EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0089

P9_TA(2023)0089 Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 (COM(2022)0526 – C9-0344/2022 – 2022/0326(COD)) P9_TC1-COD(2022)0326 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Marzu 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar Sena Ewropea tal-Ħiliet

ĠU C 341, 27.9.2023, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 341, 27.9.2023, p. 6–6 (GA)

27.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/13


P9_TA(2023)0089

Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 (COM(2022)0526 – C9-0344/2022 – 2022/0326(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2023/C 341/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0526),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 149 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0344/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2022  (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta’ Marzu 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0028/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)   ĠU C 100, 16.3.2023, p. 123.


P9_TC1-COD(2022)0326

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Marzu 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar Sena Ewropea tal-Ħiliet

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni (UE) 2023/936.)


Top