EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AR0006

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew”

ĠU C 225, 27.7.2012, p. 127–142 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/127

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposta għal regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew”

2012/C 225/09

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

huwa sodisfatt li l-FSE ser iżomm il-karatteristika partikolari tiegħu ta’ fond strutturali, u li ser jibqa' element, stabbilit fis-sod, tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, pjuttost milli jinbidel f'politika Ewropea settorjali;

għad għandu xi dubji, madankollu, dwar kemm iż-żieda modesta fir-riżorsi disponibbli għall-FSE ser tkun biżżejjed biex tappoġġja l-għanijiet ambizzjużi stabbiliti għalih;

jitlob li tinstab minnufih bażi legali iktar adatta barra l-FSE biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-għajnuna f'ikel għall-persuni l-aktar fi bżonn;

jinsab imħasseb li l-“allinjament komplet” tal-FSE mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 jista' jikkostrinġi l-missjoni li għandu jaqdi fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, kif previst fit-Trattat (cf. reġjuni rurali, dawk għaddejjin minn tibdil industrijali, reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi);

jiddispjaċih li l-proposta ma tagħmilx referenza għall-promozzjoni tal-flessigurtà fis-suq tax-xogħol, u josserva li l-flessigurtà hija koperta minn wieħed mil-linji gwida integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (linja gwida 7);

japprova l-allokazzjoni tal-inqas 20 % tar-riżorsi kollha tal-FSE f'kull Stat Membru sabiex jintlaħaq l-għan tematiku tal-“promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar”;

filwaqt li japprova l-konċentrazzjoni tematika, ma jaqbilx mal-mod ta’ ħidma u l-proċedura li għażlet il-Kummissjoni biex jintlaħaq dan l-għan, u jirrakkomanda, minflok, iżjed flessibilità;

huwa diżappuntant li l-Artikolu 6 tal-Proposta għal Regolament dwar “L-involviment tal-imsieħba”, kif ukoll il-premessa (9), ma jagħmlu l-ebda referenza għall-awtoritajiet lokali; jirreferu biss għall-imsieħba soċjali u l-NGOs;

huwa mistagħġeb kif il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedix kooperazzjoni transkonfinali u interrreġjonali flimkien mal-kooperazzjoni transnazzjonali;

jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza għall-bżonn ta’ “mobilizzazzjoni tal-partijiet interessati reġjonali u lokali” biex tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020, u l-possibbiltà li jintużaw il-patti territorjali biex jintlaħaq dan l-għan, iżda jkun favur l-espansjoni tal-użu tagħha għal fondi oħrajn;

Relatur

Konstantinos SIMITSIS (EL/PSE), Sindku tal-Belt ta’ Kavala

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006

COM(2011) 607 final – 2011/0268 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.

huwa sodisfatt li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), li huwa strument indispensabbli biex jappoġġja l-impjieg, jippromovi l-inklużjoni soċjali u jiġġieled il-faqar, ser iżomm il-karatteristika partikolari tiegħu ta’ fond strutturali, u li ser jibqa' element, stabbilit fis-sod, tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, pjuttost milli jinbidel f'politika Ewropea settorjali, saħansitra wara l-2013;

2.

japprova ż-żamma, ir-riorganizzazzjoni u t-tisħiħ tal-għanijiet tematiċi fundamentali tal-operazzjonijiet fil-qafas tal-FSE, li jinqasmu bejn erba' kategoriji, kull waħda minnhom b'numru ta’ prijoritajiet ta’ investiment;

3.

jilqa' b'sodisfazzjon partikolari l-fatt li nxteħet dawl fuq “l-inklużjoni u l-ġlieda kontra l-faqar”, billi din il-kwistjoni saret għan tematiku fundamentali tal-azzjoni tal-FSE, fid-dawl tal-fatt li l-protezzjoni soċjali issa hija kkunsidrata bħala assolutament kruċjali f'sitwazzjoni ta’ kriżi ekonomika severa li tolqot għadd kbir ta’ ċittadini Ewropej;

4.

jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li s-somma allokata għall-FSE tiżdied b'mod modest, li b'hekk tilħaq l-EUR 84 biljun u tiġi tirrappreżenta 25 % tal-baġit globali tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, meta mqabbel ma’ madwar EUR 75 biljun u 23 % għall-perjodu attwali ta’ programmazzjoni;

5.

għad għandu xi dubji, madankollu, dwar kemm din iż-żieda modesta fir-riżorsi disponibbli għall-FSE ser tkun biżżejjed biex tappoġġja l-għanijiet ambizzjużi stabbiliti għalih, peress li, fil-fatt, din iż-żieda hija inqas milli tidher peress li l-ammont minimu tar-riżorsi tal-fond jinkludi wkoll EUR 2,5 biljun li jgħaddu mill-baġit tal-politika agrikola komuni għall-għajnuna għall-ikel għall-persuni l-iżjed żvantaġġati;

6.

jesprimi dubju dwar jekk l-għajnuna għall-ikel għall-persuni l-iżjed żvantaġġati, li fil-prinċipju l-KtR qed jappoġġja bil-qawwa, hijiex koperta mill-għanijiet definiti fl-artikolu rilevanti fit-TFUE, jiġifieri l-Artikolu 162. Barra minn hekk, josserva li l-għajnuna għall-ikel għall-iżjed persuni żvantaġġati ma tissemmiex fit-test tal-abbozz ta’ regolament tal-FSE u l-oqsma ta’ intervent (b'mod partikolari, l-Artikolu 3 dwar l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-għajnuna). Għalhekk, jitlob li tinstab minnufih bażi legali aktar adatta barra l-FSE biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-għajnuna f'ikel għall-persuni l-aktar fi bżonn;

7.

jistaqsi lilu nnifsu jekk ikunx utli li jiġu stabbiliti għanijiet iżjed ambizzjużi għar-riżorsi allokati lill-politika ta’ koeżjoni inġenerali u lill-FSE b'mod partikolari, f'dawn iż-żminijiet ta’ kriżi ekonomika severa fl-Ewropa, li qed ikollha riperkussjonijiet soċjali drammatiċi;

8.

jiddispjaċih li għal darb'oħra l-Kummissjoni naqasha l-kuraġġ tadotta l-pożizzjonijiet tal-Kumitat dwar il-valutazzjoni tal-progress miksub, permezz tal-użu ta’ kriterji lil hinn mill-PDG li jkopru parametri ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

9.

jitlob lill-Kummissjoni u lill-korpi l-oħra tal-Unjoni Ewropea kompetenti fil-qasam biex jaċċelleraw l-isforzi tagħhom biex tkun tista' tintuza l-iżjed data statistika reċenti għall-perjodu 2009-2011 fil-każ tal-Istati Membri, u tal-2008-2010 fil-każ tar-reġjuni (pjuttost milli dik għall-2007-2009 u 2006-2008, rispettivament), b'mod li tingħata stampa preċiża kemm jista' jkun tas-sitwazzjoni ekonomika estremament negattiva, u li l-FSE jkun jista' jindirizza ż-żieda fil-bżonnijiet li din is-sitwazzjoni ħolqot. Għall-finijiet ta’ ekwità, il-KtR jitlob li l-metodu għall-allokazzjoni tar-riżorsi jiżgura li, fi kwalunkwe każ, anke jekk ir-reġjuni għadhom koperti mill-għanijiet tal-konverġenza, dawn xorta jingħataw iżjed fondi mir-reġjuni tranżitorji;

10.

jopponi kull idea li jiġu stabbiliti klawżoli makroekonomiċi ta’ kundizzjonalità, l-iżjed għall-FSE, għax dan “jippenalizza” l-awtoritajiet reġjonali u, fl-aħħar mill-aħħar, il-benefiċjarji tal-Fond – li skont l-Artikolu 2(3) tal-Proposta għal Regolament huma “nies, inklużi l-gruppi żvantaġġjati bħal pereżempju n-nies li jkunu qiegħda fit-tul, in-nies b'diżabbiltajiet, il-migranti, il-minoritajiet etniċi, il-komunitajiet marġinalizzati u n-nies li qed jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali”, kif ukoll intrapriżi – minħabba d-dewmien li jista' jkun hemm min-naħa tal-gvernijiet ċentrali biex jippromovu r-riformi li impenjaw ruħhom li jagħmlu fil-qafas tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma;

