EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022L2557

Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

PE/51/2022/REV/1

ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164–198 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj

27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/164


DIRETTIVA (UE) 2022/2557 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Diċembru 2022

dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-entitajiet kritiċi, bħala fornituri ta' servizzi essenzjali, għandhom rwol indispensabbli fiż-żamma ta' funzjonijiet essenzjali tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern f'ekonomija tal-Unjoni dejjem aktar interdipendenti. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi stabbilit qafas għall-Unjoni li għandu l-għan kemm li jsaħħaħ ir-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi fis-suq intern billi joħloq regoli minimi armonizzati kif ukoll li jgħinhom permezz ta' appoġġ koerenti u dedikat u miżuri ta' superviżjoni.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (4) tipprevedi proċedura għad-deżinjazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea fis-setturi tal-enerġija u tat-trasport li t-tfixkil jew il-qerda tagħha ikollha impatt transfruntier sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Din id-Direttiva tiffoka esklużivament fuq il-protezzjoni ta' infrastruttura bħal din. Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE li saret fl-2019 sabet li, minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa u transfruntiera tal-operazzjonijiet li jużaw l-infrastruttura kritika, il-miżuri protettivi relatati mal-assi individwali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu milli jseħħ kull tfixkil. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-approċċ jinbidel lejn l-iżgurar li r-riskji jitqiesu aħjar, li r-rwol u d-dmirijiet tal-entitajiet kritiċi bħala fornituri ta' servizzi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern ikunu definiti aħjar u jkunu koerenti, u li jiġu adottati regoli għall-Unjoni biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkunu f'pożizzjoni li jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jipprevjenu, jipproteġu kontra, jirrispondu għal, jirreżistu, jimmitigaw, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċidenti li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-forniment ta' servizzi essenzjali.

(3)

Filwaqt li għadd ta' miżuri fil-livell tal-Unjoni, bħall-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika, u fil-livell nazzjonali għandhom l-għan li jappoġġaw il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni, jenħtieġ li jsir aktar biex l-entitajiet li joperaw tali infrastruttura jkunu mgħammra aħjar biex jindirizzaw ir-riskji għall-operazzjonijiet tagħhom li jistgħu jirriżultaw fit-tfixkil tal-forniment ta' servizzi essenzjali. Jenħtieġ li jsir aktar ukoll sabiex jkunu mgħammra aħjar tali entitajiet minħabba li hemm xenarju ta' theddid dinamiku, li jinkludi theddid ibridu u terroristiku li qed jevolvi, u interdipendenzi li qed jikbru bejn infrastruttura u s-setturi. Barra minn hekk, hemm riskju fiżiku akbar minħabba diżastri naturali u t-tibdil fil-klima, li jintensifika l-frekwenza u l-iskala ta' avvenimenti estremi tat-temp u jġib bidliet fit-tul fil-kundizzjonijiet tal-klima medja li jistgħu jnaqqsu l-kapaċità, l-effiċjenza u l-ħajja ta' ċerti tipi ta' infrastrutturi jekk ma jkunux fis-seħħ miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, is-suq intern huwa kkaratterizzat minn frammentazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi minħabba li s-setturi u l-kategoriji ta' entitajiet rilevanti mhumiex rikonoxxuti b'mod konsistenti bħala kritiċi fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ għalhekk li din id-Direttiva tikseb livell sod ta' armonizzazzjoni f'termini tas-setturi u l-kategoriji tal-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(4)

Filwaqt li ċerti setturi tal-ekonomija, bħas-setturi tal-enerġija u tat-trasport, diġà huma regolati minn atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, dawk l-atti legali fihom dispożizzjonijiet relatati biss ma' ċerti aspetti tar-reżiljenza ta' entitajiet li joperaw f'dawk is-setturi. Sabiex tiġi indirizzata b'mod komprensiv ir-reżiljenza ta' dawk l-entitajiet li huma kritiċi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, din id-Direttiva toħloq qafas ġenerali li jindirizza r-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fir-rigward tal-perikli kollha, kemm dawk naturali jew ikkawżati mill-bniedem, aċċidentali jew intenzjonali.

(5)

L-interdipendenzi li qed jiżdiedu bejn l-infrastruttura u s-setturi huma r-riżultat ta' network dejjem aktar transfruntier u interdipendenti ta' forniment ta' servizzi bl-użu ta' infrastruttura kritika madwar l-Unjoni fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport, tal-banek, tal-ilma tax-xorb, tal-ilma mormi, tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel, tas-saħħa, tal-ispazju, tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju u tal-infrastruttura diġitali u f'ċerti aspetti tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika. Is-settur spazjali jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-forniment ta' ċerti servizzi li jiddependu fuq infrastruttura bbażata fuq l-art li hija proprjetà, ġestita u operata jew mill-Istati Membri jew minn partijiet privati; konsegwentement, infrastruttura li hija proprjetà ta', ġestita jew operata mill-Unjoni jew f'isimha bħala parti mill-programm spazjali tagħha ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Fir-rigward tas-settur tal-enerġija u partikolarment il-metodi tal-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni tal-elettriku (fir-rigward tal-forniment tal-elettriku), huwa mifhum li, fejn meqjus xieraq, il-ġenerazzjoni tal-elettriku tista' tinkludi l-partijiet ta' impjanti tal-enerġija nukleari li jittrasmettu l-elettriku iżda teskludi l-elementi nukleari speċifiċi koperti bit-trattati u l-liġi tal-Unjoni, inkluż atti legali rilevanti tal-Unjoni li jikkonċernaw l-enerġija nukleari. Il-proċess għall-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi fis-settur tal-ikel jenħtieġ li jirrifletti b'mod adegwat in-natura tas-suq internf'dak is-settur u r-regoli estensivi tal-Unjoni relatati mal-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel u s-sikurezza tal-ikel. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm approċċ proporzjonat u biex jiġu riflessi b'mod adegwat ir-rwol u l-importanza ta' dawk l-entitajiet fil-livell nazzjonali, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiġu identifikati biss fost in-negozji tal-ikel, kemm jekk għall-profitt kif ukoll jekk le u kemm jekk pubbliċi jew privati, li huma involuti esklużivament fil-loġistika u d-distribuzzjoni bl-ingrossa u l-produzzjoni u l-ipproċessar industrijali fuq skala kbira b'sehem sinifikanti mis-suq kif osservat fil-livell nazzjonali. Dawk l-interdipendenzi jfissru li kwalunkwe tfixkil ta' servizzi essenzjali, anki wieħed li huwa inizjalment limitat għal entità waħda jew għal settur wieħed, jista' jkollu effetti kaskata b'mod aktar wiesa', li potenzjalment jistgħu jwasslu għal impatt negattiv b'konsegwenzi estensivi u fit-tul fuq il-forniment tas-servizzi fis-suq intern. Kriżijiet kbar, bħall-pandemija tal-COVID-19, urew il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet dejjem aktar interdipendenti tagħna quddiem riskji bi probabbiltà baxxa li jiġru iżda li jkollhom impatt kbir.

(6)

L-entitajiet involuti fil-forniment ta' servizzi essenzjali huma dejjem aktar soġġetti għal rekwiżiti diverġenti imposti skont il-liġi nazzjonali. Il-fatt li xi Stati Membri għandhom rekwiżiti ta' sigurtà inqas stretti fuq dawk l-entitajiet mhux biss iwassal għal diversi livelli ta' reżiljenza iżda jirriskja wkoll li jkollu impatt negattiv fuq iż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali madwar l-Unjoni u jwassal għal ostakli fil-funzjonament tajjeb tas-suq intern. L-investituri u l-kumpanniji jistgħu jiddependu fuq u jafdaw lil entitajiet kritiċi li jkunu reżiljenti, u l-affidabbiltà u l-fiduċja huma l-pedamenti ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb. Tipi simili ta' entitajiet huma meqjusa bħala kritiċi f'xi Stati Membri iżda mhux f'oħrajn, u dawk li huma identifikati bħala kritiċi huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti fi Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f'piż amministrattiv addizzjonali u bla bżonn għal kumpanniji li joperaw bejn il-fruntieri, b'mod partikolari għal kumpaniji attivi fl-Istati Membri b'rekwiżiti aktar stretti. Għalhekk qafas tal-Unjoni jkollu wkoll l-effett li joħloq kondizzjonijiet ekwi għall-entitajiet kritiċi fl-Unjoni kollha.

(7)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati biex jiġu żgurati l-forniment ta' servizzi essenzjali fis-suq intern, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u biex tittejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti. Huwa importanti li dawk ir-regoli jibqgħu validi fil-futur f'termini tat-tfassil u l-implimentazzjoni tagħhom filwaqt li jippermettu l-flessibbiltà meħtieġa. Huwa kruċjali wkoll li tittejjeb il-kapaċità tal-entitajiet kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali għal riskji differenti.

(8)

Sabiex jinkiseb livell għoli ta' reżiljenza l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw entitajiet kritiċi li ser ikunu soġġetti għal rekwiżiti u superviżjoni speċifiċi u li ser ikunu forniti b'appoġġ u gwida partikolari minħabba r-riskji rilevanti kollha.

(9)

Minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u fl-interessi tal-konsistenza, approċċ koerenti jenħtieġ li jiġi żgurat, kull fejn possibbli, bejn din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Fid-dawl tal-frekwenza ogħla u l-karatteristiċi partikolari tar-riskji ċibernetiċi, id-Direttiva (UE) 2022/2555 timponi rekwiżiti komprensivi fuq għadd kbir ta' entitajiet biex tiżgura ċ-ċibersigurtà tagħhom. Minħabba li ċ-ċibersigurtà hija indirizzata b'mod suffiċjenti fid-Direttiva (UE) 2022/2555, il-kwistjonijiet koperti minn dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-reġim partikolari għall-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali.

(10)

Fejn dispożizzjonijiet ta' atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri biex jtejbu r-reżiljenza tagħhom, u fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala mill-inqas ekwivalenti għall-obbligi korrispondenti stabbiliti f'din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva ma jenħtieġx li japplikaw, sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż bla bżonn. F'dak il-każ, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' tali atti legali tal-Unjoni. Fejn id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva ma japplikawx, id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li lanqas ma japplikaw.

(11)

Din id-Direttiva ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet tagħhom f'termini ta' awtonomija amministrattiva jew ir-responsabbiltà tagħhom li jissalvagwardjaw is-sigurtà u d-difiża nazzjonali jew is-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet essenzjali oħra tal-Istat, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà pubblika, l-integrità territorjali u ż-żamma tal-ordni pubbliku. L-esklużjoni tal-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għall-entitajiet li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu b'mod predominanti fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. Madankollu, entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li l-attivitajiet tagħhom huma biss marġinalment relatati ma' dawk l-oqsma jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-entitajiet b'kompetenzi regolatorja mhumiex ikkunsidrati bħala li jwettqu attivitajiet fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u, għalhekk, mhumiex esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal din ir-raġuni. L-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li huma stabbiliti b'mod konġunt ma' pajjiż terz f'konformità ma' ftehim internazzjonali huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma tapplikax għall-missjonijiet diplomatiċi u konsulari tal-Istati Membri f'pajjiżi terzi.

Ċerti entitajiet kritiċi jwettqu attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew jipprovdu servizzi esklużivament lill-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li jwettqu attivitajiet b'mod predominanti f'dawk l-oqsma. Fid-dawl tar-responsabbiltà tal-Istati Membri sabiex jissalvagwardjaw is-sigurtà u d-difiża nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-obbligi fuq l-entitajiet kritiċi stabbiliti f'din id-Direttiva ma japplikawx, kompletament jew parzjalment, għal dawk l-entitajiet kritiċi jekk is-servizzi li jipprovdu jew l-attivitajiet li jwettqu jkunu relatati b'mod predominanti mal-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. L-entitajiet kritiċi li s-servizzi jew l-attivitajiet tagħhom huma biss marġinalment relatati ma' dawk l-oqsma jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-ebda Stat Membru ma jkun meħtieġ jipprovdi informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tista' tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali tiegħu. Ir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata u l-ftehimiet ta' nondivulgazzjoni informali huma rilevanti.

