EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1176

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1176 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/5056

ĠU L 156, 19.6.2023, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1176/oj

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1176

tal-14 ta’ Lulju 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jipprevedi l-possibilità li l-mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) ta’ pajjiżi ġirien speċifiċi jiġu adattati jew li jiżdiedu l-ġodda abbażi ta’ ftehimiet ta’ livell għoli dwar in-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati.

(2)

Ġie ffirmat ftehim ta’ livell għoli kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 bejn l-Unjoni u l-Ukrajna fid-29 ta’ Ġunju 2022. Il-ftehim dwar il-bidliet fil-mapep indikattivi tat-TEN-T jikkonċerna l-linji ferrovjarji, it-toroq, u l-inklużjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Jenħtieġ li l-bidliet fil-mapep indikattivi jippermettu lill-Unjoni tindirizza aħjar il-kooperazzjoni tagħha mal-Ukrajna.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-mapep 16.7 u 16.8 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

Image 1
Image 2

(2)

tiżdied il-mappa 16.9 li ġejja:

Image 3

Top