11.

jinsab imħasseb dwar problemi relatati mal-ksur tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità li jistgħu jqumu minħabba ċerti punti tal-proposta tal-Kummissjoni, bħal dawk li pereżempju jirrigwardaw il-konċentrazzjoni tematika, li jillimitaw il-possibbiltajiet li l-operazzjonijiet tal-FSE jiġu adattati għall-bżonnijiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ reġjuni individwali;

12.

ifakkar li skont it-Trattati, il-Kummissjoni tintrabat li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, li huwa ta’ interess partikolari għall-Kumitat, peress li l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji ta’ Sussidjarjetà u Proporzjonalità jistipula li l-konsultazzjonijiet li jsiru matul il-proċedura għall-adozzjoni ta’ att leġislattiv għandhom “fejn ikun xieraq, iqisu d-dimensjoni reġjonali u lokali tal-azzjoni maħsuba”. Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tal-istess protokoll jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi għall-Kummissjoni biex tiġġustifika b'mod adegwat il-proposta tagħha. Peress li din il-proposta tappella biss, bil-mod ġenerali u vag tas-soltu, għall-ħtieġa li l-azzjonijiet tal-FSE jkunu effettivi, bilkemm jista' jingħad li tilħaq dawn l-ispeċifikazzjonijiet;

13.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dispożizzjonijiet previsti, li huma obbligatorji u jikkonċernaw il-persentaġġi minimi, ir-rati tal-għoti u r-restrizzjonijiet fuq il-konċentrazzjoni tematika u l-kooperazzjoni transnazzjonali joħolqu l-periklu li l-Kummissjoni tittrasforma r-rwol tagħha ta’ msieħba strateġika u konsulent għal dak ta’ kontrollur, f'liema rwol tintalab biss li tivverifika u tiċċertifika li l-programmi tal-Istati Membri u r-reġjuni jikkonformaw mal-kriterji definiti fil-livell Ewropew li jistgħu jkunu inadegwati ferm għall-ħtiġijiet tagħhom;

14.

jaqbel li għandha tinħoloq il-kategorija ġdida tar-reġjuni ta’ tranżizzjoni li l-PDG tagħhom huwa bejn il-75 % u d-90 % tal-medja tal-UE, iżda huwa tal-fehma wkoll li d-dritt li r-reġjuni kollha jgawdu mid-dritt li jibbenefikaw mill-operazzjonijiet tal-FSE, inklużi dawk li, għalkemm mhumiex lura mil-lat tal-medja statistika, xorta waħda sikwit jiffaċċjaw problemi ta’ koeżjoni soċjali minħabba żoni ta’ faqar u sottożvilupp fit-territorju tagħhom;

15.

f'kull każ, huwa tal-fehma li l-metodu l-ġdid għall-klassifikazzjoni tar-reġjuni ma għandux iwassal għal tnaqqis estremament brutali fl-ammont li jirċievu matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, u jitlob li tiġi prevista salvagwardja biex jiġi żgurat li r-reġjuni ma jirċevux għajnuna matul il-perjodu 20014-2020 li tkun inqas minn zewġ terzi tal-għajnuna li jkunu rċevew fil-perjodu 2007-2013;

16.

jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva li l-ishma fl-FSE jingħataw prijorità, iżda jitlob li jiġu stabbiliti persentaġġi iżjed baxxi b'mod li jkunu iktar proporzjonati u biex l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw il-flessibbiltà li jeħtieġu fl-ippjanar, li għandu jsir l-eqreb possibbli tal-postijiet fejn hemm l-opportunitajiet u l-problemi lokali;

17.

huwa tal-fehma li l-persentaġġi minimi tal-ishma fl-FSE skont il-kategoriji reġjonali għandhom ikunu ta’ natura indikattiva, għax b'hekk jistgħu jkunu adattati għal kull reġjun individwali matul in-negozjati tal-kuntratt ta’ sħubija;

18.

jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-UE li tkompli tħabrek biex it-tħaddim tal-fondi strutturali differenti tagħha jkun ikkoordinat u koerenti u, b'mod partikolari, il-komplementarjetà bejn l-operazzjonijiet tal-FEŻR u l-FSE fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni u l-Istrateġija Ewropa 2020, peress li dan l-approċċ jista' jiġġenera sinerġiji sostanzjali;

19.

japprova, minn naħa, l-isforz magħmul biex jiġi promoss is-sehem tal-imsieħba soċjali u tal-NGOs fil-proċeduri relatati mat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-FSE;

20.

min-naħa l-oħra, josserva – u jiddispjaċih – li teżisti sfiduċja ġenerali min-naħa tal-Kummissjoni fil-konfront tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma, u għandhom jibqgħu, l-atturi prinċipali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi;

B.   Missjoni u kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ li jipprovdi l-FSE

21.

japprova l-prinċipju gwida fundamentali li l-kompiti u l-azzjoni tal-FSE jintrabtu mal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

22.

jinsab imħasseb madankollu li l-“allinjament komplet” tal-FSE mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 jista' jikkostrinġi l-missjoni li għandu jaqdi fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, kif previst fit-Trattat u, b'mod partikolari, il-kompitu li jappoġġja l-iżjed approċċi ta’ programmar komprensivi u integrati possibbli, filwaqt li jagħti l-attenzjoni meħtieġa lid-dimensjoni territorjali;

23.

huwa tal-fehma li fil-kuntest ta’ allinjament tal-FSE mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-missjoni prinċipali tiegħu hija li jnaqqas id-diskrepanza fl-iżvilupp tar-reġjuni l-iżjed żvantaġġati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (reġjuni rurali, dawk għaddejjin minn tibdil industrijali, dawk l-iżjed fit-Tramuntana, reġjuni b'densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi). Il-KtR itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju li l-FSE, minn lieva importanti tal-politika ta’ koeżjoni jinbidel fi strument li jaqdi biss l-Istrateġija Ewropa 2020;

24.

barra minn hekk, jiddispjaċih li fl-allinjament tal-FSE mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, is-sitwazzjoni speċifika u unika tar-reġjuni ultraperiferiċi, rikonoxxuta fl-Artikolu 349 tat-TFUE, ma ġietx ikkunsidrata biżżejjed;

25.

jilqa' b'sodisfazzjon u japprova l-approċċ komprensiv u koerenti tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kif strutturat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-FSE, li huwa mitlub jappoġġja b'mod dirett erba' għanijiet tematiċi u jappoġġja b'mod indirett erba' oħra, minn fost il-ħdax li huma definiti mill-Artikolu 9 tar-regolament ġenerali dwar il-fondi koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dawn l-għanijiet tematiċi, min-naħa tagħhom, jinqasmu fi 18-il prijorità ta’ investiment;

26.

jenfasizza li b'dan il-mod, l-FSE ser ikompli jaqdi l-missjoni bażika tiegħu b'konformità mat-Trattat, li hija li “jittejbu l-opportunitajiet ta’ impjieg għall-ħaddiema”, filwaqt li jissodisfa wkoll il-ħtiġijiet soċjali iġġenerati minn sitwazzjoni ekonomika estremament ħażina, permezz tal-“promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u tal-ġlieda kontra l-faqar”, liema ħidma ngħatat klassifikazzjoni ogħla – dik ta’ għan tematiku minflok prijorità ta’ investiment;

27.

jiddispjaċih li l-proposta ma tagħmilx referenza għall-promozzjoni tal-flessigurtà fis-suq tax-xogħol, u josserva li l-flessigurtà hija koperta minn wieħed mil-linji gwida integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (linja gwida 7);

