jevitaw it-taxxa.

3.8

Wara li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, id-dokument tal-Kummissjoni jittratta dwar l-implimentazzjoni prattika tar-regoli; ser issir referenza għall-kontenut ta' din il-parti minn ħin għall-ieħor fil-kapitlu “Kummenti speċifiċi” (ara iktar 'il quddiem).

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-KESE huwa favorevoli għall-aħħar fir-rigward ta' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li, l-ewwel nett għandha l-għan li tikkoordina r-regoli u l-proċeduri mingħajr ma ċċedi għat-tentazzjoni li timponi minn fuq, b'mod realistiku li jirrispetta ir-regoli tat-Trattat, iżda wkoll tas-sensittività ta' l-Istati Membri u, it-tieni nett, għandha l-għan li toħloq ekwilibriju bejn “l-interess ġenerali” (ta' kull Stat Membru) u “l-bżonn li nevitaw restrizzjonijiet sproporzjonati” fis-suq intern.

4.1.1

Min-naħa tiegħu, il-KESE jirrakkomanda li ċ-ċentralità taċ-ċittadini/dawk li jħallsu t-taxxa tiġi meqjusa: il-koordinament, jekk u meta jseħħ, irid l-ewwel nett ikun ekwu fil-konfront tagħhom: regola li tidher li influwenzat is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea iżda li mhux dejjem tiġi segwita fil-prattika.

4.2

Fil-fatt it-tħassib tal-KESE jidher li hu wkoll tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea u tal-Kummissjoni: meta ssir referenza għall-prinċipju tal-proporzjonalità (Ara punt 3.2 ta' l-opinjoni attwali) li jrid jiġi adottat biex jiġu evitati regoli li huma restrittivi żżejjed fil-każijiet ta' “skemi purament artifiċjali” (ara punt 3.3), huwa ċar li r-referenza mhux qed issir għal każijiet teoretiċi. Il-każijiet ta' ksur tar-regoli huma numerużi, u probabbilment mhux kollha jinqabdu. iżda huma daqstant numerużi l-każijiet ta' soċjetajiet assoċjati barra li l-leġittimità tagħhom tiġi ddubitata jew kontestata. Il-fatt li l-amministrazzjonijiet fiskali jilqgħu l-prinċipji li hemm fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea jippermetti lill-intrapriżi li jaħdmu f'ambjent li jiggarantixxi l-legalità, mingħajr formalitajiet eċċessivi u mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm riskju ta' tassazzjoni doppja.

4.3

Żgur li wieħed jista' jaqbel ma' l-osservazzjoni tal-Kummissjoni (ara punt 3.5) li tindika li l-każistika tal-każijiet leċiti u illeċiti hija varjata wisq biex tkun il-bażi ta' prinċipji ġenerali, li għalihom hemm bżonn li jsir eżerċizzju dwar l-applikazzjoni prattika tagħhom għall-attivitajiet u strutturi imprenditorjali diversi. Madankollu anke l-eżami tal-każijiet individwali fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea jippermetti li s-soċjetajiet jagħmlu huma stess valutazzjoni preliminari dwar il-probabbiltà li d-deċiżjonji tagħhom li joħolqu sussidjarji barra mill-pajjiż tiġi kkontestati. Normalment, jekk l-amministrazzjonijiet jaċċettaw li jiggwidaw l-imġieba tagħhom skond il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, dan ikun jippermetti wkoll li tiġi adattata għall-każijiet individwali. L-approċċ “tal-każijiet individwali” jippermetti li ssir valutazzjoni ekwa tas-sitwazzjonijiet individwali, li tevita li jiġu applikati soluzzjonijiet standardizzati li jkunu jħarsu aktar lejn il-forma milli s-sustanza.

4.4

Għażliet ta' dan it-tip, kemm min-naħa tas-soċjetajiet kif ukoll ta' l-amministrazzjonijiet, jippermettu li s-soċjetajiet fittizji (kaxxa ta' l-ittri) jew skrin (ara punt 3.4), li huma każ ċar ta' frodi jiġu individwati aktar malajr. L-eżami tal-każistika f'dan is-settur tista' tkun ta' għajnuna fl-adozzjoni ta' kriterji ta' sikurazza (ara punt 3.6) li jillimitaw il-libertà fundamentali min-naħa ta' l-Istati Membri.

4.5

L-aspett li jissemma mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji ta' ekwità (ara punt 3.7) ħaqqu attenzjoni partikolari. Prinċipju tad-dritt naturali fil-qasam penali hija l-preżunzjoni ta' l-innoċenza, li titfa' l-piż tal-prova fuq min qed jakkuża. Anke jekk il-liġi tat-tassazzjoni mhux dejjem hija mmexxija minn din ir-regola, m'hemmx dubju li jekk ikun hemm imġieba abużiva min-naħa ta' l-amministrazzjoni din titfa' piż kemm fuq l-intrapriżi kif ukoll fuq iċ-ċittadini privati.

4.5.1

Il-KESE jaqbel mar-rakkomandazzjoni li jitfasslu regoli biex il-piż tal-prova jitqassam b'mod ġust: ir-rispett tal-libertà fundamentali u tal-preżunzjoni ta' l-innoċenza trid tkun fil-bażi tar-relazzjonijiet bejn l-amministrazzjoni tat-taxxa u dawk li jħalsuha. Għal dan ir-rigward hemm bżonn ta' regolament li jistabbilixxi kif jistgħu jinkisbu l-provi mill-awtoritajiet fiskali, u x'inhuma l-limitazzjonijiet ta' l-awtonomija tagħhom quddiem reati li jistgħu jwasslu għal proċeduri kriminali.

5.   Kummenti speċifiċi: Applikazzjoni ta' regoli ta' kontra l-abbuż ġewwa l-UE/ŻEE

5.1

Il-Kummissjoni ssemmi l-prinċipju li “miżuri ta' kontra l-abbuż għalhekk għandhom jkunu akkuratament immirati lejn skemi purament artifiċjali maħsuba biex jevitaw leġiżlazzjoni nazzjonali (jew regoli Komunitarji kif trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali)”: prinċipju li huwa faċli li wieħed jaqbel miegħu iżda li xorta jħalli ħafna lok ta' interpretazzjoni. L-istess jista' jingħad għar-rakkomandazzjoni li jiġi evitat li r-regoli jkunu eżaġerati meta mqabbla ma' l-għan li jwaqqfu l-abbuż.

5.2

Il-KESE jqis li eżami flimkien mill-Istati Membri, bil-għajnuna tal-Kummissjoni, tal-miżuri adottati biss jista' jwassal biex dawn jiġu kkoordinati, dejjem bil-kundizzjoni li teżisti rieda sinċiera li naslu għal dan ir-riżultat. Ir-regoli ta' kull amministrazzjoni huma ggwidati mill-ħarsien tal-ġid pubbliku, skond filosofiji li ġejjin minn tradizzjoni u sitwazzjonijiet differenti: wieħed jista' jittama li d-differenzi jonqsu, imma l-ewwel hemm bżonn li jgħaddi ż-żmien qabel ma r-riżultati jkunu jistgħu jitwettqu fil-prattika.

5.2.1

Il-KESE jaqbel mad-dokument tal-Kummissjni, li tiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi evitat li l-miżuri li ġew adottati biex ma jkunx hemm taxxa evitata fuq livell transkonfinali jiġu applikati għal sitwazzjonijiet li huma strettament inteni, fejn ma jeżistix ir-riskju ta' abbuż: miżuri inutli, anke skond il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, u kontroproduċenti mil-lat tal-kompetittività.

5.3

Argument importanti huwa dak ta' l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta' dejn u ekwità: Stat Membru wieħed jista' jikkunsidra tranżazzjoni bħala injezzjoni ta' ekwità filwaqt li Stat Membru ieħor jista' jikkunsidrha bħala self u jħalli t-tnaqqis tat-taxxa ta' l-imgħax; l-istess ħaġa tgħodd għall-kumpaniji mħalta, kkunsidrati korpi korporattivi minn Stat u bħala entitajiet transparenti minn ieħor. Minn hawn tiġi l-possibbiltà ta' eżenzjoni doppja jew tassazzjoni doppja. Dawn huwa każijiet magħrufa sew, li japprofittaw jew ibagħtu mid-differenzi fir-regoli applikati fl-Istati Membri differenti kif ukoll minħabba fl-atteġġjament differenti ta' l-amministrazzjonijet, li għandhom it-tendenza li jinkoraġġixxu jew itelfu l-invesitment transkonfinali.

5.3.1

Il-KESE iqis li din hija problema delikata ferm, li għandha tkun il-punt tat-tluq tad-diskussjonijiet fil-futur.

5.4

Ir-regoli dwar il-Korporazzjoni Barranija Kontrollata(KBK) huma problema marbuta ma dan l-aħħar punt. Is-solut il-profitti ta' KBK jistgħu jiġu attribwiti lill-kumpanija prinċipali fil-pajjiż tagħha, iżda jkollhom trattament fiskali partikolari; skond il-Kummissjoni din id-differenza fit-trattament huma diskriminazzjoni, sakemm ma tkunx iġġustifikata minn “stiwazzjoni oġġettiva rilevanti”. Barra minn hekk dawn ir-regoli huma “xkiel għall-abbiltà tal-kumpanija prinċipali biex tistabilixxi lila nnifisha fi SMi oħra bl-użu ta' sussidjarji”.

5.4.1

Il-KESE jitlob li n-normi dwar il-KBK jiġu eżaminati b'attenzjoni u, jekk hemm bżonn, riveduti. Huma importanti għall-kumpaniji kollha, iżda b'mod partikolari għal dawk tas-settur finanzjarju. Kif tgħid il-Kummissjoni, “huwa essenzjali li dawk li jħallsu t-taxxa jkunu jistgħu juru...li t-transazzjonijiet kummerċjali tagħhom saru bona fide”: bżonn li spiss huwa diffiċli li jiġi rispettat għall-kumpaniji kummerċjali, iżda li fil-każ tas-soċjetajiet fil-qasam finanzjarju jista' jsir problema ċentrali. Ir-regoli f'dan is-settur, kemm ta' natura legali kif ukoll dawk ta' kontroll prudenti, huma, fil-fatt, garanzija għall-kumpaniji li huma kkontrollati kif suppost; fl-istess waqt il-kumplessità tagħhom, u d-differenzi minn pajjiż għall-ieħor jistgħu jippermettu ħarbiet konvenjenti għal numru ta' attivitajiet irregolari. Qed nirreferu b'mod partikolari għal kumpaniji, li xi drabi huma fittizji jew li jidhru “normali”, li jitwaqqfu għal skopijiet ta' spekulazzjoni jew anke kriminali, li jużaw tekniki sofistikati biex jaħarbu mit-taxxa u l-kontrolli prudenti. Regoli fiskali mmirati, aktar mill-kontrolli prudenti, jistgħu jikkontribwixxu biex jikxfu dawn l-attivitajiet.

5.5

Ir-regoli dwar il-kapitalizzazzjoni baxxa (kapitalizzazzjoni premezz tad-dejn, forma klandesitna ta' ekwità) li diġà ssemmew fil-punt 4.3, huma punt fokali ieħor. Dawn huma ta' spiss differenti ħafna fl-Istati Membri differenti peress li huma l-frott ta' opinjonjiet u ta' tradizzjonijiet legali diverġenti. Il-kumidità li s-sussidjarji jiġu ffinanzjati permezz ta' l-ekwità flok permezz tad-“dejn” tiddependi mit-trattament differenti tad-dividendi u l-imaxxi, u tiġi meqjusa mill-intrapriżi skond ir-regoli tat-taxxa li jkun hemm fil-pajjiż tas-sussidjarja. Mhuwiex rari l-każ ta' sussidjarji li jitwaqqfu mill-istess kumpanija prinċipali fi Stati Membri differenti li jiġu ffinanzjati biż-żewġ sistemi.

5.5.1

Il-Kummissjoni tawgura li r-regoli tal-kapitalizzazzjoni baxxa jitneħħew, jew almenu li jkunu jeskludu qbil ma' finanzjaturi minn Stati Membri oħra. B'dan il-mod tiġi eliminata n-nuqqas ta' ugwaljanza fit-trattament bejn sussidjarji skond il-minn fejn hi l-kumpanija prinċipali. Hija żżid umbagħad li “l-Istati Membri għandhom jipproteġu il-bażi taxxabbli tagħhom mit-tnaqqir artifiċjali minħabba fil-finanzjamenti bbażati b'mod strutturat fuq id-dejn, anke fi ħdan l-UE u ż-ŻEE”. Il-KESE iqis li m'għandhomx isiru ġeneralizzazzjonijiet: jista' jkun hemm każijiet fejn il-bżonn kontinġenti joħloq il-bżonn, jew ta' l-anqas issir preferibbli, li jkun hemm finanzjament permezz tad-dejn, indipendentement minn kunsiderazzjonijiet ta' taxxa.

5.5.2

Ir-riżerva tal-KESE ssib konferma fis-sentenza Thin Cap tal-Qorti tal-Ġustizzja, li għarfet li “il-miżuri li għandhom l-għan li jevitaw il-kapitalizzazzjoni baxxa huma fihom infushom permessibbli. L-applikazzjoni tagħhom madankollu għandha tkun limitata għall-arranġamenti kompletament artifiċjali”. Din it-tip ta' kapitalizzazzjoni għalhekk m'għandix tiġi eskluża: kulma hemm bżonn hu li l-kontrolli biex jiġu evitati l-abbużi jsiru aktar effettivi u li jiġu stabbiliti regoli iktar preċizi li jiggarantixxu t-trasparenza tat-transazzjonijiet.

5.6

Mill-kummenti ta' hawn fuq, il-KESE jħoss li jista' jikkonkludi li waqt li jkunu qed jiġu trattati kwistjonijiet different hemm kunċetti li huma vagi jew interpretati b'mod differenti, kemm jekk b'mod ristrett kif ukoll iktar wiesgħa, fl-Istati Membri differenti: bħala bidu għad-diskussjoni li l-Kummissjoni qed tawgura li jkun hemm, ikun meħtieġ li jkun hemm qbil dwar it-terminoloġija li għandha tiġi użata u dwar il-firxa ta' kull terminu.

5.6.1

L-istess jista' jingħad għall-evitar tat-taxxa: skond il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea — iżda mhux skond xi awtoritajiet fiskali — dan mhuwiex reat fih innifsu, iżda jsir tali meta jkun akkumpanjat minn “arranġament purament artifiċjali”, u għalhekk isir frodi li dwar jistgħu jittieħdu proċeduri amministrattivi u/jew penali. Anki dwar dan il-prinċipju hemm bżonn ta' qbil preliminari, mhux biss dwar il-firxa tiegħu iżda wkoll dwar kif ser jiġi interpretat “l-arranġament purament artifiċjali”.

6.   Kummenti speċifiċi: Applikazzjoni ta' regoli ta' kontra l-abbuż f'pajjiżi terzi

6.1

Ir-regoli dwar il-KBK huma validi b'mod ġenerali, anki fir-rigward tal-ħolqien ta' sussidjarji minn pajjiżi terzi li jsiru fl-UE u t-twaqqif ta' sussidjarji f'pajjiżi terzi minn kumpaniji stabbiliti fl-UE, ħlief fejn ikun hemm qbil bilaterali — li jeżistu f'ħafna każijiet. Dawn huma kumpatibbli mal-liġi komunitarja dwar it-trattament diskriminatorju fejn jidħol l-istabbiliment ta' ċittadini jew kumpaniji minn Stati Membri f'pajjiżi terzi jew bil-maqlub. Dan għandu jkun jgħodd ukoll għar-regoli intiżi li jevitaw jew jirregolamentaw id-dħul minn kapitalizzazzjoni baxxa, it-taxxi fuq il-kumpaniji u b'mod partikolari għar-regoli speċifiċi kontra l-evitar tat-taxxa.

6.2

Il-Kumitat m'għandux kummenti partikolari dwar dan l-aspett iżda jixtieq jenfasizza l-ħtieġa li tingħata ħafna attenzjoni lill-implimentazzjoni tar-regoli kontra l-evitar tat-taxxa fir-rigward tal-kumpaniji l-ġodda jew li twaqqfu reċentement, li ġew minn xi pajjiżi terzi, u tas-sussidjarji tal-kumpaniji ta' l-UE f'dawn il-pajjiżi. Is-sitwazzjoni internazzjonali qed turi żieda preokkupanti fuq livell dinji tal-kriminalità, finanzjarja u mhux. F'dan il-qasam, aħjar u qabel mill-koordinament bejn l-amministrazzjonijiet hemm bżonn ta' kollaborazzjoni konvinta u effettiva. Il-problema mhix waħda ta' natura fiskali daqs kemm, fuq kollox ta' sigurtà: f'dan il-qasam l-awtoritajiet fiskali jkunu jistgħu joffru kontribut importanti ħafna.

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Ara punt 5.

(2)  COM(2006) 823 finali tad-19.12.2006.

(3)  Emsland-Staerke C-110/99, punti 52-53; Halifax C-255/02, punti 74-75 (nota tal-Kummissjoni).


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/143


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il-governanza u s-sħubija fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali (Konsultazzjoni mill-Parlament Ewropew)

(2009/C 77/30)

Nhar it-22 ta' April 2008, il-Parlament Ewropew, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iddeċieda li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

Il-governanza u s-sħubija fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali.

Nhar il-25 ta' Mejju 2008, il-Bureau tal-Kumitat ta struzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tħejji l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett. L-abbozz ta' opinjoni tħejja mis-Sur van Iersel, rapporteur u mis-Sur Pásztor, korapporteur.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-447 Sessjoni Plenarja tiegħu tas-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru) li jaħtar lis-Sur van Iersel bħala rapporteur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b'96 vot favur, vot wieħed kontra u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew immirata lejn il-governanza Ewropea, nazzjonali u reġjonali u s-sħubijiet fil-politika reġjonali.

1.2

Fil-fehma tal-KESE, il-governanza tajba tfisser 'governanza f'bosta livelli' u sħubijiet mas-soċjetà ċivili organizzata rappreżentattiva fil-livell reġjonali.

1.3

Konsegwentement, il-KESE jaqbel mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kemm hija rakkomandabbli l-“governanza f'diversi livelli” u l-governanza aħjar meta jiġu implimentati l-Fondi u l-politiki tal-UE. Il-mistoqsija għandha tkun “kif?” mhux “jekk”. L-inizjattivi minn isfel għal fuq (bottom-up) u l-kondizzjonijiet qafas minn fuq għal isfel (top-down) għandhom jiġu rfinati.

1.4

Il-KESE japprova l-proposta tal-Parlament li jitwaqqaf Kunsill formali għall-Iżvilupp Territorjali. Dan iservi biex jenfasizza s-sinifikat tal-“governanza f'bosta livelli” u d-diskussjonijiet u l-ftehimiet isiru iktar obbligatorji.

1.5

Fil-fehma tal-KESE, “il-governanza f'bosta livelli” hija struttura flessibbli ta' relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni, il-gvernijiet, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, adattata skont is-sitwazzjonijiet speċifiċi u l-konsiderazzjonijiet tematiċi iktar minn qafas ġerarkiku ta' kompetenzi bejn livelli governattivi. Il-governanza tajba hija kkaratterizzata minn relazzjonijiet b'moħħ miftuħ u applikazzjoni inqas stretta tal-prinċipji tas-“sussidjarjetà”.

