EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0297

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 taʼ April 2012.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika.
Nuqqas taʼ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/60/KE — Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma — Pjanijiet taʼ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku — Assenza taʼ notifika lill-Kummissjoni.
Kawża C‑297/11.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:228





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 taʼ April 2012 — Il‑Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C‑297/11)

“Nuqqas taʼ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/60/KE — Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma — Pjanijiet taʼ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku — Assenza taʼ notifika lill-Kummissjoni”

1.                     Rikors għal nuqqas taʼ twettiq taʼ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60, Artikoli 13(1) sa (3) u (6), 14(1)(ċ), u 15(1) (ara l-punt 13)

2.                     Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni taʼ direttivi — Nuqqas taʼ twettiq taʼ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 14, 17)

Suġġett

Nuqqas taʼ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 13(1), (2) u (6), 14(1)(ċ) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 taʼ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Pjanijiet taʼ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku — Nuqqas taʼ notifika lill-Kummissjoni tal-kopji tal-pjanijiet taʼ mmaniġġjar.

Dispożittiv

1)

Peress illi, sat-22 taʼ Diċembru 2009, ma fasslitx il-pjanijiet taʼ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, kemm għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jinsabu totalment fit-territorju nazzjonali tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali, u peress illi ma bagħtitx lill-Kummissjoni Ewropea, sat-22 taʼ Marzu 2010, kopja taʼ dawn il-pjanijiet, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13(1) sa (3) u (6) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 taʼ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u barra minn hekk, peress illi ma neditx, sa mhux iktar tard mit-22 taʼ Diċembru 2008, il-proċedura taʼ informazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet taʼ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top