28.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fi żmien fejn l-investimenti pubbliċi f'dawn is-setturi qed jonqsu, l-FSE jagħti appoġġ speċifiku lill-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u huwa favur li l-FSE jinfetaħ għall-investimenti fil-kapital fiżiku li huma marbuta mal-għanijiet tal-FSE pereżempju l-għan tal-infrastruttura edukattiva;

29.

jitlob li ssir referenza fir-regolament dwar l-FSE għal żoni bi żvantaġġi naturali u demografiċi, li tixbah lir-referenza prevista fl-Artikolu 10 tal-abbozz ta’ regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali;

30.

minħabba t-tibdil demografiku kbir f'ħafna Stati Membri li jirrikjedi tibdil komprensiv fl-istrutturi edukattivi, iqis li hemm bżonn li din il-kwistjoni tiġi kkunsidrata meta jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tal-investiment. Jemmen li, fil-kuntest ta’ tibdil bħal dan, jistgħu jiġu promossi wkoll, skont l-Artikolu 3(1)(b)(iii), investimenti li jiggarantixxu strutturi edukattivi sostenibbli, inklużi d-domanda tagħhom għal ħaddiema kwalifikati;

31.

josserva b'sodisfazzjon partikolari li għadd ta’ oqsma ta’ azzjoni li jikkostitwixxu prijoritajiet ta’ investiment għandhom rabta diretta mal-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u għalhekk jgħinuhom jaqdu l-missjoni tagħhom. Iżda, fl-istess ħin, din is-sitwazzjoni toħloq urġenza biex dawk l-awtoritajiet jiġu involuti b'mod deċiżiv fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi rilevanti;

32.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef il-pass biex jiġi ċċarat il-kontenut ta’ ċerti prijoritajiet ta’ investiment li mhumiex ċari fejn jidħol il-fond, filwaqt li oħrajn għandhom jiġu enfasizzati, u jinħolqu prijoritajiet ġodda f'każ ta’ bżonn, pereżempju fil-każ tal-promozzjoni tad-dimensjoni territorjali tal-azzjoni tal-FSE;

C.   Koerenza u konċentrazzjoni tematika

33.

jilqa' b'sodisfazzjon l-obbligu li l-Istati Membri jassiguraw koerenza fl-istrateġija u l-azzjonijiet tagħhom, kif definiti fil-programmi operattivi tagħhom, huma u jindirizzaw l-isfidi fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, bil-għan li b'hekk jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet prinċipali tal-Istrateġija Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjieg, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar, peress li ambjent makroekonomiku b'saħħtu huwa indispensabbli biex il-politika ta’ koeżjoni tagħti l-aqwa riżultati possibbli;

34.

jerġa' josserva li l-formulazzjoni magħżula (“jiżguraw li l-istrateġija u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Programmi Operattivi huma konsistenti u jiffokaw fuq l-indirizzar tal-isfidi identifikati fil-Programmi tar-Riforma Nazzonali”, filwaqt li fir-Regolament fis-seħħ tintuża l-frażi “jikkontribwixxu għal”), tikkonferma r-riskju li l-FSE ma jibqax lieva importanti tal-politika ta’ koeżjoni u minflok jibda jaqdi rwol ta’ għodda għall-użu esklużiv tal-Istrateġija Ewropa 2020 (ara l-punti 21 sa 24 hawn fuq);

35.

jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni li fil-kuntest tal-ħidma maħsuba biex jiġi kkonċentrat il-finanzjament, tistipula li jiġu allokati tal-inqas 20 % tar-riżorsi kollha tal-FSE f'kull Stat Membru sabiex jintlaħaq l-għan tematiku tal-“promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar”;

36.

jistaqsi jekk ir-rata minima ta’ 20 % prevista għal dan l-għan – li għalih ġew allokati EUR 16,8 biljun għall-perjodu kollu – hix ser tkun effettiva, fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni, fil-proposta tagħha tirrikonoxxi li l-faqar u l-esklużjoni soċjali jheddu madwar wieħed minn kull erba' ċittadini Ewropej, jiġifieri iżjed minn 113-il miljun persuna;

37.

filwaqt li japprova l-konċentrazzjoni tematika, ma jaqbilx mal-mod ta’ ħidma u l-proċedura li għażlet il-Kummissjoni biex jintlaħaq dan l-għan, kif previst fl-Artikolu 4(3) tal-Proposta għal Regolament dwar l-FSE. Meta tistabbilixxi obbligu li r-riżorsi disponibbli jiġu kkonċentrati f'kull programm operattiv għal mhux iżjed minn erbgħa minn fost it-18-il prijorità globalment possibbli; barra minn hekk, tiffissa persentaġġi partikolarment għoljin għal din il-konċentrazzjoni, li jvarjaw minn 80 sa 60 % skont il-kategorija tar-reġjuni kkonċernati, hija qiegħda tmur kontra l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, għax dan il-metodu jista' ma jkunx kapaċi jkopri l-bżonnijiet u l-prijoritajiet ta’ kull reġjun;

38.

jirrakkomanda, minflok, proċedura għall-konċentrazzjoni tal-finanzjament b'persentaġġi iżjed baxxi minn dawk proposti mill-Kummissjoni għal din il-konċentrazzjoni tal-ammonti disponibbli f'kull programm operattiv u li jingħata biss valur indikattiv lill-erba' prijoritajiet ta’ investiment; dan jirrappreżenta referenza tal-UE u jista' jiżdied għal sitt prijoritajiet meta jiġu nnegozjati l-programmi operattivi, b'mod li din il-konċentrazzjoni taqdi b'mod adegwat il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet ta’ kull reġjun;

D.   Sistema għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

39.

fil-prinċipju jaqbel mal-prinċipju dwar l-adozzjoni ta’ sistema ta’ indikaturi komuni tal-produzzjoni u r-riżultati tal-programmi. It-tnedija ta’ din il-ħidma, li diġà ttardjat ħafna, għall-armonizzazzjoni fil-livell Ewropew tar-regoli għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-azzjoni tal-FSE ser tikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għat-titjib tal-affidabbiltà, il-kwalità u l-viżibbiltà tal-proċeduri ta’ monitoraġġ;

40.

jinsab konvint, madankollu, li fid-dawl tal-fatt li l-armonizzazzjoni tal-indikaturi tal-prestazzjoni tal-programmi għadha f'fażi bikrija u li l-indikaturi komuni li tippreferi l-Kummissjoni għadhom ma ġewx ittestjati, u peress li ċertament huwa iżjed diffiċli li jitkejjel l-impatt ta’ miżuri ffinanzjati permezz tal-FSE minn tipi oħra ta’ azzjoni, dawn l-indikaturi għandhom ikunu indikattivi pjuttost milli obbligatorji, u li fuq kollox m'għandhomx ikunu assoċjati mal-“kundizzjonalità tas-sussidji”.

