EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0252
Case C-252/21: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 22 April 2021 — Facebook Inc. and Others v Bundeskartellamt
Kawża C-252/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-22 ta’ April 2021 – Facebook Inc. et vs Bundeskartellamt
Kawża C-252/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-22 ta’ April 2021 – Facebook Inc. et vs Bundeskartellamt
ĠU C 320, 9.8.2021, p. 16–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-22 ta’ April 2021 – Facebook Inc. et vs Bundeskartellamt
(Kawża C-252/21)
(2021/C 320/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Facebook Inc., Facebook Ireland Ltd, Facebook Deutschland GmbH
Konvenut: Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
Intervenjent: Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
Domandi preliminari
1. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: |
2. |
|
3. |
Impriża bħal Facebook Ireland, li topera network diġitali soċjali ffinanzjat mir-reklamar u li tipproponi, fil-kundizzjonijiet għall-użu tagħha, il-personalizzazzjoni tal-kontenut u tar-reklamar, is-sigurtà tan-network, it-titjib tal-prodott kif ukoll l-użu kontinwu u bla xkiel tal-prodotti kollha fil-grupp, tista’ tinvoka l-ġustifikazzjoni bbażata fuq in-neċessità tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, konformement mal-Artikolu 6(1)(b) tar-RĠPD, jew it-teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi leġittimi, konformement mal-Artikolu 6(1)(f) tar-RĠPD, meta hija tiġbor, tirrelata mal-kont Facebook.com tal-utent u tuża, għal dawn il-finijiet, id-data minn servizzi oħra tal-grupp stess u minn siti internet u applikazzjonijiet terzi, permezz ta’ interfaċċi integrati f’dawn tal-aħħar, bħal “Facebook Business Tools” permezz ta’ cookies imqiegħda fil-kompjuter jew fit-tagħmir ċellulari tal-utent tal-internet, jew permezz ta’ teknoloġiji ta’ ħażna simili? |
4. |
F’tali każ,
|
5. |
F’tali każ, il-ġbir ta’ data minn servizzi oħra tal-grupp stess u minn siti internet u applikazzjonijiet terzi, permezz ta’ interfaċċi integrati f’dawn tal-aħħar, bħal “Facebook Business Tools”, jew permezz ta’ cookies jew teknoloġiji ta’ ħażna simili maħżuna fil-kompjuter jew fit-tagħmir ċellulari tal-utent tal-internet, il-korrelazzjoni mal-kont Facebook.com tal-utent u l-użu ta’ din id-data jew inkella l-użu ta’ data diġà miġbura u mqiegħda f’korrelazzjoni mod ieħor jistgħu, f’każijiet individwali, jiġu ġġustifikati wkoll skont l-Artikolu 6(1)(c), (d) u (e) tar-RĠPD, pereżempju sabiex tingħata risposta għal talba legalment valida li tiġi pprovduta ċerta data (punt (c)) sabiex jiġi miġġieled aġir dannuż u tiġi promossa s-sigurtà (punt (d)) għall-finijiet ta’ riċerka għall-benefiċċju tas-soċjetà u sabiex jiġu promossi l-protezzjoni, l-integrità u s-sigurtà (punt (e))? |
6. |
Fil-konfront ta’ impriża li għandha pożizzjoni dominanti fis-suq, bħal Facebook Ireland, jista’ jingaħta kunsens validu, u b’mod partikolari liberu, fis-sens tal-Artikolu 4(11) tar-RĠPD, konformement mal-Artikolu 6(1)(a) u l-Artikolu 9(2)(a) tar-RĠPD? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: |
7. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għas-seba’ domanda, huwa neċessarju li tingħata risposta għat-tielet sal-ħames domanda fir-rigward ta’ data mill-użu tas-servizz Instagram tal-grupp. |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2