(12)

Sabiex ma tiġix ipperikolata s-sigurtà nazzjonali jew is-sigurtà u l-interessi kummerċjali ta' entitajiet kritiċi, informazzjoni sensittiva jenħtieġ li tiġi aċċessata, skambjata u ttrattata prudentement u b'attenzjoni partikolari għall-kanali ta' trażmissjoni u l-kapaċitajiet ta' ħżin użati.

(13)

Bl-għan li jiġi żgurat approċċ komprensiv għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, kull Stat Membru jenħtieġ li jkollu stabbilit strateġija sabiex tiġi mtejba r-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi ("l-istrateġija"). L-istrateġija jenħtieġ li tistabbilixxi l-objettivi strateġiċi u l-miżuri ta' politika li għandhom jiġu implimentati. Fl-interessi tal-koerenza u l-effiċjenza, l-istrateġija jenħtieġ li titfassal biex tintegra bla xkiel il-politiki eżistenti, filwaqt li, kull fejn ikun possibbli, tibni fuq strateġiji nazzjonali u settorjali, pjanijiet jew dokumenti simili eżistenti rilevanti. Sabiex jinkiseb approċċ komprensiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istrateġiji tagħhom jipprevedu qafas ta' politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 fil-kuntest tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar riskji ċibernetiċi, theddid ċibernetiku u inċidenti ċibernetiċi u riskji, theddid u inċidenti mhux ċibernetiċi u fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' kompiti superviżorji. Meta jistabbilixxu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu kif xieraq in-natura ibrida tat-theddid għall-entitajiet kritiċi.

(14)

L-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw l-istrateġiji tagħhom u aġġornamenti sostanzjali tagħhom lill-Kummissjoni, b'mod partikolari biex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-approċċi ta' politika għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fil-livell nazzjonali. Fejn meħtieġ, l-istrateġiji jistgħu jiġu kkomunikati bħala informazzjoni klassifikata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport sommarju tal-istrateġiji kkomunikati mill-Istati Membri biex iservi bħala bażi għal skambji biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u kwistjonijiet ta' interess komuni fil-qafas ta' Grupp għar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. Minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni aggregata inkluża fir-rapport sommarju, kemm jekk ikklassifikat kif ukoll jekk le, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġġestixxi r-rapport sommarju b'livell xieraq ta' għarfien fir-rigward tas-sigurtà tal-entitajiet kritiċi, tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Ir-rapport sommarju u l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu salvagwardjati kontra azzjoni illegali jew malizzjuża u jenħtieġ li jkunu aċċessibbli biss għal persuni awtorizzati sabiex jissodisfaw l-objettivi ta' din id-Direttiva. Il-komunikazzjoni tal-istrateġiji u l-aġġornamenti sostanzjali tagħhom jenħtieġ li jgħinu wkoll biex il-Kummissjoni tifhem l-iżviluppi fl-approċċi għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-impatt u l-valur miżjud ta' din id-Direttiva, li l-Kummissjoni għandha tirrieżamina perjodikament.

(15)

L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jgħinu jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jiffoka fuq l-entitajiet l-aktar rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi vitali. Sabiex jiġi żgurat approċċ immirat bħal dan, kull Stat Membru jenħtieġ li jwettaq, fi ħdan qafas armonizzat, valutazzjoni tar-riskji naturali u kkawżati mill-bniedem rilevanti, inkluż dawk ta' natura transsettorjali jew transfruntiera, li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta' servizzi essenzjali, inkluż inċidenti, diżastri naturali, emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji u theddid ibridu jew theddid antagonistiku ieħor, inkluż reati terroristiċi, infiltrazzjoni u sabotaġġ kriminali ("valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru"). Fit-twettiq ta' dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju ġenerali jew speċifiċi għas-settur oħrajn imwettqa skont atti legali oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkunsidraw sa fejn is-setturi jiddependu minn xulxin, anki minn setturi fi Stati Membri oħra u pajjiżi terzi. L-eżitu tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istati Membri jenħtieġ li jintużaw għall-finijiet li jiġu identifikati l-entitajiet kritiċi u li jiġu megħjuna dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom dwar ir-reżiljenza. Din id-Direttiva tapplika biss għall-Istati Membri u l-entitajiet kritiċi li joperaw fl-Unjoni. Madankollu, l-esperjenza u l-għarfien iġġenerati mill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari permezz ta' valutazzjonijiet tar-riskju u mill-Kummissjoni, b'mod partikolari permezz ta' diversi forom ta' appoġġ u kooperazzjoni, jistgħu jintużaw, fejn xieraq u f'konformità mal-istrumenti legali applikabbli, għall-benefiċċju ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk fil-viċinat dirett tal-Unjoni, billi jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni eżistenti dwar ir-reżiljenza.

(16)

Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' reżiljenza ta' din id-Direttiva u biex jitnaqqsu d-diverġenzi f'dak ir-rigward, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jippermettu identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lill-Istati Membri jirriflettu b'mod adegwat ir-rwol u l-importanza ta' dawk l-entitajiet fil-livell nazzjonali. Meta jiġu applikati l-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva, kull Stat Membru jenħtieġ li jidentifika entitajiet li jipprovdu servizz essenzjali wieħed jew aktar u li joperaw u li għandhom infrastruttura kritika li tinsab fit-territorju tiegħu. Entità jenħtieġ li titqies li topera fit-territorju ta' Stat Membru fejn twettaq l-attivitajiet meħtieġa għas-servizz jew is-servizzi essenzjali inkwistjoni u fejn tinsab l-infrastruttura kritika ta' dik l-entità, li tintuża biex tipprovdi dak is-servizz jew dawk is-servizzi. Jekk ma jkun hemm l-ebda entità li tissodisfa dawk il-kriterji fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jenħtieġ li ma jkun taħt l-ebda obbligu li jidentifika entità kritika fis-settur jew fis-sottosettur korrispondenti. Fl-interessi tal-effettività, l-effiċjenza, il-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa fir-rigward tal-fatt li jiġu nnotifikati l-entitajiet li huma ġew identifikati bħala entitajiet kritiċi.

(17)

L-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, b'mod li jissodisfa l-objettivi ta' din id-Direttiva, lista ta' servizzi essenzjali, l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u sottosettur stabbilit fl-Anness u għas-servizz jew is-servizzi essenzjali li kull entità tipprovdi u, jekk jiġu applikati, il-limiti. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu ppreżentati limiti bħala tali jew f'forma aggregata, li jfisser li l-informazzjoni tista' tiġi kkalkulata bħala medja skont iż-żona ġeografika, skont is-sena, skont is-settur, skont is-sottosettur jew b'mezzi oħra, u tista' tinkludi informazzjoni dwar il-firxa tal-indikaturi pprovduti.

(18)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji li jiddeterminaw is-sinifikat ta' effett ta' tfixkil prodott minn inċident. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jibnu fuq il-kriterji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) sabiex jikkapitalizzaw fuq l-isforzi mwettqa mill-Istati Membri biex jidentifikaw l-operaturi tas-servizzi essenzjali kif definiti f'dik id-Direttiva u l-esperjenza miksuba f'dak ir-rigward. Kriżijiet kbar, bħall-pandemija tal-COVID-19, urew l-importanza li tiġi żgurata s-sigurtà tal-katina tal-provvista u wrew kif it-tfixkil tagħha jista' jkollu impatt ekonomiku u soċjetali negattiv fuq għadd kbir ta' setturi u bejn il-fruntieri. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll l-effetti fuq il-katina tal-provvista, sa fejn ikun possibbli, meta jiddeterminaw sa fejn setturi u sottosetturi oħra jiddependu fuq is-servizz essenzjali fornit minn entita' kritika.

(19)

F'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli, inkluż ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni, it-theddida potenzjali maħluqa minn sjieda barranija ta' infrastrutturi kritiċi fl-Unjoni trid tiġi rikonoxxuta billi s-servizzi, l-ekonomija u l-moviment liberu u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-Unjoni jiddependu fuq il-funzjonament xieraq tal-infrastruttura kritika.

(20)

Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tirrikjedi li l-entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali, li jistgħu jiġu identifikati bħala entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva, jieħdu miżuri tekniċi, operazzjonali u organizzattivi xierqa u proporzjonati biex jimmaniġġjaw ir-riskji għas-sigurtà tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni u jinnotifikaw inċidenti sinifikanti u theddid ċibernetiku. Billi t-theddid għas-sigurtà tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni jista' jkollu oriġini differenti, id-Direttiva (UE) 2022/2555 tapplika approċċ li jqis kull periklu li jinkludi r-reżiljenza tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni, kif ukoll il-komponenti u l-ambjent fiżiċi ta' dawk is-sistemi.

Peress li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2022/2555 f'dak ir-rigward huma mill-inqas ekwivalenti għall-obbligi korrispondenti stabbiliti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 11 u fil-Kapitoli III, IV u VI ta' din id-Direttiva ma japplikawx għal entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż amministrattiv mhux meħtieġ. Madankollu, meta titqies l-importanza tas-servizzi pprovduti minn entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali għall-entitajiet kritiċi li jappartjenu għas-setturi l-oħra kollha, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw, abbażi tal-kriterji u permezz tal-proċedura prevista f'din id-Direttiva, entitajiet li jappartjenu għas-settur tal-infrastruttura diġitali bħala entitajiet kritiċi. Konsegwentement, l-istrateġiji, il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru u l-miżuri ta' appoġġ stabbiliti fil-Kapitolu II ta' din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali sabiex jiksbu livell ogħla ta' reżiljenza għal dawk l-entitajiet kritiċi, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet jkunu konsistenti mal-liġi tal-Unjoni applikabbli.

(21)

Il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji tal-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti komprensivi għall-entitajiet finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji kollha li jiffaċċjaw, inkluż ir-riskji operazzjonali, u biex jiżguraw il-kontinwità tan-negozju. Tali liġi tinkludi r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 (8), (UE) Nru 575/2013 (9) u (UE) Nru 600/2014 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi 2013/36/UE (11) u 2014/65/UE (12)tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dak il-qafas legali huwa kkomplementat permezz tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), li jistabbilixxi rekwiżiti applikabbli għall-entitajiet finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji tat- Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), inkluż fir-rigward tal-ħarsien ta' infrastruttura fiżika tal-ICT. Peress li r-reżiljenza ta' dawk l-entitajiet hija għalhekk, koperta b'mod komprensiv, jenħtieġ li l-Artikolu 11 u l-Kapitoli III, IV u VI ta' din id-Direttiva ma japplikawx għal dawk l-entitajiet sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż amministrattiv bla bżonn.

Madankollu, meta titqies l-importanza tas-servizzi pprovduti minn entitajiet fis-settur finanzjarju għall-entitajiet kritiċi li jappartjenu għas-setturi l-oħra kollha, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw, abbażi tal-kriterji u permezz tal-proċedura prevista f'din id-Direttiva, l-entitajiet li jappartjenu għas-settur finanzjarju bħala entitajiet kritiċi. Konsegwentement, l-istrateġiji, il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru u l-miżuri ta' appoġġ stabbiliti fil-Kapitolu II ta' din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali sabiex jiksbu livell ogħla ta' reżiljenza għal dawk l-entitajiet kritiċi, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mal-liġi tal-Unjoni applikabbli.

(22)

L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru jew jistabbilixxu awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva' u, fejn meħtieġ, jinfurzawhom u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jingħataw is-setgħat u r-riżorsi adegwati. Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi ta' governanza nazzjonali, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-arranġamenti settorjali eżistenti jew il-korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru jew jistabbilixxu aktar minn awtorità kompetenti waħda. Fejn Stati Membri jaħtru jew jistabbilixxu aktar minn awtorità kompetenti waħda, jenħtieġ li jiddelinjaw b'mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw bla xkiel u b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti kollha jenħtieġ li jikkooperaw ukoll b'mod aktar ġenerali ma' awtoritajiet rilevanti oħra, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali.

(23)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni transfruntiera u sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, jaħtar punt uniku ta' kuntatt responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u mal-kooperazzjoni transfruntiera fil-livell tal-Unjoni ("punt uniku ta' kuntatt"), fejn rilevanti fi ħdan awtorità kompetenti. Kull punt uniku ta' kuntatt jenħtieġ li jassisti u jikkoordina l-komunikazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu, mal-punti uniċi ta' kuntatt ta' Stati Membri oħra u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.