41.

għall-kuntrarju, huwa tal-fehma li l-bżonn li jittejbu l-affidabbiltà, il-kwalità u l-viżibbiltà tal-proċeduri ta’ monitoraġġ jista' jiġi ssodisfat permezz ta’ “indikaturi interni speċifiċi tar-riżultati skont il-programmi” li jiġu nnegozjati bejn l-awtoritajiet nazzjonali u sottonazzjonali, u li għandhom jissejsu, kompletament jew parzjalment, fuq l-indikaturi komuni tal-produzzjoni u tar-riżultati proposti mill-Kummissjoni, filwaqt li jkun hemm il-flessibbiltà meħtieġa meta dawn jiġu adottati;

Ε.   Il-parteċipazzjoni tal-imsieħba

42.

huwa diżappuntant li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Proposta għal Regolament dwar “L-involviment tal-imsieħba”, kif ukoll il-premessa (9), ma jagħmlu l-ebda referenza għall-awtoritajiet lokali; jirreferu biss għall-imsieħba soċjali u l-NGOs, li jagħti xhieda wkoll tal-isfiduċja fil-konfront tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li ssemmiet hawn fuq;

43.

huwa tal-fehma li huwa inġust li, f'dak li jirrigwarda s-sħubija, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu assimilati mal-imsieħba soċjoekonomiċi, peress li bħala rappreżentanti tal-interessi ġenerali tal-komunitajiet li jirrappreżentaw, meta jitqies il-qafas istituzzjonali tal-Istat Membru, huma responsabbli għall-ġestjoni konġunta u l-kofinanzjament tal-proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni;

44.

jiddispjaċih li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma tirreferix b'mod espliċitu għall-imsieħba kollha elenkati fl-Artikolu 5 tal-Proposta għal Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Strutturali. Fil-fatt, l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament jirrikonoxxi l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti bħala msieħba ewlenin tal-awtoritajiet nazzjonali biex jimplimentaw il-programmi tal-Fondi Strutturali tal-UE, fosthom l-FSE, flimkien mal-imsieħba soċjali u l-NGOs. Għalhekk, in-nuqqas ta’ din ir-referenza għandu jissewwa;

45.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-regolament li qed jiġi analizzat hawnhekk iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u l-NGOs, billi jiżgura li jingħatalhom ammont adegwat ta’ fondi tal-FSE għall-attivitajiet tagħhom biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-qasam tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi;

46.

madankollu, jaqbel li, min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet lokali ż-żgħar, bħall-muniċipalitajiet rurali ż-żgħar, jitħeġġew jieħdu sehem fi u jfittxu miżuri appoġġjati mill-FSE, permezz ta’ attivitajiet adatti għall-iżvilupp tal-kapaċità tagħhom; huwa favur ukoll li l-FSE jagħti appoġġ lill-attivitajiet ta’ netwerking, bil-għan li l-awtoritajiet loklai jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fil-livell tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni, pereżempju l-qgħad fost iż-żgħażagħ, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-integrazzjoni tar-Roma, eċċ.;

F.   Promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni

47.

japprova d-dispożizzjonijiet tal-Proposta għal Regolament dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs, inkluża l-aċċessibbiltà gall-persuni b'diżabbiltà, permezz tal-istandardizzazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, peress li juru li kien hemm żieda fl-isforzi biex tiġi eliminata kull xorta ta’ diskriminazzjoni, kif previst fl-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Aspett partikolarment pożittiv u indikattiv f'dan ir-rigward huwa l-ħtieġa li l-Istati Membri mhux biss jiżguraw li l-programmi operattivi tagħhom jinkludu “deskrizzjoni dwar kif l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs huma promossi”, b'konformità mar-Regolament fis-seħħ, imma li l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs jiġu integrati wkoll fl-atti leġislattivi;

G.   Innovazzjoni soċjali u kooperazzjoni transnazzjonali

48.

jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-appoġġ għall-“innovazzjoni soċjali”, peress li diġà żviluppa inizjattivi importanti fil-qasam tal-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali, bħall-Forum dwar l-Innovazzjoni Soċjali f'Mejju 2011, iżda jirrakkomanda li hawnhekk ikun tajjeb li jissemmew b'mod speċifiku l-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw, bi sħab mal-Istati Membri, biex jidentifikaw temi għall-innovazzjoni soċjali;

49.

jaqbel li l-kooperazzjoni transnazzjonali għandha titkompla u tissaħħaħ, bil-għan li jiġi promoss it-tagħlim reċiproku u b'hekk tissaħħaħ l-effikaċja tal-politiki appoġġjati mill-FSE;

50.

huwa mistagħġeb kif il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedix kooperazzjoni interrreġjonali flimkien mal-kooperazzjoni transnazzjonali, kif jagħmel ir-Regolament fis-seħħ, b'mod partikolari meta wieħed iqis il-fatt li wara li tneħħiet l-inizjattiva EQUAL (2000-2006), il-kooperazzjoni transnazzjonali naqset u f'ċerti Stati Membri għabet għalkollox;

51.

jirrifjuta, peress li hija eċċessiva, id-dispożizzjoni restrittiva li skontha l-Istati Membri jistgħu jagħżlu temi għall-kooperazzjoni transnazzjonali minn lista proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kumitat tal-FSE, u jitlob għalhekk li titħassar;

H.   Dispożizzjonijiet speċifiċi fuq it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali speċjali

52.

japprezza b'mod partikolari l-appoġġ li hu previst li jingħata lill-istrateġiji ta’ żvilupp immexxija minn atturi lokali, lill-patti territorjali, lill-inizjattivi lokali għall-impjieg, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali u lill-Investimenti Territorjali Integrati (ITI), li huma mezzi importanti biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tat-territorji, u jitlob li dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-Fondi Strutturali u l-oqsma ta’ azzjoni l-oħra;

53.

jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza għall-bżonn ta’ “mobilizzazzjoni tal-partijiet interessati reġjonali u lokali” biex tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020, u l-possibbiltà li jintużaw il-patti territorjali biex jintlaħaq dan l-għan;

54.

ifakkar hawnhekk fil-fehmiet preċedenti tiegħu favur iż-żieda fl-użu tal-patti territorjali biex tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020, u fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, peress li dawn joffru l-possibbiltà li ssir “għażla (…) biex jiġu formalizzati l-arranġamenti ta’ sħubija f'livell ‘taħt’ il-kuntratti ta’ sħubija”;

55.

japprova b'entużjażmu r-referenza għall-komplementarjetà indispensabbli li għandha teżisti mal-interventi tal-FEŻR meta l-FSE jappoġġja strateġiji ta’ żvilupp urban sostenibbli. Għal ħafna awtoritajiet lokali, ta’ spiss kien diffiċli, tista' tgħid impossibbli, li jiffinanzjaw azzjonijiet integrati ta’ żvilupp urban permezz ta’ taħlita ta’ dawn il-fondi peress li japplikaw regoli amministrattivi differenti ħafna, b'korpi ta’ ġestjoni differenti u bi skadenzi mhux armonizzati;

56.

madankollu, jitlob li din il-miżura tiġi wkoll estiża għall-istrateġiji għall-iżvilupp integrat tar-reġjuni rurali. Fil-fatt, ikun utli ħafna li l-fondi tal-FSE u l-FEŻR jingħaqdu flimkien biex jiġu indirizzati problemi ta’ faqar estrem, fiż-żoni rurali, pereżempju fil-kampijiet tar-Roma fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

I.   Miżuri ta’ semplifikazzjoni u strumenti finanzjarji innovattivi

57.

jilqa' b'sodisfazzjoni il-miżuri ta’ semplifikazzjoni proposti mill-Kummissjoni u, b'mod iżjed speċifiku, ir-restrizzjoni dwar in-numru ta’ regoli ta’ eleġibbiltà, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-benefiċjarji u l-operazzjonijiet fuq skala żgħira għall-fondi tal-FSE, il-possibbiltà li l-kontributi mhux finanzjarji jkunu eleġibbli, użu iżjed wiesa' tas-sussidji globali, għażliet semplifikati rigward l-ispejjeż u l-ammonti b'rata fissa, inkluża l-introduzzjoni tal-obbligu li jiġu użati għall-inizjattivi fuq skala iżjed żgħira, sa EUR 50 000. Dawn il-miżuri, flimkien ma’ dawk proposti fil-qafas tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-UE, ser inaqqsu tassew il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, u huma partikolarment milqugħin tajjeb fid-dawl tal-bosta operazzjonijiet żgħar ħafna fis-setturi tal-impjieg u tal-affarijiet soċjali, li jirrappreżentaw investimenti mhux tanġibbli pjuttost milli dawk tanġibbli. Attwalment, il-piż amministrattiv b'riżultat ta’ dawn l-interventi jista' jkun tant sproporzjonat li jġib fix-xejn il-benefiċċji potenzjali għall-awtoritajiet lokali u jiskoraġġixxihom milli jressqu talbiet għal proġetti fil-qafas tal-FSE;

