EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TN0093

Kawża T-93/24: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2024 – Lantmännen u Lantmännen Biorefineries vs Il-Kummissjoni

ĠU C, C/2024/2333, 2.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2333/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2333/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2333

2.4.2024

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2024 – Lantmännen u Lantmännen Biorefineries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/24)

(C/2024/2333)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lantmännen ek för (Stokkolma, l-Isvezja), Lantmännen Biorefineries AB (Norrköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: R. Bachour, A. Van Cauwelaert, S. Perván Lindeborg u M. Nicolin, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni fil-każ AT.40054 – Ethanol Benchmarks – C(2023) 8320 final, adottata mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Diċembru 2030 u indirizzata lil Lantmännen ek för u Lantmännen Biorefineries AB.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura, inkluż dawk tal-eventwali intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummmissjoni naqset milli tosserva l-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza fir-rigward tar-rikorrenti meta adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2021, C(2021) 8913 (id-“Deċiżjoni Tranżazzjonali”) u meta rreferiet għar-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba, inkluż id-drittijiet għall-imparzjalità u għad-difiża, billi ma żguratx li setgħu jiġu esklużi kwalunkwe dubji raġonevoli dwar l-imparzjalità tal-Kummissjoni meta eżaminat il-każ tar-rikorrenti, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Tranżazzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2333/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top