(24)

L-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fir-rigward ta' riskji marbuta maċ-ċibersigurtà, theddid ċibernetiku u inċidenti ċibernetiċi u riskji, theddid u inċidenti mhux ċibernetiċi li jaffettwaw lill-entitajiet kritiċi kif ukoll fir-rigward ta' miżuri rilevanti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u mill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555. Huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva (UE) 2022/2555 jiġu implimentati b'manjiera komplementari u li l-entitajiet kritiċi ma jkunux soġġetti għal piż amministrattiv lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva u ta' dik id-Direttiva.

(25)

L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi, inkluż dawk li jikkwalifikaw bħala intrapriżi żgħar jew medji, fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom, f'konformità mal-obbligi tal-Istati Membri stabbiliti f'din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali proprja tal-entitajiet kritiċi biex jiżguraw tali konformità u, meta jagħmlu dan, ikunu qegħdin jipprevjenu piż amministrattiv eċċessiv. L-Istati Membri jistgħu, b'mod partikolari, jiżviluppaw materjali u metodoloġiji ta' gwida, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jipprovdu konsulenza u taħriġ lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. Fejn meħtieġ u ġustifikat mill-objettivi ta' interess pubbliku, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu riżorsi finanzjarji u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-entitajiet kritiċi, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(26)

Bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi identifikati mill-Istati Membri u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq dawk l-entitajiet kritiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonsultaw lil xulxin, kull fejn xieraq, sabiex jiżguraw li din id-Direttiva hija applikata b'manjiera konsistenti. Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jsiru fuq talba ta' kwalunkwe awtorità kompetenti interessata u jenħtieġ li jiffokaw fuq l-iżgurar ta' approċċ konverġenti fir-rigward ta' entitajiet kritiċi interkonnessi li jużaw infrastruttura kritika li tkun fiżikament konnessa bejn żewġ Stati Membri jew aktar, li jappartjenu għall-istess gruppi jew strutturi korporattivi, jew li jkunu ġew identifikati fi Stat Membru wieħed u li jipprovdu servizzi essenzjali lil jew fi Stati Membri oħra.

(27)

Meta d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali jirrikjedu li l-entitajiet kritiċi jivvalutaw ir-riskji rilevanti għall-finijiet ta' din id-Direttiva u li jieħdu miżuri biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom stess, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jitqiesu b'mod adegwat għall-fini tas-superviżjoni tal-konformità tal-entitajiet kritiċi ma' din id-Direttiva.

(28)

Entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkollhom fehim komprensiv tar-riskji rilevanti li jkunu esposti għalihom u obbligu li janalizzaw dawk ir-riskji. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju kull meta jkun meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom u l-evoluzzjoni ta' dawk ir-riskji u, fi kwalunkwe każ, kull erba' snin, sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalutati r-riskji kollha rilevanti li jistgħu jfixklu l-forniment tas-servizzi essenzjali tagħhom ("valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika"). Meta l-entitajiet kritiċi jkunu wettqu valutazzjonijiet tar-riskju oħra jew ikunu fasslu dokumenti skont l-obbligi stabbiliti f'atti legali oħra li jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika tagħhom, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jużaw dawk il-valutazzjonijiet u d-dokumenti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva dwar il-valutazzjonijiet tar-risklju tal-entita' kritika. Awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista' tiddikjara li valutazzjoni tar-riskju eżistenti mwettqa minn entità kritika li tindirizza r-riskji rilevanti u l-firxa rilevanti tad-dipendenza hija konformi, kompletament jew parzjalment, mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva.

(29)

L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jieħdu miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzattivi li huma xierqa u proporzjonati għar-riskji li jiffaċċjaw sabiex jipprevjenu, jipproteġu kontra, jirrispondu għal, jirreżistu, jimmitigaw, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċident. Filwaqt li l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jieħdu dawk il-miżuri f'konformità ma' din id-Direttiva, id-dettalji u l-portata ta' tali miżuri jenħtieġ li jirriflettu r-riskji differenti li kull entità kritika identifikat bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika tagħha u l-ispeċifiċitajiet ta' tali entità b'mod xieraq u proporzjonat. Biex tippromwovi approċċ koerenti għall-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li, wara li tikkonsulta l-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, tadotta linji gwida mhux vinkolanti biex tispeċifika aktar dawk il-miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzattivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kull entità kritika taħtar uffiċjal ta' kollegament jew ekwivalenti bħala punt ta' kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti.

(30)

Fl-interess tal-effettività u r-responsabbiltà, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiddeskrivu l-miżuri li jieħdu, b'livell ta' dettall li jilħaq biżżejjed l-għanijiet ta' effettività u responsabbiltà, wara li jikkunsidraw ir-riskji identifikati, fi pjan ta' reżiljenza jew f'dokument jew dokumenti li huma ekwivalenti għal pjan ta' reżiljenza, u japplikaw dak il-pjan fil-prattika. Fejn entita' kritika tkun diġà ħadet miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzattivi u fasslet dokumenti skont atti oħra legali li huma rilevanti għal miżuri li jsaħħu r-reżiljenza skont din id-Direttiva, hija jenħtieġ li tkun tista', sabiex tevita duplikazzjoni, tuża dawk il-miżuri u d-dokumenti biex tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward ta' miżuri ta' reżiljenza taħt din id-Direttiva. Sabiex tevita duplikazzjoni, awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista' tiddikjara l-miżuri ta' reżiljenza eżistenti meħuda minn entità kritika li jindirizzaw l-obbligu tagħha li tieħu miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzattivi skont din id-Direttiva, bħala konformi, kompletament jew parzjalment, mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

(31)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 725/2004 (14) u (KE) Nru 300/2008 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jistabbilixxu r-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport marittimu biex jipprevjenu inċidenti kkawżati minn atti illegali u biex jirreżistu u jtaffu l-konsegwenzi ta' inċidenti bħal dawn. Filwaqt li l-miżuri meħtieġa taħt din id-Direttiva huma usa' f'termini tar-riskji indirizzati u t-tipi ta' miżuri li għandhom jittieħdu, l-entitajiet kritiċi f'dawk is-setturi jenħtieġ li jirriflettu fil-pjan ta' reżiljenza tagħhom jew dokumenti ekwivalenti l-miżuri meħuda skont dawk l-atti legali oħra tal-Unjoni. L-entitajiet kritiċi għandhom iqisu wkoll id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), li tintroduċi valutazzjoni tat-toroq fil-livell tan-network għall-immappjar tar-riskju ta' inċidenti u spezzjoni mmirata tas-sikurezza tat-toroq biex jiġu identifikati kundizzjonijiet perikolużi, difetti u problemi li jżidu r-riskju ta' inċidenti u korrimenti, abbażi ta' żjarat fuq il-post ta' toroq jew ta' sezzjonijiet tat-toroq eżistenti. L-iżgurar tal-protezzjoni u tar-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi huwa tal-akbar importanza għas-settur ferrovjarju u, meta jimplimentaw miżuri ta' reżiljenza skont din id-Direttiva, l-entitajiet kritiċi huma mħeġġa jirreferu għal linji gwida mhux vinkolanti u għal dokumenti ta' prattiki tajba żviluppati taħt flussi ta' xogħol settorjali, bħall-Pjattaforma tas-Sigurtà tal-Passiġġieri Ferrovjarji tal-UE stabbilita permezz tad-Deċiżjoni ta-Kummissjoni 2018/C 232/03 (18).

(32)

Ir-riskju li l-impjegati ta' entitajiet kritiċi jew il-kuntratturi tagħhom jużaw ħażin, pereżempju, id-drittijiet tagħhom ta' aċċess fi ħdan l-organizzazzjoni tal-entità kritika biex jagħmlu ħsara u jikkawżaw ħsara huwa ta' tħassib dejjem jiżdied. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom l-entitajiet kritiċi huma permessi, f'każijiet debitament motivati u filwaqt li jqisu l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru, jippreżentaw talbiet għal kontrolli tal-isfond fuq persuni li jaqgħu f'kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet rilevanti jivvalutaw tali talbiet fi żmien raġonevoli u jipproċessawhom f'konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali u mal-liġi rilevanti u applikabbli tal-Unjoni, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data personali. Sabiex tiġi korroborata l-identità ta' persuna li hija s-suġġett ta' kontroll tal-isfond, huwa xieraq li l-Istati Membri jitolbu prova tal-identità, bħal passaport, karta tal-identità nazzjonali jew forma diġitali ta' identifikazzjoni, f'konformità mal-liġi applikabbli.

Kontrolli tal-isfond jenħtieġ li jinkludu verifika tar-rekords kriminali tal-persuna kkonċernata. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali f'konformità mal-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI (19) u, fejn rilevanti u applikabbli, ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) għall-finijiet tal-kisba ta' informazzjoni mir-rekords kriminali miżmuma minn Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu wkoll, fejn rilevanti u applikabbli, jibbażaw fuq is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), intelligence u kwalunkwe informazzjoni oġġettiva oħra disponibbli li tista' tkun meħtieġa biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-persuna kkonċernata li taħdem fil-pożizzjoni li fir-rigward tagħha l-entità kritika tkun talbet kontroll tal-isfond.

(33)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għan-notifika ta' ċerti inċidenti biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirreaġixxu malajr u b'mod adegwat għall-inċidenti u jkollhom ħarsa ġenerali komprensiva tal-impatt, in-natura, il-kawża u l-konsegwenzi possibbli ta' inċidenti li magħhom l-entitajiet kritiċi jittrattaw. L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtoritajiet kompetenti b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-forniment ta' servizzi essenzjali. Sakemm ma jkunux jistgħu operazzjonalment jagħmlu dan, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jippreżentaw notifika inizjali mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jsiru jafu b'inċident. In-notifika inizjali jenħtieġ tinkludi biss l-informazzjoni strettament meħtieġa biex l-awtorità kompetenti ssir taf bl-inċident u tippermetti lill-entità kritika tfittex assistenza, jekk ikun meħtieġ. Tali notifika jenħtieġ li tindika, fejn possibbli, il-kawża preżunta tal-inċident. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżit li tiġi ppreżentata dik in-notifika inizjali ma jiddevjax ir-riżorsi tal-entità kritika minn attivitajiet relatati mat-trattament tal-inċidenti, li jenħtieġ jiġu prijoritizzati. In-notifika inizjali jenħtieġ li tiġi segwita, fejn rilevanti, minn rapport dettaljat mhux aktar tard minn xahar wara l-inċident. Ir-rapport dettaljat jenħtieġ jikkomplementa n-notifika inizjali u jipprovdi ħarsa ġenerali aktar kompluta tal-inċident.

(34)

L-istandardizzazzjoni jenħtieġ li tibqa' primarjament proċess immexxi mis-suq. Madankollu, xorta jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun xieraq li tintalab konformità ma' standards speċifiċi. L-Istati Membri jenħtieġ li, fejn utli, jinkoraġġixxu l-użu ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej u internazzjonali rilevanti għall-miżuri ta' sigurta' u ta' reżiljenza applikabbli għal entitajiet kritiċi.

(35)

Filwaqt li l-entitajiet kritiċi ġeneralment joperaw bħala parti minn network dejjem aktar interkonness ta' forniment ta' servizz u infrastruttura u spiss jipprovdu servizzi essenzjali f'aktar minn Stat Membru wieħed, uħud minn dawk l-entitajiet kritiċi huma ta' sinifikat partikolari għall-Unjoni u s-suq intern tagħha minħabba li jipprovdu servizzi essenzjali lil jew f'sitt jew aktar Stati Membri u, għalhekk, jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ speċifiku fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar missjonijiet konsultattivi fir-rigward ta' tali entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari. Dawn ir-regoli huma mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar stipulati f'din id-Direttiva.

