EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1784

Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni)

ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/12/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1784/oj

2.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 405/40


REGOLAMENT (UE) 2020/1784 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2020

dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti)

(riformulazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw l-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie emendat qabel. Peress li għandhom isiru iżjed emendi sostanzjali, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi rriformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

L-Unjoni Ewropea għandha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa l-Unjoni bħala spazju ta’ libertà, sigurtà, u ġustizzja li fih il-moviment liberu tal-persuni huwa żgurat. Biex tistabbilixxi spazju bħal dan, l-Unjoni għandha tadotta, fost miżuri oħrajn, il-miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li huma meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(3)

Għall-finijiet tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ spazju tal-ġustizzja ċivili fl-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu mtejba u mħaffa aktar it-trażmissjoni u n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji bejn l-Istati Membri f’materji ċivili u kummerċjali, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà u protezzjoni fit-trażmissjoni ta’ tali dokumenti, billi jiġu salvagwardjati d-drittijiet tad-destinatarji u protetti l-privatezza u d-data personali. Dan ir-Regolament jipprova jtejjeb l-effikaċja u l-ħeffa tal-proċeduri ġudizzjarji billi jissimplifikahom u jirrazzjonalizzahom fir-rigward tan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fl-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin jgħin biex jitnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. L-għoti ta’ aktar ċertezza legali u proċeduri aktar simplifikati, razzjonalizzati u diġitalizzati, ser jinkoraġġixxi lill-individwi u lin-negozji biex jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntiera, u b’hekk tingħata spinta lill-kummerċ fl-Unjoni u, b’hekk lill-funzjonament tas-suq intern.

(4)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fl-Istati Membri f’materji ċivili jew kummerċjali. Jenħtieġ li ma japplikax għan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji oħra bħal dawk fiskali, doganali jew amministrattivi.

(5)

In-notifika transfruntiera jenħtieġ li tinftiehem bħala servizz minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għan-notifika ta’ dokumenti lir-rappreżentant awtorizzat ta’ parti fl-Istat Membru tal-forum, iżda jenħtieġ li japplika għan-notifika ta’ kwalunkwe dokument lil parti fi Stat Membru ieħor jekk tali notifika hija meħtieġa skont il-liġi tal-Istat Membru tal-forum, irrispettivament mill-fatt jekk id-dokument ġiex innotifikat lir-rappreżentant tal-parti.

(7)

Meta d-destinatarju ma jkollu ebda indirizz magħruf għan-notifika fl-Istat Membru tal-forum, iżda għandu indirizz magħruf wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor wieħed jew aktar, id-dokument jenħtieġ li jiġi trażmess lil tali Stat Membru ieħor għan-notifika skont dan ir-Regolament. Din is-sitwazzjoni jenħtieġ li ma titqiesx bħala notifika domestika fi ħdan l-Istat Membru tal-forum. B’mod partikolari, id-dokument jenħtieġ li ma jiġix innotifikat lid-destinatarju permezz ta’ metodu fittizju ta’ notifika, bħalma hija n-notifika permezz tat-tqegħid ta’ avviż fuq il-bord tal-avviżi tal-qorti jew billi d-dokument jiġi ddepożitat fil-fajl tal-qorti.

(8)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu ‘dokumenti extraġudizzjarji’ jenħtieġ li jinftiehem li jinkludi dokumenti li ġew imfassla jew iċċertifikati minn awtorità pubblika jew minn uffiċjal pubbliku, u dokumenti oħrajn li t-trażmissjoni formali tagħhom lil destinatarju li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor tkun neċessarja għall-finijiet tal-eżerċizzju, il-prova jew is-salvagwardja ta’ dritt jew pretensjoni fil-liġi ċivili jew kummerċjali. Jenħtieġ li t-terminu ‘dokumenti extraġudizzjarji’ ma jinftehimx li jinkludi dokumenti maħruġa minn awtoritajiet amministrattivi għall-finijiet ta’ proċedimenti amministrattivi.

(9)

L-effiċjenza u l-ħeffa fi proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jirrikjedu li d-dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji jiġu trażmessi b’mod dirett u rapidu bejn il-korpi lokali maħturin mill-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru aġenziji mittenti u aġenziji riċeventi separati jew li jaħtru aġenzija waħda jew aktar li twettaq iż-żewġ funzjonijiet għal perijodu ta’ ħames snin. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li dik il-ħatra tiġġedded kull ħames snin.

(10)

Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni rapida ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri għall-finijiet ta’ notifika hemmhekk, jenħtieġ li tintuża kwalunkwe teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna adattata, dment li jiġu osservati ċerti kondizzjonijiet dwar l-integrità u l-affidabbiltà tad-dokumenti rċevuti. Għaldaqstant, bħala regola, il-komunikazzjoni u l-iskambju kollha ta’ dokumenti bejn l-aġenziji u l-korpi maħturin mill-Istati Membri jenħtieġ li jsiru permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata sigura u affidabbli li tinkludi sistemi tal-IT nazzjonali li huma interkonnessi u teknikament interoperabbli, pereżempju, u mingħajr preġudizzju għal progress teknoloġiku ulterjuri, ibbażat fuq e-CODEX. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema tal-IT deċentralizzata għall-iskambji ta’ data skont dan ir-Regolament. In-natura deċentralizzata ta’ dik is-sistema tal-IT tkun tippermetti skambji ta’ data esklużivament bejn Stat Membru wieħed għal ieħor, mingħajr l-involviment tal-ebda istituzzjoni tal-Unjoni f’dawk l-iskambji.