1.6

L-Ewropa teħtieġ reġjuni u bliet li għandhom kunfidenza fihom innifishom, li jirkupraw malajr u li jkunu sostenibbli. Kif juru għadd ta' eżempji, ir-reġjuni u l-bliet sikwit jirċievu impulsi pożittivi mid-dinamika tal-internazzjonalizzazzjoni ekonomika. Isibu toroq ġodda biex jispikkaw b'suċċess.

1.7

Minkejja l-varjetà mifruxa u ħafna drabi komplikata tal-istrutturi amministrattivi fl-Istati Membri, għall-ġejjieni l-KESE jitlob għal proċeduri u metodi ta' ħidma li jtejbu r-responsabbiltà tar-reġjuni u l-bliet (1)

1.8

L-evidenza prattika turi li r-responsabbiltà deċentralizzata u t-trasparenza jrawmu t-tmexxija u l-viżjoni. Dawn is-soltu jiffurmaw bażi soda għas-sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi kif ukoll għas-sħubijiet pubbliċi b'għadd ta' partijiet interessati bħall-imsieħba soċjali, il-kmamar tal-kummerċ, il-kumpaniji, l-aġenziji tal-iżvilupp, l-organizzazzjonijiet tad-djar, il-quangos, l-aġenziji ambjentali, l-organizzazzjonijiet soċjali, il-faċilitajiet edukattivi fil-livelli kollha, il-periti u l-artisti.

1.9

Konsegwentement, is-soċjetà ċivili organizzata rappreżentattiva fil-livell reġjonali għandha tingħata l-opportunità li tieħu sehem b'mod responsabbli u trasparenti fid-definizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-programmi reġjonali tal-UE. L-adozzjoni tal-fehmiet lokali u reġjonali (mhux governattivi) ser tikkontribwixxi għall-aċċettazzjoni tal-valuri tal-Unjoni miċ-ċittadini.

1.10

Il-KESE huwa tal-fehma li l-konsultazzjonijiet strutturati sew jistgħu jwasslu għal sħubijiet ta' suċċess mal-partijiet interessati mhux governattivi fil-katina sħiħa tad-definizzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika reġjonali (2).

1.11

“Governanza f'bosta livelli” li tkun flessibbli u l-governanza tajba, u sinerġiji korrespondenti ffokati fuq soluzzjonijiet adattati jistgħu jkunu tal-ikbar għajnuna bħala reazzjoni għall-objettiv aħħari tal-UE u l-politika nazzjonali reġjonali, li hija li timmobilizza l-forzi eżistenti u l-potenzjal mistur tar-reġjuni u l-bliet.

1.12

Jista' jitwaqqaf programm ta' skambju Ewropew għall-uffiċjali fir-reġjuni u l-bliet kif ukoll sistema strutturata sew tal-iskambju tal-esperjenzi u t-tixrid tal-prattika tajba. Istituti speċjalizzati tar-riċerka u l-universitajiet jistgħu jkunu ta' appoġġ.

2.   Kuntest

2.1

Mill-2001, “il-governanza”, ingħatat l-importanza li kien ħaqqha minħabba l-bżonn dejjem jiżdied biex il-politiki tal-UE jintrabtu b'mod iktar dirett mal-konformità u l-implimentazzjoni fl-Istati Membri (3).

2.2

Fl-istess perspettiva, il-KESE jilqa' r-rapport li ġej tal-Parlament Ewropew dwar il-governanza u s-sħubija nazzjonali u reġjonali (4). Huwa sinjal tajjeb li l-PE bħala Istituzzjoni Ewropea qiegħed juri interess jiżdied fil-mod li bih qed titfassal il-politika reġjonali b'mod konkret fl-Istati Membri.

2.3

Ġeneralment, id-dokument tal-PE juri li d-dinamika tal-iżviluppi, bħall-internazzjonalizzazzjoni ekonomika u l-bidla kontinwa inevitabbilment jitolbu aġġustamenti fl-applikazzjoni stretta tal-prinċipju tas-“sussidjarjetà”. Jinħtieġu interazzjoni u sinerġiji iktar flessibbli bejn id-diversi livelli tal-governanza sabiex jinżammu aġġornati mal-iżviluppi dinjija u jiġu implimentati b'suċċess il-politiki Ewropej li jkunu nftiehmu b'mod konġunt. Il-proċeduri mibdula skont ir-realizzazzjoni tal-Istrateġija ta' Liżbona, li fihom il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaqsmu r-responsabbiltajiet, huma eżempju ċar ta' dan it-tip ta' interazzjoni u implimentazzjoni.

2.4

Il-“governanza f'bosta livelli”, fejn il-Kummissjoni, l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali u lokali kollha għandhom posthom u jaqsmu r-responsabbiltajiet f'qasam komuni, huwa mudell tal-istess dinamika.

2.5

Il-politiki u l-proġetti reġjonali jitfasslu fil-qafas tal-prattiki amministrattivi nazzjonali u reġjonali li s-soltu jkunu ferm ikkomplikati u varjati. Iżda huwa ovvjament fl-interess taċ-ċittadini u l-intrapriżi li l-politiki u l-proġetti jitwettqu b'mod korrett u konsistenti madwar l-Ewropa.

2.6

L-attenzjoni li l-PE ta lil dan is-suġġett kif ukoll il-ħafna mistoqsijiet, li għandhom jingħataw risposta għall-promozzjoni tal-konverġenza tal-prattiki madwar l-UE bil-għan li jinkiseb l-aħjar suċċess possibbli fil-politiki reġjonali, ifissru l-konsiderazzjonijiet korrespondenti inklużi fid-dokumenti tal-Kummissjoni u l-Kunsill.

2.7

Uħud minn dawn il-konsiderazzjonijiet u l-prinċipji korrespondenti ġew indirizzati fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “L-innovazzjoni u l-politika reġjonali” (5) bħala tħejjija għal-Laqgħa Ministerjali Informali dwar il-Koeżjoni Territorjali u l-Politika Reġjonali fl-Azores (6). Dawn kienu diġà applikati u sa ċertu punt implimentati fil-perijodu 2000-2006. Kultant żmien il-Kummissjoni tressaq l-argument li l-kompetittività mtejba ma tistax tinkiseb mill-Istati Membri individwali jew mir-reġjuni waħedhom: tinħtieġ kooperazzjoni stretta fost l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, l-intrapriżi, iċ-ċittadini u s-sħubijiet soċjali fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea u l-Istituzzjonijiet Ewropej (7). Barra minn hekk, evalwazzjoni ta' suċċess teħtieġ kapaċità amministrattiva u istituzzjonali aġġornata.

2.8

Il-Kummissjoni tressaq l-argument li l-progress huwa possibbli biss permezz tal-iżvilupp ta' sistemi fuq bosta livelli għall-governanza innovattiva, li jinkludi koordinazzjoni strateġika u taħlita adegwata ta' strateġiji għal kull reġjun — m'hemm l-ebda strateġija unika mirakoluża — fejn in-netwerks, il-clusters, iċ-ċentri ta' eċċellenza jkunu identifikati, possibbilment appoġġjati minn aġenziji reġjonali, għas-selezzjoni.

2.9

Għall-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013, il-Kummissjoni saħħet l-objettivi tagħha fil-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni b'enfasi fuq il-kompetittività, it-tkabbir u r-riżorsi umani. Hija żviluppat objettiv territorjali Ewropew li ffoka fuq il-kooperazzjoni transkonfinali permezz ta' objettivi u inizjattivi lokali u reġjonali konġunti, kooperazzjoni transnazzjonali mmirati lejn l-iżvilupp territorjali, il-kooperazzjoni interreġjonali u l-iskambju tal-esperjenzi (8).

2.10

Il-Ministri għall-Koeżjoni Territorjali u l-Politika Reġjonali fasslu Aġenda għar-reġjuni u l-bliet fil-Karta ta' Leipzig u l-Aġenda Territorjali (9). Fl-Azores, il-Laqgħa Ministerjali Informali ħadet il-pass li jmiss biex tfassal it-triq li għandha tieħu l-Aġenda għar-reġjuni u l-bliet. Il-Ministri enfasizzaw bil-qawwa fl-Ewwel Programm ta' Azzjoni t-twemmin tagħhom li l-governanza fuq bosta livelli hija għodda fundamentali għall-iżvilupp spazjali bbilanċjat tal-UE u offrew li jiltaqgħu ma' partijiet interessati seletti u awtoritajiet lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Aġenda Territorjali.

2.11

F'dan il-programm, il-Ministri enfasizzaw ukoll li l-għanijiet tal-Aġenda Territorjali jistgħu jinkisbu l-aħjar skont l-arranġamenti istituzzjonali fi ħdan kull Stat Membru permezz ta' parteċipazzjoni qawwija ta' poteri u partijiet interessati nazzjonali, reġjonali u lokali u bi djalogu mal-Kummissjoni Ewropea u l-Istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn (10). Għal darb'oħra, ta' min jinnota l-enfasi fuq il-ħtieġa għal diskussjoni reċiproka, appoġġ u azzjoni fil-katina sħiħa tal-governanza, minn atturi lokali madwar l-Ewropa sal-Kummissjoni u viċi-versa.

2.12

Fil-ħames linji ta' azzjoni l-Ministri enfasizzaw il-ħtieġa għat-tisħiħ tal-governanza territorjali fuq bosta livelli, forom ġodda ta' sħubija u governanza territorjali kif ukoll il-bżonn li tingħata dimensjoni territorjali/urbana lill-politiki settorjali.

2.13

Madankollu, huwa diżappuntanti — jekk mhux tipiku — li fil-Programm ta' Azzjoni tagħha r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni konkreta, talinqas fid-definizzjoni, baqgħet kważi kompletament f'idejn l-Istati Membri, u li l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet interessati l-oħrajn rari jissemmew bħala parti indispensabbli tal-proċess. Għadu aċċettat il-kunċett tradizzjonali tas-“sussidjarjetà”.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Jeżistu ostakoli għat-trasparenza, il-konsistenza u l-effiċjenza fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika reġjonali. Dawn huma l-aktar minħabba l-organizzazzjoni u l-metodi ta' ħidma bejn id-Direttorati Ġenerali u l-Fondi Ewropej fil-livell tal-UE. Madankollu, il-biċċa l-kbira iqumu minħabba n-nuqqasijiet u d-differenzi fit-tħaddim tal-governanza f'bosta livelli u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi.

3.2

L-abbozz ta' rapport tal-PE bir-raġun juri li tnedew għadd ta' inizjattivi pożittivi sabiex tittejjeb il-governanza fil-livell tal-UE, bħal URBAN I u II, LEADER u Urbact.

3.3

Madankollu, skont il-KESE, xi wħud minn dawn l-inizjattivi huma pjuttost vagi, bħall-Aġenda Territorjali. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda evidenza prattika sa liema punt il-“governanza fuq bosta livelli” hija fattur ta' suċċess fil-programmi li ssemmew hawn fuq.

3.4

Għalkemm il-governanza fuq bosta livelli qiegħda ssir prattika iktar aċċettata madwar l-Unjoni, il-metodi ta' ħidma trasparenti u konsistenti, u l-komunikazzjoni, għadhom nieqsa. Dan huwa l-aktar minħabba l-fatt li l-UE ma taħdimx bħala stat unitarju.

3.5

Anki l-mod li bih il-gvernijiet u l-partijiet interessati nazzjonali bħall-awtoritajiet deċentralizzati jqisu l-post tal-UE fil-kunċett tal-“governanza f'bosta livelli” kultant huwa differenti ħafna skont l-interessi nazzjonali u t-tradizzjonijiet kulturali.

3.6

It-tielet konsiderazzjoni għall-problemi potenzjali bil-“governanza f'bosta livelli” tinbet mill-varjetà wiesgħa ta' kunċetti amministrattivi u politiċi li jeżistu fl-Istati Membri nnifishom, u li għandhom għeruq fondi li s-soltu ma jkunux disposti għall-bidla.

3.7

Dawn il-konsiderazzjonijiet juru li approċċ ta' daqs wieħed għal kollox fil-livell tal-UE fl-ippjanar u l-programmazzjoni reġjonali huwa kważi impossibbli. L-istrutturi, l-approċċi u l-attitudnijiet nazzjonali, u ħafna drabi wkoll reġjonali, jibqgħu influwenti. Madankollu, ċirkostanzi prattiċi, bħall-iżviluppi finanzjarji, soċjoekonomiċi internazzjonali attwali, iġiegħlu l-analiżi mill-ġdid tal-proċeduri sabiex ir-reġjuni jkunu jistgħu jirkupraw iktar malajr u jħejju ruħhom għall-bidla.

3.8

Il-politika reġjonali tal-UE għandha tkun proċess minn isfel għal fuq kif ukoll minn fuq għal isfel. Minn isfel għal fuq peress li r-reġjuni jridu jidentifikaw u jtejbu l-kondizzjonijiet soċjali, ekonomiċi, ambjentali u kompetittivi, u peress li l-politika Ewropea (u nazzjonali) bilfors trid tiġi implimentata fuq il-post. Minn fuq għal isfel minħabba r-riżorsi finanzjarji u l-kondizzjonijiet qafas li huma provduti u definiti fil-livell tal-UE u nazzjonali. Qatt ma jkun każ ta' direzzjoni unika.

3.9

L-inizjattivi li ttieħdu fil-livell tal-UE u l-intenzjonijiet tajba tal-Istati Membri biex jippromovu approċċi amministrattivi iktar effettivi u konverġenti madwar l-Ewropa għandhom jitqiesu b'mod pożittiv. Madankollu, governanza tajba fil-politika reġjonali teħtieġ l-ewwel u qabel kollox aġġustamenti f'forom riġidi ta' governanza fuq bosta livelli, li fl-aħħar mill-aħħar tfisser aġġustamenti fl-istil u l-mentalità tal-governanza.

3.10

Id-dokumenti msemmija hawn fuq fil-kapitolu 2 juru li l-Kunsill, b'mod ġenerali, jaqbel ma' din il-fehma. Żgur illi dan huwa pass 'il quddiem sinifikanti; iżda t-triq mill-kliem għall-implimentazzjoni prattika hija ħafna drabi waħda twila.

3.11

L-implimentazzjoni effettiva hija ħafna eħfef biex tinkiseb f'pajjiżi u reġjuni bi tradizzjoni deċentralizzata milli f'sistemi amministrati b'mod ċentralizzat. Jinħolqu komplikazzjonijiet addizzjonali f'xi Stati Membri, fejn politika reġjonali rfinata ma teżistix u fejn l-awtoritajiet reġjonali għadhom mhumiex stabbiliti kompletament.

3.12

Il-KESE jenfasizza l-bżonn għal statistika Ewropea aħjar u preċiża bħala rekwiżit fundamentali għal politika reġjonali effettiva.

3.13

Il-KESE jappoġġja kull sforz għat-titjib fil-governanza Ewropea. Dan għandu jirriżulta f'rabta aħjar u iktar trasparenti bejn il-“politiki” u r-riżultati. Għar-riżultati, il-parteċipazzjoni tal-partijiet reġjonali u lokali, dawk pubbliċi u privati, hija indispensabbli. Dawn għandhom jiġu adottati b'mod iktar viżibbli. Is-soltu l-parteċipazzjoni twassal għal impenn u responsabbiltà konġunti. Fil-fehma tal-KESE dan huwa kruċjali.

4.   “Governanza f'bosta livelli”: interazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-gvernijiet u r-reġjuni

4.1

Fil-livell tal-Kummissjoni, il-preżentazzjoni tad-diversi fondi Komunitarji, relatati mal-politika reġjonali, għandha ssir iktar koerenti. L-istampa globali tal-prinċipji, miri u objettivi tal-politiki Komunitarji f'dan il-qasam huwa pjuttost sors ta' konfużjoni għall-barranin.

4.2

Hemm bżonn approċċ komuni li jinftiehem bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni. F'dan ir-rigward il-Grupp Intraservizzi għall-Affarijiet Urbani (11) jista' jkun utli ħafna.

4.3

Preżentazzjoni iktar koeżiva u l-viżibbiltà ta' approċċ komuni fil-livell tal-UE tista' tagħti eżempju lill-gvernijiet u l-ministeri sabiex jadottaw approċċi integrati fir-reġjuni u l-bliet fejn dawn is-soltu ma jeżistux fil-livell nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, ikun utli li jitnaqqsu d-differenzi bejn il-livell tal-UE u dak tar-reġjuni u l-bliet.

4.4

Implimentazzjoni flessibbli tal-governanza fuq bosta livelli u s-sinerġiji korrespondenti tista' tkun inċentiv tajjeb għall-aġġustament tal-prattiki amministrattivi fl-Istati Membri. Billi l-objettiv aħħari tal-politika reġjonali hija li timmobilizza kemm jista' jkun il-potenzjal (mistur) tar-reġjuni u l-bliet, l-istrutturi governattivi għandhom jiġu organizzati b'mod trasparenti u konsistenti.

4.5

Il-Fondi tal-UE, b'koordinazzjoni stretta mal-programmi nazzjonali, għandhom joffru inċentivi stimulanti biex irawmu dan il-potenzjal.

4.6

Il-Kummissjoni għandha wkoll rwol iktar mifrux biex torbot lir-reġjuni u l-bliet mal-Ewropa u billi tappoġġja reġjuni u bliet li għandhom kunfidenza fihom innifishom, li jirkupraw malajr u li jkunu sostenibbli: billi jispjegaw, anki fil-livell deċentralizzat, is-sinifikat tal-Aġenda ta' Liżbona (li s'issa mhijiex mifhuma sew); billi toħloq sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol futur tal-bliet u ż-żoni metropolitani; billi xxerred l-approċċi li sabu suċċess madwar l-Ewropa (12). Istituti speċjalizzati tar-riċerka u l-universitajiet jistgħu jipprovdu l-appoġġ.

4.7

Fil-fehma tal-KESE, dan żgur ma jfissirx proċeduri burokratiċi ġodda, iżda minflok inqas burokrazija u u deċentralizzazzjoni mmirata u konsistenti.

4.8

Skont il-KESE, id-deċentralizzazzjoni hija promettenti ħafna billi tenfasizza r-responsabbiltà tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u trawwem it-trasparenza.

4.9

Ir-responsabbiltà u t-trasparenza huma essenzjali. Dawn huma s-sisien għall-ħtiġijiet fundamentali ta' kull żvilupp reġjionali, li huma t-tmexxija, il-viżjoni u l-konsistenza. Fl-Ewropa nsibu eżempji eċċezzjonali ta' dawn (13).

4.10

L-UE u l-gvernijiet nazzjonali għandhom iqisu l-mekkaniżmi u l-prattiki ta' ħidma fir-reġjuni u l-bliet li sabu suċċess, inklużi ż-żoni metropolitani. Dawn mhumiex “stati” żgħar. Għandhom natura differenti; l-amministrazzjoni tagħhom hija fundamentalment differenti mill-ġestjoni fil-livell tal-istat.

4.11

L-approċċ tagħhom ħafna drabi huwa spirat minn objettivi konkreti li jqanqlu l-iżvilupp globali (14); l-immaġni tagħhom hija ddeterminata l-aktar mit-titjib tal-kondizzjonijiet għall-investiment (barrani), il-clusters u r-riżorsi umani. Fl-istess ħin, illum il-ġurnata, l-iżvilupp sostenibbli jokkupa post għoli fl-aġenda, ħdejn l-inklużjoni soċjali, u l-kwalità tax-xogħol u l-kondizzjonijiet tal-għajxien.