(36)

Fuq it-talba motivata mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru wieħed jew aktar li lilu jew fih jiġi pprovdut is-servizz essenzjali, fejn hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali sabiex ikun jista' jingħata parir lil entità kritika biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva jew biex tiġi vvalutata l-konformità ta' entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari ma' dawk l-obbligi, l-Istat Membru li jkun identifika entità kritika ta' sinifikat partikolari Ewropew bħala entità kritika jenħtieġ li jipprovdi lill-Kummissjoni b'ċerta informazzjoni kif stabbilit f'din id-Direttiva. Bi qbil mal-Istat Membru li identifika l-entità kritika ta' sinifikat partikolari Ewropew bħala entità kritika, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' torganizza missjoni konsultattiva biex tivvaluta l-miżuri stabbiliti minn dik l-entità. Sabiex jiġi żgurat li tali missjonijiet konsultattivi jitwettqu kif suppost, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komplementari, b'mod partikolari dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-missjonijiet konsultattivi, azzjonijiet ta' segwitu li għandhom jittieħdu u l-obbligi għall-entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari kkonċernati. Il-missjoni konsultattiva jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li l-Istat Membru li fih titwettaq il-missjoni konsultattiva u li l-entità kritika kkonċernata tikkonforma mar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, titwettaq soġġett għar-regoli dettaljati tal-liġi ta' dak l-Istat Membru, pereżempju dwar il-kondizzjonijiet preċiżi li għandhom jiġu sodisfatti biex jinkiseb aċċess għall-bini jew id-dokumenti rilevanti u dwar ir-rimedju ġudizzjarju. L-għarfien espert speċifiku meħtieġ għal tali missjonijiet konsultattivi jista', fejn rilevanti, jintalab permezz taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

(37)

Sabiex tiġi appoġġata l-Kummissjoni u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluż l-aħjar prattiki, dwar kwistjonijiet relatati ma' din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi stabbilit Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi bħala grupp ta' esperti tal-Kummissjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li r-rappreżentanti maħtura tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jikkooperaw b'mod effettiv u effiċjenti, inkluż billi jaħtru rappreżentanti li huma fil-pussess ta' approvazzjoni tas-sigurtà, fejn xieraq. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jenħtieġ li jibda jwettaq il-kompiti tiegħu malajr kemm jista' jkun, sabiex jipprovdi mezzi addizzjonali għal kooperazzjoni xierqa matul il-perjodu ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jenħtieġ li jinteraġixxi ma' gruppi ta' ħidma ta' esperti rilevanti oħra speċifiċi għas-settur.

(38)

Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jenħtieġ li jikkoopera mal-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 bil-ħsieb li jappoġġa qafas komprensiv għar-reżiljenza ċibernetika u mhux ċibernetika tal-entitajiet kritiċi. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi u l-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fi djalogu regolari biex jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 u biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni, b'mod partikolari dwar suġġetti ta' rilevanza għaż-żewġ gruppi.

(39)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali tal-Istati Membri u l-entitajiet kritiċi li jiżguraw il-konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom stabbiliti fiha, il-Kummissjoni jenħtieġ li, fejn tqis li jkun xieraq, tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet kritiċi bl-għan li tiffaċilita l-konformità tagħhom mal-obbligi rispettivi tagħhom. Meta tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri u lill-entitajiet kritiċi fl-implimentazzjoni tal-obbligi skont din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tibni fuq strutturi u għodod eżistenti, bħal dawk taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, u n-Network Ewropew ta' Referenza għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika. Barra minn hekk, jenħtieġ li tinforma lill-Istati Membri dwar ir-riżorsi disponibbli fil-livell tal-Unjoni, bħal fi ħdan il-Fond għas-Sigurtà Interna, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), Orizzont Ewropa, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), jew strumenti oħra rilevanti għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi.

(40)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom ċerti setgħat speċifiċi għall-applikazzjoni u l-infurzar xierqa ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-entitajiet kritiċi, fejn dawn l-entitajiet jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom kif speċifikat f'din id-Direttiva. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jinkludu, b'mod partikolari, is-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet u awditi, is-setgħa li jissuperviżjonaw, is-setgħa li jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni u evidenza relatati mal-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u, fejn meħtieġ, is-setgħa li joħorġu ordnijiet biex jirrimedjaw il-ksur identifikat. Meta joħorġu tali ordnijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux miżuri li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jiżguraw il-konformità tal-entità kritika kkonċernata, filwaqt li jqisu, b'mod partikolari, il-gravità tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-entità kritika kkonċernata. B'mod aktar ġenerali, dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn salvagwardji xierqa u effettivi li għandhom jiġu speċifikati fil-liġi nazzjonali f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Meta jivvalutaw il-konformità ta' entità kritika mal-obbligi tagħha kif stabbiliti fid-Direttiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetentitaħt din id-Direttiva jkunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u ta' infurzar tagħhom b'rabta ma' entità taħt dik id-Direttiva li ġiet identifikata bħala entita' kritika skont din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni għal dak il-għan.

(41)

Sabiex din id-Direttiva tiġi applikata b'mod effettiv u konsistenti, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tfassal lista ta' servizzi essenzjali. Dik il-lista jenħtieġ li tintuża mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tat-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru u tal-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva. Minħabba l-approċċ ta' armonizzazzjoni minima ta' din id-Direttiva, dik il-lista mhijiex eżawrjenti, u l-Istati Membri jistgħu jikkomplementawha b'servizzi essenzjali addizzjonali fil-livell nazzjonali sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali fil-forniment ta' servizzi essenzjali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (25). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(42)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

(43)

Minħabba li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat li servizzi essenzjali biex jinżammu l-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi essenzjali huma pprovduti mingħajr tfixkil fis-suq interna u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi li jipprovdu tali servizzi, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu 5, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(44)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) u ta opinjoni fil-11 ta' Awwissu 2021.

(45)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/114/KE jenħtieġ li tiġi mħassra,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva:

(a)

tistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri biex jieħdu miżuri speċifiċi bil-għan li jiżguraw li servizzi li huma essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi essenzjali, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 114 TFUE huma pprovduti mingħajr tfixkil fis-suq intern, b'mod partikolari obbligi biex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi u biex jappoġġaw entitajiet kritiċi sabiex jissodisfaw l-obbligi imposti fuqhom;

(b)

tistabbilixxi obbligi għall-entitajiet kritiċi bil-għan li jsaħħu r-reżiljenza tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi kif imsemmija fil-punt (a) fis-suq intern;

(c)

tistabbilixxi regoli:

(i)

dwar is-superviżjoni ta' entitajiet kritiċi;

(ii)

dwar l-infurzar;

(iii)

għall-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari u dwar missjonijiet konsultattivi sabiex tivvaluta l-miżuri li tali entitajiet stabbilixxew biex jissodifaw l-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu III;

(d)

tistabbilixxi proċeduri komuni għall-kooperazzjoni u r-rappurtar dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(e)

tistabbilixxi miżuri bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' reżiljenza tal-entitajiet kritiċi sabiex jiġi żgurat il-forniment ta' servizzi essenzjali fl-Unjoni u biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwistjonijiet koperti mid-Direttiva (UE) 2022/2555, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva. Fid-dawl tar-relazzjoni bejn is-sigurtà fiżika u ċ-ċibersigurtà ta' entitajiet kritiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) 2022/2555 huma implimentati b'manjiera kkoordinata.

3.   Fejn dispożizzjonijiet ta' atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur jirrikjedu li l-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri biex isaħħu r-reżiljenza tagħhom u fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala tal-inqas ekwivalenti għall-obbligi korrispondenti stabbiliti f'din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti fil-Kapitolu VI, ma għandhomx japplikaw.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 346 TFUE, informazzjoni li hija kunfidenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali, bħar-regoli dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju, għandha tiġi skambjata mal-Kummissjoni u ma' awtoritajiet rilevanti oħra f'konformita' ma' din id-Direttiva biss meta dak l-iskambju jkun meħtieġ għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dik li hija rilevanti u proporzjonata għall-fini ta' dak l-iskambju. L-iskambju ta' informazzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta' dik l-informazzjoni u l-interessi tal-entitajiet kritiċi f'dak li jirrigwarda s-sigurtà u l-kummerċ, filwaqt li jirrispetta s-sigurtà tal-Istati Membri.

5.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għas-salvagwardja tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali u s-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet tal-Istat essenzjali oħra, inkluż l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat u ż-żamma tal-ordni pubbliku.

6.   Din id-Direttiva ma tapplikax għall-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-Artikolu 11 u l-Kapitoli III, IV u VI, kompletament jew parzjalment, ma japplikawx għal entitajiet kritiċi speċifiċi li jwettqu attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew l-infurzar tal-liġi, inkluż l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew li jipprovdu servizzi esklużivament lill-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

8.   L-obbligi stipulati f'din id-Direttiva ma għandhomx jinvolvu l-forniment ta' informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha tkun tmur kontra l-interessi essenzjali tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża.

9.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"entità kritika" tfisser entità pubblika jew privata li tkun ġiet identifikata minn Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 6 bħala li tappartjeni għal waħda mill-kategoriji stabbiliti fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness;

(2)

"reżiljenza" tfisser il-kapaċità ta' entità kritika li tipprevjeni, tipproteġi kontra, tirrispondi għal, tirreżisti, timmitiga, tassorbi, takkomoda u tirkupra minn inċident;

(3)

"inċident" tfisser avveniment li għandu l-potenzjal li jfixkel b'mod sinifikanti, jew li jfixkel, il-forniment ta' servizz essenzjali, inkluż meta jaffettwa s-sistemi nazzjonali li jissalvagwardjaw l-istat tad-dritt;

(4)

"infrastruttura kritika" tfisser assi, faċilità, tagħmir, network jew sistema, jew parti minn assi, faċilità, tagħmir, network jew sistema, li huma meħtieġa għall-forniment ta' servizz essenzjali;

(5)

"servizz essenzjali" tfisser servizz li huwa kruċjali għaż-żamma ta' funzjonijiet essenzjali tas-soċjetà, attivitajiet ekonomiċi, saħħa u sikurezza pubblika, jew l-ambjent;

(6)

"riskju" tfisser il-potenzjal ta' telf jew tfixkil ikkawżat minn inċident u għandu jiġi espress bħala kombinament tad-daqs ta' dan it-telf jew it-tfixkil u l-probabbiltà li jseħħ l-inċident;

(7)

"valutazzjoni tar-riskju " tfisser il-proċess ġenerali sabiex tiġi ddeterminata n-natura u l-firxa ta' riskju billi jidentifika u janalizza theddid, vulnerabbiltajiet u perikli rilevanti potenzjali li jistgħu jwasslu għal inċident u billi jevalwa t-telf jew it-tfixkil potenzjali tal-forniment ta' servizz essenzjali kkawżat minn dak l-inċident;

(8)

"standard" tfisser standard kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);

(9)

"speċifikazzjoni teknika" tfisser speċifikazzjoni teknika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (4) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(10)

''entità tal-amministrazzjoni pubblika'' tfisser entità rikonoxxuta bħala tali fi Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali, li ma tinkludix il-ġudikatura, il-parlamenti jew il-banek ċentrali, li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)

tkun stabbilita għall-fini speċifiku li tissodisfa l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, u ma jkollhiex karattru industrijali jew kummerċjali;

(b)

ikollha personalità ġuridika jew tkun intitolata bil-liġi li taġixxi f'isem entità oħra b'personalità ġuridika;

(c)

tkun iffinanzjata, fil-biċċa l-kbira, mill-awtoritajiet tal-Istat jew minn korpi oħra fil-livell ċentrali regolati mil-liġi pubblika, tkun soġġetta għal superviżjoni maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew il-korpi, jew ikollha bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-awtoritajiet tal-Istat jew minn korpi oħra fil-livell ċentrali regolati mil-liġi pubblika;

(d)

ikollha s-setgħa li tindirizza deċiżjonijiet amministrattivi jew regolatorji lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaffettwaw id-drittijiet tagħhom fil-moviment transfruntier ta' persuni, oġġetti, servizzi jew kapital.

Artikolu 3

Armonizzazzjoni minima

Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-Istati Membri milli jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali bil-għan li jiksbu livell ogħla ta' reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, dment li tali dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mal-obbligi tal-Istati Membri msemmija fil-liġi tal-Unjoni.

KAPITOLU II

OQFSA NAZZJONALI DWAR IR-REŻILJENZA TAL-ENTITAJIET KRITIĊI

Artikolu 4

Strateġija dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi

1.   Wara konsultazzjoni li, sa fejn ikun prattikament possibbli, tkun miftuħa għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, kull Stat Membru għandu jadotta sas-17 ta’ Jannar 2026 strateġija għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi ("l-strateġija"). L-Istrateġija għandha tistipula l-objettivi strateġiċi u l-miżuri ta' politika, li jibnu fuq strateġiji nazzjonali u settorjali, pjanijiet jew dokumenti simili eżistenti rilevanti, bil-għan li jinkiseb u jinżamm livell għoli ta' reżiljenza min-naħa tal-entitajiet kritiċi u li jkopru mill-inqas is-setturi stabbiliti fl-Anness.

