EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0480

Kawża C-480/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 25 ta’ Ottubru 2012 — Minister van Financiën vs X B.V.

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Ottubru 2012 — Minister van Financiën vs X B.V.

(Kawża C-480/12)

2013/C 26/41

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister van Financiën

Konvenut: X B.V.

Domandi preliminari

(1)

(a)

L-Artikoli 203 u 204 tal-KDK (1) (Kodiċi Doganali tal-Komunità), moqrija flimkien mal-Artikolu 859 (partikolarment il-paragrafu 2(ċ)) tar-RIKD (2) (Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-oltrepassar (waħdu) tat-terminu ta’ tranżitu stabbilit skont l-Artikolu 356(1) tar-RIKD ma jwassalx għal dejn doganali bit-tneħħija kontra l-liġi mis-sorveljanza doganali fis-sens tal-Artikolu 203 tal-KDK, iżda għal dejn doganali abbażi tal-Artikolu 204 tal-KDK?

(b)

Sabiex tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1.a huwa rikjest li l-persuni kkonċernati jipprovdu lill-awtoritajiet doganali informazzjoni dwar il-kawżi tal-oltrepassar tat-terminu, jew tal-inqas li jispjegaw lill-awtoritajiet doganali fejn kienet tinsab il-merkanzija matul il-perijodu ta’ bejn it-terminu stabbilit skont l-Artikolu 356 tar-(RI)KD u l-mument li fih dawn ġew effettivament ippreżentati quddiem l-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni?

(2)

Is-Sitt Direttiva (VAT) (3), b’mod partikolari l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-VAT hija dovuta meta jitnissel dejn doganali esklużivament abbażi tal-Artikolu 204 tal-KDK?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307)

(2)  Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3)

(3)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)


Top