4.12

Jista' jitwaqqaf programm ta' skambju Ewropew għall-uffiċjali fir-reġjuni u l-bliet. L-għarfien transkonfinali tal-approċċi u l-istrateġiji ta' xulxin, pereżempju rigward l-iżvilupp spazjali, il-promozzjoni tal-attraenza ekonomika u d-djar soċjali, ikun ta' benefiċċju kbir.

4.13

Il-KESE jipproponi li jitwaqqfu programmi ta' ġemellaġġ bejn ir-reġjuni u l-bliet madwar l-Ewropa billi dawn diġà jeżistu f'għadd ta' oqsma ta' politika oħrajn, sabiex ir-reġjuni jidraw il-programmi u l-proċeduri deċentralizzati.

4.14

Skambji strutturati tajbin bħal dawn fl-Ewropa jistgħu jikkontribwixxu għall-bidla fil-mentalità u l-attitudni biex jippromovu l-espressjoni u l-kapaċità għall-irkurpru tar-reġjuni u l-bliet. Kif juru għadd ta' eżempji, ir-reġjuni u ż-żoni metropolitani sikwit jirċievu impulsi pożittivi mid-dinamika tal-internazzjonalizzazzjoni ekonomika. Isibu toroq ġodda biex jispikkaw b'suċċess.

4.15

Il-programmi Komunitarji jistgħu jappoġġjaw din is-sensibilizzazzjoni, jew permezz ta' proġetti kofinanzjati mill-Fondi, jew minn komunikazzjoni u parir immirat mingħand l-uffiċjali tal-Kummissjoni. Dawn jistgħu jiġu appoġġjati minn korpi ta' konsulenza speċjalizzati li joperaw b'mod transkonfinali. Appoġġ mill-PE li jiffavorixxi l-istrutturar ta' dan il-proċess, li diġà ngħata bidu, ikun ta' għajnuna wkoll.

4.16

Il-KESE japprova l-proposta tal-PE li jitwaqqaf Kunsill formali tal-EU għall-Iżvilupp Territorjali. Dan iservi biex jenfasizza s-sinifikat tal-“governanza f'bosta livelli”. Ikun pjattaforma tajba għall-iżvilupp tal-ideat dwar approċċ olistiku għar-reġjuni u l-bliet. Bis-saħħa tiegħu d-diskussjonijiet u l-ftehimiet fil-Kunsill isiru iktar obbligatorji.

4.17

Fuq il-bażi tal-Ewwel Programm ta' Azzjoni (2007) (15) tista' titnieda diskussjoni Ewropea dwar il-modernizzazzjoni tas-sistemi u l-prattiki amministrattivi fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-istat u r-reġjuni/bliet. L-għanijiet tiegħu għandhom ikunu: tnaqqis ta' proċeduri burokratiċi, it-tisħiħ tal-kunfidenza, il-promozzjoni ta' reġjuni u bliet li jirkupraw malajr u li jkunu sostenibbli, it-trasparenza, it-tnaqqis tad-distanza bejn il-livelli deċentralizzati u l-livell tal-UE.

4.18

Dawn is-suġġerimenti għandhom jitqiesu bħala parti mill-“governanza” aħjar tar-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha. Dawn m'għandhomx jitqiesu fil-qafas ta' ġerarkija ta' kompetenzi bejn il-livelli governattivi. Għall-kuntrarju, fil-fehma tal-KESE, “il-governanza f'bosta livelli” hija mudell flessibbli ta' relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni, il-gvernijiet nazzjonali, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, adattata skont is-sitwazzjonijiet speċifiċi u l-konsiderazzjonijiet tematiċi.

5.   Governanza tajba tfisser sħubijiet mas-soċjetà ċivili organizzata

5.1

Fl-opinjoni tal-KESE l-amministrazzjoni aġġornata fil-livell lokali u reġjonali teħtieġ il-parteċipazzjoni ta' diversi oqsma tal-komunitajiet lokali u reġjonali. Dawn jistgħu jġibu magħhom diversi kompetenzi u fehmiet, li jindirizzaw bżonnijiet speċifiċi. Dan huwa rikonoxxut ukoll, b'mod espliċitu jew impliċitu, f'għadd ta' konsiderazzjonijiet tal-Kunsill (16).

5.2

Ir-referenza ċentrali li tikkonċerna 'is-sħubija' hija l-Artikolu 11 tar-regolamentazzjoni ġenerali dwar il-fondi strutturali li jsejħu għas-sħubija, jiġifieri l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-atturi soċjoekonomiċi u s-soċjetà ċivili organizzata (17).

5.3

Fil-fehma tal-KESE, governanza tajba fil-politika reġjonali tinkludi l-parteċipazzjoni responsabbli u trasparenti tas-soċjetà ċivili rappreżentattiva u leġittima, magħmula minn atturi b'definizzjoni ċara fil-livell reġjonali. Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni għandhom jagħmlu parti mid-definizzjoni, il-programmazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proġetti reġjonali. Din il-kooperazzjoni għandha tittwettaq ukoll f'każ ta' proġetti interreġjonali u transkonfinali, fost oħrajn fil-qafas tar-ragruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (18);

5.4

F'kuntest iktar ġenerali, il-fehma tal-KESE hija li d-deċentralizzazzjoni għandha effett tajjeb fuq it-trawwim tar-responsabbiltà u t-trasparenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jimmobilizzaw ukoll il-partijiet interessati nongovernattivi bħall-imsieħba soċjali, il-kmamar tal-kummerċ, il-kumpaniji, l-aġenziji tal-iżvilupp, l-organizzazzjonijiet tad-djar, l-aġenziji ambjentali, l-aġenziji soċjali, il-faċilitajiet edukattivi fil-livelli kollha, il-kura tas-saħħa, il-periti u l-artisti.

5.5

Minkejja l-intenzjonijiet li esprima l-Kunsill u djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni biex irawmu sħubijiet bħal dawn, fil-prattika dawn iseħħu f'numru limitat ta' każijiet (19). F'bosta każijiet, dawn sempliċement ma jeżistux. L-eżempji tajbin għandhom jiġu ppubblikati.

5.6

Min-naħa tagħha, is-soċjetà ċivili rappreżentattiva għandha tiġi organizzata b'mod sodisfaċenti fil-livell reġjonali, u għandha tutilizza l-kompetenzi xierqa. Dawn il-kondizzjonijiet mhumiex faċli f'dawk il-każijiet fejn is-soċjetà ċivili għadha dgħajfa jew fejn tirrifletti varjetà kbira ta' interessi li kultant ikunu opposti.

5.7

Il-Kummissjoni għandha tingħata l-opportunità li taġixxi bħala katalista u tippromovi l-kurva tat-tagħlim (learning curve) fil-governanza deċentralizzata.

5.8

Barra minn hekk, is-sensibilizzazzjoni u l-viżjoni dwar il-bidla u l-aġġustament fir-reġjuni u l-bliet jistgħu jrawmu iktar sħubijiet u sħubijiet aħjar. L-esperjenza turi li viżjoni konsistenti fost l-awtoritajiet pubbliċi toħloq spazju għal kooperazzjoni iktar intensiva mal-partijiet interessati l-oħra. L-Artikolu 11 dwar is-Sħubija fid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Fondi Strutturali għandu jitqies fl-istess perspettiva.

5.9

Jeżistu ħafna opportunitajiet. Governanza aħjar fil-livell deċentralizzat twassal għal soċjetajiet li ġeneralment ikunu jistgħu jirkupraw iktar malajr u li jkunu iktar b'saħħithom għall-ġejjieni.

5.10

Billi l-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tippubblika dokument dwar il-kwistjoni ta' sħubija fil-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni iktar tard din is-sena, il-KESE jipproponi li jerġa' jindirizza din il-kwistjoni iktar fid-dettall f'Opinjoni separata.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Fil-fehma tal-KESE, “reġjuni” u “bliet” mhumiex neċessarjament bħal entitatjiet amministrattivi korrespondenti eżistenti, iżda huma iktar kunċett dinamiku li jikkonsisti f'żoni soċjoekonomiċi li jħaddnu r-reġjuni-netwerk, il-bliet u lil ta' madwarhom, muniċipalitajiet minsuġa flimkien u żoni metropolitani.

(2)  Ara l-Opinjoni tal-KESE “Sħubija għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali”, ĠU C 10, 14.1.2004, p. 21.

(3)  Governanza Ewropea, COM(2001) 428 finali ressqet fost affarijiet oħra viżjoni ġdida dwar kif l-UE tista' u għandha tiffunzjona, billi toħloq parteċipazzjoni aħjar u iktar trasparenza, tidentifika b'mod ċar ir-rabtiet bejn il-politiki, ir-regolamentazzjoni u r-riżultati konkreti. Din kellha l-intenzjoni espliċita li ttejjeb ir-rabta bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha.

(4)  PE407.823v01-00 — Rapporteur Jean-Marie Beaupuy.

(5)  SEC(2007) 1547, 14.11.2007.

(6)  Laqgħa li saret matul il-Presidenza Portugiża, fit-23 u l-24 ta' Novembru 2007.

(7)  Ibid, punt 6. Ara wkoll: 18: fatturi influwenti għal reġjun ta' suċċess.

(8)  Ibid, punt 17.

(9)  “Il-Karta ta' Leipzig għall-bliet Ewropej sostenibbli” u “Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea, Lejn Ewropa iktar Kompetittiva u Sostenibbli magħmula minn reġjuni diversi”, Laqgħa Ministerjali Informali dwar l-Iżvilupp Urban fl-24 u l-25 ta' Mejju 2007.

(10)  Ibid, punt 8.

(11)  Il-Grupp Intraservizzi għall-Affarijiet Urbani beda fl-2007. Id-DĠ kollha li jittrattaw oqsma speċifiċi tal-interessi tal-bliet huma rappreżentati.

(12)  Il-Kummissjoni ħadmet il-kompetenzi għal 26 reġjun fi Franza f'forma ta' benchmarking.

(13)  Eżempju eċċezzjonali huwa Bilbao, fejn għoxrin sena ta' tmexxija, viżjoni u konsistenza wasslu għal metropoli moderna li tħares lejn il-futur f'reġjun li kien ekonomikament lura ħafna fil-bidu tas-snin tmenin. Din it-tmexxija f'Bilbao kienet appoġġjata finanzjarjament mill-gvern Ċentrali u dak Bask u mill-provinċja, bħala eżempju ta' sħubija effiċjenti bejn is-setturi pubbliku u privat kif ukoll bis-saħħa ta' sħubijiet konvinċenti mas-soċjetà ċivili organizzata u mas-settur privat.

(14)  Fosthom, insibu eżempji interessanti bħall-post fejn jiltaqgħu il-linji tal-ferroviji veloċi f'Lille, il-Logħob Olimpiku u l-500 anniversarju tas-sejba tal-Amerka minn Columbus f'Barċellona, u ċentru tal-belt ġdid orjentat lejn il-futur f'Birmingham. Fit-tliet każijiet dawn l-objettivi mexxejja kienu punt ta' bidu ġdid għal żvilupp ġdid.

(15)  Ara L-Ewwel Programm ta' Azzjoni, pġ. 5: Jinħtieġu forom ġodda ta' governanza territorjali biex irawmu approċċ integrat aħjar u l-kooperazzjoni flessibbli bejn il-livelli territorjali differenti.

(16)  Ara l-Kapitolu 2.

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1083/2006, Lulju 2006, li għandu jiġi applikat għall-programmi kollha tal-politika tal-koeżjoni tal-UE mill-2007 sal-2013. Huwa evidenti li s-sħubijiet fil-livell nazzjonali, ikunu kemm ikunu importanti, ma jistgħux jissostitwixxu s-sħubijiet mas-soċjetà ċivili reġjonali.

(18)  Ir-Regolament (KE) 1082/2006, Lulju 2006. Dan ir-regolament li jittratta l-operazzjonijiet transkonfinali huwa limitat għall-prattiki amministrattivi.

(19)  F'bosta okkażjonijiet, il-KESE talab għal sħubija fl-implimentazzjoni tal-politika reġjonali, eż. Is-sħubija għall-implimentazzjoni tal-fondi strutturali, (mhux disponibbli bil-Malti) ĠU C 10, 14.1.2004, p. 21 u r-Rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE għall-koeżjoni u l-iżvilupp reġjonali, (mhux disponibbli bil-Malti) ĠU C 309, 16.12.2006 p. 126. Is-sħubija reġjonali għandha tkun garantita f'oqsma oħra, bħall-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u s-Seba' Programm Qafas, ara l-opinjoni tal-KESE dwar: Il-gvernanza territorjali tal-bidla industrijali: ir-rwol tal-imsieħba soċjali u l-kontribut tal-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni, (mhux disponibbli bil-Malti) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 12 .


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/148


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-proprjetà personali ta' individwi (verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 376 finali — 2008/0120 (COD)

(2009/C 77/31)

Nhar it-18 ta' Ġunju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-proprjetà personali ta' individwi (verżjoni kkodifikata)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m'hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu tas-17 u tat-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), iddeċieda b'unanimità li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/148


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-Istrateġija UE-Afrika

(2009/C 77/32)

F'ittra ddatata l-11 ta' Lulju 2007, il-Kummissarju Louis Michel, Kummissarju għall-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja, talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex iħejji opinjoni esploratorja dwar

“L-Istrateġija UE-Afrika”.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-17 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kien is-Sur Dantin.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru (seduta tat-18 ta' Settembru 2008), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'89 vot favur, l-ebda vot kontra u l-ebda astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Fil-kuntest globalizzat tas-seklu l-ġdid, hemm bżonn ta' evoluzzjoni konsiderevoli tar-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-Afrika, billi nitgħallmu mill-esperjenzi tal-passat u b'mod partikulari billi naħdmu għal sħubija bbażata fuq drittijiet u dmirijiet ugawli. Wara snin sħaħ ta' kooperazzjoni u ta' għajnuna għall-iżvilupp, il-faqar estrem tal-Afrika qed jaggrava u jiħrax. Il-frott ta' tkabbir li mexa f'direzzjoni ħażina, ikkaratterizzat minn livell baxx ta' impjiegi ġodda, ma nxteridx b'mod ugwali u b'hekk żdiedu l-inugwaljanzi. Iktar minn 55 % tal-popolazzjoni tal-Afrika sub-Saħarjana tgħix b'inqas minn dollaru fil-ġurnata, madwar 70 % tal-għadd totali tal-impjiegi huma impjiegi informali u ta' sussistenza u aktar minn 57 % minnhom huma impjiegi fis-settur tal-agrikoltura. Dan kollu juri nuqqas drammatiku ta' impjiegi deċenti u produttivi.

1.2

Il-kwistjoni hija importanti ħafna għall-iżvilupp u l-istabbiltà tal-kontinent Afrikan, iżda hija importanti wkoll għas-sigurtà tal-kontinent Ewropew u l-kapaċità tiegħu li joħloq tkabbir sostenibbli.

1.3

Il-politiki tal-iżvilupp li ġew implimentati s'issa mill-Unjoni Ewropea, li kienu r-riżultat ta' diversi ftehimiet (Lomé, Yaoundé, Cotonou), u l-fondi ddedikati għalihom ma kisbux ir-riżultat mixtieq, b'mod speċjali fir-rigward tal-ħolqien ta' xogħol deċenti. Is-sitwazzjoni ma tistax tibqa' kif inhi. Jeħtieġ li jsir tibdil, u għalhekk il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon is-suċċess tas-summit UE-Afrika li sar f'Liżbona fit-8 u d-9 ta' Diċembru 2007.

1.3.1

Jilqa' b'mod partikulari l-fatt li l-kwistjoni tal-impjiegi ġiet ikkunsidrata b'mod trasversali.

1.4

Fil-fatt il-KESE jqis li l-ħolqien ta' impjiegi deċenti huwa importanti ħafna għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi u tal-faqar, hekk kif huwa importanti wkoll għall-integrazzjoni soċjali u għall-iżvilupp ta' ħajja dinjituża, kollha elementi meħtieġa sabiex jitnaqqsu l-estremiżmu u l-kunflitti u tiżdied l-istabbiltà meħtieġa f'dawn l-Istati.

1.5

Sabiex jiġi żviluppat l-impjieg deċenti, il-Kumitat jemmen li hemm bżonn ta' azzjoni msejsa fuq il-parametri msemmija f'din l-opinjoni, li minkejja li huma tant differenti, huma marbuta b'sinerġiji b'saħħithom li jiġġeneraw l-azzjoni reċiproka u li flimkien jikkostitwixxu politika unika.

1.5.1

It-tkabbir ibbażat essenzjalment fuq l-użu tar-riżorsi naturali, ftit li xejn ħoloq impjiegi ġodda. Għalhekk jeħtieġ li t-tkabbir jerġa' jibda jinbena fuq l-ipproċessar primarju jew fuq il-prodotti finali. Dan għandu jkun l-għan tal-invenstimenti li jsiru, jiġifieri li tingħata importanza partikulari lis-setturi li għandhom livell għoli ta' valur miżjud.

1.5.2

Is-settur privat għandu importanza kapitali u permezz tiegħu l-SMEs ukoll. L-iżvilupp tal-SMEs għandu jsir wieħed mill-elementi ċentrali tal-politika ta' kooperazzjoni tal-UE.

1.5.3

Iż-żieda attwali fil-prezzijiet tal-materja prima hija raġuni oħra għalfejn is-settur agrikolu għandu jsir prijorità tal-iżvilupp strateġiku. Billi l-agrikoltura tokkupa parti importanti tat-territorju u tal-popolazzjoni rurali, hija għandha tikkontribwixxi għall-awtosuffiċjenza alimentari, għall-iżvilupp ta' industrija tal-ipproċessar u wkoll biex tnaqqas ir-ritmu li bih il-popolazzjoni qiegħda titlaq miż-żoni rurali.

Jeħtieġ li tiġi ppjanata politika agrikola fuq perjodu ta' żmien qasir u medju kif ukoll fit-tul, u l-prijorità għandha tkun l-istabbiliment ta' baġit għall-implimentazzjoni tagħha. It-tfassil ta' din il-politika għandu jsir flimkien mal-organizzazzjonijiet agrikoli.

1.5.4

L-iżvilupp tar-riżorsi umani huwa fattur indispensabbli ta' kull strateġija tal-iżvilupp. Jeħtieġ li minn issa 'l quddiem issir analiżi tal-ħtiġijiet f'termini ta' impjieg u tas-suq tax-xogħol, isiru previżjonijiet u jkunu antiċipati l-isfidi ewlenin marbuta mal-adattament tat-taħriġ vokazzjonali għall-impjieg.

1.5.5

Filwaqt li sar progress notevoli fil-qasam tal-integrazzjoni reġjonali u sotto-reġjonali, il-potenzjal kummerċjali għadu ma ġiex sfruttat. Il-miżuri għandhom jiġu kkoordinati b'tali mod li jarmonizzaw il-proċeduri doganali, itejbu l-infrastruttura u jiżguraw il-moviment ħieles taċ-ċittadini. Minn dan il-lat, il-Kumitat jiddispjaċih li sal-lum għadhom ma ġewx konklużi n-negozjati reġjonali tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika li fost l-għanijiet tagħhom jinkludu l-integrazzjoni reġjonali.

1.5.6

Id-djalogu soċjali għandu jakkumpanja u jtejjeb kull politika tal-iżvilupp, partikularment permezz tan-negozjar kollettiv. Għalhekk jeħtieġ li jinħolqu jew jiġu żviluppati organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema b'saħħithom u indipendenti.