(11)

Mingħajr preġudizzju għal progress teknoloġiku futur possibbli, is-sistema tal-IT deċentralizzata sigura u l-komponenti tagħha jenħtieġ li ma jinftehmux bħala li jikkostitwixxu neċessarjament servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat kif definit mir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(12)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur ta’ software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw minflok sistema nazzjonali tal-IT, f’konformità mal-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal, tiżviluppa u twettaq il-manutenzjoni tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza f’konformità mar-rekwiżiti u l-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data stipulati fir-Regolamenti (UE) 2018/1725 (5) u (UE) 2016/679 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri tekniċi xierqa u jippermetti l-miżuri organizzattivi neċessarji sabiex jiġi żgurat livell ta’ sigurtà u interoperabbiltà, li jkun xieraq għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-kuntest tan-notifika ta’ dokumenti.

(13)

Fir-rigward tal-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata li huma taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni, l-entità ta’ ġestjoni jenħtieġ li jkollha biżżejjed riżorsi sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dik is-sistema.

(14)

L-awtorità jew awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali jenħtieġ li jkunu responsabbli bħala kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li jwettqu skont dan ir-Regolament għat-trażmissjoni ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri.

(15)

It-trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata tista’ ssir impossibbli minħabba interruzzjoni fis-sistema. Mezzi oħra ta’ komunikazzjoni jistgħu jkunu aktar xierqa wkoll f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jistgħu jinkludu sitwazzjonijiet fejn il-konverżjoni ta’ dokumentazzjoni voluminuża għall-forma elettronika timponi piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-aġenzija mittenti jew fejn id-dokument oriġinali jkun meħtieġ f’forma kartaċja biex tiġi vvalutata l-awtentiċità tiegħu. Fejn ma tintużax is-sistema tal-IT deċentralizzata, it-trażmissjoni jenħtieġ li titwettaq bl-aktar mezzi alternattivi xierqa. Tali mezzi alternattivi jkunu jinkludu, fost l-oħrajn, li t-trażmissjoni ssir kemm jista’ jkun malajr u b’mod sigur permezz ta’ mezzi elettroniċi siguri oħrajn jew bis-servizz postali.

(16)

Sabiex titjieb it-trażmissjoni elettronika transfruntiera tad-dokumenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, tali dokumenti jenħtieġ li ma jiġux miċħuda l-effett legali u jenħtieġ li ma jitqisux inammissibbli bħala provi fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika. Madankollu, dak il-prinċipju jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-effetti legali jew l-ammissibbiltà ta’ tali dokumenti bħala prova f’konformità mal-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali rigward il-konverżjoni ta’ dokumenti.

(17)

Sabiex ikunu ffaċilitati t-trażmissjoni u n-notifika ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li jintużaw il-formoli li jidhru fl-Anness I. Id-dokument li għandu jiġi trażmess jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn talba mfassla bl-użu tal-formola A fl-Anness I. Il-formola jenħtieġ li timtela bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ser titwettaq in-notifika, jew b’lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun indika bħala aċċettabbli għalih. Kull Stat Membru jenħtieġ li jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni minbarra dik tiegħu li huwa jista’ jaċċetta.

(18)

L-aġenzija mittenti jenħtieġ li tintbagħtilha b’mod awtomatiku konferma tar-riċevuta permezz tal-formola D fl-Anness I, permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew b’mezzi oħra, malajr kemm jista’ jkun u f’kwalunkwe każ fi żmien sebat ijiem minn meta jiġi rċevut id-dokument.

(19)

Meta tirċievi ċ-ċertifikat ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ dokumenti, huwa importanti li l-aġenzija mittenti tkun taf jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat għamlux talbiet f’reġistri ta’ domiċilju jew f’bażijiet ta’ data oħra, fejn tali reġistri jew bażijiet ta’ data jeżistu, biex ifittxu indirizz ġdid għall-persuna li għandha tiġi nnotifikata. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni jekk l-awtoritajiet tagħhom jagħmlux talbiet bħal dawn fuq l-inizjattiva tagħhom stess f’każijiet fejn l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika mhuwiex korrett. Madankollu, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jimponix obbligu fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jagħmlu talbiet bħal dawn.

(20)

Fejn talba għan-notifika ma tkunx tista’ titwettaq abbażi tal-informazzjoni jew tad-dokumenti trażmessi, fejn ma tkunx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fejn in-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet formali jagħmel in-notifika impossibbli jew fejn intbagħtet lil aġenzija riċeventi li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni territorjali, jenħtieġ li l-aġenzija riċeventi tieħu l-passi previsti f’dan ir-Regolament mingħajr dewmien li mhux ġustifikat, mhux raġonevoli u mhux neċessarju fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari, inkluż il-mezzi ta’ komunikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-aġenzija riċeventi.

(21)

Il-ħeffa fit-trażmissjoni teħtieġ li d-dokumenti jkunu nnotifikati wara ftit jiem mir-riċevuta tad-dokument. In-notifika ta’ dokumenti jenħtieġ li titwettaq malajr kemm jista’ jkun, u f’kull każ fi żmien xahar mill-wasla tagħhom għand l-aġenzija riċeventi.

(22)

L-aġenzija riċeventi jenħtieġ li tkompli tieħu l-passi kollha neċessarji biex tinnotifika d-dokument anke f’każijiet fejn ma kienx possibbli li twettaq in-notifika fi żmien xahar mill-wasla tad-dokument, pereżempju, għaliex il-konvenut ma jkunx id-dar billi jkun fuq vaganza, jew ikun fuq xogħol barra mill-uffiċċju. Madankollu, sabiex jiġi evitat li l-aġenzija riċeventi jkollha obbligu perpetwu li tieħu passi biex tinnotifika d-dokument, l-aġenzija mittenti jenħtieġ li tkun f’pożizzjoni li tispeċifika terminu ta’ żmien li warajh ma tkunx aktar neċessarja n-notifika, permezz tal-formola A fl-Anness I.