2.   Kull strateġija għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

objettivi strateġiċi u prijoritajiet għall-finijiet tat-tisħiħ tar-reżiljenza kumplessiva tal-entitajiet kritiċi, li jqisu d-dipendenzi u l-interdipendenzi transfruntiera u transsettorjali;

(b)

qafas ta' governanza biex jinkisbu l-objettivi strateġiċi u l-prijoritajiet, li jinkludi deskrizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet differenti, l-entitajiet kritiċi u partijiet oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

(c)

deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet kritiċi, inkluż deskrizzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 5;

(d)

deskrizzjoni tal-proċess li bih jiġu identifikati l-entitajiet kritiċi;

(e)

deskrizzjoni tal-proċess li jappoġġa l-entitajiet kritiċi f'konformità ma' dan il-Kapitolu, inkluż miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku, min-naħa waħda, u s-settur privat u l-entitajiet pubbliċi u privati, min-naħa l-oħra;

(f)

lista tal-awtoritajiet u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti ewlenin, għajr l-entitajiet kritiċi, involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

(g)

qafas ta' politika għal koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva ("awtoritajiet kompetenti") u l-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 għall-finijiet tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar riskji ta' ċibersigurtà, theddid ċibernetiku u inċidenti ċibernetiċi u riskji, theddid u inċidenti barra ċ-ċiberspazju u l-eżerċizzju ta' kompiti superviżorji;

(h)

deskrizzjoni tal-miżuri diġà fis-seħħ li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-obbligi taħt il-Kapitolu III ta' din id-Direttiva minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fit-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (31) li l-Istat Membru inkwistjoni jkun identifika bħala entitajiet kritiċi.

Wara konsultazzjoni li, sa fejn tkun prattikament possibbli, tkun miftuħa għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-istrateġiji tagħhom mill-anqas kull erba' snin.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġiji tagħhom, u aġġornamenti sostanzjali relatati magħhom, lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 5

Valutazzjoni tar-riskju mill-Istati Membri

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta att delegat, skont l-Artikolu 23, sas-17 ta’ Novembru 2023 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi lista mhux eżawrjenti tas-servizzi essenzjali fis-setturi u fis-sottosetturi stabbiliti fl-Anness. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw dik il-lista ta' servizzi essenzjali għall-fini li jwettqu valutazzjoni tar-riskju ("il-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru") sas-17 ta’ Jannar 2026, kull fejn meħtieġ sussegwentement, u tal-anqas kull erba' snin. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru sabiex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 6 u jassistu dawk l-entitajiet kritiċi biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 13.

Il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru għandhom iqisu r-riskji rilevanti, dawk naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inkluż dawk ta' natura transsettorjali jew transfruntiera, l-inċidenti, id-diżastri naturali, l-emerġenzi tas-saħħa pubblika u t-theddid ibridu jew theddid antagonistiku ieħor, inkluż ir-reati terroristiċi kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).

2.   Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru, l-Istati Membri għandhom iqisu tal-anqas dan li ġej:

(a)

il-valutazzjoni tar-riskju ġenerali mwettqa skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE;

(b)

valutazzjonijiet tar-riskju rilevanti oħra, imwettqa f'konformità mar-rekwiżiti tal-atti legali tal-Unjoni rilevanti li huma speċifiċi għas-settur, inkluż ir-Regolamenti (UE) 2017/1938 (33) u (UE) 2019/941 (34) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi 2007/60/KE (35) u 2012/18/UE (36) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c)

ir-riskji rilevanti li jirriżultaw mill-punt sa fejn is-setturi stabbiliti fl-Anness jiddependu fuq xulxin, inkluż mill-punt sa fejn huma jiddependu fuq entitajiet li jinsabu fi Stati Membri oħra u f'pajjiżi terzi, u l-impatt li tfixkil sinifikanti f'settur wieħed jista' jkollu fuq setturi oħra, inkluż kwalunkwe riskju sinifikanti għaċ-ċittadini u għas-suq intern;

(d)

kwalunkwe informazzjoni dwar inċidenti skont l-Artikolu 15.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, kif xieraq.

3.   L-Istati Membri, fejn rilevanti permezz tal-punt uniku ta' kuntatt tagħhom, għandhom jagħmlu l-elementi rilevanti tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru disponibbli għall-entitajiet kritiċi li huma identifikaw f'konformità mal-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta lill-entitajiet kritiċi tassistihom fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 12 u fit-teħid ta' miżuri biex tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom skont l-Artikolu 13.

4.   Fi żmien tliet xhur mit-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju ta' Stat Membru, Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti dwar it-tipi ta' riskji identifikati wara u r-riżultati ta', dik il-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru, għal kull settur u sottosettur stabbilit fl-Anness.

5.   Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa mudell ta' rappurtar komuni volontarju għall-finijiet tal-konformità mal-paragrafu 4.

Artikolu 6

Identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi

1.   Sas-17 ta’ Lulju 2026, kull Stat Membru għandu jidentifika l-entitajiet kritiċi għas-setturi u s-sottosetturi stabbiliti fl-Anness.

2.   Meta Stat Membru jidentifika entitajiet kritiċi skont il-paragrafu 1, huwa għandu jqis ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru tiegħu u l-istrateġija tiegħu u għandu japplika l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

l-entità tipprovdi servizz essenzjali wieħed jew aktar;

(b)

l-entità topera, u l-infrastruttura kritika tagħha tinsab, fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; u

(c)

inċident ikollu effetti ta' tfixkil sinifikanti, kif determinat f'konformità mal-Artikolu 7(1), fuq il-forniment mill-entita' ta' servizz essenzjali, wieħed jew aktar jew fuq il-forniment ta' servizzi essenzjali oħra fis-setturi stabbiliti fl-Anness li jiddependu fuq dak jew dawk is-servizzi essenzjali.

3.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi lista tal-entitajiet kritiċi identifikati skont il-paragrafu 2 u jiżgura li dawk l-entitajiet kritiċi jiġu nnotifikati li huma ġew identifikati bħala entitajiet kritiċi fi żmien xahar minn dik l-identifikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinformaw lil dawk l-entitajiet kritiċi bl-obbligi tagħhom taħt il-Kapitoli III u IV u bid-data minn meta dawk l-obbligi japplikaw għalihom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-entitajiet kritiċi fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness li huma ma għandhom l-ebda obbligu taħt il-Kapitoli III u IV, sakemm miżuri nazzjonali ma jipprevedux mod ieħor.

Għall-entitajiet kritiċi kkonċernati, Kapitolu III għandu japplika minn 10 xhur wara d-data tan-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom taħt din id-Direttiva jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 bl-identità tal-entitajiet kritiċi li huma identifikaw skont dan l-Artikolu fi żmien xahar minn dik l-identifikazzjoni. Dik in-notifika għandha tispeċifika, fejn applikabbli, li l-entitajiet kritiċi kkonċernati huma entitajiet fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness għal din id-Direttiva u li ma għandhom l-ebda obbligu taħt il-Kapitoli III u IV tagħha.

5.   L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ u fi kwalunkwe każ mill-inqas kull erba' snin, jirrieżaminaw u, fejn xieraq, jaġġornaw il-lista tal-entitajiet kritiċi identifikati msemmija fil-paragrafu 3. Fejn dawk l-aġġornamenti jwasslu għall-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi addizzjonali, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 u 4 għal dawk l-entitajiet kritiċi addizzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet li ma jkunux għadhom identifikati bħala entitajiet kritiċi wara kwalunkwe tali aġġornament jiġu nnotifikati fi żmien debitu b'dak il-fatt u bil-fatt li ma għadhomx soġġetti għall-obbligi taħt il-Kapitolu III mid-data tal-wasla ta' dik in-notifika.

6.   Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa rakkomandazzjonijiet u linji gwida mhux vinkolanti biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi.

Artikolu 7

Effett ta' tfixkil sinifikanti

1.   Meta jiddeterminaw is-sinifikat ta' effett ta' tfixkil kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), il-punt (c), l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-għadd ta' utenti li jiddependu fuq is-servizz essenzjali pprovdut mill-entità kkonċernata;

(b)

il-punt sa fejn setturi u sottosetturi oħra stabbiliti fl-Anness jiddependu fuq is-servizz essenzjali inkwistjoni;

(c)

l-impatt li l-inċidenti jista' jkollhom, f'termini ta' grad u tul ta' żmien, fuq l-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà, l-ambjent, is-sikurezza u s-sigurtà pubbliċi jew is-saħħa tal-popolazzjoni;

(d)

is-sehem mis-suq tal-entità fis-suq tas-servizz essenzjali jew tas-servizzi essenzjali kkonċernati;

(e)

iż-żona ġeografika li tista' tiġi affettwata minn inċident, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier, filwaqt li titqies il-vulnerabbiltà assoċjata mal-grad ta' iżolament ta' ċerti tipi ta' żoni ġeografiċi, bħal reġjuni insulari, reġjuni mbiegħda jew żoni muntanjużi;

(f)

l-importanza tal-entità biex jinżamm livell suffiċjenti tas-servizz essenzjali, filwaqt li titqies id-disponibbiltà ta' mezzi alternattivi għall-forniment ta' dak is-servizz essenzjali.

2.   Wara l-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi taħt l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed:

(a)

lista ta' servizzi essenzjali f'dak l-Istat Membru fejn hemm kwalunkwe servizz essenzjali addizzjonali meta mqabbla mal-lista tas-servizzi essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(1);;

(b)

l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u sottosettur stabbiliti fl-Anness u għal kull servizz essenzjali;

(c)

kwalunkwe limitu applikat biex jiġi speċifikat wieħed jew aktar mill-kriterji fil-paragrafu 1.

Limiti kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jistgħu jiġu ppreżentati bħala tali jew f'forma aggregata.

L-Istati Membri għandhom sussegwentement jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu kull fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba' snin.

3.   Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19, tadotta linji gwida mhux vinkolanti biex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tqis l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Entitajiet kritiċi fis-settur bankarju, fis-settur tal-infrastruttura tas-swieq finanzjarji u fis-settur tal-infrastruttura diġitali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 11 u l-Kapitoli III, IV u VI ma japplikawx għal entitajiet kritiċi li huma identifikaw fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl- Anness. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali sabiex jiksbu livell ogħla ta' reżiljenza għal dawk l-entitajiet kritiċi, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mal-liġi tal-Unjoni applikabbli.

Artikolu 9

Awtoritajiet kompetenti u l-punt uniku ta' kuntatt

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi awtorità kompetenti jew aktar minn waħda responsabbli għall-applikazzjoni korretta u, fejn meħtieġ, għall-infurzar tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva fil-livell nazzjonali.

Fir-rigward tal-entitajiet kritiċi fis-setturi stabbiliti fil-punti 3 u 4 tat-tabella fl-Anness għal din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-prinċipju, ikunu l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2022/2554. Fir-rigward tal-entitajiet kritiċi fis-settur stabbilit fil-punt 8 tat-tabella fl-Anness għal din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-prinċipju, ikunu l-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555. L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità kompetenti differenti għas-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness għal din id-Direttiva f'konformità mal-oqfsa nazzjonali eżistenti.

Fejn jaħtru jew jistabbilixxu aktar minn awtorità kompetenti waħda, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu b'mod ċar il-kompiti ta' kull waħda mill-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw b'mod effettiv biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva, anki fir-rigward tad-deżinjazzjoni u tal-attivitajiet tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fil-paragrafu 2.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar jew jistabbilixxi punt uniku ta' kuntatt wieħed biex jeżerċita funzjoni ta' kollegament sabiex jiżgura l-kooperazzjoni transfruntiera mal-punti uniċi ta' kuntatt ta' Stati Membri oħra u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19 ("punt uniku ta' kuntatt"). Fejn rilevanti, Stat Membru għandu jaħtar il-punt uniku ta' kuntatt tiegħu fi ħdan awtorita' kompetenti. Fejn rilevanti, Stat Membru jista' jipprovdi li l-punt uniku ta' kuntatt tiegħu jeżerċita wkoll funzjoni ta' kollegament mal-Kummissjoni u jiżgura kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

3.   Sas-17 ta’ Lulju 2028, u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-punti uniċi ta' kuntatt għandhom jippreżentaw rapport sommarju lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19 dwar in-notifiki li huma rċevew, inkluż l-għadd ta' notifiki, in-natura tal-inċidenti notifikati u l-azzjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikolu 15(3).