1.5.7

Il-parteċipazzjoni tal-atturi non-statali hija importanti ħafna għall-iżvilupp tal-impjiegi u għalhekk għandha titpoġġa fil-qalba tal-istrateġija komuni UE-Afrika. L-atturi non-statali għandhom jiġu integrati fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali.

1.5.8

Il-fiduċja tal-investituri tiddependi ħafna fuq “il-gvernanza tajba”. Minn din il-perspettiva, hija essenzjali għall-impjieg. Dan il-prinċipju għandu jitqies fit-totalità tiegħu u jinkludi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema — fosthom il-libertajiet tat-trade unions — l-istandards tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Dwar dan l-aħħar punt, l-UE u l-Istati Membri għandhom jallokaw l-għajnuna finanzjarja tagħhom bil-kundizzjoni li l-użu tagħha jkun traċċabbli.

2.   Introduzzjoni

2.1

F'ittra ddatata l-11 ta' Lulju 2007, il-Kummissarju Louis Michel, Kummissarju għall-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja, talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex iħejji opinjoni esploratorja dwar il-kwistjonijiet differenti li ħarġu mill-Komunikazzjoni intitolata “Mill-Kajr għal Liżbona — is-sħubija UE-Afrika”, b'mod partikulari l-kwistjoni ta' kif jista' jitnaqqas id-defiċit tal-impjiegi fl-Afrika.

2.2

Il-KESE jilqa' din it-talba, li fil-qafas tal-politiki ta' żvilupp li ġew implimentati fl-Afrika għal għexieren ta' snin, tqajjem mistoqsijiet ġodda dwar is-sitwazzjoni fil-ġejjieni b'referenza għad-deċiżjonijiet tas-summit UE-Afrika li jinsabu fid-dikjarazzjoni intitolata Is-Sħubija Strateġika, u li huma akkumpanjati mill-Ewwel Pjan ta' Azzjoni (2008-2010) maħsub għall-implimentazzjoni tagħha.

2.3

Bil-konsultazzjoni tal-Kumitat dwar it-tema tal-impjiegi, il-Kummissjoni qed tagħmilha ċara li hija identifikat l-impjieg bħala objettiv primarju tal-politika tagħha tal-iżvilupp, kif ukoll li l-atturi ekonomiċi u soċjali għandhom rwol x'jaqdu fl-eradikazzjoni tal-faqar permezz tal-ħolqien ta' impjiegi deċenti. Il-KESE jinsab sodisfatt b'dan.

Il-Kumitat ta ħarsa ħafifa lejn il-politiki preċedenti u r-riżultati tagħhom u kkunsidra wkoll is-sitwazzjoni attwali tal-Afrika u l-politiki futuri tagħha. Fid-dawl ta' dan, din l-opinjoni ser tenfasizza l-azzjonijiet essenzjali li, skont il-Kumitat, għandhom jitwettqu sabiex jingħata kontribut għall-ħolqien ta' impjiegi deċenti. Din ir-riċerka ser tikkunsidra l-linji gwida u l-pjan ta' azzjoni li ġew adottati matul is-summit UE-Afrika li sar fit-8 u fid-9 ta' Diċembru 2007 f'Liżbona. Biex tkun tista' tagħmel dan, ser tibbaża ruħha, b'mod partikulari, fuq ix-xogħlijiet preċedenti tal-KESE li jikkonċernaw l-iżvilupp tal-Afrika (1).

3.   Kummenti Ġenerali

3.1

L-Afrika hija kontinet eteroġenu. Hija magħmula minn Stati li ħafna minnhom huma differenti minn xulxin kemm f'termini ta' storja kif ukoll ta' kultura, etniċità, riżorsi naturali (minerali, żejt, djamanti), klima u saħansitra ta' demokrazija, tmexxija tajba u rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem. Dawn id-differenzi irriżultaw f'livelli ekonomiċi u soċjali varji. Għalhekk wieħed għandu jfittex li jifhem u jħares lejn il-kontinent b'attenzjoni kbira f'sens globali u uniku. Madanakollu jibqa' l-fatt li l-pajjiżi ta' dan il-kontinent jaqsmu ċertu għadd ta' karatteristiċi b'mod partikulari fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Ewropa, jekk hux dawk tal-passat jew dawk tal-ġejjieni jew aħjar storja komuni, li ser tagħti lok għal ġejjieni komuni fi ħdan moviment magħqud għall-bidla.

3.2

Fil-kuntest globalizzat tas-seklu l-ġdid, jeżisti l-bżonn ta' evoluzzjoni konsiderevoli fil-qasam tar-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-Afrika, billi nitgħallmu mill-esperjenzi tal-passat. Din l-evoluzzjoni għandha tinbena fuq ir-realizzazzjoni li jeħtieġ li jitfassal ġejjieni komuni li għandu jkun ibbażat fuq l-isfidi u r-riskji komuni u loġika ta' interessi reċiproċi, aktar milli fuq storja komuni qasira, mogħdrija jew lealtà, u dan bir-riskju li ċerti msieħba, f'kull wieħed miż-żewġ kontinenti, ikollhom jaffaċċjaw il-kontradizzjonijiet tagħhom.

3.3

Il-kwistjoni hija importanti ħafna. Ħmistax-il kilometru lilhinn mit-territorju Ewropew, il-kontinent Afrikan huwa t-territorju li jiġbor fih “ir-riskji ewlenin” kollha tad-dinja tal-lum: immigrazzjoni bla kontroll, epidemiji ġodda, katastrofijiet klimatiċi u ambjentali u theddid terroristiku. Iżda huwa wkoll il-kontinent bl-ikbar potenzjal, kemm f'dak li jikkonċerna r-riżorsi naturali kif ukoll f'termini tad-domanda prevista tal-konsum u tal-investiment.

3.4

L-Unjoni Ewropea hija bla dubju l-imsieħeb ekonomiku ewlieni tal-kontinent Afrikan u wkoll id-donatur ewlieni tiegħu. Iżda dan il-monopolju storiku qed jiddgħajjef kemm mill-azzjoni tal-“finanzjaturi emerġenti” — l-ewwel iċ-Ċina, iżda wkoll l-Indja, il-pajjiżi l-kbar tal-Amerika Latina, il-monarkiji tal-Golf, l-Iran — kif ukoll mir-ritorn tal-Istati Uniti, li l-ħsieb tagħhom huwa li jippreservaw is-sikurezza tal-provvisti tagħhom tal-enerġija, li jopponu t-theddida tat-terroriżmu, li jwessgħu t-territorju li fih ser jitwasslu l-valuri Kristjani u tad-demokrazija, u li jopponu l-involviment taċ-Ċina, li qiegħed jinkwetahom (2).

3.5

Mil-lum 'il quddiem, is-sigurtà tal-kontinent Ewropew, kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jippreserva t-tkabbir sostenibbli, ser jiddependu, b'mod strett u immedjat, mill-iżvilupp u l-istabbiltà tal-kontinent Afrikan. Fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul, l-Ewropa mhux ser tkun gżira ta' prosperità li tinsab ħmistax-il kilometru lilhinn minn kontinent li l-karatteristika ewlenija tiegħu hija l-miżerja. L-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni Ewropea jiddependi minn dan. L-Unjoni Ewropea trid tifhem li llum-il-ġurnata l-Afrika hija l-fruntiera tagħha.

3.6

Skont il-Kummissarju Louis Michel, l-istrateġija tal-Ewropa fir-rigward tal-Afrika ilha żmien ikkaratterizzata minn relazzjoni asimmetrika ta' donatur-benefiċjarju, kif ukoll minn kuxjenza ideoloġika falza u minn viżjoni unilaterali tal-interessi tagħna. Din il-viżjoni antikwata u xejn realistika għamlet ħafna ħsara. Jeħtieġ li ndawru l-paġna u nimirħu lejn kunċett ġdid ta' sħubija, bejn imsieħba ugwali fid-drittijiet u fid-dmirijiet, sħubija li tipprattika l-loġika ta' interessi komuni, ibbażata fuq parametri bħalma huma l-iżvilupp sostenibbli, tmexxija ekonomika, fiskali u soċjali tajba u t-trasferimenti ta' teknoloġiji (3).

3.6.1

Għalhekk din l-istrateġija bbażata fuq relazzjoni asimmetrika “donatur-benefiċjarju” jew “finanzjaturi-benefiċjarji” u kkonkretizzata partikularment fil-kontenut tal-ftehimiet differenti li kienu jew għadhom jirregolaw ir-rapporti bejn l-UE u l-Afrika, fir-rigward ta' dik li llum hija s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Afrika, hija “falliment” (4). Għalhekk jeħtieġ li tinbidel is-sitwazzjoni.

Din l-istrateġija poġġiet l-Istati Afrikani fi stat ta' dipendenza, partikularment finanzjarja, u dan xekkel id-dinamiżmu meħtieġ għal dħul pożittiv fl-ekonomija dinjija.

3.6.1.1

Fil-fatt, minkejja għexieren ta' snin ta' għajnuna għall-iżvilupp li kienet il-prattika tal-Unjoni Ewropea, ta' għadd ta' Stati Membri (li kienu kolonja fil-passat), u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma huwa l-Bank Dinji, il-faqar estrem tal-Afrika kompla jaggrava u jiħrax.

3.6.1.2

Filwaqt li xi pajjiżi u reġjuni emerġenti, bħalma huma ċ-Ċina, l-Indja, ix-Xlokk tal-Ażja u l-Brażil qegħdin isiru potenzi ekonomiċi u jingħaqdu fil-kummerċ internazzjonali, l-Afrika ma jirnexxiliex tagħti impetu lilha nnifisha bi ftit eċċezzjonijiet.

3.6.1.3

Għaliex pajjiż bħall-Korea t'Isfel, li sa ftit snin ilu kien jgħix biss “għar-ross u fuq ir-ross”, illum-il-ġurnata sar wieħed mill-pajjiż minn ta' quddiem fid-dinja tal-kostruzzjoni elettronika u navali, tas-servizzi tal-informatika, tal-kostruzzjoni tal-karozzi, eċċ.? Għaliex l-Afrika le?

3.6.1.4

L-Ewropa tibqa' l-importatur ewlieni ta' prodotti Afrikani. Madankollu, minkejja kważi 25 sena ta' ħlas doganali asimmetriku, il-volum tal-esportazzjonijiet tal-pajjiżi Afrikani lejn l-UE naqas b'iktar min-nofs, u minn 8 % fl-1975 naqas għal 2.8 % tal-volum tal-kummerċ dinji fl-2000. Dan it-trattament doganali preferenzjali ma kienx biżżejjed. In-nuqqas ta' kompetittività tal-prodotti Afrikani xekkel il-kapaċità għall-esportazzjoni tal-Afrika lejn l-Ewropa.

3.6.1.5

Il-vantaġġi li nkisbu mit-tkabbir, essenzjalment marbutin mal-isfruttament tar-riżorsi naturali, ma tqassmux b'mod ugwali u b'hekk żdiedu l-inugwaljanzi li wasslu biex il-foqra jibqgħu foqra u saħansitra jiftaqru iktar, filwaqt li s-sinjuri jsiru iktar sinjuri. Dan imur lil hinn mill-prinċipji ta' gvernanza ekonomika tajba b'valuri etiċi. Għadd ta' Afrikani tkellmu kontra s-sitwazzjoni:

“(Jeħtieġ) li l-fondi li nkisbu illegalment u li jinsabu maħżuna f'banek barranin jerġgħu jidħlu fil-pajjiż ta' oriġini” (5).

“Aħna nbatu mill-marda tat-tmexxija ħażina, ċerti pajjiżi saru iktar foqra milli kienu qabel ma fetħu l-minjieri taż-żejt u tad-djamanti. Ċerti pajjiżi għandhom mexxejja b'ġid personali ogħla mid-dejn kollu tal-pajjiż! Il-ħażen mhux ġej minn barra iżda minn fostna stess” (6).

4.   Mill-Kajr għal Liżbona: strateġija UE-Afrika ġdida

4.1

Il-politiki li ġew implimentati s'issa u l-iffinanzjar li ġie ddedikat għalihom, mhux dejjem laħqu r-riżultati mixtieqa, b'mod partikulari fir-rigward tal-ħolqien ta' impjiegi deċenti. Dan l-argument juri li l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu kif inhuma, u għaldqastant il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon is-suċċess tas-summit UE-Afrika li sar f'Liżbona fit-8 u d-9 ta' Diċembru 2007. Huwa jilqa' l-volontà politika li ppermettiet li l-kooperazzjoni tissaħħaħ u saħansitra titfassal mill-ġdid u tieħu direzzjoni ġdida, biex b'hekk jiġu żviluppati r-relazzjonijiet kemm kummerċjali kif ukoll politiċi bejn iż-żewġ kontinenti.

4.2

Seba' snin wara s-summit tal-Kajr, dak ta' Liżbona stabbilixxa l-bażi għal sħubija strateġika ugwali ġdida bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea, ibbażata fuq il-valuri, il-prinċipji u l-interessi komuni sabiex flimkien jiġu affrontati l-isfidi globali fix-xena internazzjonali: il-paċi u s-sigurtà, il-gvernanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem, il-migrazzjoni, l-enerġija u l-bidla fil-klima, il-kummerċ, l-infrastruttura u l-iżvilupp.

4.3

Apparti l-kontenut tagħha, l-oriġinalità u l-innovazzjoni ta' din l-istrateġija jinsabu fl-implimentazzjoni u fid-dikjarazzjoni ta' fażi operattiva ta' tmien pjanijiet ta' azzjoni prijoritarja (ara Anness I ta' din l-opinjoni), jiġifieri strateġija jew pjan ta' ħidma mmirati lejn il-konkretizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-għażliet u l-prijoritajiet strateġiċi identifikati miż-żewġ kontinenti. Il-progressi fir-realizzazzjoni ta' dawn it-tmien pjanijiet li huma tassew ambizzjużi proprju bħalma hu l-Ftehim ta' Cotonou, ser jitkejlu matul is-summit li jmiss fl-2012.

4.4

Il-Kumitat iqis li huwa pożittiv li minbarra d-dikjarazzjonijiet ta' prinċipju, li huma mingħajr dubju importanti ħafna, twaqqfet ukoll struttura ta' ħidma li tippermetti li dawn jibdew jaħdmu b'mod konkret, għax dan għandu jippermetti li ssir evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom mis-sena 2010 'l quddiem.

4.5

Il-KESE jenfasizza li kull wieħed mit-tmien ftehimiet ta' sħubija, li ġew tradotti fi pjanijiet ta' azzjoni, jista' jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' impjiegi deċenti, wara li jittieħdu d-deċiżjonijiet politiċi neċessarji u sakemm dawn il-pjanijiet jiġu akkumpanjati minn politika tal-impjiegi speċifika (ara punt 7).

4.6

Madankollu, minkejja l-progress li sar, il-volontà tajba li wrew iż-żewġ naħat waqt is-summit ma kenitx biżżejjed biex taħbi ċerti diffikultajiet u ċerti perikli li qajmu ċerti mexxejja Afrikani. Huma ħassew li filwaqt li l-istrateġija l-ġdida hija innovattiva għax toħloq sħubija bbilanċjata, mhux ser tkun kapaċi twassal għal titjib rapidu fir-relazzjonijiet li fil-fehma tagħhom għadhom relazzjonijiet bejn imsieħba dominanti u ddominati sal-ġurnata tal-lum.

ġiet ikkritikata l-burokrazija tal-UE filwaqt li ntqal li “maċ-Ċina l-ksib tat-tratturi meħtieġa huwa ferm faċli”;

l-UE ntalbet tirrimborża lill-Afrika għall-kolonizzazzjoni u għat-teħid tal-proprjetà tagħha jew taċċetta l-immigranti tagħha;

inxteħtu d-dubji fuq kemm il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) jistgħu verament jiġu konklużi fi spirtu ta' sħubija;

ġie kkritikat id-diverġenzi enormi fir-rigward tal-kriżi taż-Żimbabwe.

It-triq lejn il-ksib tal-għanijiet fi spirtu ta' kunfidenza mġedda hija twila u mimlija ostakoli.

4.6.1

Il-KESE jemmen li fil-qafas ta' sħubija bbilanċjata, l-ewwel nett hija r-responsabbltà tal-gvernijiet Afrikani li jerfgħu r-responsabbiltà tat-tmexxija tajba, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li jattiraw l-investiment dirett jew barrani lejn pajjiżhom sabiex b'hekk jonqos ukoll il-faqar. It-triq lejn sħubija ġdida teħtieġ li jerfgħu ir-responsabbiltà u b'hekk isaħħu s-sovranità tagħhom. Dan ifisser li l-adeżjoni f'din is-sħubija bbilanċjata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika, mil-lum 'il quddiem hija essenzjali, u tikseb is-sens sħiħ tagħha jekk timmira lejn l-iżvilupp ta' impjiegi deċenti.

4.7

Il-KESE jinnota b'sodisfazzjon ir-rwol li qiegħda tingħata s-soċjetà ċivili kemm f'termini istituzzjonali (relazzjonijiet bejn il-KESE tal-UE u l-ECOSOC tal-UA) (7) iżda wkoll fir-rigward tal-atturi non-statali, b'mod ġenerali, li jikkostitwixxu s-soċjetà ċivili organizzata (8). Minn din il-perspettiva, sabiex il-volontà murija tieħu forma u tiġi tradotta f'fatti, ser ikun meħtieġ li jitqiesu, b'riskju ta' falliment, id-diffikultajiet li nqalgħu dwar dan il-punt fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Cotonou.

B'mod ġenerali, il-Kumitat japprova d-direzzjoni lejn il-progress li qiegħda tingħata lill-Istrateġija UE-Afrika għall-kontinent kollu.

5.   L-impjieg deċenti, għan inevitabbli ta' Strateġija UE-Afrika effiċjenti

5.1

L-Artikolu 55 tal-Istrateġija UE-Afrika jipprevedi: “Il-kwistjonijiet dwar l-impjiegi u notevolment dwar protezzjoni soċjali, in-nuqqas ta' opportunitajiet u l-promozzjoni ta' xogħol diċenti fl-Afrika, ser ikunu indirizzati konġuntament, bi prijorità mogħtija lill-ħolqien ta' impjiegi produttivi fl-ekonomija formali, it-tijib tal-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fqar f'konformità mal-aġenda tan-NU dwar xogħol diċenti u l-integrazzjoni tal-ekonomija informali f'dik formali …”.

5.2

Il-Kumitat jilqa' l-fatt li l-kwistjoni tal-impjieg deċenti ġiet ikkunsidrata b'mod formali fl-Istrateġija UE-Afrika peress li jqis li l-iżvilupp tiegħu, kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità, huwa kruċjali għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi, tal-faqar u tal-integrazzjoni soċjali li huma meħtieġa għat-tnaqqis tal-estremiżmu u tal-kunflitti u għalhekk għall-istabbiltà meħtieġa tal-istati.