(23)

Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun effettiv, iċ-ċirkostanzi li fihom ikun possibbli -r-rifjut tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat jenħtieġ li jiġu limitati għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali.

(24)

Fil-każijiet kollha fejn id-dokument li għandu jiġi nnotifikat ma jkunx bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika jenħtieġ li l-aġenzija riċeventi tinforma lid-destinatarju bil-miktub permezz tal-formola L fl-Anness I li d-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument li għandu jiġi nnotifikat jekk la ma jkun b’lingwa li d-destinatarju jifhem u lanqas bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika wkoll għal kwalunkwe notifika sussegwenti ladarba d-destinatarju jkun eżerċita d-dritt ta’ rifjut tiegħu. Id-dritt ta’ rifjut jenħtieġ li japplika wkoll fir-rigward ta’ notifiki permezz ta’ aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari, notifiki bis-servizzi postali, notifiki elettroniċi u notifiki diretti. Jenħtieġ li jkun possibbli li n-notifika tad-dokument irrifjutat tiġi rrimedjata permezz ta’ notifika ta’ traduzzjoni tad-dokument lid-destinatarju.

(25)

Jekk traduzzjoni tkun mehmuża mad-dokument li għandu jiġi nnotifikat, jenħtieġ li din tkun iċċertifikata jew inkella meqjusa adatta għal proċedimenti f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini. It-traduzzjoni jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru fejn ser issir in-notifika. It-traduzzjoni ta’ dokumenti b’lingwa oħra bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għall-kapaċità li r-riċevitur jikkontesta l-korrettezza tat-traduzzjoni f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tal-forum.

(26)

Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument u l-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali tiddeċiedi wara verifika li r-rifjut ma kienx ġustifikat, dik il-qorti jew l-awtorità jenħtieġ li tikkunsidra mod xieraq kif tinforma lid-destinatarju b’dik id-deċiżjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali. Għall-finijiet li jiġi vverifikat jekk ir-rifjut kienx ġustifikat il-qorti jew l-awtorità jenħtieġ li tqis l-informazzjoni kollha rilevanti fil-fajl sabiex tiddetermina l- ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju. Fejn rilevanti, meta tkun qed tivvaluta l-ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju, il-qorti jew l-awtorità tista’ tqis elementi fattwali, pereżempju dokumenti li jkunu nkitbu mid-destinatarju bil-lingwa kkonċernata, jekk il-professjoni tad-destinatarju tinvolvix ħiliet lingwistiċi partikolari, jekk id-destinatarju huwiex ċittadin tal-Istat Membru tal-forum, jew jekk preċedentement id-destinatarju kienx għamel xi żmien jgħix f’dak l-Istat Membru għal perijodu estiż.

(27)

Minħabba d-differenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura tagħhom, id-data effettiva tan-notifika tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Fid-dawl ta’ dawn is-sitwazzjonijiet u diffikultajiet possibbli li jistgħu jinqalgħu, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi sistema skont liema l-liġi tal-Istat Membru indirizzat tiddetermina d-data tan-notifika. Madankollu, fejn, skont il-liġi ta’ Stat Membru, dokument għandu jkun innotifikat f’perijodu partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant jenħtieġ li tkun dik stabbilita mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Dik is-sistema ta’ data doppja teżisti biss f’għadd limitat ta’ Stati Membri. Jekk l-Istati Membri japplikaw dik is-sistema, huma jenħtieġ li jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, li jenħtieġ li tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli elettronikament permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (7) u fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

(28)

Sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu ħlas fiss uniku għall-użu ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Dak il-ħlas jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji ta’ proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. Il-ħtieġa ta’ ħlas fiss uniku jenħtieġ li ma tipprekludix il-possibbiltà li Stati Membri jiffissaw ħlasijiet differenti għal tipi differenti ta’ notifika sakemm jibqgħu jirrispettaw dawk il-prinċipji.

(29)

Kull Stat Membru jenħtieġ li jkun ħieles li jwettaq notifika tad-dokumenti bis-servizzi postali lill-persuni li joqogħdu fi Stat Membru ieħor direttament permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta tal-ittra għand id-destinatarju jew l-ekwivalenti. Jenħtieġ li jkun possibbli li jintuża servizz postali privat jew pubbliku għan-notifika ta’ dokumenti f’forom differenti ta’ ittri, inkluż fajls ta’ ittri.

(30)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (8), notifika diretta bis-servizzi postali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies bħala li ġiet effettwata b’mod validu, anke jekk id-dokument ma jkunx ġie kkonsenjat lid-destinatarju personalment, meta tkun ġiet innotifikata fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju lil persuna adulta li tkun tgħix fl-istess unità domestika tad-destinatarju jew li hija impjegata hemm mid-destinatarju u li għandha l-kapaċità u hija lesta li taċċetta d-dokument, għajr jekk il-liġi tal-Istat Membru tal-forum tippermetti biss in-notifika ta’ dak id-dokument lid-destinatarju personalment.

(31)

Effiċjenza u ħeffa fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera jeħtieġu mezzi diretti, imħaffa u siguri għan-notifika ta’ dokumenti lil persuni fi Stati Membri oħra. Konsegwentement, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir in-notifika tad-dokumenti direttament permezz ta’ mezzi elettroniċi lil destinatarju li għandu indirizz magħruf għal notifika fi Stat Membru ieħor. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ dan it-tip ta’ servizz elettroniku dirett jenħtieġ li jkunu tali li jiżguraw li n-notifika elettronika titwettaq biss bil-mezzi elettroniċi li huma disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għan-notifika domestika tad-dokumenti u jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tal-interessi tad-destinatarju, inkluż standards tekniċi għoljin u rekwiżit għal kunsens espliċitu mid-destinatarju.