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, tiżviluppa mudell komuni ta' rapportar. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw, fuq bażi volontarja, dak il-mudell komuni ta' rapportar għall-fini tal-preżentazzjoni ta' rapporti fil-qosor kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tiegħu u l-punt uniku ta' kuntatt ikollhom is-setgħat u r-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu, b'mod effettiv u effiċjenti, il-kompiti assenjati lilhom.

5.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorita' kompetenti tiegħu, kull meta jkun xieraq, u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u ma' dik nazzjonali, tikkonsulta u tikkoopera ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra, inkluż dawk inkarigati mill-protezzjoni ċivili, l-infurzar tal-liġi u l-protezzjoni tad-data personali u ma' entitajiet kritiċi u partijiet interessati rilevanti.

6.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorita' kompetenti tiegħu taħt din id-Direttiva tikkoopera u tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 dwar ir-riskji ta' ċibersigurtà, theddid ċibernetiku u inċidenti ċibernetiċi u riskji, theddid u inċidenti barra ċ-ċiberspazju li jaffettwaw entitajiet kritiċi, inkluż fir-rigward ta' miżuri rilevanti meħuda mill-awtorita' kompetenti u mill-awtoritajiet kompetenti tagħha taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555.

7.   Fi żmien tliet xhur mill-ħatra jew stabbiliment tal-awtorita' kompetenti u tal-punt uniku ta' kuntatt, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-identita' tagħhom u bil- kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom skont din id-Direttiva, id-dettalji ta' kuntatt tagħhom u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, fejn huma jiddeċiedu li jaħtru awtorita' oħra minbarra l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, bħala l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-entitajiet kritiċi fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl-Anness. Kull Stat Membru għandu jippubblika l-identita' tal-awtorità kompetenti tiegħu u tal-punt uniku ta' kuntatt tiegħu.

8.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tal-punti uniċi ta' kuntatt disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 10

Appoġġ tal-Istati Membri għall-entitajiet kritiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom. Dak l-appoġġ jista' jinkludi l-iżvilupp ta' materjali ta' gwida u metodoloġiji, appoġġ għall-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u pariri u taħriġ mogħtija lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu riżorsi finanzjarji lill-entitajiet kritiċi, fejn meħtieġ u ġġustifikat minn objettivi ta' interess pubbliku.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorita' kompetenti tiegħu tikkoopera u tiskambja informazzjoni u prattiki tajba mal-entitajiet kritiċi tas-setturi stabbiliti fl-Anness.

3.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar, b'mod partikolari, l-informazzjoni klassifikata u sensittiva, il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-data personali.

Artikolu 11

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar l-entitajiet kritiċi sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi applikata b'manjiera konsistenti. Tali konsultazzjonijiet għandhom isiru, b'mod partikolari, fir-rigward ta' entitajiet kritiċi li:

(a)

jużaw infrastruttura kritika li hija fiżikament ikkonnettjata bejn żewġ Stati Membri jew aktar;

(b)

huma parti minn strutturi korporattivi li huma kkonnettjati ma', jew marbuta ma', entitajiet kritiċi fi Stati Membri oħra;

(c)

ikunu ġew identifikati bħala entitajiet kritiċi fi Stat Membru wieħed u jipprovdu servizzi essenzjali lil Stati Membri oħra jew fihom.

2.   Il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-għan li jtejbu r-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi u, fejn possibbli, inaqqsu l-piż amministrattiv fuqhom.

KAPITOLU III

REŻILJENZA TAL-ENTITAJIET KRITIĊI

Artikolu 12

Valutazzjoni tar-riskju minn entitajiet kritiċi

1.   Minkejja l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jwettqu valutazzjoni tar-riskju fi żmien disa' xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 6(3), kull fejn meħtieġ sussegwentement, u mill-inqas kull erba' snin, abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru u sorsi rilevanti oħra ta' informazzjoni, sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalutati r-riskji kollha rilevanti li jistgħu jfixklu l-forniment tas-servizzi essenzjali tagħhom ("valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika").

2.   Il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-entita' kritika għandha tqis ir-riskji rilevanti kollha naturali u kkawżati mill-bniedem li jistgħu jwasslu għal inċident, inkluż dawk ta' natura transsettorjali jew transfruntiera, l-inċidenti, id-diżastri naturali, l-emerġenzi tas-saħħa pubblika u t-theddid ibridu u theddid antagonistiku ieħor, inkluż ir-reati terroristiċi kif provdut fid-Direttiva (UE) 2017/541. Valutazzjoni tar-riskju ta' entita' kritika għandha tqis il-punt sa fejn setturi oħra kif stabbiliti fl-Anness jiddependu fuq is-servizz essenzjali pprovdut mill-entità kritika u l-punt sa fejn dik l-entita' kritika tiddependi fuq servizzi essenzjali provduti minn entitajiet oħra f'setturi oħra bħal dawn, inkluż, fejn rilevanti, fi Stati Membri u pajjiżi terzi ġirien.

Meta l-entita' kritika tkun wettqet valutazzjonijiet tar-riskju oħra jew tkun fasslet dokumenti skont l-obbligi stabbiliti f'atti legali oħra li jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika tagħha, hija tista' tuża dawk il-valutazzjonijiet u d-dokumenti biex tissodisfa r-rekwiżiti li jinsabu f'dan l-Artikolu. Meta teżerċita l-funzjonijiet superviżorji tagħha, l-awtorità kompetenti tista' tiddikjara valutazzjoni tar-riskju eżistenti mwettqa minn entità kritika li tindirizza r-riskji u l-punt sa fejn id-dipendenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu bħala konformi kompletament jew parzjalment, mal-obbligi skont dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Miżuri ta' reżiljenza tal-entitajiet kritiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jieħdu miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzazzjonali xierqa u proporzjonati biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom, abbażi tal-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-Istati Membri dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru u dwar l-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika, inkluż il-miżuri meħtieġa biex:

(a)

jipprevjenu inċidenti milli jseħħu, b'kont debitu tal-miżuri ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u ta' adattament għall-klima;

(b)

jiżguraw protezzjoni fiżika adegwata tal-bini u l-infrastruttura kritika tagħhom, filwaqt li jqisu kif xieraq, pereżempju ċnut, ostakli, għodod u rutini ta' monitoraġġ tal-perimetru, tagħmir ta' detezzjoni u kontrolli tal-aċċess;

(c)

jirrispondu għal, jirreżistu u jimmitigaw il-konsegwenzi tal-inċidenti, filwaqt li jqisu kif xieraq l-implimentazzjoni ta' proċeduri u protokolli għall-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet u rutini ta' twissija;

(d)

jirkupraw minn inċidenti, filwaqt li jqisu kif xieraq il-miżuri ta' kontinwità tan-negozju u l-identifikazzjoni ta' ktajjen tal-provvista alternattivi, sabiex jiżguraw kontinwità fil-forniment tas-servizz essenzjali;

(e)

jiżguraw il-ġestjoni adegwata tas-sigurtà tal-impjegati, filwaqt li jqisu kif xieraq miżura bħal kategoriji ta' persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi, jistabbilixxu drittijiet ta' aċċess għall-bini, infrastruttura kritika u informazzjoni sensittiva, jistabbilixxu proċeduri għal kontrolli tal-isfond f'konformità mal-Artikolu 14 u jaħtru l-kategoriji ta' persuni li huma meħtieġa li jgħaddu minn tali kontrolli tal-isfond, u jistabbilixxu r-rekwiżiti xierqa tat-taħriġ u tal-kwalifiki;

(f)

jissensibilizzaw dwar il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (e) fost il-persunal rilevanti, filwaqt li jqisu kif xieraq il-korsijiet ta' taħriġ, il-materjali ta' informazzjoni u l-eżerċizzji.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jqisu l-persunal tal-fornituri tas-servizzi esterni meta jistabbilixxu kategoriji ta’ persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jkollhom fis-seħħ u japplikaw pjan ta' reżiljenza jew dokument jew dokumenti ekwivalenti li jiddeskrivu l-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1. Meta l-entitajiet kritiċi jkunu fasslu dokumenti jew ħadu miżuri skont l-obbligi stabbiliti f'atti legali oħra li jkunu rilevanti għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, huma jistgħu jużaw dawk id-dokumenti u l-miżuri biex jissodisfaw ir-rekwiżiti li jinsabu f'dan l-Artikolu. Meta teżerċita l-funzjonijiet superviżorji tagħha, l-awtorità kompetenti tista' tiddikjaramiżuri eżistenti għat-tisħiħ tar-reżiljenza meħuda minn entità kritika li jindirizzaw, b'manjiera xierqa u proporzjonata, il-miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 bħala konformi, kompletament jew parzjalment, mal-obbligi skont dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità kritika taħtar uffiċjal ta' kollegament jew ekwivalenti bħala l-punt ta' kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti.

4.   Fuq talba tal-Istat Membru li jkun identifika l-entità kritika u bil-qbil tal-entità kritika kkonċernata, il-Kummissjoni għandha torganizza missjonijiet konsultattivi, f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 18(6), (8) u (9), biex tagħti pariri lill-entità kritika kkonċernata biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III. Il-missjoni konsultattiva għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lil dak l-Istat Membru u lill-entità kritika kkonċernata.

5.   Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19, tadotta linji gwida mhux vinkolanti biex tispeċifika aktar il-miżuri tekniċi, ta' sigurtà u organizzazzjonali li jistgħu jittieħdu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u metodoloġiċi meħtieġa relatati mal-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 14

Kontrolli tal-isfond

1.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li skonthom l-entita' kritika għandha l-permess, f'każijiet debitament motivati u filwaqt li jqisu l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru,, tippreżenta talbiet għal kontrolli tal-isfond fuq persuni li:

(a)

ikollhom rwoli sensittivi fl-entità kritika jew għall-benefiċċju tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tar-reżiljenza tal-entità kritika;

(b)

huma awtorizzati sabiex ikollhom aċċess dirett jew remot għall-bini, l-informazzjoni jew is-sistemi ta' kontroll tagħhom, inkluż b'rabta mas-sigurtà tal-entità kritika;

(c)

ikunu qed jitqiesu għal reklutaġġ għal pożizzjonijiet taħt il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) jew (b).

2.   Talbiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati fi skeda ta' żmien raġonevoli u pproċessati f'konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali u mal-liġi rilevanti u applikabbli tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37). Kontrolli tal-isfond għandhom ikunu proporzjonati u strettament limitati għal dak li huwa meħtieġ. Dawn għandhom jitwettqu għall-iskop uniku li jiġi evalwat riskju potenzjali għas-sigurtà għall-entità kritika kkonċernata.

3.   Kontroll tal-isfond kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu, mill-anqas:

(a)

jikkorrobora l-identità tal-persuna li huwa s-soġġett tal-kontroll tal-isfond;

(b)

jikkontrolla r-rekords kriminali ta' dik il-persuna fir-rigward ta' reati li jistgħu jkunu rilevanti għal pożizzjoni speċifika.

Meta jkunu qegħdin iwettqu kontrolli tal-isfond, l-Istati Membri għandhom, jużaw is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali f'konformità mal-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI u, fejn rilevanti u applikabbli, ir-Regolament (UE) 2019/816 għall-fini li jiksbu l-informazzjoni minn rekords kriminali minn Stati Membri oħra. L-awtoritajiet ċentrali msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI u fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2019/816 għandhom jagħtu tweġibiet għal talbiet għal tali informazzjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tkun waslet it-talba f'konformità mal-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI.