6.   Is-sitwazzjoni tal-impjieg fl-Afrika

Ir-rata tal-popolazzjoni attiva għoliet (68.6 %). Anke jekk ir-rata ta' persuni qiegħda hija għolja wkoll (10.3 %), huwa n-nuqqas ta' impjiegi deċenti u produttivi li qed joħloq l-iktar problema gravi: 46.2 % tal-popolazzjoni, li minnha 55.4 % tinsab fl-Afrika sub-Saħarjana, jgħixu b'inqas minn dollaru fil-ġurnata. Fi kliem ieħor, proporzjon kbir tal-popolazzjoni attiva għandhom xogħol informali, ġeneralment ta' sussistenza. L-ekonomija informali tirrappreżenta 68 % tal-impjiegi totali li 57.2 % minnhom ġejjin mis-settur agrikolu primarju u li bosta jsiru minn żgħażagħ u nisa, li jaqdu rwol determinanti peress li jinsabu fiċ-ċentru tal-komunità ekonomika u tal-familja u huma l-bażi li fuqha hija mibnija l-organizzazzjoni ekonomika u soċjali Afrikana (ara Anness II ta' din l-opinjoni).

7.   Il-ħolqien ta' impjiegi deċenti u produttivi

Fid-dawl tal-punti li għadna kemm semmejna, il-prijorità fl-Afrika hija li jinħolqu impjiegi deċenti, produttivi u magħżula b'mod liberu. Huwa biss dan it-tip ta' impjieg li ser jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-eradikazzjoni tal-faqar, għall-bini ta' ħajja dinjituża u għat-twaqqif ta' sistema ta' protezzjoni soċjali effiċjenti għal kulħadd. Jeħtieġ li fil-livelli kollha jiġu integrati l-aspett tal-ġeneru u l-kwistjonijiet taż-żgħażagħ li fuqhom jiddependi l-ġejjieni tal-Afrika bil-għan li tinbena solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.

Fil-fatt, mingħajr impjiegi produttivi ma jistax ikun hemm livell ta' għajxien deċenti, żvilupp ekonomiku u soċjali u żvilupp individwali. Dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu biss jekk l-ewwel jiġu żviluppati r-riżorsi umani u l-intrapriżi tas-settur privat. Sabiex ikun jista' jiżviluppa b'mod sħiħ, dan il-proċess għandu jagħmel parti minn qafas li jinkludi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-gvernanza tajba, ir-rispett għadd-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet soċjali, eċċ.

L-Istrateġija UE-Afrika, adottata fis-summit ta' Liżbona, tittratta l-kwistjoni tal-impjieg bħala kwistjoni orizzontali. L-għan ta' dan il-kapitolu huwa li jikkunsidra din il-kwistjoni ewlenija f'ċertu dettall permezz ta' analiżi u proposti għal linji gwida. Dan ser isir permezz ta' riflessjoni fuq l-ixpruni prinċipali li jistgħu jikkontribwixxu għall-ksib ta' dan l-għan: din l-istrateġija hija essenzjalment makroekonomika. Madankollu, sabiex nittrattaw id-diversità tal-azzjonijiet meħtieġa, iktar 'il quddiem ser ikollna noħolqu inventarju bl-azzjonijiet ta' għajnuna għall-iżvilupp li wettqu l-NGOs fl-Afrika, li jenfasizza d-diversità tal-programmi li jwettqu, b'mod partikulari dawk li jimplimentaw bil-kooperazzjoni tal-komunitajiet lokali u/jew gruppi oħra (kooperattivi, assoċjazzjonijiet kummerċjali, stabbilimenti tas-saħħa/edukattivi) u dawk li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjieg.

Madankollu, lilhinn minn dak li għadna kemm semmejna, il-Kumitat jixtieq jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp tal-Afrika, jiġifieri l-ħolqien ta' impjiegi deċenti u produttivi, jista' jinkiseb biss jekk ikun hemm iktar stabbiltà fl-istati li hija magħmula minnhom. Għadd imdaqqas ta' pajjiżi għadhom qed jaffaċċjaw kunflitti li ma jispiċċaw qatt. Matul dawn l-aħħar għaxar snin il-kunflitti fil-Ginea, il-Liberja u Sierra Leone, pajjiżi li għandhom ħafna riżorsi, b'mod partikulari djamanti u injam, fissru kriżi serja fir-reġjun li wasslet għal fluss qawwi ta' refuġjati. Dan biex ma nsemmux il-kriżi ta' Darfur li tant qed tgħakkes lis-Sudan, il-“gwerra minsija” fit-Tramuntana tal-Uganda, in-nuqqas ta' sigurtà persistenti fil-Lvant u fit-Tramuntana tar-Repubblika tal-Afrika Ċentrali u l-instabilità fil-Kongo, eċċ. Fid-dawl ta' sitwazzjoni bħal din, l-Unjoni Ewropea u b'mod iktar ġenerali, il-komunità internazzjonali, għandhom rwol importanti x'jaqdu huma u jaffaċċjaw kwistjoni tant kruċjali għall-ġejjieni tal-kontinent. Għax lilhinn mill-atroċitajiet kollha li twettqu, li ħadd ma jista' jinjora u lanqas jaċċetta, huwa evidenti li għalkemm l-impjieg jista' jikkontribwixxi għall-istabilità ta' dawn l-istati, l-instabilità tagħhom qed ixxekkel l-iżvilupp tagħhom u għalhekk il-ħolqien tal-impjiegi.

7.1   Għal tkabbir mgħoni bl-impjiegi

7.1.1

F'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir ekonomiku, is-sena 2006 kienet sena tajba għall-Afrika b'rata ta' 6.3 % fl-Afrika ta' Fuq u ta' 4.8 % fl-Afrika sub-Saħarjana, b'kuntrasti qawwija bejn pajjiż u ieħor.

7.1.2

Dawn iċ-ċifri huma sostanzjali, speċjalment meta mqabbla mar-riżultati tal-Unjoni Ewropea, iżda minħabba produttività li qiegħda tistaġna u li saħansitra sejra lura, investimenti b'direzzjoni ħażina, valur miżjud dgħajjef fuq il-biċċa l-kbira tal-prodotti industrijali jew agrikoli, l-isplużjoni demografika u d-defiċit enormi ta' impjiegi deċenti, jeħtieġ rata ta' tkabbir b'żewġ numri sabiex jinkiseb kemm titjib kwantitattiv kif ukoll kwalittativ fl-impjiegi. Jeħtieġ tkabbir minimu ta' 9 % sabiex inkunu nistgħu nqisu l-Għanijiet tal-Millennju b'mod pożittiv u sfortunatament dawn xorta ma jinkludux għanijiet favur l-impjiegi.

7.1.3

Dan it-tip ta' tkabbir mhux qed joħloq impjiegi ġodda għax m'għandux orjentazzjoni tajba. Ħafna drabi dan ġej minn żieda fl-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali — li spiss ifisser kundizzjonijiet tax-xogħol kważi inaċċettabbli — li sar ferm vantaġġuż dan l-aħħar, b'mod partikulari fil-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt, minħabba ż-żieda fil-prezz tal-barmil ta' żejt mhux raffinat. Minbarra l-fatt li din is-sitwazzjoni mhix waħda stabbli, peress li hija soġġetta għall-varjazzjonijiet fil-prezz, hija ma toħloqx impjieg addizzjonali. L-istess jista' jingħad għar-riżorsi naturali l-oħra peress li ġeneralment dawn jiġu esportati fil-forma mhux maħduma tagħhom. Barra minn hekk, meta l-klassi tan-nofs tibda tibbenefika minn attività li rpiljat, ġeneralment tibda tikkonsma wkoll prodotti impurtati. Dan it-tip ta' konsum m'għandux effett pożittiv fuq l-impjieg lokali.

7.1.4

Jeħtieġ li l-qligħ li jsir mill-estrazzjoni taż-żejt mhux raffinat, li mhux dejjem ikun magħruf fejn u kif jiġi użat, jiġi investit fil-manifattura ta' prodotti pproċessati b'valur miżjud għoli li jrendu tkabbir li jġib ħafna impjiegi. Bl-istess mod jista' jingħad li r-riżorsi naturali jew agrikoli l-oħra jistgħu jiffavorixxu l-iżvilupp ta' industrija agroalimentari fil-qafas ta' politika agrikola strutturata, iffinanzjata u prijoritarja (ara punt 7.4 u l-Anness IV ta' din l-opinjoni).

7.1.5

Tkabbir li jġib miegħu għadd ideali ta' impjiegi, mhux ser jirriżulta biss mis-sempliċi utilizzazzjoni tal-materja prima, jew mill-prodotti agrikoli tradizzjonali u tal-massa (zokkor tal-kannamiela, qoton, banana, karawett, kawkaw, eċċ.). Huwa jiddependi wkoll mill-iżvilupp ta' industrija tal-ipproċessar li tipproduċi prodotti elaborati b'valur miżjud għoli li fuq perjodu ta' żmien twil, huwa l-aħjar mezz kif jista' jiġi evitat deterjorament fit-termini ta' skambju, u l-aħjar mod kif l-industrija tkun tista' tibda tipparteċipa fl-ekonomija sotto-reġjonali, reġjonali u dinjija, sabiex jinkiseb profitt u l-iżvilupp ikun jista' jidħol f'fażi ġdida.

7.2   Għal investiment orjentat lejn id-diversifikazzjoni

Bl-istess mod kif mingħajr tkabbir ma jistax ikun hemm ħolqien ta' impjiegi, mingħajr investimenti ta' kwalità ma jistax ikun hemm tkabbir.

Ġeneralment, huwa fatt rikonoxxut li biex tinkiseb rata ta' tkabbir annwali tajba fuq diversi snin (ara punt 7.1.2) hemm bżonn ta' rata ta' investimenti li taqa' bejn it-22 u 25 % tal-PGD, iżda f'dawn l-aħħar snin kienet biss ta' 15 %. Wieħed jista' jidentifika żewġ tipi ta' investiment li jista' jġib miegħu rata ta' tkabbir bħal din.

7.2.1   L-investiment endoġeniku

7.2.1.1

L-ewwel nett dan jikkonċerna investimenti f'setturi b'valur miżjud kbir u/jew b'kapaċità ta' produzzjoni qawwija u li għandhom potenzjal kbir għall-ħolqien tax-xogħol: l-infrastruttura, l-agrikoltura, l-iżvilupp sostenibbli, il-ħarsien tal-ambjent, l-industrija kulturali, it-trasport, is-sajd, il-foresti, it-tekonoloġija, l-industrija (l-ipproċessar u l-prodotti finali). Hemm bżonn ukoll ta' investimenti f'setturi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' qafas konvenjenti li jattira l-investiment barrani dirett (IBD). Jeħtieġ li jinħoloq ċirku virtuż: investiment endoġeniku → produzzjoni → kummerċ → profitt → investiment endoġeniku ġdid, eċċ.

7.2.1.2

Permezz tal-investiment endoġeniku, jew tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji interni, l-Afrika tkun tista' tibda tiddetermina l-prijoritajiet tal-iżvilupp tagħha hija stess, għall-kuntrarju tal-IBD.

7.2.1.3

Minn fejn ser jiġu l-fondi għall-investiment endoġeniku?

Il-mobilizzazzjoni tal-profitti enormi, kemm viżibbli kif ukoll moħbija, iġġenerati mill-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali (żejt, gass, faħam, djamanti, injam, minerali: krom, platinu, kobalt, deheb, manganiż, ram, ħadid, uranju, eċċ.) (9). (X'qed jiġri minnhom illum-il-ġurnata? X'jiġri, pereżempju, mill-qligħ li jsir miz-zokkor li jinbiegħ bi prezz tliet darbiet ogħla mill-prezz dinji?);

L-introduzzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ippermettiet biss żieda limitata fid-dħul pubbliku u kellha suċċess parzjali li jista' jittejjeb;

It-titjib fil-ġbir tat-taxxi jista' jippermetti li d-dħul fiskali jirdoppja f'ċerti pajjiżi;

Il-varjazzjonijiet importanti fil-proporzjon tad-dħul fiskali/PGD (minn 38 % fl-Alġerija u fl-Angola għal inqas minn 10 % fin-Niġerja, is-Sudan, u ċ-Ċad) juru li l-pajjiżi bi proporzjon dgħajjef ħafna jistgħu jżidu d-dħul tagħhom b'mod sinifikanti;

It-transizzjoni minn xogħol mhux iddikjarat għal xogħol iddikjarat għandha testendi l-bażi fiskali u b'hekk tippermetti żieda fil-bażi tar-riżorsi;

Dan it-titjib għandu jikkontribwixxi għal tkabbir kwantitattiv u kwalitattiv fil-qasam tal-politiki pubbliċi.

F'ċerti pajjiżi, il-fondi li jibagħtu l-ħaddiema immigranti huma sors importanti ta' żvilupp (10). Fl-2004 laħqu s-16-il biljun dollaru Amerikan. X'aktarx il-fondi rreġistrati u dawk li mhumiex irreġistrati jammontaw għal kwantità ikbar mir-riżorsi finanzjarji li ġejjin mill-għajnuna pubblika għall-iżvilupp (PDA) u l-Investiment Barrani Dirett (IBD). Dawn il-fondi, li mhumiex sors ta' dejn, jista' jkollhom effetti konsiderevoli fuq il-kapaċità ta' investiment tal-pajjiżi Afrikani, dejjem meta jgħaddu mis-sistema bankarja uffiċjali tagħhom u meta din tkun sistema affidabbli, kredibbli u effiċjenti. Dan huwa biss eżempju wieħed tal-importanza tal-immigrazzjoni għall-pajjiżi Afrikani. Dan il-livell ta' importanza jitlob li l-emendi kollha fir-regolamenti li jikkonċernaw il-flussi migratorji jiġu diskussi fid-dettall fl-UE, l-Istati Membri individwali u l-pajjiżi Afrikani kkonċernati (11).

Il-ħruġ irregolari tal-kapital qed ikompli jċaħħad lill-pajjiżi Afrikani minn kwantità konsiderevoli ta' riżorsi għall-investiment. Ir-rata tal-evażjoni tal-kapital hija d-doppju tad-dejn totali tal-kontinenti Afrikan  (12), u huwa dan il-fatt li jwassal lil ċerti esperti biex jgħidu li l-Afrika hija “kreditur nett” meta mqabbla mal-bqija tad-dinja. Jekk dawn ir-riżorsi jiġu allokati għal investiment produttiv, jistgħu joħolqu x-xogħol u dħul għal partijiet kbar tal-popolazzjoni. Apparti milli jwaqqfu dan it-telf ta' kapital, il-Gvernijiet jistgħu jistabbilixxu amnestija temporanja sabiex il-kapital jerġa' jidħol lura fil-pajjiż, kif għamlu ċerti pajjiżi Ewropej.

Fid-dawl ta' dan u permezz tar-riformi meħtieġa, b'mod partikulari fis-setturi finanzjarji u baġitarji, l-Afrika tista' tasal biex timmobilizza iktar riżorsi interni għall-finanzjament tal-investimenti produttivi li tixtieq tagħmel.

7.2.2   L-Investiment Barrani Dirett (IBD)

Il-kontribut tal-Invesiment Barrani Dirett huwa kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku tal-kontinent. Meta jingħata direzzjoni tajba jista' jaqdi rwol importanti ħafna fil-proċess ta' żvilupp tal-pajjiżi li jkun qed jilqa' l-investimenti, partikularment għax jipprovdi l-kapital, it-teknoloġija u jġib miegħu għarfien u aċċess għas-suq; dan kollu jikkontribwixxi għal effikaċja ikbar fl-użu tar-riżorsi u żieda fil-produttività.

7.2.2.1

Filwaqt illi l-flussi medji tal-IBD annwali ddestinati lejn l-Afrika rduppjaw matul it-tmeninijiet biex laħqu it-2.2 biljun dollaru Amerikan meta mqabbel mas-sebgħinijiet, huma komplew jiżdiedu sa ma laħqu s-6.2 biljun dollaru Amerikan matul id-disgħinijiet u t-13.8 biljun dollaru Amerikan matul is-snin 2000-2003. Minkejja dan, il-kontinent bil-kemm jirrappreżenta 2 sa 3 % tal-flussi dinjin, wara li kien laħaq il-quċċata b'6 % f'nofs is-sebgħinijiet u inqas minn 9 % tal-flussi ddestinati għall-pajjiż li għadhom qed jiżviluppaw, meta mqabbel mal-livell preċedenti ta' 28 % fl-1976.

7.2.2.2

Waħda mill-karatteristiċi atal-flussi ta' IBD iddestinati għall-Afrika hija r-riżorsi naturali. Dan jispjega t-tqassim xejn ugwali tal-IBD madwar il-kontinent. Erbgħa u għoxrin pajjiż Afrikan, ikklassifikati bħala pajjiżi li jiddependu miż-żejt u mill-minerali, irċevew medja ta' tliet kwarti tal-flussi tal-IBD matul dawn l-aħħar għoxrin sena.

7.2.2.3

Jeħtieġ li l-IBD jingħata direzzjoni ġdida, b'mod partikulari, lejn is-setturi tal-manifattura sabiex tiġi żgurata d-diversifikazzjoni vasta tal-produzzjonijiet kompettitivi li jistgħu jiġu ffaċilitati minn trasferimenti ta' teknoloġiji. Sabiex tattira IBD iddiversifikat u biex dan ikun effikaċi, l-Afrika għandha tagħmel l-isforzi kollha sabiex toħloq qafas ġenerali favorevoli u attraenti. Fil-fatt l-IBD jista' jseħħ u jikkontribwixxi għall-iżvilupp jekk ikun hemm ċerti kundizzjonijiet preliminari: il-kwalità tal-fibra ekonomika u tal-infrastruttura, id-daqs tas-suq ikkonċernat — u l-importanza tiegħu għall-integrazzjoni reġjonali — it-taħriġ tal-ħaddiema (ara “Ir-riżorsi umani”), it-tisħiħ u l-istabbiltà tas-setgħa pubblika u t-tmexxija tajba. Barra minn hekk, biex l-IBD ikun effiċjenti, jeħtieġ li jkun jagħmel parti mill-perspettiva ekonomika nazzjonali u postha fil-kuntest sottoreġjonali, reġjonali u dinji. Sabiex dan ikun jista' jseħħ, hemm bżonn ta' strateġija nazzjonali għall-iżvilupp maħsuba u mħejjija sew, hekk kif sar fix-Xlokk tal-Ażja fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.

7.2.2.4

Madankollu, l-IBD waħdu mhux se jsolvi kollox u mhux biżżejjed biex iġib tmexxija tajba u rispett għad-drittijiet tal-bniedem u jeqred il-korruzzjoni u l-evażjoni ta' kapital. F'dan ir-rigward, tajjeb li nenfasizzaw li l-IBD miċ-Ċina żdied b'mod konsiderevoli matul dawn l-aħħar snin, b'mod partikulari wara l-isforzi diplomatiċi li laħqu l-quċċata tagħhom fis-summit Ċina-Afrika. L-IBD Ċiniż jiffoka prinċipalment fuq l-industriji tal-estrazzjoni għall-garanzija tal-provvista tal-materja prima meħtieġa għall-espansjoni rapida tal-ekonomija tagħha.

7.2.2.5

Il-kummerċ bejn iċ-Ċina u l-Afrika huwa għoxrin darba ikbar milli kien għaxar snin ilu. Żdied minn 3 biljun dollaru Amerikan fl-1998 għal 55 biljun dollaru Amerikan fl-2006. Iżda mil-lat tal-interessi Afrikani, il-metodu Ċiniż iqajjem diversi mistoqsijiet. Ħafna drabi dan il-kummerċ saħħaħ gvernijiet b'direzzjoni politika li mhix immirata lejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt, it-tnaqqis tal-faqar (13). Prova ta' dan huwa l-kunflitt ta' Darfur u l-attitudni Ċiniża fiż-Żimbabwe. Barra minn hekk, mill-perspettiva ta' żvilupp, il-metodu Ċiniż huwa dubjuż (ara Anness III ta' din l-opinjoni).

