EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0334

Kawża C-334/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fid- 9 ta’ Lulju 2014 – État belge vs Nathalie De Fruytier

ĠU C 303, 8.9.2014, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fid-9 ta’ Lulju 2014 – État belge vs Nathalie De Fruytier

(Kawża C-334/14)

2014/C 303/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: État belge

Konvenuta: Nathalie De Fruytier

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 13A(1)(b) u (ċ) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1) jipprekludi li trasport ta’ kampjuni jew ta’ organi għall-finijiet ta’ analiżi medika jew ta’ kura medika jew terapewtika, imwettaq minn terz li jaħdem għal rasu u li s-servizzi tiegħu huma koperti mir-rimbors magħmul mis-sigurtà soċjali lil kliniki u lil laboratorji, ikun eżentat mill-VAT taħt servizzi konnessi mill-qrib ma’ servizzi ta’ natura medika, jiġifieri li għandhom l-għan li jagħmlu dijanjosi, li jikkuraw u, sa fejn possibbli, li jfejqu mard jew anomaliji tas-saħħa?

2)

Attività ta’ trasport ta’ kampjuni u ta’ organi għall-finijiet ta’ analiżi medika jew ta’ kura medika jew terapewtika, imwettqa minn terz li jaħdem għal rasu u li s-servizzi tiegħu huma koperti mir-rimbors magħmul mis-sigurtà soċjali lil kliniki u lil laboratorji bl-għan li titwettaq analiżi medika, tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni tat-taxxa skont l-Artikolu 13A(1)(b) u (ċ) tas-Sitt Direttiva tal-VAT?

3)

Il-kunċett ta’ stabblimenti oħrajn ta’ natura simili rikonoxxuti regolarment imsemmija fl-Artikolu 13A(1)(b) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-kumpanniji privati li s-servizzi tagħhom jikkonsistu fit-trasport ta’ kampjuni umani għall-finijiet ta’ analiżi indispensabbli sabiex jintlaħqu l-għanijiet terapewtiċi mixtieqa mill-isptarijiet jew ċentri għall-kura medika?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


Top