(32)

Jenħtieġ li jkun possibbli li d-destinatarju jiġi nnotifikat b’mod elettroniku bl-użu ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, dment li d-destinatarju jkun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex jintużaw mezzi elettroniċi għall-fini tan-notifika ta’ dokumenti matul proċedimenti legali. F’każijiet bħal dawn, jista’ jingħata kunsens espliċitu għal proċedimenti speċifiċi jew bħala kunsens ġenerali għan-notifika ta’ dokumenti matul il-proċedimenti legali b’dawk il-mezzi ta’ notifika. Dak il-kunsens jista’ jingħata minn qabel ukoll fejn, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-forum, id-dokumenti proċedurali jistgħu jiġu nnotifikati permezz ta’ sistema elettronika u d-destinatarju jkun ta l-kunsens tiegħu għall-użu ta’ dik is-sistema b’rabta man-notifika tad-dokumenti qabel ma jiġi nnotifikat kwalunkwe dokument lid-destinatarju permezz ta’ dik is-sistema.

(33)

Id-destinatarju jista’ jiġi nnotifikat elettronikament mingħajr l-użu ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, dment li d-destinatarju jkun ta minn qabel il-kunsens espliċitu lill-qorti jew lill-awtorità vestita bil-proċedimenti jew lill-parti responsabbli għan-notifika f’dawk il-proċedimenti biex tintbagħat posta elettronika lil indirizz tal-posta elettronika speċifikat matul dawk il-proċedimenti, dment li tiġi rċevuta prova tar-riċevuta tad-dokument mid-destinatarju. Id-destinatarju jenħtieġ li jikkonferma li rċieva d-dokument billi jiffirma u jibgħat konferma tar-riċevuta jew billi jibgħat messaġġ elettroniku mill-indirizz tal-posta elettronika pprovdut mid-destinatarju għan-notifika. Il-konferma tar-riċevuta tista’ wkoll tiġi ffirmata elettronikament. Sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tat-trażmissjoni, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw kondizzjonijiet addizzjonali li skont dawn huma ser jaċċettaw notifika elettronika permezz tal-posta elettronika fejn il-liġi tagħhom tistabbilixxi kondizzjonijiet aktar stretti fir-rigward tan-notifika permezz tal-posta elettronika jew fejn il-liġi tagħhom ma tippermettix tali notifika bil-posta elettronika. Tali kondizzjonijiet jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet bħall-identifikazzjoni tal-mittent u r-riċevitur, l-integrità tad-dokumenti mibgħuta u l-protezzjoni tat-trażmissjoni kontra interferenza esterna.

(34)

Jenħtieġ li jkun possibbli għal kwalunkwe persuna b’interess fi proċedimenti ġudizzjarju partikolari li twettaq notifika tad-dokumenti permezz ta’ uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih in-notifika qed tintalab, dment li tali notifika diretta hija permessa taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

(35)

Fejn il-liġi nazzjonali u dan ir-Regolament jippermettu lill-qorti li tagħti sentenza anke jekk ma jkun wasal ebda ċertifikat ta’ notifika jew konsenja tad-dokument li jniedi l-proċedimenti, jew l-ekwivalenti tiegħu, jenħtieġ li jsir kull sforz raġonevoli biex iċ-ċertifikat jinkiseb permezz tal-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti tal-Istat Membru indirizzat qabel ma tingħata kwalunkwe sentenza, f’konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit ieħor li jissalvagwardja l-interessi tal-konvenut. Għajr jekk ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li jsir kull sforz raġonevoli biex il-konvenut jiġi infurmat li nbdew proċedimenti fil-qorti permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli, fosthom mezzi ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, li l-indirizz jew l-indirizz elettroniku tiegħu jkun magħruf mill-qorti vestita bil-proċedimenti.

(36)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal manwal li jkun fih informazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni adatta ta’ dan ir-Regolament. Il-manwal jenħtieġ li jkun disponibbli permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li l-informazzjoni fil-manwal tkun aġġornata u kompluta, speċjalment fir-rigward tad-dettalji ta’ kuntatt ta’ aġenziji riċeventi u mittenti.

(37)

Għall-ikkalkular tal-perijodi u l-limiti ta’ żmien previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (9).

(38)

Sabiex jiġu aġġornati l-formoli fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew biex isir tibdil tekniku għal dak il-formoli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għal dak l-Annessi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(39)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(40)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevali fuq id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali, konklużi mill-Istati Membri li għandhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni bħal dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri li huma parti għalihom. Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jżommu jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti biex jgħaġġlu jew jissimplifikaw it-trażmissjoni tad-dokumenti, dment li dawk il-ftehimiet jew arranġamenti jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.

(41)

Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kollha involuti jenħtieġ li jiġu mħarsa u rrispettati b’mod sħiħ f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-drittijiet għal aċċess ugwali għall-ġustizzja, għan-nondiskriminazzjoni u għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza.

(42)

L-informazzjoni trażmessa skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi protetta kif xieraq. Tali protezzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Data personali li mhijiex rilevanti għat-trattament ta’ każ speċifiku jenħtieġ li titħassar minnufih.