58.

jinsab konvint, madankollu, li hemm iżjed lok għas-semplifikazzjoni jekk jiġu adottati miżuri oħrajn, bħal dawk rakkomandati mill-grupp ad hoc tal-Kumitat tal-FSE dwar il-ġejjieni tal-Fond Soċjali Ewropew. Fost affarijiet oħra, nistgħu nsemmu l-proposta li jiġu adattati r-regoli ta’ finanzjament għal ċerti assijiet prijoritarji, b'mod partikolari l-proġetti iżjed żgħar, u sistema iżjed effettiva għall-ħlas tal-fondi, b'użu iżjed sistematiku tal-prefinanzjament;

59.

huwa favur l-istrumenti finanzjarji innovattivi proposti għall-appoġġ ta’ proġetti mill-FSE, bħall-mekkaniżmi għall-iskambju tar-riskji, l-ekwità u d-dejn, il-fondi ta’ garanzija, fondi ta’ investiment u ta’ self, u jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza speċifika għal “garanziji bbażati fuq il-politiki”, bil-għan li jtejbu l-aċċess tal-korpi pubbliċi u privati għas-swieq tal-kapitali fil-livell nazzjonali u reġjonali;

60.

jitlob lill-Kummissjoni li żżid ma’ din il-firxa ta’ fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw (revolving funds) għall-operazzjonijiet ta’ mikrokreditu, il-“bonds soċjali”, miżura innovattiva li kienet diskussa fil-forum tal-KtR dwar l-innovazzjoni soċjali, kif ukoll il-“bonds taċ-ċittadini”, proposta li saret meta kienu qed jitfasslu l-opinjonijiet tiegħu dwar ir-reviżjoni tal-baġit tal-UE u l-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid għal wara l-2013.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa (9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(9)

L-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-azzjonijiet appoġġati mill-FSE tiddipendi fuq it-tmexxija tajba u s-sħubija bejn l-atturi territorjali u soċjoekonomiċi relevanti kollha, l-aktar l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Għalhekk huwa neċessarju li l-Istati Membri jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-implimentazzjoni tal-FSE.

Raġuni

Ara l-punti 42 u 43 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 2

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-missjoni tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna tiegħu, id-dispożizzjonijiet speċifiċi u t-tipi ta’ nefqa eliġibbli għall-għajnuna.

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l- tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna tiegħu, id-dispożizzjonijiet speċifiċi u t-tipi ta’ nefqa eliġibbli għall-għajnuna.

Raġuni

Il-missjoni tal-FSE hija mniżżla fit-Trattati (Artikoli 162 u 174-5 tat-TFUE). Għalhekk il-Kumitat qed jipproponi li jinbidlu l-kliem għal dawk li hemm fir-Regolament attwali (Nru. 1081/2006), li jirreferi għal “kompiti” aktar minn “missjoni”. Permezz ta’ din l-emenda, il-formulazzjoni tal-Proposta għal Regolament tiġi tikkonforma bis-sħiħ ma’ dik tat-Trattati: fil-fatt, l-Artikolu 177 tat-TFUE jipprevedi li: “il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolament skont il-proċedura leġislattiva ordinarja kif ukoll wara li jkunu kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jagħtu definizzjoni tal-kompiti, tal-għanijiet prioritarji u tal-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali (…)”.

Emenda 3

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 2

Missjoni

1.   L-FSE għandu jippromwovi livelli għoljin ta’ kwalità ta’ impjiegi u xogħol, jappoġġa l-mobbiltà ġeografika u okkupazzjonali tal-ħaddiema, jiffaċilita l-adattament tagħhom għall-bidla, iħeġġeġ livell għoli ta’ edukazzjoni u taħriġ, jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, isaħħaħ l-inklużjoni soċjali u jiġġieled kontra l-faqar, u b'hekk ikun qed jikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

2.   Għandu jagħmel dan billi jappoġġa l-Istati Membri fil-ħidma għall-kisba tal-prijoritajiet u l-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. L-FSE għandu jappoġġa t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet, filwaqt li jqis il-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-Istati Membri u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi tar-Riforma Nazzjonali.

3.   L-FSE għandu jkun ta’ benefiċċju għan-nies, inklużi l-gruppi żvantaġġjati bħal pereżempju n-nies li jkunu qiegħda fit-tul, in-nies b'diżabbiltajiet, il-migranti, il-minoritajiet etniċi, il-komunitajiet marġinalizzati u n-nies li qed jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali. L-FSE għandu wkoll jipprovdi appoġġ lill-impriżi, is-sistemi u l-istrutturi bl-għan li jiffaċilita l-adattament tagħhom għal sfidi ġodda u biex jippromwovi tmexxija tajba u l-implimentazzjoni tar-riformi, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-politiki soċjali.

Artikolu 2

1.   L-FSE għandu jippromwovi livelli għoljin ta’ kwalità ta’ impjiegi u xogħol, jappoġġa l-mobbiltà ġeografika u okkupazzjonali tal-ħaddiema, jiffaċilita l-adattament tagħhom għall-bidla, iħeġġeġ livell għoli ta’ edukazzjoni u taħriġ, jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, isaħħaħ l-inklużjoni soċjali u jiġġieled kontra l-faqar, u b'hekk ikun qed jikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

2.   Għandu jagħmel dan billi jappoġġa l-Istati Membri fil-ħidma għall-kisba tal-prijoritajiet u l-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. L-FSE għandu jappoġġa t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet, filwaqt li jqis l-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-Istati Membri u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi tar-Riforma Nazzjonali.

3.   L-FSE għandu jkun ta’ benefiċċju għan-nies, inklużi l-gruppi żvantaġġjati bħal pereżempju n-nies li jkunu qiegħda fit-tul, in-nies b'diżabbiltajiet, il-migranti, il-minoritajiet , il-komunitajiet marġinalizzati u n-nies li qed jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali. L-FSE għandu wkoll jipprovdi appoġġ lill-impriżi, is-sistemi u l-istrutturi bl-għan li jiffaċilita l-adattament tagħhom għal sfidi ġodda u biex jippromwovi tmexxija tajba u l-implimentazzjoni tar-riformi, b'mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-politiki soċjali.

Raġuni

1.

Ara l-kumment rigward l-Artikolu 1 dwar it-titlu tal-artikolu.

2.

Sabiex tiġi enfasizzata d-dimensjoni territorjali inerenti għall-politika ta’ koeżjoni, u sabiex tiġi aġġustata l-korrelazzjoni bejn il-problemi u d-disparitajiet reġjonali u l-Istrateġija Ewropa 2020, qed jiġi propost li tiżdied il-kelma “anke” biex jittaffa l-impatt tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-Programmi Operattivi tal-FSE.

3.

Tidher ħaġa stramba li jiġu inklużi l-“minoritajiet etniċi” fost il-gruppi benefiċjarji. Il-fatt li l-minoritajiet etniċi jiġu identifikati bħala kategorija separata jista' jqajjem kwistjonijiet serji ta’ liġi internazzjonali u nazzjonali f'bosta Stati Membri.