7.2.2.6

L-Istati Membri tal-UE għandhom preżenza qawwija fil-qasam tal-investiment tal-Afrika. Sabiex inkomplu nibnu fuq dan l-aspett, jeħtieġ li nikkunsidraw dawn il-punti:

inċentivi tanġibbli lill-intrapriżi tal-UE pereżempju fil-forma ta' kreditu fuq it-taxxi;

l-użu tal-istrumenti eżistenti għall-iżvilupp wara li dawn jiġu riveduti u msaħħa. Jissaħħaħ pereżempju l-investiment li ġej mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-kapaċità tiegħu li jinvesti, b'tali mod li jsir riżors utli fis-settur privat;

it-twaqqif ta' faċilità/korp li jiggarantixxu investimenti ffinanzjati b'mod adegwat, skont l-Artikolu 77(4) tal-Ftehim ta' Cotonou.

7.3   L-SMEs: għodda ta' żvilupp ekonomiku

It-tisħiħ u d-diversifikazzjoni tas-settur privat għandhom importanza ewlenija għall-iżvilupp sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-faqar.

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Afrikani, b'xi mod hemm rabta nieqsa bejn, fuq in-naħa l-waħda, is-settur informali u l-intrapriżi żgħar ħafna li għandhom aktar x'jaqsmu mas-sopravivenza soċjali milli mal-iżvilupp ekonomiku, u fuq in-naħa l-oħra fergħat ta' intrapriżi barranin kbar li għandhom funzjoni kważi awtosuffiċjenti u minħabba dan il-fatt ftit jikkontribwixxu għall-ekonomija lokali.

Kif jistgħu jitwaqqfu intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) li joħolqu fibra ekonomika koerenti li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' settur privat indispensabbli għall-iżvilupp tal-kontinent.

Sabiex jitħaffef l-iżvilupp tal-SMEs, ikun siewi li:

tiġi elaborata l-integrazzjoni reġjonali (ara punt 7.8) sabiex jingħelbu l-limitazzjonijiet tas-swieq lokali;

jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, tiżdied il-kredibbiltà ġudizzjarja, l-infrastrutturi, inklużi dawk li mhumiex tanġibbli (l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni), jiġu adattati għall-bżonnijiet tagħhom;

jinfetħu l-possibilitajiet finanzjarji kollha (ara punt 7.2. dwar l-investiment endoġeniku) għall-ħolqien u l-finanzjament tagħhom. Għal dan l-għan, ser ikun meħtieġ b'mod partikulari, li jitjieb l-ambjent tan-negozju, pereżempju billi tingħata għajnuna għas-swieq u għall-kummerċjalizzazzjoni u li n-negozji jingħataw għajnuna sabiex jissodisfaw l-eżiġenzi finanzjarji formali u jkabbru l-offerta ta' finanzjament billi jsiru appelli lis-settur non-finanzjarju privat.

L-Unjoni Ewropea għandha tqis l-iżvilupp tal-SMEs bħala wieħed mill-assi tal-politika ta' kooperazzjoni tagħha fl-Afrika. Permezz tal-Istati Membri u tal-intrapriżi tagħhom, għandha tiffavorixxi u tippromovi l-ħolqien tal-SMEs, partikularment: — billi tiffavorixxi l-investiment permezz ta' inċentivi fiskali (krediti tat-taxxa, self b'interessi baxxi, rwol tal-BEI, eċċ.);

permezz ta' trasferimenti tekonoloġiċi sistematiċi (għarfien, taħriġ fl-għarfien) li eventwalment jistgħu jwasslu għal programmi ta' Riċerka u Żvilupp. Kull intrapriża Ewropea li tiffirma kuntratt ta' provvista ta' tagħmir, ta' prodotti industrijali, eċċ., għandha timpenja ruħha sabiex tittrasferixxi t-teknoloġija tagħha (dan diġà jsir b'suċċess maċ-Ċina fl-oqsma tat-teknoloġija nukleari u l-aeronawtika, allura għaliex mhux mal-Afrika għal prodotti inqas elaborati? (anki jekk il-vantaġġi finanzjarji huma inqas).

permezz tal-fużjoni u l-ħolqien ta' gruppi ta' intrapriżi, promossi mill-ispirtu intraprenditorjali mħeġġeġ fit-taħriġ vokazzjonali;

permezz tal-iżvilupp ta' ko-intrapriżi jew intrapriżi konġunti li jgħaqqdu elementi Afrikani u Ewropej (kapital, ħaddiema, amministrazzjoni,eċċ.).

7.4   It-twaqqif ta' agrikoltura moderna u kompetittiva

L-agrikultura, is-sajd u l-foresterija huma aspetti ċentrali tal-iżvilupp rurali u għandhom ikunu l-ewwel prijoritajiet strateġiċi għall-iżvilupp tal-Afrika. Dawn is-setturi huma l-bażi tal-iżvilupp primarju u peress li jkopru parti kbira mit-territorju, jistrutturaw il-ħajja ekonomika u soċjali. Dan l-iżvilupp huwa indispensabbli għall-awtosuffiċjenza alimentari tal-Afrika u huwa qasam essenzjali fl-ekonomija tal-pajjiżi Afrikani li jikkontribwixxi għall-istabbiltà tal-popolazzjonijiet, speċjalment peress li jirrappreżenta potenzjal kbir f'termini ta' ħolqien ta' impjiegi. Fir-rigward tal-importanza tal-agrikoltura Afrikana, ta' min isemmi li 57.2 % tal-popolazzjoni attiva taħdem fil-qasam agrikolu, kontra l-5 % fil-pajjiżi industrijalizzati. Għalhekk wieħed ma jistax ħlief jistagħġeb bil-fatt li 1 % biss tad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp huwa ddedikat għall-agrikoltura; din l-osservazzjoni ssaħħaħ il-bżonn tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, b'mod partikulari l-bdiewa u r-raħħala, fit-tħejjija tal-Pjanijiet Indikattivi Nazzjonali. B'kuntrast ma' dan, il-Bank Dinji ddedika 8 % tar-riżorsi tiegħu għall-agrikoltura, iżda huwa stess għaraf li dan l-ammont ma kienx biżżejjed.

F'dan il-perjodu fejn fil-prezzijiet internazzjonali tal-materja prima, u b'hekk tal-prodotti alimentari tant żdiedu, l-iżvilupp progressiv tal-agrikoltura ma jistax iseħħ ħlief permezz tal-implimentazzjoni ta' politika agrikola serja, stutturata u ppjanata fuq perijodu qasir, medju u twil. Din il-politika għandha tingħata prijorità baġitarja u finanzjarja fis-sens wiesa' tal-idea u għandha tkun adattata għal-limitazzjonijiet speċifiċi ta' kull pajjiż u kontinent differenti, u fl-istess ħin tintegra l-approċċ reġjonali.

Bil-għan li jkun żgurat suċċess massimu fit-twaqqif ta' politika bħal din, din għandha titħejja u tiġi implimentata biss bl-assistenza tal-organizzazzjonijiet agrikoli Afrikani u għandha tinkludi b'mod partikulari mekkaniżmi ta' salvagwardja. Pereżempju jagħmel sens li s-Senegal jimporta r-ross mill-Ażja, meta għandu l-potenzjal tal-irrigazzjoni mix-xmara li mhux qed jiġi sfruttat?

Politika serja għall-promozzjoni tal-impjieg fis-settur agrikolu tista' titfassal skont il-punti msemmija f'Anness IV ta' din l-opinjoni.

7.5   Ir-riżorsi umani fil-qalba tal-politika tal-impjiegi

L-iżvilupp tar-riżorsi umani huwa fattur indispensabbli ta' kull strateġija tal-iżvilupp. L-edukazzjoni u t-taħriġ jaqdu rwol ewlieni f'dan il-proċess għax joħolqu forza tax-xogħol flessibbli, versatili u ta' kwalità tajba. Imbagħad ikun il-kompitu ta' dawk li huma responsabbli għall-ippjanar tar-riżorsi umani b'kooperazzjoni mal-atturi soċjo-ekonomiċi, li jagħmlu analiżi tal-bżonnijiet tal-impjiegi u tas-suq tax-xogħol u li fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul, jantiċipaw il-problemi u l-isfidi ewlenin marbuta mal-adattament tat-taħriġ vokazzjonali u tal-impjieg. B'mod ġenerali, l-eżempju tal-pajjiżi emerġenti jew li żviluppaw reċentement bħall-Korea, minn dan il-lat huwa edifikanti.

L-UE u l-Istati Membri, bl-esperjenza li għandhom fl-oqsma tat-taħriġ u l-finanzjamenti mmirati, magħżula u traċċabbli, għandu jkollhom rwol ewlieni. L-Unjoni Ewropea toffri diversi proġetti edukattivi li fihom jistgħu jipparteċipaw l-istudenti Afrikani. Dan huwa importanti għax l-iżvilupp tal-Afrika jiddependi mill-edukazzjoni tal-popolazzjoni.

(Id-diversi miżuri li permezz tagħhom ir-riżorsi umani jistgħu jitpoġġew fil-qalba tal-politiki għall-promozzjoni tal-impjieg jinsabu f'Anness V ta' din l-opinjoni).

7.6   L-integrazzjoni reġjonali

Huwa fatt rikonoxxut b'mod wiesa' li jeżisti potenzjal enormi għall-iżvilupp tal-kummerċ intra-Afrikan u l-ħolqien ta' spazji ekonomiċi iktar vasti.

Anki jekk l-integrazzjoni ekonomika reġjonali u sotto-reġjonali għamlet progress sinifikattiv, b'mod partikulari bit-twaqqif tal-Unjoni Afrikana, il-potenzjal kummerċjali għadu ma ġiex sfruttat bis-sħiħ. Jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-miżuri meħuda biex jarmonizzaw il-proċeduri doganali, inaqqsu l-ostakli tariffarji u non-tariffarji, itejbu t-trasport u l-komunikazzjoni permezz ta' investimenti ikbar fl-iżvilupp tal-infrastrutturi reġjonali u jiżguraw il-moviment ħieles taċ-ċittadini, partikularment billi titneħħa l-visa. Dan li semmejna għandu jiġi implimentat fil-kuntest tal-politika tal-użu tal-art sabiex tiġi assigurata koerenza globali.

L-iżvilupp ekonomiku tal-Afrika jiddependi l-ewwel u qabel kollox mit-tisħiħ tas-suq intern tagħha li kapaċi jġib miegħu tkabbir endoġeniku li jistabbilizza u jistabbilixxi l-kontinent fl-ekonomija dinjija. L-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp tas-suq intern huma l-ixpruni li ser jippermettu lill-Afrika li tipparteċipa fil-kummerċ dinji b'mod pożittiv.

Minn dan il-lat, il-Kumitat jiddispjaċih li s'issa għadhom ma ġewx konklużi n-negozjati reġjonali tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, li wieħed mill-objettivi tagħhom jikkonċerna speċifikament l-integrazzjoni ekonomika.

7.7   Id-djalogu soċjali

Id-djalogu soċjali huwa meħtieġ u huwa element ewlieni għall-iżvilupp tal-impjiegi deċenti u produttivi. Għaldaqstant għandu jagħmel parti mill-implimentazzjoni tal-istrateġija komuni. Fil-fatt, il-parteċipazzjoni sħiħa tal-imsieħba soċjali fil-ħajja ekonomika u soċjali, b'mod partikulari permezz tan-negozjar kollettiv, hija importanti mhux biss għad-demokrazija iżda wkoll bħala sors ta' żvilupp u paċi soċjali u ta' kompetittività ekonomika. Id-djalogu soċjali huwa l-istrument privileġġjat li jippermetti li jintlaħaq kunsens soċjoekonomiku li jista' jġib żvilupp. Fil-fatt, żvilupp ekonomiku ta' suċċess mhuwiex possibbli mingħajr ma jkun akkumpanjat minn żvilupp soċjali. Dawn il-kunċetti għandhom jimxu id f'id sabiex joħolqu d-dinamika meħtieġa għall-effiċjenza sħiħa ta' progress ekonomiku li kapaċi jrawwem titjib fl-istili tal-ħajja, tal-impjiegi deċenti u tal-benesseri tal-popolazzjonijiet. Għalhekk jeħtieġ li jinħolqu jew jiġu żviluppati trade unions u negozjar kollettiv, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema sodi u indipendenti li għandhom il-kapaċitajiet u l-għarfien tekniku meħtieġa sabiex jaqdu r-rwol tagħhom b'mod sħiħ.

7.8   Is-soċjetà ċivili organizzata

Il-parteċipazzjoni tal-atturi non-governattivi hija indispensabbli għall-iżvilupp tal-impjiegi deċenti u għandha tkun fil-qalba tal-Istrateġija komuni. Fil-fatt, il-parteċipazzjoni tagħhom, filwaqt li tippromovi d-demokrazija parteċipattiva, iġġib magħha wkoll l-għarfien espert u l-espjerjenza ta' dawk li jmexxu negozju, jipproduċu, jikkultivaw, eċċ. ta' kuljum. Għaldaqstant għandhom ikunu assoċjati fit-tħejjija tal-programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali u għandhom jitqiesu bħala l-atturi tal-iżvilupp u b'hekk jibbenefikaw mill-għajnuna pubblika għall-iżvilupp u mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Cotonou fir-rigward tal-bini tal-kapaċità. Hawnhekk tajjeb li nerġgħu nirreferu għat-tielet sezzjoni tal-opinjoni tal-KESE 1497/2005 dwar l-organizzazzjoni strutturali meħtieġa tas-soċjetà ċivili organizzata (pjattaformi, networks, kumitati) sabiex jiġu stabbiliti l-ħin u l-post meħtieġa għad-dibattiti u t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-azzjoni meħtieġa. Minn dan il-lat, il-ħolqien, skont il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika CARIFORUM-KE, li ġie konkluż f'Diċembru 2007, ta' Kunsill Konsultattiv tas-Soċjetà Ċivili, huwa eżempju li l-Afrika għandha ssegwi (ara d-Dikjarazzjoni finali tal-25 laqgħa tal-oqsma ekonomiċi u soċjali AKP/UE li saret fl-4, il-5 u s-6 ta' Marzu fi Brussell: “Sħubija aħjar għal żvilupp aħjar”). Il-KESE, biex jissosidfa l-mandat li ngħatalu mill-Ftehim ta' Cotonou, permezz tal-Kumitat ta' Segwitu tiegħu AKP-UE, qeda rwol importanti f'dan il-qasam, billi kkontribwixxa għall-koordinazzjoni, ir-riflessjoni kollettiva u l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata f'network.

7.9   Il-gvernanza tajba

Il-gvernanza tajba taffettwa l-fiduċja tal-investituri. Anke jekk nikkunsidraw dan il-lat biss, diġà hija essenzjali għall-iżvilupp tal-Afrika. Għalhekk, il-promozzjoni tat-tmexxija demokratika, meħtieġa fil-livelli amministrattivi kollha, hija element ewlieni tad-djalogu tas-sħubija bejn l-Ewropa u l-Afrika. Hija għandha titqies fit-totalità tagħha u għandha tinkludi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema fosthom it-trade unions, ir-regoli tax-xogħol kif ukoll l-istat tad-dritt, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u tal-mekkaniżmi tal-istat li ħafna drabi, minħabba li huma dgħajfa u insuffiċjenti, qegħdin ixekklu l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' kooperazzjoni, il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili f'demokrazija parteċipattiva reali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Għal dan l-aħħar punt, l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Membri għandhom jużaw is-sħubiji tagħhom biex jassiguraw li l-għajnuna finanzjarja tkun traċċabbli għax mill-100 biljun dollaru ta' għajnuna annwali, 30 miljun jisparixxu (14) (ara punti 3.6.1.5 u 7.2.1.3 l-aħħar inċiż).

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  CESE 1205/2004 Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tan-nisa bħala atturi non-statali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Cotonou. Rapporteur: is-Sinjura Florio; Settembru 2004 (mhux disponibbli bil-Malti).

CESE 1497/2005 L-integrazzjoni tal-aspetti soċjali fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika. Rapporteurs: is-Sur Pezzini u s-Sur Dantin; Diċembru 2005 (mhux disponibbli bil-Malti)

CESE 753/2006 Nagħtu prijorità lill-Afrika: Il-perspettiva tas-soċjetà ċivili Ewropea. Rapporteur: is-Sur Bedossa; Mejju 2006.

CESE 673/2007 Migrazzjoni u Żvilupp: Opportunitajiet u Sfidi. Rapporteur: is-Sur Sharma; Diċembru 2007.

Rapporti tal-Kumitat ta' Seġwitu UE-AKP tal-KESE: Ir-riżorsi umani għall-iżvilupp; rapporteurs: is-Sinjura King u s-Sur Akouete; Mejju 2007.

(2)  Unjoni Ewropea/Afrika: “Is-sħubija strateġika”, Nathalie Delapalme, Elise Colette. Noti tal-Fondazzjoni Robert Schumann, Diċembru 2007.

(3)  Fid-diskors mill-Kummissarju Louis Michel matul il-Konferenza “UE-Ċina-Afrika” organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. Brussell, it-28 ta' Ġunju 2007.

(4)  Risposta li ta l-Kummissarju Michel lil kelliem matul l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' Kigali. 18-22 ta' Novembru 2007.

(5)  Summit straordinarju tal-Unjoni Afrikana dwar l-impjieg u l-ġlieda kontra l-faqar. Mit-3 sad-9 ta' Settembru 2004 f'Ouagadougou. Dikjarazzjoni finali (Artikolu 16).

(6)  Diskors tal-President tal-KES ta' stat frankofonu tal-Afrika tal-Punent matul l-Asemblea Ġenerali tal-UCESA (Unjoni tal-KES tal-Afrika), it-13 u l-14 ta' Novembru 2007 f'Ouagadougou.

(7)  Ara l-Artikoli 104 u 105 tad-dikjarazzjoni.

(8)  Ara l-Artikoli 106 sa 110 tad-dikjarazzjoni.

(9)  L-Afrika waħedha tikkonċentra kważi t-totalità tar-riżervi dinjija tal-krom (b'mod partikulari fiż-Żimbabwe u fl-Afrika t'Isfel), 90 % tar-riżervi tal-platinu (fl-Afrika t'Isfel …) u 50 % tar-riżervi tal-kobalt (fir-Repubblika tal-Kongo, iz-Zambja …).

(10)  Ara KESE 673/2007 “L-immigrazzjoni u l-iżvilupp: opportunitajiet u sfidi”; rapporteur: is-Sur Sharma Diċembru 2007.

(11)  It-tieni laqgħa konġunta KESE-UKESA, il-Konlużjonijiet tal-Presidenti (UKESA — l-Unjoni tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali tal-Afrika).

(12)  “L-iżvilupp ekonomiku fl-Afrika” Rapport tal-UNCTAD (United Nations Conference on Trade and Development), 26 ta' Settembru 2007.

(13)  Assemblea Parlamentari Konġunta AKP/UE. Abbozz ta' rapport dwar “L-IBD fl-Istati tal-AKP”, rapporteur: is-Sinjura Astrid Luttling u s-Sur Timothy Haris Kigali; Novembru 2007.

(14)  “L-iżvilupp ekonomiku fl-Afrika”, rapport tas-CNUCED, 27/09/07, intervista mas-Segretarju tal-Istat tal-Gvern Franċiż għall-pajjiżi frankofoni, “Le Monde”, 16/01/08.