(43)

F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi, sabiex tivvaluta l-effetti reali ta’ dan ir-Regolament u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri. Fejn l-Istati Membri jiġbru data dwar in-notifika ta’ dokumenti skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar l-għadd ta’ talbiet trażmessi u talbiet rċevuti, l-għadd ta’ każijiet fejn it-trażmissjoni tkun saret permezz ta’ mezzi oħra għajr is-sistema tal-IT deċentralizzata, l-għadd ta’ ċertifikati ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ dokumenti riċevuti u l-għadd ta’ notifiki ta’ rifjut għal raġunijiet ta’ lingwa li jirċievu l-aġenziji mittenti, jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni b’tali data għal finijiet ta’ monitoraġġ. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppat mill-Kummissjoni bħala sistema back-end jenħtieġ li jiġbor b’mod programmatiku d-data neċessarja għal finijiet ta’ monitoraġġ u tali data jenħtieġ li tkun trażmessa lill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri jagħżlu li jużaw sistema nazzjonali tal-IT minflok is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppat mill-Kummissjoni, dik is-sistema tista’ tiġi mgħammra biex tiġbor b’mod programmatiku dik id-data u, f’dak il-każ, dik id-data jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-Kummissjoni.

(44)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba d-differenzi bejn ir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-applikabbiltà diretta u n-natura vinkolanti ta’ dan ir-Regolament, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(45)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-13 ta’ Settembru 2019 (13).

(46)

Sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu jsiru aktar aċċessibbli u jinqraw aktar faċilment, ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament.

(47)

F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(48)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għan-notifika transfruntiera ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali. Dan ma japplikax, b’mod partikolari, għal materji fiskali, doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà ta’ Stat Membru għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii).

2.   Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7, dan ir-Regolament ma japplikax meta l-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument ma jkunx magħruf.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għan-notifika ta’ dokument fl-Istat Membru tal-forum lir-rappreżentant awtorizzat mill-parti li għandha tiġi nnotifikata, irrispettivament mill-post ta’ residenza ta’ dik il-persuna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Stat Membru tal-forum” tfisser l-Istat Membru li fih isiru l-proċedimenti ġudizzjarji;

(2)

“sistema tal-IT deċentralizzata” tfisser netwerk ta’ sistemi nazzjonali tal-IT u punti ta’ aċċess interoperabbli, li joperaw taħt ir-responsabbiltà u l-ġestjoni individwali ta’ kull Stat Membru, li jippermetti l-iskambju transfruntier sigur u affidabbli ta’ informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali.

Artikolu 3

Aġenziji mittenti u riċeventi

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-uffiċjali pubbliċi, l-awtoritajiet jew lil persuni oħra kompetenti biex jittrażmettu dokumenti ġudizzjarji jew extraġudizzjarji li jridu jkunu nnotifikati fi Stat Membru ieħor (“aġenziji mittenti”).

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-uffiċjali pubbliċi, l-awtoritajiet jew lil persuni oħra kompetenti biex jirċievu dokumenti ġudizzjarji jew extraġudizzjarji minn Stat Membru ieħor (“aġenziji riċeventi”).

3.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru aġenziji mittenti u aġenziji riċeventi separati jew jaħtru aġenzija waħda jew aktar li jwettqu ż-żewġ funzjonijiet. Stati Membri federali, Stati Membri li fihom japplikaw diversi sistemi legali u Stati Membri b’unitajiet territorjali awtonomi jistgħu jaħtru aktar minn aġenzija waħda bħal din. Il-ħatra għandha tkun għal perijodu ta’ ħames snin u tista’ tiġġedded għal perijodu ulterjuri ta’ ħames snin.

4.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-aġenziji riċeventi msemmija fil-paragrafi 2 u 3;

(b)

iż-żoni ġeografiċi li fihom dawk l-aġenziji riċeventi għandhom ġuriżdizzjoni;

(c)

il-mezzi li bihom dawk l-aġenziji riċeventi jkunu jistgħu jirċievu d-dokumenti fejn japplika l-Artikolu 5(4); u

(d)

il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formoli li jinsabu fl-Anness I.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil sussegwenti tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 4

Korp ċentrali

Kull Stat Membru għandu jaħtar korp ċentrali li jkun responsabbli għal:

(a)

il-forniment ta’ informazzjoni lill-aġenziji mittenti;

(b)

it-tiftix ta’ soluzzjonijiet għal kwalunkwe diffikultà li tista’ tinqala’ waqt it-trażmissjoni tad-dokumenti li jridu jkunu nnotifikati;

(c)

it-trażmissjoni, f’każijiet eċċezzjonali, ta’ talba għan-notifika lill-aġenzija riċeventi kompetenti fuq talba ta’ aġenzija mittenti.

Stati Membri Federali, Stati Membri li fihom japplikaw diversi sistemi legali u Stati Membri b’unitajiet territorjali awtonomi jistgħu jaħtru aktar minn korp ċentrali wieħed.

Artikolu 5

Mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw mill-aġenziji mittenti, mill-aġenziji riċeventi u mill-korpi ċentrali

1.   Dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati, talbiet, konfermi, riċevuti, ċertifikati u kull komunikazzjonijiet magħmula abbażi tal-formoli fl-Anness I bejn l-aġenziji mittenti u riċeventi, bejn dawk l-aġenziji u l-korpi ċentrali, jew bejn il-korpi ċentrali tal-Istati Membri differenti għandhom jiġu trażmessi permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata, sigura u affidabbli. Dik is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq soluzzjoni interoperabbli bħal e-CODEX.

2.   Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandu japplika għad-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati, għat-talbiet, għall-konfermi, għar-riċevuti, għaċ-ċertifikati u għal komunikazzjonijiet trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata.

3.   Fejn id-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati, it-talbiet, il-konfermi, ir-riċevuti, iċ-ċertifikati u komunikazzjonijiet oħrajn imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jeħtieġu jew ikollhom siġill jew firma miktuba bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw siġilli elettroniċi kkwalifikati jew firem elettroniċi kkwalifikati, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

4.   Meta t-trażmissjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ma tkunx possibbli minħabba interruzzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, it-trażmissjoni għandha ssir bl-aktar mezz alternattiv xieraq u rapidu, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-affidabbiltà u s-sigurtà.