Emenda 4

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna

1.   Skont l-għanijiet tematiċi elenkati hawn taħt, u skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […], l-FSE għandu jappoġġa l-prijoritajiet ta’ investiment li ġejjin:

(a)

Il-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol permezz ta':

i)

L-aċċess għall-impjiegi għal dawk li qed ifittxu xogħol u għan-nies li mhumiex attivi, inkluzi inizjattivi għall-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol;

ii)

L-integrazzjoni sostenibbli taż-żgħażagħ li mhumiex qegħdin f'impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ għas-suq tax-xogħol;

iii)

L-impjiegi indipendenti, l-intraprenditorija u l-ħolqien ta’ negozji;

iv)

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

v)

L-adattament tal-ħaddiema, l-impriżi u l-intraprendituri għall-bidla;

vi)

It-tixjiħ attiv u fi stat tajjeb ta’ saħħa;

vii)

Il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi l-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-mobbiltà transnazzjonali tax-xogħol;

(b)

L-investiment fl-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja permezz ta':

i)

It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità tajba fil-bidu tat-tfulija, l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja;

ii)

It-titjib tal-kwalità, l-effiċjenza u l-ftuħ tal-edukazzjoni terzjarja u ekwivalenti bl-għan li jiżdiedu l-livelli ta’ parteċipazzjoni u ta’ kisba;

iii)

It-tisħiħ tal-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, it-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol u ż-żieda tar-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

(c)

Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar permezz ta':

i)

L-inklużjoni attiva;

ii)

L-integrazzjoni tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma;

iii)

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

iv)

It-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi bi prezz li jista' jintlaħaq, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, inkluża l-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali;

v)

Il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali u l-impriżi soċjali;

vi)

Strateġiji lokali għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

(d)

It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta':

i)

L-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi bl-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u tmexxija tajba;

Din il-prijorità ta’ investiment tapplika biss madwar it-territorju tal-Istati Membri li għandhom mill-inqas reġjun wieħed NUTS tal-livell 2 kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fl-Istati Membri li huma eliġibbli għal appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni.

ii)

Il-bini tal-kapaċitajiet għall-partijiet interessati li joħorġu politiki dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni u soċjali u patti settorjali u territorjali għall-mobilizzazzjoni tar-riforma f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

2.   Permezz tal-prijoritajiet ta’ investiment elenkati fil-paragrafu 1, l-FSE għandu wkoll jikkontribwixxi għall-għanijiet tematiċi l-oħra elenkati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […], l-aktar billi:

(a)

Jappoġġa l-bidla lejn ekonomija baxxa fil-karbonju, reżistenti għat-tibdil fil-klima, li tagħmel użu effiċjenti tar-riżorsi u ambjentalment sostenibbli, permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, it-titjieb tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f'setturi relatati mal-ambjent u l-enerġija;

(b)

It-titjib tal-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, permezz tal-iżvilupp tal-kompetenza diġitali, l-investiment fl-inklużjoni diġitali, il-ħiliet diġitali u l-ħiliet intraprenditorjali relatati;

(c)

It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoliġiċi, permezz tal-iżvilupp tal-istudji post universitarji, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta’ netwerking u l-isħubiji bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, iċ-ċentri tar-riċerka u teknoloġiċi u l-intrapriżi;

(d)

It-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u medji, permezz tal-promozzjoni tal-adattabbiltà tal-impriżi u l-ħaddiema u aktar investiment fil-kapital uman.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna

1.   Skont l-għanijiet tematiċi elenkati hawn taħt, u skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […], l-FSE għandu jappoġġa l-prijoritajiet ta’ investiment li ġejjin:

(a)

Il-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol permezz ta':

i)

L-aċċess għall-impjiegi għal dawk li qed ifittxu xogħol u għan-nies li mhumiex attivi, inkluzi inizjattivi għall-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol;

ii)

L-integrazzjoni sostenibbli taż-żgħażagħ li mhumiex qegħdin f'impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ għas-suq tax-xogħol;

iii)

L-impjiegi indipendenti, l-intraprenditorija u l-ħolqien ta’ negozji;

iv)

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

v)

L-adattament tal-ħaddiema, l-impriżi u l-intraprendituri għall-bidla, ;

vi)

It-tixjiħ attiv u fi stat tajjeb ta’ saħħa;

vii)

Il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi l-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-mobbiltà transnazzjonali tax-xogħol;

(b)

L-investiment fl-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja permezz ta':

i)

It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità tajba fil-bidu tat-tfulija, l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja;

ii)

It-titjib tal-kwalità, l-effiċjenza u l-ftuħ tal-edukazzjoni terzjarja u ekwivalenti bl-għan li jiżdiedu l-livelli ta’ parteċipazzjoni u ta’ kisba;

iii)

It-tisħiħ tal-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, it-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol u ż-żieda tar-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

(c)

Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar permezz ta':

i)

L-inklużjoni attiva ;

ii)

L-integrazzjoni tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma;

iii)

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

iv)

It-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi bi prezz li jista' jintlaħaq, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, inkluża l-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali;

v)

Il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali u l-impriżi soċjali;

vi)

Strateġiji lokali għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

(d)

It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta':

i)

L-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi bl-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u tmexxija tajba;

Din il-prijorità ta’ investiment tapplika biss madwar it-territorju tal-Istati Membri li għandhom mill-inqas reġjun wieħed NUTS tal-livell 2 kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fl-Istati Membri li huma eliġibbli għal appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni.

ii)

Il-bini tal-kapaċitajiet għall-partijiet interessati li joħorġu politiki dwar l-impjiegi l-edukazzjoni u soċjali

2   Permezz tal-prijoritajiet ta’ investiment elenkati fil-paragrafu 1, l-FSE għandu wkoll jikkontribwixxi għall-għanijiet tematiċi l-oħra elenkati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […], l-aktar billi:

(a)

Jappoġġa l-bidla lejn ekonomija baxxa fil-karbonju, reżistenti għat-tibdil fil-klima, li tagħmel użu effiċjenti tar-riżorsi u ambjentalment sostenibbli, permezz tar-riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-adattament tal-ħiliet u l-kwalifiki, it-titjieb tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f'setturi relatati mal-ambjent u l-enerġija;

(b)

It-titjib tal-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, permezz tal-iżvilupp tal-kompetenza diġitali, l-investiment fl-inklużjoni diġitali, il-ħiliet diġitali u l-ħiliet intraprenditorjali relatati;

(c)

It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoliġiċi, permezz tal-iżvilupp tal-istudji post universitarji, it-taħriġ tar-riċerkaturi, l-attivitajiet ta’ netwerking u l-isħubiji bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, iċ-ċentri tar-riċerka u teknoloġiċi u l-intrapriżi;

(d)

It-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u medji, permezz tal-promozzjoni tal-adattabbiltà tal-impriżi u l-ħaddiema u aktar investiment fil-kapital uman.

Raġuni

Dawn l-emendi jirrigwardaw ir-reġjuni msemmija fl-Artikoli 174 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandhom l-għan ukoll li, minn naħa, jiċċaraw u jtejbu dispożizzjoni li fuq kollox kienet suċċess, u min-naħa l-oħra, li l-patti territorjali jsiru magħrufa aktar u jissaħħu.

Emenda 5

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4

Konsistenza u konċentrazzjoni tematika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġija u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Programmi Operattivi huma konsistenti u jiffokaw fuq l-indirizzar tal-isfidi identifikati fil-Programmi tar-Riforma Nazzonali u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti li saru skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar.

2.   Mill-inqas 20 % tar-riżorsi totali tal-FSE f'kull Stat Membru għandu jiġi allokat lill-għan tematiku “il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar” stabbilit fl-Artikolu 9(9) tar-Regolament (UE) Nru […].

3.   L-Istati Membri għandhom ikomplu jwettqu l-konċentrazzjoni tematika skont il-modalitajiet li ġejjin:

(a)

Għar-reġjuni aktar żviluppati, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw 80 % tal-allokazzjoni lil kull programm operativ fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

(b)

Għar-reġjuni tranżitorji, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw 70 % tal-allokazzjoni lil kull programm operativ fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

(c)

Għar-reġjuni inqas żviluppati, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw 60 % tal-allokazzjoni lil kull programm operattiv fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 4

Konsistenza u konċentrazzjoni tematika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġija u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Programmi Operattivi huma konsistenti l-isfidi identifikati fil-Programmi tar-Riforma Nazzonali u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti li saru skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 dwar l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar.

