EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0070

Kawża C-70/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-17 ta’ Frar 2015 – Emmanuel Lebek vs Janusz Domino

ĠU C 171, 26.5.2015, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-17 ta’ Frar 2015 – Emmanuel Lebek vs Janusz Domino

(Kawża C-70/15)

(2015/C 171/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Emmanuel Lebek

Konvenut: Janusz Domino

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sa fejn isemmi l-fatt li għandu jkun hemm il-possibbiltà li titressaq kawża, dan ikopri kemm is-sitwazzjoni li fiha din il-kawża tista’ titressaq fit-terminu previst fid-dritt nazzjonali kif ukoll dik li fiha, għalkemm it-terminu jkun skada, ikun madankollu possibbli li titressaq talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza u sussegwentement – ladarba tintlaqa’ – li titressaq il-kawża xierqa?

2)

L-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jeskludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-possibbiltà ta’ eżenzjoni mid-dekadenza, jew fis-sens li l-konvenut jista’ jagħmel użu jew mit-talba msemmija f’din id-dispożizzjoni jew inkella mill-proċedura xierqa prevista mid-dritt nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.

(2)  ĠU L 324, p. 79.


Top