Artikolu 6

Effetti legali ta’ dokumenti elettroniċi

Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali jew meqjusin inammissibbli bħala provi fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika.

Artikolu 7

Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

1.   Meta l-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument ġudizzjarju jew extraġudizzjarju fi Stat Membru ieħor ma jkunx magħruf, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi assistenza biex jiġi ddeterminat l-indirizz b’mill-inqas wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

jipprovdi għall-awtoritajiet maħturin li lilhom l-aġenziji mittenti jkunu jistgħu jindirizzaw talbiet dwar id-determinazzjoni tal-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata;

(b)

iħalli lil persuni minn Stati Membri oħra jippreżentaw talbiet, inkluż b’mod elettroniku, għal informazzjoni dwar indirizzi ta’ persuni li għandhom jiġu nnotifikati direttament fir-reġistri dwar id-domiċilju jew f’bażijiet tad-data oħra pubblikament aċċessibbli permezz ta’ formola standard disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika; jew

(c)

jipprovdi informazzjoni dettaljata, permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, dwar kif għandhom jinstabu l-indirizzi tal-persuni nnotifikati.

2.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja, bil-ħsieb li ssir disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika:

(a)

il-mezzi ta’ assistenza li l-Istat Membru ser jipprovdi fit-territorju tiegħu skont il-paragrafu 1;

(b)

fejn applikabbli, l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1;

(c)

jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat humiex ser jippreżentaw, fuq inizjattiva tagħhom stess, talbiet lir-reġistri dwar id-domiċilju jew lill-bażijiet tad-data oħra għal informazzjoni dwar l-indirizzi f’każijiet fejn l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika ma jkunx korrett.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fl-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

KAPITOLU II

DOKUMENTI ĠUDIZZJARJI

TAQSIMA 1

Trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji

Artikolu 8

Trażmissjoni tad-dokumenti

1.   Id-dokumenti ġudizzjarji għandhom jiġu trażmessi direttament u kemm jista’ jkun malajr bejn l-aġenziji mittenti u riċeventi.

2.   Id-dokument li għandu jiġi trażmess għandu jkun akkumpanjat minn talba mfassla bl-użu tal-formola A fl-Anness I. Il-formola għandha timtela bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ikollha titwettaq in-notifika, jew b’lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun indika li jista’ jaċċetta.

Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni minbarra dik tiegħu li fiha l-formola tista’ timtela.

3.   Id-dokumenti li jiġu trażmessi skont dan ir-Regolament għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżiti tal-legalizzazzjoni jew minn kwalunkwe formalità ekwivalenti.

4.   Fejn l-aġenzija mittenti titlob li tintbagħtilha lura kopja tad-dokument li jkun intbagħat f’forma kartaċja f’konformità mal-Artikolu 5(4) flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 14, hija għandha tibgħat żewġ kopji ta’ dak id-dokument.

Artikolu 9

Traduzzjoni ta’ dokumenti

1.   L-aġenzija mittenti li liha l-applikant bagħtilha d-dokument għat-trażmissjoni għandha tavża lill-applikant li d-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument jekk dan ma jkunx miktub b’waħda mil-lingwi previsti fl-Artikolu 12(1).

2.   L-applikant għandu jġarrab l-ispejjeż kollha tat-traduzzjoni qabel ma jintbagħat id-dokument, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti possibbli mill-qorti jew minn awtorità kompetenti dwar ir-responsabbiltà għal dawn l-ispejjeż.

Artikolu 10

Riċevuta tad-dokumenti għand l-aġenzija riċeventi

1.   Mar-riċevuta tad-dokument, l-aġenzija riċeventi għandha awtomatikament tibgħat lill-aġenzija mittenti konferma tar-riċevuta kemm jista’ jkun malajr permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew, meta l-konferma tintbagħat b’mezzi oħra, kemm jista’ jkun malajr, u f’kull każ, fi żmien sebat ijiem mir-riċevuta, bl-użu tal-formola D fl-Anness I.

2.   Meta t-talba għan-notifika ma tkunx tista’ tiġi sodisfatta abbażi tal-informazzjoni jew id-dokumenti li jkunu ntbagħtu, l-aġenzija riċeventi għandha tikkuntattja lill-aġenzija mittenti mingħajr dewmien żejjed sabiex tikseb l-informazzjoni jew id-dokumenti nieqsa, bl-użu tal-formola E fl-Anness I.

3.   Fejn it-talba għan-notifika tkun b’mod ċar ’il barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew fejn in-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet formali mitluba jagħmel in-notifika impossibbli, it-talba u d-dokumenti rikjesti għandhom jintbagħtu lura lill-aġenzija mittenti mal-wasla, mingħajr dewmien żejjed, flimkien ma’ avviż ta’ ritorn bl-użu tal-formola F fl-Anness I.

4.   Fejn aġenzija riċeventi tirċievi dokument għal notifika li ma għandhiex ġuriżdizzjoni territorjali biex tinnotifikah, hija għandha tibgħat dak id-dokumenti mingħajr dewmien żejjed, flimkien mat-talba, lill-aġenzija riċeventi li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali fl-Istat Membru indirizzat, jekk it-talba tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2). L-aġenzija riċeventi għandha tgħarraf lill-aġenzija mittenti dwar dan fl-istess ħin, bl-użu tal-formola G fl-Anness I. Malli l-aġenzija riċeventi li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali fl-Istat Membru indirizzat tirċievi d-dokument u t-talba, dik l-aġenzija riċeventi għandha tibgħat konferma tar-riċevuta lill-aġenzija mittenti kemm jista’ jkun malajr u, f’kull każ, fi żmien sebat ijiem minn meta jaslu bl-użu tal-formola H fl-Anness I.

