EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CB0231

Kawża C-231/23, Eurobank Bulgaria: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – “Eurobank Bulgaria” AD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Risposta li tista’ tiġi dedotta kjarament mill-ġurisprudenza – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti – Direttiva 93/13/KEE – Talba ta’ negozjant dwar parti minn kreditu bbażat fuq kuntratt konkluż mal-konsumatur – Sentenza li tilqa’ din it-talba u li tikkonferma l-validità ta’ dan il-kuntratt kollu – Proċedura ulterjuri dwar parti oħra ta’ dan il-kreditu – Awtorità ta’ res judicata)

ĠU C, C/2024/1233, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1233/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1233/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1233

12.2.2024

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – “Eurobank Bulgaria” AD

(Kawża C-231/23, Eurobank Bulgaria) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Risposta li tista’ tiġi dedotta kjarament mill-ġurisprudenza - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Direttiva 93/13/KEE - Talba ta’ negozjant dwar parti minn kreditu bbażat fuq kuntratt konkluż mal-konsumatur - Sentenza li tilqa’ din it-talba u li tikkonferma l-validità ta’ dan il-kuntratt kollu - Proċedura ulterjuri dwar parti oħra ta’ dan il-kreditu - Awtorità ta’ res judicata)

(C/2024/1233)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “Eurobank Bulgaria” AD

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-qorti adita b’talba ta’ negozjant intiża biex konsumatur jiġi kkundannat iħallas il-bilanċ li għadu dovut mill-kreditu li jirriżulta minn kuntratt konkluż miegħu, milli teżamina ex officio n-natura eventwalment inġusta tal-klawżoli ta’ dan il-kuntratt meta, permezz ta’ deċiżjoni preċedenti li għandha l-awtorità ta’ res judicata u li tirrigwarda parti mill-istess kreditu, diġà tkun ngħatat deċiżjoni dwar il-validità ta’ dawn il-klawżoli fir-rigward ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu li din il-qorti ma tkunx tista’ tistħarreġ ex officio n-natura eventwalment inġusta ta’ klawżoli jew ta’ partijiet minn klawżoli tal-imsemmi kuntratt li ma jkunux ġew eżaminati fil-kuntest ta’ din id-deċiżjoni preċedenti.

2)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-qorti adita b’talba ta’ negozjant intiża biex konsumatur jiġi kkundannat iħallas il-bilanċ li għadu dovut mill-kreditu li jirriżulta minn kuntratt konkluż miegħu, milli teżamina ex officio n-natura eventwalment inġusta tal-klawżoli ta’ dan il-kuntratt meta, permezz ta’ deċiżjoni preċedenti li għandha l-awtorità ta’ res judicata u li tirrigwarda parti mill-istess kreditu, diġà tkun ngħatat deċiżjoni dwar il-validità ta’ dawn il-klawżoli fir-rigward ta’ din id-direttiva jekk din id-deċiżjoni preċedenti tkun tinkludi motivazzjoni li tippermetti lill-qorti li tidentifika l-klawżoli jew il-partijiet mill-klawżoli li kienu s-suġġett ta’ stħarriġ fil-kuntest tal-ewwel proċedura kif ukoll, anki jekk espressi sommarjament, ir-raġunijiet għalfejn il-qorti adita fil-kuntest ta’ din il-proċedura qieset li dawn il-klawżoli jew dawn il-partijiet minn klawżoli kienu nieqsa minn natura inġusta.


(1)  Data tal-preżentata: 12.4.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1233/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top