Artikolu 15

Notifika ta' inċident

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien żejjed, b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-forniment ta' servizzi essenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm ma jkunx operazzjonalment impossibbli li tagħmel dan, entitajiet kritiċi jibgħatu notifika inizjali fi żmien 24 siegħa wara li jkunu jafu b'inċident, segwita, fejn rilevanti, minn rapport dettaljat sa mhux aktar tard minn xahar wara. Sabiex jiġi ddeterminat is-sinifikat ta' tfixkil, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-parametri li ġejjin:

(a)

l-għadd u l-proporzjon tal-utenti affettwati mit-tfixil;

(b)

it-tul ta' żmien tat-tfixkil;

(c)

iż-żona ġeografika affettwata mit-tfixkil, u jekk iż-żona hijiex ġeografikament iżolata.

Meta inċident ikollu jew jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-kontinwità tal-forniment ta' servizzi essenzjali lil jew f'sitt Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri affettwati mill-inċident għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni tali inċident.

2.   In-notifiki kif imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandhom jinkludu kwalunkwe informazzjoni disponibbli meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem in-natura, il-kawża u l-konsegwenzi possibbli tal-inċident, inkluż kwalunkwe informazzjoni disponibbli neċessarja biex jiġi ddeterminat kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident. Tali notifiki ma għandhomx jissoġġettaw lill-entitajiet kritiċi għal aktar responsabbiltà.

3.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn entità kritika f'notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti relevanti, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt, għandha tinforma lill-punt uniku ta' kuntatt tal-Istati Membri l-oħra affettwati fejn l-inċident ikollu jew jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-entitajiet kritiċi u l-kontinwità tal-forniment ta' servizzi essenzjali lil jew f’Stat Membru wieħed jew aktar.

Il-punti uniċi ta' kuntatt li jibgħatu u li jirċievu informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu għandhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, jittrattaw dik l-informazzjoni b'tali mod li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tagħha u jħarsu s-sigurtà u l-interess kummerċjali tal-entità kritika kkonċernata.

4.   Mill-aktar fis possibbli wara notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tipprovdi lill-entità kritika kkonċernata l-informazzjoni rilevanti dwar is-segwitu, inkluż informazzjoni li tista' tappoġġa r-rispons effettiv ta' dik l-entità kritika għall-inċident inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku meta jiddeċiedu li jkun fl-interess pubbliku li jagħmlu dan.

Artikolu 16

Standards

Sabiex jippromwovu l-implimentazzjoni konverġenti ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri, fejn ikun utli u mingħajr ma jimponu jew jiddiskriminaw favur l-użu ta' tip partikolari ta' teknoloġija, għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' standards u ta' speċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej u dawk internazzjonali rilevanti għall-miżuri ta' sigurtà u ta' reżiljenza applikabbli għall-entitajiet kritiċi.

Kapitolu IV

Entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari

Artikolu 17

Identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari

1.   Entità għandha titqies bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari meta tkun:

(a)

ġiet identifikata bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1);

(b)

tipprovdi l-istess servizzi essenzjali jew servizzi simili lil jew f'sitt Stati Membri jew aktar; u

(c)

ġiet innotifikata skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità kritika, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 6(3), tinforma lill-awtorità kompetenti tagħha meta tipprovdi servizzi essenzjali lil jew f'sitt Stati Membri jew aktar. F'tali każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entita' kritika tinforma lill-awtorita' kompetenti tagħha dwar is-servizzi essenzjali li hija tipprovdi lill-Istati Membri jew fihom u dwar l-Istati Membri li lilhom jew li fihom hija tipprovdi tali servizzi essenzjali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, dwar l-identita' ta' tali entitajiet kritiċi u dwar l-informazzjoni li huma jipprovdu taħt dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru li identifika entità kritika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-awtorita' kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati u l-entità kritika inkwistjoni. Waqt dawk il-konsultazzjonijiet, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni fejn huwa jqis li s-servizzi pprovduti lil dak l-Istat Membru mill-entità kritika huma servizzi essenzjali.

3.   Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi, abbażi tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li l-entità kritika kkonċernata tipprovdi servizzi essenzjali lil sitt Stati Membri jew aktar, jew f'sitt Stati Membri jew aktar, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil dik l-entità kritika, permezz tal-awtorità kompetenti tagħha, li hija meqjusa bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari u tinforma lil dik l-entità kritika dwar l-obbligi tagħha skont dan il-Kapitolu u d-data li minnha dawk l-obbligi japplikaw għaliha. Ladarba l-Kummissjoni tinforma lill-awtorità kompetenti dwar id-deċiżjoni tagħha li tikkunsidra entità kritika bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat dik in-notifika lil dik l-entità kritika mingħajr dewmien żejjed.

4.   Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari kkonċernata mid-data tal-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 18

Missjonijiet konsultattivi

1.   Fuq talba tal-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entita' kritika skont l-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni għandha torganizza missjoni konsultattiva biex tivvaluta l-miżuri li dik l-entità kritika stabbiliet biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III.

2.   Fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru wieħed jew aktar li lilu jew fejn jiġi pprovdut is-servizz essenzjali u dment li l-Istat Membru li jkun identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entita' kritika skont l-Artikolu 6(1) jaqbel li jsir hekk, il-Kummissjoni għandha torganizza missjoni konsultattiva kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Fuq talba motivata mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru wieħed jew aktar li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali, l-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1) għandu jipprovdi dan li ġej lill-Kummissjoni:

(a)

il-partijiet rilevanti tal-valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika;

(b)

lista tal-miżuri rilevanti meħuda skont l-Artikolu 13;

(c)

azzjonijiet superviżorji jew ta' infurzar, inkluż valutazzjonijiet tal-konformità jew ordnijiet maħruġa, li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun wettqet skont l-Artikoli 21 u 22 fir-rigward ta' dik l-entità kritika.

4.   Il-missjoni konsultattiva għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1), lill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali u lill-entità kritika kkonċernata fi żmien tliet xhur mill-konklużjoni tal-missjoni konsultattiva.

L-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali għandhom janalizzaw ir-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu u, fejn meħtieġ, għandhom jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar jekk l-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari kkonċernata tikkonformax mal-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III u, fejn xieraq, dwar liema miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb ir-reżiljenza ta' dik l-entità kritika.

Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-parir imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1), lill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali u lil dik l-entità kritika dwar jekk dik l-entità kritika hijiex konformi mal-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III u, fejn xieraq, dwar liema miżuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb ir-reżiljenza ta' dik l-entità kritika.

L-Istat Membru li identifika entita' kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entita' kritika skont l-Artikolu 6(1) għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti u l-entità kritika kkonċernata jqisu l-opinjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għandu jipprovdi l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali dwar il-miżuri li ħa skont dik l-opinjoni.

5.   Kull missjoni konsultattiva għandha tikkonsisti minn esperti mill-Istat Membru fejn tinsab l-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari, esperti mill-Istati Membri li lilhom jew li fihom jiġi pprovdut is-servizz essenzjali, u rappreżentanti tal-Kummissjoni. Dawk l-Istati Membri jistgħu jipproponu kandidati biex ikunu parti minn missjoni konsultattiva. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1), għandha tagħżel u taħtar il-membri ta' kull missjoni konsultattiva skont il-kapaċità professjonali tagħhom u tiżgura, fejn possibbli, rappreżentazzjoni ġeografikament bilanċjata minn dawk l-Istati Membri kollha. Kull meta meħtieġ, il-membri tal-missjoni konsultattiva għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà valida u xierqa. Il-Kummissjoni għandha tkopri l-kostijiet relatati mal-parteċipazzjoni fil-missjonijiet konsultattivi.

Il-Kummissjoni għandha torganizza l-programm ta' kull missjoni konsultattiva, f'konsultazzjoni mal-membri tal-missjoni konsultattiva inkwistjoni u bi qbil mal-Istat Membru li identifika entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari bħala entità kritika skont l-Artikolu 6(1).

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi regoli dwar l-arranġamenti proċedurali għal talbiet biex torganizza missjonijiet konsultattivi, għat-trattament ta' tali talbiet, għat-tmexxija u r-rapporti ta' missjonijiet konsultattivi u għat-trattament tal-komunikazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu ta' dan l-Artikolu u tal-miżuri meħuda, waqt li jitqiesu kif xieraq il-kunfidenzjalità u s-sensittività kummerċjali tal-informazzjoni kkonċernata. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajit kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari jipprovdu lill-missjonijiet konsultattivi b'aċċess għall-informazzjoni, għas-sistemi u għall-faċilitajiet relatati mal-forniment tas-servizzi essenzjali tagħhom meħtieġa biex titwettaq il-missjoni konsultattiva kkonċernata.

8.   Il-missjonijiet konsultattivi għandhom jitwettqu f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru fejn iseħħu, b'rispett għar-responsabbiltà ta' dak l-Istat Membru għas-sigurtà nazzjonali u l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tiegħu.

9.   Fl-organizzazzjoni tal-missjonijiet konsultattivi, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapporti ta' kwalunkwe spezzjoni mwettqa mill-Kummissjoni skont ir-Regolamenti (KE) Nru 725/2004 u (KE) Nru 300/2008 u r-rapporti ta' kwalunkwe monitoraġġ imwettaq mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2005/65/KE fir-rigward tal-entità kritika kkonċernata.

10.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19 kull meta tiġi organizzata missjoni konsultattiva. L-Istat Membru fejn twettqet missjoni konsultattiva u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw ukoll lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar is-sejbiet ewlenin tal-missjoni konsultattiva u t-tagħlimiet meħuda bil-ħsieb li jiġi promoss it-tagħlim reċiproku.

KAPITOLU V

KOOPERAZZJONI U RAPPURTAR

Artikolu 19

Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi

1.   B’dan qed jiġi stabbilit Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jappoġġa lill-Kummissjoni u jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u l-iskambju tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati ma' din id-Direttiva.

2.   Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom approvazzjoni tas-sigurtà, fejn xieraq. Fejn rilevanti biex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jista' jistieden lill-partijiet ikkonċernati biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu. Fejn ikun mitlub mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-esperti mill-Parlament Ewropew biex jattendu l-laqgħat tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi l-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.

3.   Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jappoġġa lill-Kummissjoni fl-assistenza tagħha lill-Istati Membri fit-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom biex jikkontribwixxu għall-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva;

(b)

janalizza l-istrateġiji sabiex jidentifika l-aħjar prattiki fir-rigward tal-istrateġiji;

(c)

jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(1), inkluż fir-rigward ta' dipendenzi transfruntieri u transsettorjali u fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti;

(d)

fejn xieraq, jikkontribwixxi għal kwistjonijiet relatati ma' din id-Direttiva għal dokumenti li jikkonċernaw ir-reżiljenza fil-livell tal-Unjoni;

(e)

jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-linji gwida msemmija fl-Artikoli 7(3) u fl-Artikolu 13(5) u, fuq talba, kwalunkwe att delegat jew ta' implimentazzjoni adottat skont din id-Direttiva;

(f)

janalizza r-rapporti sommarji msemmija fl-Artikolu 9(3) bil-ħsieb li tiġi promossa l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar l-azzjoni meħuda f'konformità mal-Artikolu 15(3);

(g)

jiskambja l-aħjar prattiki relatata man-notifika ta' inċidenti msemmija fl-Artikolu 15;

(h)

jiddiskuti r-rapporti sommarji ta' missjonijiet konsultattivi u t-tagħlimiet meħuda f'konformità mal-Artikolu 18(10);

(i)

jiskambja informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi f'konformità ma' din id-Direttiva;

(j)

fejn rilevanti, jiskambja informazzjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi rilevanti tal-Unjoni.

4.   Sas-17 ta’ Jannar 2025 u kull sentejn warajha, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jistabbilixxi programm ta' ħidma fir-rigward ta' azzjonijiet li għandhom jitwettqu biex jiġu implimentati l-objettivi u l-kompiti. Dak il-programm ta' ħidma għandu jkun konsistenti mar-rekwiżiti u l-objettivi ta' din id-Direttiva.

5.   Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jiltaqa' fuq bażi regolari u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena mal-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jippromwovi u jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni.

6.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti proċedurali meħtieġa għall-funzjonament tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, b'osservanza tal-Artikolu 1(4). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

7.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi b'rapport sommarju tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikoli 4(3) u 5(4) sas-17 ta’ Jannar 2027, kull meta jkun meħtieġ sussegwentement, u mill-inqas kull erba' snin.