Artikolu 11

Notifika ta’ dokumenti

1.   L-aġenzija riċeventi għandha tinnotifika d-dokument hi stess jew tqabbad lil min jinnotifikah f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat jew permezz ta’ metodu partikolari mitlub mill-aġenzija mittenti, ħlief jekk dak il-metodu ma jkunx kompatibbli mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

2.   L-aġenzija riċeventi għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex twettaq in-notifika tad-dokument malajr kemm jista’ jkun, u f’kull każ, fi żmien xahar minn meta tirċievih. Jekk ma jkunx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta tad-dokument, l-aġenzija riċeventi għandha:

(a)

immedjatament tinforma lill-aġenzija mittenti permezz tal-formola K fl-Anness I jew, jekk l-aġenzija mittenti tkun talbet informazzjoni permezz tal-formola I fl-Anness I, permezz tal-formola J fl-Anness I; u

(b)

tkompli tieħu l-passi kollha neċessarji biex tinnotifika d-dokument, meta jkun jidher li ser ikun possibbli li titwettaq in-notifika f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, sakemm l-aġenzija mittenti ma tindikax li n-notifika ma għandhiex neċessarja.

Artikolu 12

Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

1.   Id-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument li għandu jiġi notifikat jekk id-dokument ma jkunx miktub, jew ma jkunx akkumpanjat bi traduzzjoni:

(a)

f’lingwa li jifhimha d-destinatarju; jew

(b)

fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ser issir in-notifika.

2.   L-aġenzija riċeventi għandha tinforma lid-destinatarju bid-dritt previst fil-paragrafu 1 fejn id-dokument ma jkunx miktub jew ma jkunx akkumpanjat bi traduzzjoni, f’lingwa msemmija fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu, billi tehmeż flimkien mad-dokument li għandu jiġi nnotifikat il-formola L fl-Anness I li għandha tkun ipprovduta:

(a)

fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini; u

(b)

f’lingwa msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Jekk ikun hemm indikazzjoni li d-destinatarju jifhem lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, il-formola L fl-Anness I għandha tkun ipprovduta ukoll b’dik il-lingwa.

Fejn Stat Membru jittraduċi l-formola L fl-Anness I b’lingwa ta’ pajjiż terz, huwa għandu jikkomunika dik it-traduzzjoni lill-Kummissjoni bil-ħsieb li din issir disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

3.   Id-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument jew fil-mument li ssir in-notifika jew fi żmien ġimagħtejn mill-mument li ssir in-notifika permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub ta’ rifjut ta’ aċċettazzjoni. Għal dak il-għan, id-destinatarju jista’ jibgħat lura lill-aġenzija riċeventi l-formola L fl-Anness I jew dikjarazzjoni bil-miktub li tiddikjara li d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta d-dokument minħabba l-lingwa li fiha ġiet innotifikat.

4.   Fejn l-aġenzija riċeventi tkun infurmata li d-destinatarju qed jirrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafi 1, 2 u 3, hija għandha tavża immedjatament lill-aġenzija mittenti permezz taċ-ċertifikat ta’ notifika jew ta’ nuqqas ta’ notifika, bl-użu tal-formola K fl-Anness I, u tibgħat lura t-talba u, fejn disponibbli, kull dokument li tintalab traduzzjoni tiegħu.

5.   In-notifika ta’ dokument irrifjutat tista’ tiġi rimedjata permezz tan-notifika lid-destinatarju, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ta’ dak id-dokument flimkien ma’ traduzzjoni b’lingwa prevista fil-paragrafu 1. F’dak il-każ, id-data tan-notifika tad-dokument għandha tkun id-data li fiha d-dokument u t-traduzzjoni tiegħu jkunu ġew innotifikati f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Madankollu, fejn, il-liġi ta’ Stat Membru tirrikjedi li dokument jiġi nnotifikat f’perijodu ta’ żmien partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun id-data tan-notifika tad-dokument oriġinali, ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 13(2).

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 japplikaw ukoll għall-mezzi l-oħra tat-trażmissjoni u n-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji previsti fit-Taqsima 2.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-aġenti diplomatiċi jew l-uffiċjali konsulari f’każijiet fejn in-notifika issir f’konformità mal-Artikolu 17, u l-awtorità jew il-persuna, f’każijiet fejn in-notifika ssir skont l-Artikolu 18, 19 jew 20 għandhom jinfurmaw lid-destinatarju li d-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument u li jew il-formola L fl-Anness I jew dikjarazzjoni bil-miktub tar-rifjut trid tintbagħat lil dawk l-aġenti jew l-uffiċjali jew lil dik l-awtorità jew persuna rispettivament.

Artikolu 13

Data tan-notifika

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(5), id-data tan-notifika magħmula skont l-Artikolu 11 għandha tkun id-data li fiha d-dokument ġie nnotifikat f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat.

2.   Madankollu, fejn il-liġi ta’ Stat Membru tirrikjedi li dokument għandu jiġi nnotifikat f’perijodu ta’ żmien partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun dik iffissata mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

3.   Dan l-Artikolu japplika ukoll għall-mezzi l-oħra ta’ trażmissjoni u n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji previsti fit-Taqsima 2.

Artikolu 14

Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

1.   Mat-tlestija tal-formalitajiet dwar in-notifika tad-dokument inkwistjoni l-aġenzija riċeventi għandha toħroġ ċertifikat ta’ tlestija ta’ dawk il-formalitajiet bl-użu tal-formola K fl-Anness I u tibagħtu lill-aġenzija mittenti, flimkien ma’ kopja tad-dokument notifikat, fejn japplika l-Artikolu 8(4).

2.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jimtela bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini jew b’lingwa oħra li l-Istat Membru ta’ oriġini jkun indika bħala aċċettabbli għalih. Kull Stat Membru għandu jindika kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni minbarra dik tiegħu fi fiha tista’ timtela’ l-formola K fl-Anness I..

