EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0493

Kawża C-493/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Settembru 2015 – Agenzia delle Entrate vs Marco Identi

ĠU C 406, 7.12.2015, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Settembru 2015 – Agenzia delle Entrate vs Marco Identi

(Kawża C-493/15)

(2015/C 406/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia della Entrate

Konvenut: Marco Identi

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni, fil-qasam tal-VAT, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tmiem tad-dejn tal-VAT fir-rigward tal-persuni ammessi għall-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn irregolata mill-Artikoli 142 u 143 tad-Digriet Irjali Nru 267/1942?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


Top