31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/157


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina: rwol dinamiku ġdid għas-soċjetà ċivili

(2009/C 77/33)

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta' nhar is-16 u s-17 ta' Jannar 2008, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina: rwol dinamiku ġdid għas-soċjetà ċivili

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-17 ta' Lulju 2008. Ir-rapporteur kienet is-Sinjura Mall Hellam.

Matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-17 u t-18 ta' Settembru 2008 (seduta tat-18 ta' Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'129 vot favur, 4 voti kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Taqsira eżekuttiva

1.1

B'din l-opinjoni, il-KESE jixtieq iħeġġeġ li ssir implimentazzjoni aħjar tal-prinċipju tal-koproprjetà u s-sħubija bejn is-soċjetà ċivili tal-Ukraina, il-gvern tal-Ukraina u l-istituzzjonijiet tal-UE, billi tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina u billi l-politika tal-UE lejn l-Ukraina ssir strument effettiv għall-appoġġ tal-proċess tar-riforma u l-modernizzazzjoni tal-Ukraina.

1.2

L-Unjoni Ewropea hija kemm għan kif ukoll raġuni għal bidla fl-Ukraina. Il-KESE jemmen li l-integrazzjoni tal-Ukraina mal-Unjoni Ewropea u l-proċess ta' riforma fl-Ukraina jesiġu soċjetà ċivili b'saħħitha u sostenibbli (1), li tinvolvi politika dwar l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fuq perijodu fit-tul għall-Ukraina, kemm min-naħa tal-UE kif ukoll min-naħa tal-gvern tal-Ukraina.

1.3

Sabiex is-soċjetà ċivili tingħata rwol iktar b'saħħtu, jinħtieġ li jkun hemm ambjent politiku favorevoli b'mod ġenerali fir-relazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina.

1.4

F'dan ir-rigward, il-prospett ta' sħubija mal-UE huwa importanti għall-Ukraina; bl-istess mod, il-prospett fejn m'hemmx bżonn viża għandu jsir kredibbli u l-pjan direzzjonali dwar it-tneħħija tal-viża għandu jkun offrut lill-Ukraina. Il-KESE jipproponi li dawn l-elementi jiġu inkorporati fil-Ftehim il-Ġdid (2) bejn l-UE u l-Ukraina sabiex iservi bħala strument għall-promozzjoni tal-proċess ta' riforma u jagħti rwol sod lis-soċjetà ċivili.

1.5

Fejn jidħlu politiki speċifiċi tas-soċjetà ċivili, il-gvern tal-Ukraina għandu jimmira li joħloq ambjent regolatorju “favur is-soċjetà ċivili” fl-Ukraina, u l-atturi tas-soċjetà ċivili għandhom jingħataw rwol dejjiemi fil-proċess politiku u fid-djalogu ċivili. Sadattant, l-UE għandha tiżviluppa strateġija ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-soċjetà ċivili tal-Ukraina. Għandha tingħata attenzjoni partikulari u appoġġ kontinwu lill-iżvilupp tad-djalogu soċjali fil-livelli kollha.

1.6

Il-KESE jirrikonoxxi l-progress li għamlet l-Ukraina lejn il-konsolidazzjoni tad-demokrazija, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem li se jikkontribwixxi għal livell imtejjeb ta' relazzjonijiet mal-UE, integrazzjoni ekonomika iktar profonda u rabtiet politiċi privileġġati.

1.7

Il-KESE jsejjaħ għal konklużjoni rapida tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Il-Kumitat jipproponi wkoll, b'kollaborazzjoni stretta mas-soċjetà ċivili tal-Ukraina, li dan il-ftehim jinkludi dispożizzjoni għat-twaqqif ta' korp konġunt tas-soċjetà ċivili li jkun jista' jagħti vuċi qawwija lis-soċjetà ċivili fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina.

2.   L-UE u l-Ukraina: il-progress globali tal-kooperazzjoni u l-opportunitajiet li ġġib magħha s-sitwazzjoni attwali

2.1

Il-promozzjoni tad-demokrazija, tat-tmexxija tajba u tal-ekonomija tas-suq fil-viċinanzi tagħha tibqa' prijorità ewlenija tal-politika barranija tal-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, l-UE nediet il-Politika Ewropea tal-Viċinat, li l-prinċipji ewlenin tagħha huma s-sħubija u l-koproprjetà, id-divrenzjar u l-għajnuna adattata.

2.2

Fi ħdan il-Politika Ewropea tal-Viċinat, f'Jannar 2004 tnedew il-konsultazzjonijiet mal-Ukraina dwar il-Pjan ta' Azzjoni UE-Ukraina u f'Diċembru 2004 il-Kunsill tal-UE adotta l-Pjan ta' Azzjoni UE-Ukraina. Il-konsegwenzi tar-“Rivoluzzjoni l-Oranġjo” fl-Ukraina f'Diċembru 2004, li wriet il-potenzjal b'saħħtu tas-soċjetà ċivili fl-Ukraina u l-pożizzjoni favur l-Ewropa li ttieħdet mill-gvern oranġjo tal-President Viktor Yushchenko u Yulia Tymoshenko, ħeġġu lill-UE sabiex iżżid inċentivi addizzjonali fil-Pjan ta' Azzjoni. Il-Pjan ta' Azzjoni ġie adottat b'mod uffiċjali fil-Kunsill ta' Kooperazzjoni UE-Ukraina fil-21 ta' Frar 2005 għal perijodu ta' 3 snin. Dan il-pjan ipprovda qafas komprensiv u ambizzjuż għal ħidma mal-Ukraina, filwaqt li identifika l-oqsma kollha ewlenin ta' riforma (id-djalogu u r-riforma tal-politika, ir-riforma ekonomika u soċjali u l-iżvilupp, ir-riforma tas-suq u dik regolatorja, il-kooperazzjoni fil-ġustizzja u fl-affarijiet interni, fit-trasport, fl-enerġija, fis-soċjetà tal-informazzjoni, fl-ambjent u fil-kuntatti interpersonali).

2.3

L-Ukraina ngħatat il-prospett li jinfetħu negozjati b'rabta mal-qafas kontrattwali l-ġdid (Ftehim ta' Assoċjazzjoni) bil-kundizzjoni li l-elezzjonijiet parlamentari fl-2006 jsiru b'mod ħieles u ġust u bil-prospett li jinfetħu negozjati dwar iż-żona tal-kummerċ ħieles sew ladarba l-Ukraina tingħaqad mad-WTO. It-tħaffif tal-viżi, il-finanzjament miżjud u iktar opportunitajiet personali kienu inċentivi oħrajn li ġew offruti lill-Ukraina fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni.

2.4

In-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tnedew f'Marzu 2007 u n-negozjati dwar id-dispożizzjonijiet b'rabta mal-kummerċ ħieles sew tnedew fi Frar 2008 wara l-adeżjoni tal-Ukraina mad-WTO. Kien hemm disa' sessjonijiet ta' negozjati bejn Marzu 2007 u Lulju 2008. Mill-2008 daħal fis-seħħ il-ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viża li kien ġie ffirmat fl-2007.

2.5

Il-proċess tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni se jkollu implikazzjonijiet influwenti għar-relazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina u għall-proċess ta' riforma interna tal-Ukraina. Dan il-proċess joffri opportunità unika għall-awtoritajiet pubbliċi tal-Ukraina sabiex jistabbilixxu proċess ta' konsultazzjoni trasparenti u sistematiku mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jista' jiżgura appoġġ intern għar-riformi mistennija fil-ftehim il-ġdid. Dan joffri wkoll l-opportunità unika lis-soċjetà ċivili tal-Ukraina sabiex tidentifika l-interessi tagħhom u tressaqhom quddiem l-awtoritajiet li qegħdin jinnegozjaw il-ftehim.

2.6

Huwa importanti li jiġi assigurat li l-proċess tan-negozjati UE-Ukraina jkun trasparenti u jqis l-implikazzjonijiet potenzjali li l-ftehim se jkollu għad-diversi gruppi tas-soċjetà u għall-oqsma differenti tal-proċess ta' riforma interna fl-Ukraina. Dan il-ftehim se jkun wieħed mingħajr preċedent billi l-livell ta' kooperazzjoni politika u d-daqs tas-sehem fis-suq komuni mhuwiex definit minn qabel. L-UE m'għandhiex mudell x'issegwi hi u tinnegozja dan il-ftehim, u b'hekk se tinħtieġ il-parteċipazzjoni ta' diversi partijiet interessati fl-Ukraina u fl-UE. Barra minn hekk, il-ftehim il-ġdid mal-Ukraina suppost li se jsir il-ftehim mudell li l-UE se tinnegozja ma' pajjiżi ġirien oħrajn.

3.   Attivitajiet tal-KESE relatati mal-Ukraina

3.1

Mill-2003 il-KESE ilu jiżviluppa r-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Ukraina. Fl-2004, il-Kumitat iddedika studju u opinjoni lis-soċjetà ċivili fl-Ukraina, ir-Russja, il-Moldova u l-Belarus. Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina mxew 'il quddiem sew f'dawn l-aħħar snin. In-negozjati għal Ftehim ta' Assoċjazzjoni ġodda għadhom għaddejjin: is-soċjetà ċivili u l-KESE ssejjħu biex jaqdu rwol ikbar fir-relazzjonijiet futuri. Fi Frar 2006, il-KESE organizza konferenza fi Kiev dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili tal-Ukraina fl-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Id-dikjarazzjoni finali rabtet lill-KESE sabiex jappoġġja l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fl-Ukraina.

3.2

Xi ftit xhur wara twaqqaf il-Kunsill Nazzjonali Tripartitiku Soċjali u Ekonomiku tal-Ukraina (NTSEC). Fl-24 u l-25 ta' Ottubru 2007 delegazzjoni tal-NTSEC, immexxija mill-Ministru tal-Ukraina għax-Xogħol, żaret il-KESE. Laqgħa speċjali tal-Grupp ta' Kuntatt dwar il-Ġirien tal-Ewropa tal-Lvant ġiet iddedikata lis-soċjetà ċivili tal-Ukraina.

3.3

Hemm ftehim ġenerali dwar ir-rieda li tinbeda kooperazzjoni strutturata bejn il-KESE u l-NTSEC. Madankollu, il-KESE jixtieq jiżgura li s-soċjetà ċivili tal-Ukraina tkun rappreżentata b'mod iktar ġenerali, inklużi l-organizzazzjonijiet non-governattivi flimkien mat-trejdjunjins u min iħaddem, li huma rappreżentati fl-NTSEC. Għaldaqstant, is-soċjetà ċivili tal-Ukraina għandha toħloq pjattaforma li tirrappreżenta kemm l-NTSEC kif ukoll ir-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili (CSOs).

4.   Is-sitwazzjoni politika u l-affarijiet ekonomiċi u soċjali fl-Ukraina

4.1

Mill-2004 u wara r-Rivoluzzjoni l-Oranġjo, l-Ukraina saret demokrazija ġdida, filwaqt li ħalliet warajha l-maġġoranza tal-pajjiżi ġirien post-Sovjetiċi tagħha. Elezzjonijiet liberi u ġusti saru prattika komuni fl-Ukraina u nżammu d-drittijiet tal-espressjoni u l-assemblea li ntrebħu matul ir-Rivoluzzjoni l-Oranġjo.

4.2

Minkejja dan, mill-ewforja tar-Rivoluzzjoni l-Oranġjo li kkalmat fl-2005, l-Ukraina sabet ruħha f'sitwazzjoni ta' instabilità politika u f'rivalità li wasslu għall-kriżi politika kbira li ħalliet lill-awtoritajiet f'kunflitt ma' xulxin u skreditat lill-ġudikatura tal-Ukraina u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Minn dakinhar 'il quddiem, l-instabilità politika u l-inkapaċità ta' tnedija ta' riformi influwenti saru karatteristiċi fil-ħajja politika tal-Ukraina. Il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha, għalkemm ipprovdew xi tip ta' mudell għal riformi fl-Ukraina, ma rnexxilhomx jimmobilizzaw l-elit politiku u s-soċjetà b'mod ġenerali b'rabta mal-għan tal-integrazzjoni Ewropea.

4.3

L-ekonomija tal-Ukraina kompliet tiżviluppa. Madankollu, ir-ra-ta tal-inflazzjoni baqgħet togħla, u laħqet 'il fuq minn 16 % fl-2007 u baqgħet tiżdied fl-2008, billi l-gvern ma introduċiex miżuri kontra l-inflazzjoni. Għalkemm l-Ukraina rat tnaqqis sinifikanti fil-faqar tul dawn l-aħar snin, iktar minn 20 % mill-popolazzjoni tal-Ukraina xorta waħda tibqa' tmiss mal-marġini tal-faqar u d-dħul medju fl-Ukraina huwa ta' madwar EUR 150 fix-xahar. L-Ukraina xorta waħda tibqa' l-pajjiż li fih l-ambjent regolatorju jippreżenta bosta ostakli għall-investiment barrani dirett u għall-ħolqien ta' negozji. Kollox ma' kollox, l-Ukraina ma rnexxilhiex tintroduċi riformi makroekonomiċi influwenti u l-iżvilupp ekonomiku seħħ l-iktar bis-saħħa ta' fatturi li jmorru lil hinn mill-politika governattiva.

4.4

Minkejja bosta stqarrijiet politiċi, għad m'hemm l-ebda progress sostanzjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ukraina. Skont l-istħarriġ tal-2007 ta' Transparency International, madwar 70 % tal-poplu tal-Ukraina ma jemminx li l-awtoritajiet huma effettivi fil-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni. L-interessi stabbiliti tal-lobbying u l-klijenteliżmu għandhom influwenza qawwija fuq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Hemm bżonn urġenti li tittejjeb l-istruttura tar-rappreżentazzjoni, il-forom ta' medjazzjoni bejn l-Istat u s-soċjetà, l-istat tad-dritt u l-prattika kontra l-korruzzjoni fl-Ukraina.

5.   L-istat tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħha fl-integrazzjoni Ewropea tal-Ukraina

5.1   L-istat tas-soċjetà ċivili fl-Ukraina

5.1.1

Skont statistika uffiċjali, hemm iktar minn 50 000 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili (CSO) reġistrata. L-uffiċjali tal-Istat iddikjaraw li 90 fil-mija tas-CSOs għandhom baġits ta' $50 000-$300 000 fis-sena. Min-naħa l-oħra, il-fatt li iktar minn 80 fil-mija taċ-ċittadini tal-Ukraina mhumiex attivi fl-ebda tip ta' organizzazzjoni volontarja juri li ċ-ċittadini tal-Ukraina għandhom livell baxx ta' parteċipazzjoni ċivika meta mqabbla maċ-ċittadini ta' demokraziji tal-Punent u maċ-ċittadini ta' Stati tal-Ewropa tal-Lvant Ċentrali.

5.1.2

Hemm bosta raġunijiet għal-livelli baxxi ta' parteċipazzjoni ċivika fl-Ukraina: nuqqas ta' fiduċja mill-poplu f'organizzazzjonijiet u fil-proċess politiku b'mod ġenerali li jirriżulta mill-wirt Sovjetiku ta' “attivitajiet ritwali sfurzati”, minn diżillużjoni f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultati ta' riformi demokratiċi u tas-suq, u min-nuqqas ta' klassi medja b'saħħitha u l-persistenza ta' netwerks soċjali informali. Dawn il-karatteristiċi, flimkien man-nuqqas ta' fiduċja tal-Istat fir-rigward tal-attiviżmu taċ-ċittadini, wasslu sabiex l-Ukraina tistaġna fl-istat semi-demokratiku li tinsab fih bħalissa.

5.1.3

Madankollu, qiegħed isir xi progress. Fil-perijodu 2005-2006, għadd ta' organizzazzjonijiet kienu qegħdin jaħdmu fuq id-Duttrina tas-Soċjetà Ċivili sabiex jifformulaw ir-rekwiżiti tas-CSOs għall-awtoritajiet pubbliċi. Il-biċċa l-kbira tal-proposti tad-Duttrina ġew inkorporati fil-Kunċett għall-Appoġġ tal-Istitut tas-Soċjetà Ċivili mill-Awtoritajiet Pubbliċi. F'Novembru 2007, tressqu proposti ċari lill-gvern u l-parlament il-ġodda dwar l-żvilupp tas-soċjetà ċivili u d-djalogu ċivili matul il-konferenza nazzjonali “Politiki Pubbliċi għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili: Prijoritajiet Ġodda”.

5.1.4

Sabiex titlesta l-leġiżlazzjoni dwar is-CSO, jeħtieġ li jsir Att ġdid dwar l-Organizzazzjonijiet Ċiviċi li jipprevedi: il-proċedura ta' reġistrazzjoni tas-CSOs iktar sempliċi u inqas għalja, il-permess għal entitajiet legali sabiex jistabbilixxu organizzazzjonijiet, it-tneħħija tar-restrizzjonijiet territorjali attwali fuq l-attivitajiet tas-CSOs u l-permess għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi kollha.

5.1.5

Kwistjoni oħra għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili fl-Ukraina hija n-nuqqas ta' finanzjament mill-Istat. Skont xi sorsi, il-finanzjament tal-Istat jikkostitwixxi biss 2 % mid-dħul tas-CSOs. Dan huwa estremament baxx meta mqabbel maċ-ċifra ta' 30-40 % fil-pajjiżi ġirien tal-Ewropa Ċentrali. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri antiki tal-UE, finanzjament ta' dan it-tip huwa sors ewlieni tad-dħul tas-CSO.

5.2   Id-djalogu soċjali

5.2.1

It-trejdjunjins inġabru flimkien taħt il-Federazzjoni tat-Trejdjunjins (FTUU), il-Konfederazzjoni Nazzjonali tat-Trejdjunjins u t-Trejdjunjins Ħielsa tal-Ukraina. Il-Konfederazzjoni Nazzjonali tal-Organizzazzjonijiet tat-Trejdjunjins tal-Ukraina (NKPU) hija ċentru nazzjonali tat-trejdjunjins fl-Ukraina li twaqqfet fl-2004. Din twaqqfet bħala unjoni separata li nfirdet mill-Federazzjoni tat-Trejdjunjins tal-Ukraina. Minkejja dawn l-istrutturi li ġew żviluppati b'mod formali, it-trejdjunjins s'issa qdew rwol modest fil-ħarsien tal-interessi tal-membri tagħhom, pereżempju fil-promozzjoni tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

5.2.2

F'dak li jirrigwarda l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u ta' min iħaddem fl-Ukraina, ħafna minnhom huma pjuttost b'saħħithom u huma kapaċi jippromovu l-interessi tagħhom (il-Federazzjoni ta' min iħaddem fl-Ukraina, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Ukraina eċċ.). Madankollu, m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni ta' lobbying fl-Ukraina u l-ebda konsultazzjoni strutturata għall-promozzjoni tal-interessi rispettivi.

5.2.3

Skont id-Digriet Presidenzjali (3) Dwar l-Iżvilupp ta' Djalogu Soċjali fl-Ukraina, il-Kunsill Nazzjonali Tripartitiku Soċjali u Ekonomiku (NTSEC) ġie stabbilit fl-2006 bħala korp tal-pariri u l-konsultazzjoni taħt il-President tal-Ukraina. Barra minn hekk, twaqqfu kunsilli soċjali u ekonomiċi territorjali tripartiċi fil-livell reġjonali fl-Ukraina.

