EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2598

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2598 tal-11 ta’ Settembru 2023 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Slovena tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2104 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa

C/2023/6032

ĠU L, 2023/2598, 20.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2598/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2598/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2598

20.11.2023

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2598

tal-11 ta’ Settembru 2023

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Slovena tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2104 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 75(2) u 78(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Slovena tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2104 (2) fiha żball fl-Artikolu 8(6) fir-rigward tar-rekwiżiti għall-post tal-oriġini. Dak l-iżball jaffettwa t-tifsira ta’ dik id-dispożizzjoni.

(2)

Il-verżjoni bil-lingwa Slovena tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2104 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2104 tat-29 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 (ĠU L 284, 4.11.2022, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2598/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top