EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0506(08)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 — Impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku, fir-rigward ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Ostrava (OSR) u Londra (LTN) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 111, 6.5.2008, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 111/44


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92

Impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku, fir-rigward ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Ostrava (OSR) u Londra (LTN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 111/13)

1.

Skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, ir-Repubblika Ċeka imponiet obbligi ta' servizz pubbliku, fir-rigward ta' servizzi ta' l-ajru skedati bejn Ostrava (OSR) u Londra (LTN)

2.

L-obbligi ta' servizz pubbliku, huma dawn:

Frekwenzi minimi — rotta u numru minumu ta' rotazzjonijiet kull ġimgħa

L-Ajruport Leoš Janáček ta' Ostrava (OSR/LKMT) — Londra — l-Ajruport ta' Luton (LTN/EGGW): 5 rotazzjonijiet.

Parametri minimi meħtieġa ta' l-inġenji ta' l-ajru

Inġenji ta' l-ajru b'kabina bi pressjoni konstanti b'kapacità minima ta' 30 post.

Ħidma kontinwa

Ma jistgħux jitħassru aktar minn 2 % tar-rotazzjonijiet minn numru totali ta' konnessjonijiet offruti fuq ir-rotot individwali, matul il-perjodu sħiħ tal-ħidma, bl-eċċezzjoni tat-titjiriet imħassra għall-raġunijiet esterni, bħalma huma t-temp, strajkijiet jew restrizzjonijet għall-ħidma imposti mill-ajruporti.

Skeda tat-titjiriet u struttura tal-konnessjonijiet

Mhux aktar minn 30 % tal-konnessjonijiet offruti taħt l-obligazzjoni għal servizz pubbliku jistgħu jkunu f'forma ta' koinċidenza bi trasferiment.

L-ewwel titjira mill-ajruport ta' Ostrava Leoš Janáček ma għandhiex titlaq qabel 04.30 ħin lokali; l-aħħar titjira għandha tasal mhux aktar tard mill-23.35 ħin lokali.

Żewġ kodiċijiet jew aktar huma permessi għall-istess titjira — qsim ta' kodiċi — għall-parteċipanti individwali.

Kooperazzjoni f'forma ta'-ftehim bejn linji ta' l-ajru ma' trasportaturi oħrajn mhix assolutament meħtieġa iżda hija permessa.

Tariffi

Il-prezz massimu għall-biljett mingħajr ritorn fuq ir-rotta OSR-LTN ma għandux ikun ta' aktar minn EUR 200.

Il-prezz massimu għall-biljett mingħajr ritorn jinkludi t-tariffa għall-vjaġġ mingħajr ritorn fil-klassi ekonomika mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud.

Għandha tintuża is-Sistema Globali għar-Reservazzjoni.


Top