EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0543

Kawża C-543/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/23


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-543/17)

(2017/C 374/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, L. Nicolae, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom mad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (ĠU L 155, p. 1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 54 639,36 kuljum dekorribbli mid-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża odjerna għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/61/UE;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Istati Membri kienu obbligati, skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/61/UE li jadottaw il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016. Il-Kummissjoni tqis li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-dispożizzjoni.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni pproponiet li r-Renju tal-Belġju jiġi kkundannat għal penalità ta’ kuljum fl-ammont ta’ EUR 54 639,36.


Top