2.   Mill-inqas 20 % tar-riżorsi totali tal-FSE f'kull Stat Membru għandu jiġi allokat lill-għan tematiku “il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar” stabbilit fl-Artikolu 9(9) tar-Regolament (UE) Nru […].

3.   L-Istati Membri għandhom ikomplu jwettqu l-konċentrazzjoni tematika skont il-modalitajiet li ġejjin:

(a)

Għar-reġjuni aktar żviluppati, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw tal-allokazzjoni lil kull programm operativ fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

(b)

Għar-reġjuni tranżitorji, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw tal-allokazzjoni lil kull programm operativ fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

(c)

Għar-reġjuni inqas żviluppati, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw tal-allokazzjoni lil kull programm operattiv fuq sa erbgħa mill-prijoritajiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

Raġuni

Ara l-punti 37 u 38 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 6

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 5

Indikaturi

1.   Għandhom jintużaw indikaturi komuni kif stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u indikaturi speċfiċi għal kull programm skont l-Artikolu 24(3) u 87(2)(b)(ii) tar-Regolament (UE) Nru […]. L-indikaturi kollha għandhom jiġu espressi f'numri assoluti.

L-indikaturi tal-produzzjoni komuni u dawk speċifiċi għal kull programm jirrigwardaw l-operazzjonijiet implimentati parzjalment jew bis-sħiħ. Fejn ikunu rilevanti għan-natura tal-operazzjonijiet appoġġati, il-valuri ta’ mira kwantifikati kumulattivi għandhom jiġu stabbiliti għall-2022. L-indikaturi ta’ referenza għandhom jiġu ffissati għal żero.

L-indikaturi tar-riżultati komuni u dawk speċifiċi għal kull programm jirrigwardaw l-assi prijoritarju jew is-subprijoritajiet stabbiliti skont assi prijoritarju. L-indikaturi ta’ referenza għandhom jużaw id-dejta l-aktar reċenti disponibbli. Il-valuri ta’ mira kwantifikati kumulattivi għandhom jiġu stabbiliti għall-2022.

2.   Fl-istess żmien tar-rapporti tal-implimentazzjoni annwali, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha titrażmetti dejta strutturata b'mod elettroniku għal kull prijorità ta’ investiment. Id-dejta għandha tkopri l-kategorizzazzjoni u l-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati.

Artikolu 5

Indikaturi

Raġuni

Qed jiġi propost li l-Artikolu 5 jsirulu tibdiliet kbar fid-dawl tal-aspetti żviluppati f'punti 39 sa 41 fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 7

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

Involviment tal-imsieħba

1.   L-involviment tal-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, fl-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru […], jista' jieħu l-forma ta’ għotjiet globali kif definit fl-Artikolu 112(7) tar-Regolament (UE) Nru […]. F'tali każ, il-progamm operativ għandu jidentifika l-parti tal-programm ikkonċernat mill-għotja globali, inkluża allokazzjoni finanzjarja indikattiva minn kull assi prijoritarju lilu.

2.   Sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni xierqa tal-imsieħba soċjali f'azzjonijiet appoġġati mill-FSE, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ programm operattiv f'reġjun kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fi Stati Membri li huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jiżguraw li ammont xieraq tar-riżorsi tal-FSE jiġi allokat għall-attivitajiet tal-bini tal-kapaċitajiet, fil-forma ta’ taħriġ, miżuri ta’ netwerking, u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali, u lil attivitajiet li jitwettqu b'mod konġunt mill-imsieħba soċjali.

3.   Sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni xierqa u l-aċċess mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi għal azzjonijiet appoġġati mill-FSE, l-aktar fl-oqsma tal-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ programm operattiv f'reġjun kif definit fl-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru […] jew fi Stati Membri li huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jiżguraw li ammont xieraq tar-riżorsi tal-FSE jiġi allokat għall-bini tal-kapaċitajiet għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Ara l-punti 42 sa 46 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 8

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 9

Innovazzjoni soċjali

1.   L-FSE għandu jippromwovi l-innovazzjoni soċjali fi ħdan l-oqsma kollha li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE, kif definit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari bl-għan li jiġu ttestjati u mtejba s-soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet soċjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw temi għall-innovazzjoni soċjali, li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom fil-programmi operattivi tagħhom.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-bini tal-kapaċitajiet għall-innovazzjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ tat-tagħlim reċiproku, l-istabbiliment ta’ netwerks, u t-tixrid tal-prassi tajba u tal-metodoloġiji.

Artikolu 9

Innovazzjoni soċjali

1.   L-FSE għandu jippromwovi l-innovazzjoni soċjali fi ħdan l-oqsma kollha li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE, kif definit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, b'mod partikolari bl-għan li jiġu ttestjati u mtejba s-soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet soċjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw temi għall-innovazzjoni soċjali, .

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-bini tal-kapaċitajiet għall-innovazzjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ tat-tagħlim reċiproku, l-istabbiliment ta’ netwerks, u t-tixrid tal-prassi tajba u tal-metodoloġiji

Raġuni

1.

Ara l-punt 48 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

2.

Din hija referenza inkroċjata għall-Artikolu 8 tal-Proposta għal Regolament dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali, li hija s-suġġett ta’ opinjoni oħra tal-KtR (CdR 335/2011, relatur: is-Sur Enrico Rossi, (IT/PSE)), adottata fit-3 ta’ Mejju 2012.

Emenda 9

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 10

Koperazzjoni transnazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali bl-għan li jippromwovu t-tagħlim reċiproku u b'hekk iżidu l-effettività tal-politiki appoġġati mill-FSE. Il-kooperazzjoni transnazzjonali għandha tinvolvi l-imsieħba minn mill-inqas żewġ Stati Membri.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu temi għall-kooperazzjoni transnazzjonali minn lista proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kumitat tal-FSE.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni transnazzjonali fit-temi msemmija fil-paragrafu 2 permezz tat-tagħlim reċiproku u l-azzjoni koordinata jew konġunta. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tħaddem pjattaforma fuq livell tal-UE biex tiffaċilita l-iskambju tal-esperjenza, il-bini tal-kapaċitajiet u n-netwerking kif ukoll it-tixrid tar-riżultati rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas ta’ implimentazzjoni koordinat, inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà komuni, tipi u għażla ta’ żmien tal-azzjonijiet, u approċċi metodoloġiċi komuni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, bl-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transnazzjonali.

Artikolu 10

Koperazzjoni transnazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali bl-għan li jippromwovu t-tagħlim reċiproku u b'hekk iżidu l-effettività tal-politiki appoġġati mill-FSE.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu temi għall-kooperazzjoni transnazzjonali minn lista proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kumitat tal-FSE.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni transnazzjonali permezz tat-tagħlim reċiproku u l-azzjoni koordinata jew konġunta. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tħaddem pjattaforma fuq livell tal-UE biex tiffaċilita l-iskambju tal-esperjenza, il-bini tal-kapaċitajiet u n-netwerking kif ukoll it-tixrid tar-riżultati rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas ta’ implimentazzjoni koordinat, inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà komuni u approċċi metodoloġiċi komuni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, bl-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transnazzjonali

Raġuni

1.

Ara l-punti 49 sa 51 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

2.

Il-formulazzjoni oriġinali ma kenitx tiżgura l-konformità tal-kooperazzjoni transnazzjonali stabbilita fl-FSE u fil-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea.

3.

Hemm tliet dimensjonijiet distinti tal-kooperazzjoni territorjali: kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali.

Emenda 10

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 12

Disposizzjonijiet speċifiċi fuq it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali speċjali

1.   L-FSE jista' jappoġġa strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru […], patti territorajli u inizjattivi lokali għall-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, kif ukoll Investimenti Territorjali Integrati (ITI) kif imsemmi fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru […].

