EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0460

Kawża C-460/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-31 ta’ Lulju 2017 – Valériane SNC vs Ministre de l’Action et des Comptes Publics

ĠU C 347, 16.10.2017, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-31 ta’ Lulju 2017 – Valériane SNC vs Ministre de l’Action et des Comptes Publics

(Kawża C-460/17)

(2017/C 347/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valériane SNC

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes Publics

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-VAT tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), liema dispożizzjonijiet ġew essenzjalment riprodotti fl-Artikolu 168 tad-Direttiva, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi rrifjutat id-dritt ta’ persuna taxxabbli li tnaqqas, mit-taxxa fuq il-valur miżjud li hija tkun responsabbli għaliha minħabba t-tranżazzjonijiet proprji tagħha, it-taxxa kkalkulata fuq fatturi li jikkorrispondu għal oġġetti jew għal provvisti ta’ servizzi li fir-rigward tagħhom jiġi stabbilit mill-amministrazzjoni fiskali li ma ġewx effettivament ipprovduti lilha, hemm lok, f’kull każ, li jiġi mistħarreġ hekk huwiex stabbilit li din kienet taf jew kellha tkun taf li din it-tranżazzjoni kienet tifforma parti minn frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u li din il-frodi twettqet bl-inizjattiva tal-persuna li ħarġet il-fattura, tad-destinatarju tagħha jew ta’ terzi?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Top