EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0573

Kawża C-573/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Linköping (l-Isvezja) fis- 6 ta’ Diċembru 2012 — Ålands Vindkraft AB vs Energimyndigheten

ĠU C 38, 9.2.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Linköping (l-Isvezja) fis-6 ta’ Diċembru 2012 — Ålands Vindkraft AB vs Energimyndigheten

(Kawża C-573/12)

2013/C 38/23

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Linköping

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ålands Vindkraft AB

Konvenuta: Energimyndigheten

Domandi preliminari

(1)

Is-sistema Svediża dwar iċ-ċertifikat tal-elettriku hija skema ta’ appoġġ nazzjonali li teħtieġ li l-fornituri tal-elettriku u li ċerti utenti tal-elettriku fl-Istat Membru jixtru ċertifikat tal-elettriku, li jikkorrispondi għal sehem partikolari mill-bejgħ jew mill-użu tagħhom, mingħajr il-ħtieġa speċifika li jinxtara l-elettriku mill-istess sors. Iċ-ċertifikat tal-elettriku jinħareġ mill-Istat Svediż u jservi ta’ prova li ġie prodott ċertu ammont ta’ elettriku li jiġġedded. Il-produtturi tal-elettriku miksub minn sorsi li jiġġeddu jirċievu, permezz tal-bejgħ taċ-ċertifikat tal-elettriku, qligħ żejjed bħala dħul addizzjonali mill-produzzjoni tal-elettriku tagħhom. L-Artikolu 2(k) u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jippermettu lil Stat Membru li japplika skema ta’ appoġġ nazzjonali bħal dik imsemmija iktar ’il fuq, li permezz tagħha huma biss il-produtturi li jinsabu fit-territorju ta’ dak l-Istat li jistgħu jipparteċipaw u li r-riżultat tagħha huwa li dawn il-produtturi għandhom vantaġġ ekonomiku fuq il-produtturi li ma jistgħux jiksbu ċertifikat tal-elettriku?

(2)

Sistema bħal dik deskritta fl-ewwel domanda — fid-dawl tal-Artikolu 34 [TFUE] — tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni jew bħala miżura li għandha effetti ekviwalenti?

(3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda hija fl-affermattiv, tista’ sistema tkun kompatibbli mal-Artikolu 34 [TFUE] fir-rigward tal-għan li tiġi ppromovuta l-produzzjoni tal-elettriku minn soris ta’ enerġija li jiġġeddu?

(4)

Kif inhuma affettwati l-kunsiderazzjonijiet għad-domandi preċedenti mill-fatt li r-restrizzjoni li l-iskema ta’ appoġġ tinkludi biss produtturi nazzjonali ma hijiex espressament irregolata mil-liġi nazzjonali?


(1)  ĠU L 140, p. 16.


Top