2.   Bħala għajnuna għall-interventi tal-FEŻR kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru [FEŻR], l-FSE jista' jappoġġa l-iżvilupp urban sostenibbli permezz ta’ strateġiji li jistabbilixxu azzjonijiet integrati sabiex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani tal-ibliet li huma elenkati fil-kuntratt ta’ sħubija.

Ara l-punti 29 u 56 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Emenda 11

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 14

Għażliet tal-kosti simplifikati

1.   Minbarra l-metodi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru […], il-Kummissjoni tista' tħallas lura n-nefqa mħallsa mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa definiti mill-Kummissjoni. L-ammonti kkalkulati fuq din il-bażi għandhom jitqiesu bħala appoġġ pubbliku mħallas lill-benefiċjarji u bħala nefqa eliġibbli għall-iskop li jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru […].

Għal dan l-iskop il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 dwar it-tip ta’ operazzjonijiet koperti, id-definizzjonijiet tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa u l-ammonti massimi tagħhom, li jistgħu jiġu aġġustati skont il-metodi normalment miftiehma applikabbli.

L-awditjar finanzjarju għandu jimmira esklussivament li jivverifika li l-kundizzjonijiet għall-ħlas lura mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa jkunu ġew ssodisfati.

Meta jintużaw dawn il-forom ta’ finanzjament, l-Istat Membru jista' japplika l-prattiki tal-kontabbiltà tiegħu għall-appoġġ tal-operazzjonijiet. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru […] dawn il-prattiki tal-kontabbiltà u l-ammonti li jirriżultaw ma għandhomx ikunu soġġetti għall-awditjar mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni.

2.   Skont l-Artikolu 57(1)(d) u (4)(d) tar-Regolament (UE) Nru […], tista' tintuża rata fissa sa 40 % tal-kosti tal-persunal diretti eliġibbli sabiex tkopri l-kosti eliġibbli ta’ operazzjoni li jifdal.

3.   L-għotjiet li jitħallsu lura fuq il-bażi tal-kost eliġibbli tal-operazzjonijiet, determinati permezz ta’ finanzjament b'rata fissa, skali standard ta’ kosti unitarji u somom f'daqqa kif imsemmi fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru […] jistgħu jiġu kkalkulati fuq bażi ta’ kull każ b'referenza għal abbozz ta’ baġit miftiehem ex ante mill-Awtorità ta’ Tmexxija, fejn l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx l-EUR 100 000.

4.   L-għotjiet li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx l-EUR 50 000 għandhom jieħdu l-forma ta’ somom f'daqqa jew skali standard ta’ kosti unitarji, għajr għall-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ fi ħdan il-qafas ta’ skema ta’ għajnuna mill-istat.

Artikolu 14

Għażliet tal-kosti simplifikati

1.   Minbarra l-metodi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru […], il-Kummissjoni tista' tħallas lura n-nefqa mħallsa mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa definiti mill-Kummissjoni. L-ammonti kkalkulati fuq din il-bażi għandhom jitqiesu bħala appoġġ pubbliku mħallas lill-benefiċjarji u bħala nefqa eliġibbli għall-iskop li jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru […].

Għal dan l-iskop il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 dwar it-tip ta’ operazzjonijiet koperti, id-definizzjonijiet tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa u l-ammonti massimi tagħhom, li jistgħu jiġu aġġustati skont il-metodi normalment miftiehma applikabbli.

L-awditjar finanzjarju għandu jimmira esklussivament li jivverifika li l-kundizzjonijiet għall-ħlas lura mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kosti unitarji u s-somom f'daqqa jkunu ġew ssodisfati.

Meta jintużaw dawn il-forom ta’ finanzjament, l-Istat Membru jista' japplika l-prattiki tal-kontabbiltà tiegħu għall-appoġġ tal-operazzjonijiet. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru […] dawn il-prattiki tal-kontabbiltà u l-ammonti li jirriżultaw ma għandhomx ikunu soġġetti għall-awditjar mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni.

2.   Skont l-Artikolu 57(1)(d) u (4)(d) tar-Regolament (UE) Nru […], tista' tintuża rata fissa sa 40 % tal-kosti tal-persunal diretti eliġibbli sabiex tkopri l-kosti eliġibbli ta’ operazzjoni li jifdal.

3.   L-għotjiet li jitħallsu lura fuq il-bażi tal-kost eliġibbli tal-operazzjonijiet, determinati permezz ta’ finanzjament b'rata fissa, skali standard ta’ kosti unitarji u somom f'daqqa kif imsemmi fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru […] jistgħu jiġu kkalkulati fuq bażi ta’ kull każ b'referenza għal abbozz ta’ baġit miftiehem ex ante mill-Awtorità ta’ Tmexxija, fejn l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx l-EUR 100 000.

4.   L-għotjiet li għalihom l-appoġġ pubbliku ma jaqbiżx l-EUR 50 000 jieħdu l-forma ta’ somom f'daqqa jew skali standard ta’ kosti unitarji, għajr għall-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ fi ħdan il-qafas ta’ skema ta’ għajnuna mill-istat.

Raġuni

1.

Ara l-punt 57 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

2.

Il-formulazzjoni l-ġdida għandha l-għan li tiżgura li l-fondi tal-FSE jitqassmu b'mod flessibbli.

Emenda 12

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 15

Strumenti finanzjarji

1   Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru […], l-FSE jista' jappoġġa azzjonijiet u politiki li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu permezz ta’ strumenti finanzjarji, bħall-iskemi tal-qsim tar-riskju, l-ekwità u d-dejn, fondi ta’ garanzija, fondi ta’ investiment u fondi ta’ self.

2.   L-FSE jista' jintuża għat-tisħiħ tal-aċċess għas-swieq tal-kapital għal korpi pubbliċi u privati fuq livelli nazzjonali u reġjonali li jimplimentaw azzjonijiet u politiki li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE u l-programm operattiv permezz ta’ “garanziji tal-FSE bbażati fuq il-politiki” sakemm il-Kummissjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex tiddefinixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjonijiet tal-Istati Membri, inklużi l-limiti, għall-garanziji bbażati fuq il-politiki, filwaqt li tiżgura b'mod partikolari li l-użu tagħhom ma jwassalx għal livelli eċċessivi ta’ dejn tal-korpi pubbliċi.

Kull applikazzjoni għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tapprova kull “garanzija tal-FSE bbażata fuq il-politiki” sakemm din taqa' fil-qasam ta’ attività tal-Programm Operattiv imsemmi fl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru […] u sakemm tkun konformi mar-regoli u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti.

Artikolu 15

Strumenti finanzjarji

1   .Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru […], l-FSE jista' jappoġġa azzjonijiet u politiki li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu permezz ta’ strumenti finanzjarji, bħall-iskemi tal-qsim tar-riskju, l-ekwità u d-dejn, fondi ta’ garanzija, fondi ta’ investiment u fondi ta’ self, .

2.   L-FSE jista' jintuża għat-tisħiħ tal-aċċess għas-swieq tal-kapital għal korpi pubbliċi u privati fuq livelli nazzjonali u reġjonali li jimplimentaw azzjonijiet u politiki li jaqaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE u l-programm operattiv permezz ta’ “garanziji tal-FSE bbażati fuq il-politiki” sakemm il-Kummissjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex tiddefinixxi r-regoli u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjonijiet tal-Istati Membri, inklużi l-limiti, għall-garanziji bbażati fuq il-politiki, filwaqt li tiżgura b'mod partikolari li l-użu tagħhom ma jwassalx għal livelli eċċessivi ta’ dejn tal-korpi pubbliċi.

Kull applikazzjoni għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tapprova kull “garanzija tal-FSE bbażata fuq il-politiki” sakemm din taqa' fil-qasam ta’ attività tal-Programm Operattiv imsemmi fl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru […] u sakemm tkun konformi mar-regoli u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti.

Raġuni

Ara l-punt 60 hawn fuq fil-parti “Rakkomandazzjonijiet ta’ politika”.

Brussell, 3 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO

Top