EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0833

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/833 tal-11 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 fir-rigward tar-responsabbiltà għad-danni skont l-Artikolu 94(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94

C/2024/1465

ĠU L, 2024/833, 12.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/833/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/833/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/833

12.3.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/833

tal-11 ta’ Marzu 2024

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 fir-rigward tar-responsabbiltà għad-danni skont l-Artikolu 94(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar id-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 (2) jistipula regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94. B’mod partikolari, l-Artikolu 18(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi obbligazzjoni li tikkumpensa għal dannu ulterjuri skont l-Artikolu 94(2) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ varjetà waħda jew aktar tal-istess detentur.

(2)

Fis-16 ta’ Marzu 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-kawża C-522/21 (3) iddikjarat l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1768/95 bħala invalidu. Il-Qorti ddikjarat li, sa fejn l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1768/95 jistabbilixxi l-ammont tal-kumpens li għandu jitħallas fir-rigward tat-tariffa tal-liċenzja, dan jistabbilixxi preżunzjoni inkonfutabbli fir-rigward tal-portata minima tad-dannu mġarrab mid-detentur u jillimita d-diskrezzjoni tal-qorti invokata bi ksur tal-Artikolu 94(2) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li dik id-dispożizzjoni titneħħa.

(4)

Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi sostitwita b’waħda ġdida biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 94(2) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 u biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi leġittimi tan-nissiel u tal-bidwi.

(5)

Kif uriet l-esperjenza, kwalunkwe dannu ulterjuri skont l-Artikolu 94(2) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 normalment jikkonsisti fill-kostijiet tal-investigazzjonijiet imwettqa mid-detentur biex jidentifika u jevalwa l-ambitu ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità.

(6)

Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1768/95 jenħtieġ li jirrifletti li tali kostijiet jistgħu jkunu element rilevanti għall-kalkolu ta’ kwalunkwe dannu ulterjuri mġarrab mid-detentur minn ksur intenzjonat jew negliġenti tad-drittijiet tad-detentur skont l-Artikolu 14(3), ir-raba’ inċiż tar-Regolament (KE) Nru 2100/94. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1768/95 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri taħt dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għad-Drittijiet dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1768/95

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1768/95 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Jekk tali persuna intenzjonalment jew b’negliġenza ma kkonformatx mal-obbligu tagħha skont l-Artikolu 14(3), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, fir-rigward ta’ varjetà waħda jew aktar tal-istess detentur, l-obbligazzjoni li tikkumpensa lid-detentur għal kwalunkwe dannu ulterjuri skont l-Artikolu 94(2) tar-Regolament bażiku tista’ tinkludi il-kostijiet tal-investigazzjonijiet imwettqa mid-detentur biex jidentifika u jevalwa l-ambitu ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità.”

L-Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2100/2008-01-31.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 tal-24 ta’ Lulju 1995 li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti (ĠU L 173, 25.7.1995, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1768/oj).

(3)  Is-sentenza tas-16 ta’ Marzu 2023, MS v Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH, C-522/21, ECLI:EU:C:2023:218.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/833/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top