Artikolu 20

Appoġġ mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet kritiċi

1.   Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tappoġġa lill-Istati Membri u lill-entitajiet kritiċi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tħejji ħarsa kumplessiva fuq livell tal-Unjoni tar-riskji transfruntieri u transsettorjali għall-forniment tas-servizzi essenzjali, torganizza l-missjonijiet konsultattivi kif imsemmija fl-Artikolu 13(4) u fl-Artikolu 18 u tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u l-esperti mill-Unjoni kollha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri kif imsemmija fl-Artikolu 10 billi tiżviluppa l-aħjar prattiki, materjal ta' gwida u metodoloġiji, u attivitajiet u eżerċizzji ta' taħriġ transfruntiera biex tittestja r-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar ir-riżorsi finanzjarji fil-livell tal-Unjoni disponibbli għall-Istati Membri għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi.

KAPITOLU VI

SUPERVIŻJONI U INFURZAR

Artikolu 21

Superviżjoni u infurzar

1.   Sabiex tiġi vvalutata l-konformità tal-entitajiet identifikati mill-Istati Membri bħala entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 6(1) mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Mhuma għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat u l-mezzi biex:

(a)

iwettqu spezzjonijiet fuq il-post tal-infrastruttura kritika u l-bini li l-entità kritika tuża biex tipprovdi s-servizzi essenzjali tagħha, u superviżjoni mhux fuq il-post tal-miżuri meħuda mill-entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 13;

(b)

iwettqu jew jordnaw awditi fir-rigward tal-entitajiet kritiċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat u l-mezzi li jirrikjedu, fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva, li l-entitajiet skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 li l-Istati Membri identifikaw bħala entitajiet kritiċi taħt din id-Direttiva jipprovdu, f'limitu ta' żmien raġonevoli stabbilit minn dawk l-awtoritajiet:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk il-miżuri meħuda minn dawk l-entitajiet biex tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13;

(b)

evidenza tal-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-miżuri, inkluż ir-riżultati ta' awditu mwettaq minn awditur indipendenti u kkwalifikat magħżul minn dik l-entità u mwettaq għal spejjeż tiegħu.

Meta jitolbu dik l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddikjaraw l-iskop tar-rekwiżit u jispeċifikaw l-informazzjoni meħtieġa.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jimponu penali f'konformità mal-Artikolu 22, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara l-azzjonijiet superviżorji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jordnaw lill-entitajiet kritiċi kkonċernati jieħdu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati biex jirrimedjaw għal kwalunkwe ksur identifikat ta' din id-Direttiva, f'limitu ta' żmien raġonevoli stabbilit minn dawk l-awtoritajiet, u biex jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet bl-informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu. Dawk l-ordnijiet għandhom iqisu, b'mod partikolari, is-serjetà tal-ksur.

4.   L-Istat Membru għandu jiżgura li s-setgħat previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 jkunu jistgħu jiġu eżerċitati biss soġġetti għal salvagwardji xierqa. Dawk is-salvagwardji għandhom jiggarantixxu, b'mod partikolari, li tali eżerċizzju jseħħ b'mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat, u li d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-entitajiet kritiċi milquta, bħall-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali u tan-negozju, ikunu salvagwardjati kif xieraq, inkluż id-dritt li jinstemgħu, id-dritt ta' difiża u d-dritt ta' rimedju effettiv quddiem qorti indipendenti.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn awtorità kompetenti taħt din id-Direttiva tivvaluta l-konformità ta' entità kritika skont dan l-Artikolu, dik l-awtorita' kompetenti tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva (UE) 2022/2555.Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritjiet kompetenti taħt din id-Direttiva jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u ta' infurzar tagħhom b'rabta ma' entità skont dik id-Direttiva li kienet ġiet identifikata bħala entita' kritika skont din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni ma' dawk l-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555.

Artikolu 22

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tal-miżuri nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sas-17 ta’ Ottubru 2024, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

KAPITOLU VII

ATTI DELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 23

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mis-16 ta’ Jannar 2023.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 5(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 24

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Rappurtar u rieżami

Sas-17 ta’ Lulju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta sa liema punt kull Stat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ma' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni minn żmien għal żmien għandha tirrieżamina l-funzjonament ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu, b'mod partikolari, jivvaluta l-valur miżjud ta' din id-Direttiva, l-impatt tagħha fuq l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jekk l-Anness għal din id-Direttiva għandux jiġi modifikat. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-ewwel rapport bħal dan sas-17 ta’ Ġunju 2029. Għal l-għan tar-rapportar taħt dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis id-dokumenti rilevanti tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi.

Artikolu 26

Traspożizzjoni

1.   Sas-17 ta’ Ottubru 2024, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-18 ta’ Ottubru 2024.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 27

Tħassir tad-Direttiva 2008/114/KE

Id-Direttiva 2008/114/KE hija mħassra b'effett mit-18 ta’ Ottubru 2024.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU C 286, 16.7.2021, p. 170.

(2)  ĠU C 440, 29.10.2021, p. 99.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (id-Direttiva NIS 2) (ara paġna 80 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(11)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(12)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib tas-sigurtà fuq il-vapuri u fil-faċilitajiet tal-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).

(16)  Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28).

(17)  Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-Pjattaforma tas-Sigurtà tal-Passiġġieri Ferrovjarji tal-UE 2018/C 232/03 (ĠU C 232, 3.7.2018, p. 10).

(19)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

(22)  Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

(23)  Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 94).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(25)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(28)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(29)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(31)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta' mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(32)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(33)  Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1).

(34)  Ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1).

(35)  Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

(36)  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

(37)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


ANNESS

SETTURI, SOTTOSETTURI U KATEGORIJI TA' ENTITAJIET

Settur

Sottosetturi

Kategoriji ta' entitajiet

1.

Enerġija

(a)

Elettriku

Impriżi tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (57), tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jwettqu l-funzjoni ta' "provvista" kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (12), ta' dik id-Direttiva

Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2019/944

Operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944

Produtturi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (38), tad-Direttiva (UE) 2019/944

Operaturi nominati tas-suq tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

 

 

Parteċipanti fis-suq kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2019/943 li jipprovdu servizzi ta' aggregazzjoni, ta' rispons tad-domanda jew ta' ħżin tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (18), (20) u (59), tad-Direttiva (UE) 2019/944

(b)

Tisħin u tkessiħ distrettwali

Operaturi tat-tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (19), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

(c)

Żejt

Operaturi ta' pipelines għat-trażmissjoni taż-żejt

Operaturi ta' faċilitajiet tal-produzzjoni, tar-raffinar u tat-trattament, tal-ħżin u t-trażmissjoni taż-żejt

Entitajiet ċentrali ta' ħżin kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (f), tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE (4)

 

(d)

Gass

Impriżi tal-fornitura kif definiti fl-Artikolu 2, il- punt (8), tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)

Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva 2009/73/KE

Operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/73/KE

Operaturi tas-sistema tal-ħżin kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2009/73/KE

Operaturi tas-sistema tal-LNG kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva 2009/73/KE

Impriżi tal-gass naturali kif definiti fl-Artikolu 2, il- punt (1), tad-Direttiva 2009/73/KE

Operaturi ta' faċilitajiet tar-raffinar u t-trattament tal-gass naturali

(e)

Idroġenu

Operaturi tal-produzzjoni, tal-ħżin u tat-trażmissjoni tal-idroġenu

2.

Trasport

(a)

Ajru

Trasportaturi tal-ajru kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (4), tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 użati għal skopijiet kummerċjali

Korpi ta' tmexxija tal-ajruport kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ajruporti kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), ta' dik id-Direttiva, inkluż l-ajruporti ewlenin elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u l-entitajiet li joperaw installazzjonijiet anċillari li jinsabu f'dawk l-ajruporti

Operaturi għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku li jipprovdu servizzi ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (KTA) kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)

 

(b)

Ferrovija

Maniġers tal-infrastruttura kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (2), tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)

Impriżi ferrovjarji kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2012/34/UE, u operaturi tal-faċilità ta' servizz kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (12), ta' dik id-Direttiva

 

(c)

Ilma

Kumpaniji għat-trasport ta' passiġġieri u ta' merkanzija fuq l-ilmijiet interni, fuq il-baħar u mal-kosta, kif definiti għat-trasport marittimu fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 725/2004, li ma jinkludux il-bastimenti individwali mħaddma minn dawk il-kumpaniji

 

 

Korpi ta' tmexxija ta' portijiet kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2005/65/KE, inkluż il-faċilitajiet tal-port tagħhom kif definiti fl-Artikolu 2, punt (11), tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, u entitajiet li jwettqu xogħlijiet u jħaddmu tagħmir f'dawk il-portijiet

Operaturi ta' servizzi tat-traffiku tal-bastimenti (VTS) kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (o), tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10)

 

(d)

Toroq

Awtoritajiet tat-toroq kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 (11) responsabbli għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku, għajr l-entitajiet pubbliċi li għalihom il-ġestjoni tat-traffiku jew l-operazzjonita' sistemi intelliġenti tat-trasport huma parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom

Operaturi ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (1), tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12)

 

(e)

trasport pubbliku

L-operaturi ta' servizzi pubbliċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13)

3.

Settur bankarju

 

Istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

4.

Infrastrutturi tas-swieq finanzjarji

 

Operaturi ta' ċentri ta' negozjar kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (24), tad-Direttiva 2014/65/UE

Kontropartijiet ċentrali (CCPs) kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012

5.

Saħħa

 

Fornituri tal-kura tas-saħħa kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (g), tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14)

Laboratorji ta' referenza tal-UE kif definiti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15)

Entitajiet li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp ta' prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (2), tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16)

 

 

Entitajiet li jimmanifatturaw prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi kif definiti fit-taqsima C diviżjoni 21 tan-NACE Rev. 2

Entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi meqjusa kritiċi waqt emerġenza tas-saħħa pubblika ("lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika") fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17)

Entitajiet li għandhom awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 79 tad-Direttiva 2001/83/KE

6.

Ilma tax-xorb

 

Fornituri u distributuri ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1)(a), tad- Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), bl-esklużjoni ta' distributuri li d-distribuzzjoni tagħhom tal-ilma għall-konsum mill-bniedem hi parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom ta' distribuzzjoni ta' komoditajiet u oġġetti oħra

7.

Ilma mormi

 

Impriżi li jiġbru, jarmu jew jittrattaw ilma mormi urban, ilma mormi domestiku jew ilma mormi industrijali kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (1), (2) u (3), tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (19), għajr impriżi li għalihom il-ġbir, ir-rimi jew it-trattament ta' ilma mormi urban, ilma mormi domestiku jew ilma mormi industrijali huwa parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom

8.

Infrastruttura diġitali

 

Fornituri ta' punt ta' skambju fuq l-internet kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (18), tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Fornituri ta' servizzi DNS kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (20), tad-Direttiva (UE) 2022/2555, għajr operaturi ta' root name servers

Reġistri tal-ismijiet tad-dominju tal-ogħla livell kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (21), tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Fornituri ta' servizz ta' cloud kif definit fl-Artikolu 6, p il-unt (30), tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Fornituri ta' servizz ta' ċentru tad-data kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (31), tad-Direttiva (UE) 2022/2555

 

 

Fornituri ta' networks ta' twassil tal-kontenut kif definiti fl-Artikolu 6, il-punt (32), tad-Direttiva (UE) 2022/2555

Fornituri ta' servizzi fiduċjarji kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (19), tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (20)

Fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21)

Fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 sakemm is-servizzi tagħhom huma disponibbli pubblikament

9.

L-amministrazzjoni pubblika

 

Entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika ta' gvernijiet ċentrali kif definiti mill-Istati Membri f'konformità mal-liġi nazzjonali

10.

Spazju

 

Operaturi ta' infrastruttura terrestri, proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet terzi, u ġestita u operata mill-istess Stati Membri jew partijiet privati, li jappoġġaw l-forniment ta' servizzi bbażati fl-ispazju, għajr il-fornituri ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tad-Direttiva (UE) 2018/1972

11.

Produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni tal-ikel

 

Negozji tal-ikel kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) li huma involuti esklużivament fil-loġistika u d-distribuzzjoni bl-ingrossa u l-produzzjoni u l-ipproċessar industrijali fuq skala kbira


(1)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi (ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9).

(5)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(6)  Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(10)  Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

(11)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).

(12)  Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26).

(16)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1).

(18)  Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(21)  Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


Top