5.2.4

Dawn l-istituzzjonijiet għandhom l-għan li jiżviluppaw id-djalogu soċjali u li jinvolvu r- rappreżentanti tal-impjegati u ta' min iħaddem fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika soċjali u ekonomika tal-Istat.

5.3   Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea tal-Ukraina

5.3.1

Għalkemm is-soċjetà ċivili fl-Ukraina hija pjuttost dgħajfa kif intwera hawn fuq, għadd ta' organizzazzjonijiet attivi tas-soċjetà ċivili kellhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej, fil-monitoraġġ tal-awtoritajiet pubbliċi u fir-rakkomandazzjoni ta' politiki speċifiċi, fil-provvista ta' esperti għall-awtoritajiet pubbliċi, fil-monitoraġġ tal-opinjoni pubblika u fiż-żieda tal-għarfien dwar l-UE fost iċ-ċittadini. Attivitajiet bħal dawn is-soltu jsiru bl-appoġġ finanzjarju tal-komunità internazzjonali minkejja l-fatt li dawn l-attivitajiet ta' sikwit ikunu konformi mal-għanijiet tal-programmi rispettivi tal-Istat u li jeżistu mezzi legali li jappoġġjaw l-attivitajiet ta' NGOs mill-baġit tal-Istat.

5.3.2

L-impatt ta' dawn l-attivitajiet fuq il-progress attwali tal-integrazzjoni Ewropea tal-Ukraina jew tal-Ewropizzazzjoni tal-Ukraina hu pjuttost limitat. Dan għandu x'jaqsam mad-dgħufija u l-kapaċità dgħajfa tas-soċjetà ċivili, minħabba li mhijiex imsaħħa u organizzata biżżejjed sabiex tinfluwenza l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Barra minn hekk, ir-rabta bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini hija pjuttost imċajpra. B'hekk, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-attivisti għandhom ftit potenzjal li jimmobilizzaw liċ-ċittadini u li jifformaw l-opinjoni pubblika. B'żieda ma' dan, is-sitwazzjoni politika instabbli toħloq ostaklu ieħor importanti ħafna li jżomm is-soċjetà ċivili milli jkollha impatt.

5.3.3

Meta l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jirnexxilhom jippromovu ċerti deċiżjonijiet ta' politika, dan iseħħ bis-saħħa ta' politiċi jew ħaddiema taċ-ċivil individwali li jkunu trasparenti u kooperattivi. Il-ħatra tal-Viċi Prim Ministru għall-integrazzjoni Ewropea f'Diċembru 2007 qanqlet il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili. Esperti tas-soċjetà ċivili issa huma involuti fit-tfassil ta' programmi tal-Istat fil-qasam tal-integrazzjoni Ewropea u jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet varji fi ħdan il-kompetenza tal-Viċi Prim Ministru.

5.3.4

Barra minn dak li jidher li huwa rwol attiv li jitwettaq minn ċirku limitat ta' NGOs, f'għajnejn is-soċjetà ċivili b'mod ġenerali l-integrazzjoni Ewropea hija xi ħaġa astratta. Sakemm il-gruppi differenti tas-soċjetà ċivili (it-trejdjunjins, l-għaqdiet professjonali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, eċċ.) ma jifhmux li l-integrazzjoni Ewropea hi xi ħaġa rilevanti għall-ħajja ta' kuljum u li r-riformi se jkollhom implikazzjonijiet għal kulħadd, ir-rwol tagħhom se jibqa' wieħed passiv.

6.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet għal rwol dinamiku ġdid għas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina.

6.1

L-għoti ta' rwol iktar b'saħħtu lis-soċjetà ċivili jesiġi kemm ambjent politiku favorevoli ġenerali fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina kif ukoll miżuri speċifiċi mmirati lejn it-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili.

6.2

F'dak li jirrigwarda l-ambjent politiku ġenerali u d-dinamika tar-relazzjonjieti bejn l-UE u l-Ukraina, jidher li huma essenzjali l-elementi li ġejjin:

6.2.1

Il-prospett ta' sħubija mal-UE għandu jkun offrut lill-Ukraina fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni billi dan jagħti setgħa lill-kostitwenzi favur ir-riforma, inkluża s-soċjetà ċivili orjentata lejn ir-riforma. L-inċentivi offruti mis-sħubija potenzjali tal-UE se jgħinu fl-implimentazzjoni tar-riformi fis-soċjetà u fit-twarrib ta' atturi tal-veto. Skont esperti kemm tal-Ukraina kif ukoll dawk internazzjonali, anki r-referenza għall-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jistipula li kull pajjiż Ewropew li jissodisfa l-kriterji jista' japplika, diġà tibgħat sinjal b'saħħtu lill-Ukraina.

6.2.2

Il-prospett tat-tneħħija tal-viża għandu jsir kredibbli u l-pjan direzzjonali dwar it-tneħħija tal-viża għandu jiġi offrut lill-Ukraina. Bl-ostakli attwali għall-ivvjaġġar, l-atturi tas-soċjetà ċivili għandhom possibbiltajiet limitati li jibnu sħubija effettiva mal-kontropartijiet tagħhom ibbażati fl-UE. Kollox ma' kollox, sistema ħielsa mill-viżi ssaħħaħ il-kuntatti interpersonali u tgħin fl-introduzzjoni tan-normi, il-valuri u l-prattiki Ewropej fl-Ukraina.

6.2.3

Kemm l-UE kif ukoll l-Ukraina għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex l-Ukraina tgawdi kemm tista' mill-Programmi Komunitarji u l-Aġenziji tal-UE li jkunu disponibbli għaliha (4). Fl-istess ħin, għandhom jinstabu u jitkabbru possibbiltajiet ġodda għat-tisħiħ tad-dimensjoni interpersonali.

6.3

F'dak li jirrigwarda miżuri speċifiċi mmirati lejn it-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili, dawn għandhom ikunu bbażati fuq it-tliet pilastri li ġejjin:

6.3.1

L-ewwel nett, l-atturi tas-soċjetà ċivili għandhom jingħataw rwol b'saħħtu fil-proċess politiku (l-iżvilupp tal-politika, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika), b'mod partikulari fejn tidħol il-politika relatata mal-UE.

6.3.2

L-atturi tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu kkonsultati fil-proċess tan-negozjati tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina, fl-iżvilupp ta' prijoritajiet għall-kooperazzjoni fuq bażi annwali (bħalissa permezz tax-xogħol ta' istituzzjonijiet konġunti stabbiliti mill-PCA u ladarba l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jidħol fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tal-ftehim il-ġdid), fit-twettiq ta' analiżi mill-ġdid ta' nofs it-term tal-perspettiva finanzjarja attwali (il-Karta Strateġika Nazzjonali tal-ENPI 2007-2013 għall-Ukraina) u fl-iżvilupp ta' programmi annwali fi ħdan l-ENPI (b'mod partikulari, sabiex ikunu definiti l-prijoritajiet tal-finanzjament mogħti lill-Ukraina bħala l-appoġġ baġitarju fi ħdan l-ENPI).

6.3.3

Il-monitoraġġ indipendenti tas-soċjetà ċivili għandu jkun imħeġġeġ, megħjun u kkunsidrat mill-UE u mill-Ukraina.

6.3.4

It-tieni nett, l-UE u l-gvern tal-Ukraina għandu jkollhom il-mira li joħolqu ambjent regolatorju “favur is-soċjetà ċivili” fl-Ukraina. Dan joffri, fost affarijiet oħrajn, opportunitajiet għal finanzjament intern (li jinkludi finanzjament tal-Istat permezz ta' sottokuntrattar ta' servizzi) lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Ukraina u, għaldaqstant, inaqqas id-dipendenza attwali tas-CSOs tal-Ukraina fuq donaturi barranin.

6.3.5

It-tielet nett, l-UE għandha tiżviluppa l-istrateġija ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-soċjetà ċivili tal-Ukraina. Għalissa, is-soċjetà ċivili tal-Ukraina hija pjuttost frammentata b'impatt limitat ħafna jew b'ebda impatt fuq il-proċess politiku. Il-politika tal-UE u dik tal-gvern tal-Ukraina għandha tkun immirata lejn il-fatt li s-soċjetà ċivili ssir imsieħba b'saħħitha, billi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet jkun komponent estremament importanti. Dan jinkludi l-fatturi li ġejjin:

opportunitajiet ta' finanzjament aħjar u iktar aċċessibbli min-naħa tal-UE, l-iktar għas-CSOs qrib iċ-ċittadini u mhux għal dawk li huma bbażati fuq proġetti biss, iżda għall-iżvilupp istituzzjonali u s-sostenibilità ġenerali;

programmi ta' taħriġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-CSOs tal-Ukraina, li jiffukaw fuq il-ġestjoni ta' proġetti, in-netwerking, ħiliet ta' rakkomandazzjoni, eċċ. u li jwasslu sabiex is-soċjetà ċivili tal-Ukraina tkun infurmata aħjar dwar l-opportunitajiet li diġà qegħdin jiġu offruti lilha mill-UE (inklużi opportunitajiet ta' finanzjament);

għajnuna mmirata lejn it-tisħiħ ta' inizjattivi individwali tas-soċjetà ċivili, inkluż il-ħolqien ta' koalizzjonijiet u pjattaformi fost is-CSOs tal-Ukraina.

6.3.6

Barra minn hekk, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina għandu jservi bħala strument tal-proċess ta' riforma u jipprovdi rwol iktar b'saħħtu lis-soċjetà ċivili. Barra mill-prospett tas-sħubija tal-UE kif semmejna hawn fuq, id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandha tinkludi referenza għall-Artikolu 217 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (5). Dan l-Artikolu jagħti l-mandat lill-UE sabiex tikkonkludi ftehimiet ta' assoċjazzjoni ma' pajjiżi terzi.

6.3.7

Il-ftehim għandu jkun espliċitu b'rabta mal-impenn taż-żewġ partijiet (ta' l-UE u tal-Ukraina) f'dak li jirrigwarda t-tisħiħ addizzjonali tas-soċjetà ċivili fl-Ukraina u li din titħalla tipparteċipa fid-djalogu ċivili u fil-proċess politiku.

6.4

Il-ftehim għandu jinkludi l-ħolqien ta' korp konġunt tas-soċjetà ċivili bħala parti mill-qafas istituzzjonali tal-UE u l-Ukraina. F'dan il-kuntest, il-KESE jirrakkomanda li tissejjes relazzjoni sostnuta u li tħares 'il quddiem mas-soċjetà ċivili tal-Ukraina, li tibda bl-istrutturar tar-relazzjonijiet tagħna, pereżempju, billi jiġi organizzat workshop f'Ottubru 2008, biex jiġi diskuss iktar fil-fond it-twaqqif ta' dan il-korp konġunt mas-soċjetà ċivili tal-Ukraina

6.4.1.

Il-korp konġunt ikun magħmul minn għadd indaqs ta' membri mill-KESE u minn korp li jirrappreżenta lis-soċjetà ċivili organizzata fl-Ukraina. Id-delegazzjoni tal-Ukraina tista' tkun magħmula minn membri tal-NTSEC (rappreżentanti ta' min iħaddem, it- trejdjunjins u l-gvern) biż-żieda tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li mhumiex rappreżentati fi ħdan l-NTSEC. Il-korp konġunt ikun presedut b'mod konġunt minn żewġ kopresidenti miż-żewġ partijiet. Il-korp konġunt se jiltaqa' darbtejn fis-sena (darba fi Brussell u darba fl- Ukraina) u jista' jiġi kkonsultat mill-Kunsill Konġunt jew fuq inizjattiva tiegħu stess sabiex jiġu diskussi suġġetti differenti ta' interess reċiproku u li huma rilevanti għas-soċjetà ċivili. L- għanijiet ewlenin tal-korp konġunt UE-Ukraina tas-soċjetà ċivili jistgħu jkunu:

li jiżgura l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina;

li jrawwem dibattitu pubbliku u għarfien fost iċ-ċittadini tal-Ukraina dwar ir-relazzjonijiet mal-UE u l-integrazzjoni Ewropea tal-Ukraina;

li jippromovi l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili tal-Ukraina fl-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali ta' Azzjoni u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni il-ġdid meta jidħol fis-seħħ, filwaqt li jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess nazzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

li jħaffef il-proċess tal-ħolqien tal-istituzzjonijiet u t-tisħiħ ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Ukraina b'modi varji, li jinkludu netwerking informali, żjarat, workshops u attivitajiet oħra;

li jippermetti lir-rappreżentanti tal-Ukraina li jsiru familjari mal-proċess ta' konsultazzjoni li qiegħed iseħħ fl-UE u b'mod iktar ġenerali mad-djalogu bejn l-imsieħba soċjali u ċivili fl-UE.

Brussell, it-18 ta' Settembru 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  F'din l-opinjoni, is-soċjetà ċivili tirrappreżenta tliet gruppi skont l-attivitajiet tagħhom: 1) l-organizzazzjonijiet ta' interess li jirrappreżentaw u jippromovu l-interessi u l-valuri ta' gruppi partikulari jew is-soċjetà kollha kemm hi, 2) l-organizzazzjonijiet ta' servizz li jipprovdu servizzi għall-membri tagħhom jew għal firxa wiesa' ta' klijenti, u 3) l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ li jipprovdu r-riżorsi biex jappoġġjaw lil dawk fil-bżonn jew sabiex jagħmluha possibbli li jseħħu ċerti attivitajiet. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jinkludu t-trejdjunjins, min iħaddem, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, l-organizzazzjonijiet tal-avukati, l-organizzazzjonijiet li jipprovdu s-servizzi soċjali jew li jirrappreżentaw l-oqsma vulnerabbli tas-soċjetà, u l-interessi speċjali, bħall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jew l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi. Zimmer, A. u Priller, E. (eds.), Future of Civil Society. Making Central European Nonprofit Organizations work. VS Verlag fűr Sozialwissenschaften, pp. 16

(2)  Qabel dan il-ftehim kien jissejjaħ “ftehim ġdid imtejjeb”. Id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit bejn l-UE u l-Ukraina (9 ta' Settembru 2008) ssejjaħ għal konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina.

(3)  Digriet tal-President tal-Ukraina Nru 1871 tad-29 ta' Diċembru 2005.

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-approċċ ġenerali li jwassal sabiex il-pajjiżi msieħba tal-PEV ikunu jistgħu jieħdu sehem fl-aġenziji Komunitarji u l-programmi Komunitarji (COM(2006) 724 finali. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(5)  Ara Sushko, O., Khorolsky, R., Shumylo O., Shevliakov, I. (2007), The New Enhanced Agreement between Ukraine and the EU: Proposals of Ukrainian Experts. KAS Policy Paper 8 għal ikar dettalji. Ara wkoll Hillion, C. (2007), Mapping-Out the New Contractual Relations between the European Union and Its Neighbours: Learning from the EU-Ukraine “Enhanced Agreement”, in European Foreign Affairs Review 12, pp. 169-182.


ANNESS

 

ANNESS I

IL-KOMPOŻIZZJONI TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI FL-UKRAINA U L-LIVELL TA' ATTIVITÀ SKONT IR-REĠJUN

52 693

L-NGOs u ċ-ċentri tagħhom

20 186

L-għaqdiet reliġjużi

18 960

It-trejdjunjins

15 867

Il-partiti politiċi u l-uffiċċji tagħhom

10 705

L-għaqdiet tal-karità

6 003

L-unjins tal-koproprjetarji ta' bini b'iktar minn sular wieħed

5 480

L-għaqdiet tal-konsumaturi

982

L-unjins tal-kreditu

473

L-unjins tas-soċjetà tal-konsumaturi

Informazzjoni disponibbli sal-1 ta' Lulju 2007. Din tinkludi l-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili reġistrati. Madankollu, l-esperti jgħidu li minn dan in-numru m'hemmx aktar minn 2 500 li huma attivi soċjalment.

L-iktar reġjuni attivi jinkludu:

L'viv u Kyiv

'il fuq minn 4 000 CSO

Zaporizhzhia oblast (reġjun)

madwar 1 500 CSO

Dnipropetrovsk oblast

kważi 1 000 CSO

Odesa oblast

madwar 1 000 CSO

Luhansk oblast

'il fuq minn 750 CSO

Sors:

Latsyba,M. (2008), Development of Civil Society in Ukraine. Ukrainian Independent Centre for Policy Studies.

ANNESS II

OQSMA TA' PRIJORITÀ GĦAS-CSOS FL-UKRAINA

Il-ħidma mat-tfal u ż-żgħażagħ

45 %

Soluzzjoni għall-kwistjonijiet soċjali

35 %

Il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem

31 %

L-edukazzjoni pubblika

28 %

L-iżvilupp tas-settur tas-CSO

19 %

Mill-1 ta' Jannar 2007, il-Ministeru tal-Ġustizzja rreġistra 1 791 CSO tal-Ukraina:

412

Organizzazzjonijiet professjonali

77

Għaqdiet tal-veterani u persuni b'diżabbiltà

332

Organizzazzjonijiet ta' taħriġ fiżiku u l-isport

56

Organizzazzjonijiet ambjentali

168

Għaqdiet edukattivi u kulturali

45

Organizzazzjonijiet tan-nisa

153

Għaqdiet tax-xjenza, it-teknoloġija u l-arti

36

Organizzazzjonijiet tal-ħarsien kontra d-diżastru ta' Chernobyl

153

Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ

13

Organizzazzjonijiet tat-tfal

137

Organizzazzjonijiet għar-relazzjonijiet nazzjonali u ta' ħbiberija

9

Organizzazzjonijiet ta' min iħaddem

114

It-trejdjunjins u l-għaqdiet tagħhom

3

Organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-monumenti storiċi u kulturali

Sorsi:

Latsyba, M. (2008), Development of Civil Society in Ukraine. Ukrainian Independent Centre for Policy Studies and Creative Centre Counterpart (2006), NGO Status and Development Dynamics, 2002-2005. Ċitat f'Latsyba op.cit.

ANNESS III

STRUTTURA KOMPARATTIVA TAD-DĦUL TAS-CSOS

Pajjiżi inklużi fl-istudju

Sorsi ta' finanzjament tas-CSOs, %

Sussidji Pubbliċi

Ħlas għas-Servizzi tas-CSOs

Sussidji Privati li ma jinkludux l-ispejjeż għall-ħin ta' ħidma tal-voluntieri

Ir-Renju Unit

45 %

43 %

11 %

Il-Ġermanja

64 %

32 %

3 %

Franza

58 %

35 %

8 %

Il-Polonja

24 %

60 %

15 %

Ir-Rumanija

45 %

29 %

26 %

L-Ungerija

27 %

55 %

18 %

Is-Slovakkja

21 %

54 %

25 %

Ir-Repubblika Ċeka

39 %

47 %

14 %

Ir-Russja

1 %

36 %

63 %

L-UKRAINA

2 %

25 %

72 %

Sors:

Latsyba, M. (2008), Development of Civil Society in Ukraine. Ukrainian Independent Centre for Policy Studies ibbażat fuq is-sorsi li ġejjin:

 

Lester M. Salomon et al. (2003), Global Civil Society. An Overview. L-Università Johns Hopkins, l-Istati Uniti;

 

Civil Society Institute (2005), NGO Funding in Ukraine. Analytical Study. Kyiv;

 

Municipal Economy Institute Foundation (2003), The Role of Non-Commercial Sector in the Economic Development of Russia. Moscow.