Artikolu 15

Spejjeż tan-notifika

1.   In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji li joriġinaw fi Stat Membru m’għandha tagħti lok għall-ebda obbligu ta’ pagament jew rimborż ta’ taxxi jew spejjeż għas-servizzi mogħtija mill-Istat Membru indirizzat.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-applikant għandu jħallas jew irodd lura l-ispejjeż għal:

(a)

l-użu ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew ta’ persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat;

(b)

l-użu ta’ metodu partikolari ta’ notifika.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ħlas fiss uniku għall-użu ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew ta’ persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Dak il-ħlas għand jkun f’konformità mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw tali ħlas fiss lill-Kummissjoni.

TAQSIMA 2

Mezzi oħra ta’ trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji

Artikolu 16

Trażmissjoni b’mezzi diplomatiċi jew konsulari

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, kull Stat Membru jista’ juża mezzi diplomatiċi jew konsulari biex jittrażmetti d-dokumenti ġudizzjarji bil-għan li jinnotifikahom lil l-aġenziji riċeventi jew lill-korpi ċentrali ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 17

Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

1.   Kull Stat Membru jista’ jwettaq in-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji lil persuni li joqogħdu fi Stat Membru ieħor, mingħajr l-użu ta’ miżuri koerċittivi, direttament permezz tal-aġenti diplomatiċi jew l-uffiċjali konsulari tiegħu.

2.   Stat Membru jista’ jikkomunika lill-Kummissjoni li hu jopponi notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji, kif imsemmi fil-paragrafu 1, fit-territorju tiegħu, sakemm id-dokumenti ma għandhomx jiġu nnotifikati lil ċittadini tal-Istat Membru li fih ikunu oriġinaw id-dokumenti.

Artikolu 18

Notifika bis-servizzi postali

In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament bis-servizzi postali lil persuni preżenti fi Stat Membru ieħor permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew l-ekwivalenti.

Artikolu 19

Servizz elettroniku

1.   In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament lil persuna li għandha indirizz magħruf għal notifika fi Stat Membru ieħor permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ notifika elettronika disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għan-notifika domestika ta’ dokumenti, dment li:

(a)

id-dokumenti jintbagħtu u jiġu riċevuti bl-użu ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-destinatarju jkun ta l-kunsens espliċitu minn qabel għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għan-notifika ta’ dokumenti matul proċedimenti legali; jew

(b)

id-destinatarju jkun ta l-kunsens espliċitu minn qabel lill-qorti jew lill-awtorità vestita bil-proċedimenti jew lill-parti responsabbli min-notifika ta’ dokumenti f’tali proċedimenti għall-użu tal-posta elettronika mibgħuta lejn indirizz tal-posta elettronika speċifikat għall-fini tan-notifika ta’ dokumenti matul dawk il-proċedimenti u d-destinatarju jikkonferma r-riċevuta tad-dokument b’konferma tar-riċevuta, inkluż id-data tar-riċevuta.

2.   Sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tat-trażmissjoni, kull Stat Membru jista’ jispeċifika u jgħarraf lill-Kummissjoni l-kondizzjonijiet addizzjonali li skonthom huwa ser jaċċetta notifika elettronika imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, meta l-liġi tiegħu tistabbilixxi kondizzjonijiet aktar stretti f’dak ir-rigward jew ma tippermettix notifika elettronika bil-posta elettronika.

Artikolu 20

Notifika diretta

1.   Kwalunkwe persuna b’interess fi proċedimenti ġudizzjarju partikolari tista’ twettaq in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih hija mitluba n-notifika, dment li tali notifika diretta tkun permessa taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

2.   Stat Membru li jippermetti notifika diretta għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar liema professjonijiet jew persuni kompetenti huma permessi li jwettqu n-notifika diretta ta’ dokumenti fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

KAPITOLU III

DOKUMENTI EXTRAĠUDIZZJARJI

Artikolu 21

Trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti extraġudizzjarji

Id-dokumenti extraġudizzjarji jistgħu jintbagħtu u innotifikati fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

1.   Meta dokument li jniedi l-proċedimenti jew l-ekwivalenti tiegħu kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-fini ta’ notifika skont dan ir-Regolament u l-konvenut ma deherx għall-proċedimenti, is-sentenza ma għandhiex tinqata’ qabel ma jiġi stabbilit li n-notifika jew il-konsenja tad-dokument kienet saret kmieni biżżejjed biex tippermetti lill-konvenut jippreżenta d-difiża tiegħu u li:

(a)

id-dokument kien innotifikat permezz ta’ metodu preskritt mil-liġi tal-Istat Membru indirizzat għan-notifika ta’ dokumenti f’azzjonijiet domestiċi għal persuni li jinsabu fit-territorju tiegħu; jew

(b)

id-dokument kien fil-fatt twassal lill-konvenut jew lir-residenza tal-konvenut b’metodu ieħor previst minn dan ir-Regolament.

2.   Kull Stat Membru jista’ jgħarraf lill-Kummissjoni l-fatt li qorti, minkejja l-paragrafu 1, tista’ tagħti s-sentenza anki jekk ma jkun wasal l-ebda ċertifikat ta’ notifika jew riċevuta tad-dokument li beda l-proċedimenti jew l-ekwivalenti tiegħu, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-dokument ikun ġie trażmess permezz ta’ wieħed mill-metodi previsti f’dan ir-Regolament;

(b)

ikun għadda perijodu meqjus xieraq mill-qorti fil-każ partikolari, li ma għandux ikun inqas minn sitt xhur, mid-data tat-trażmissjoni tad-dokument;

(c)

ma jkun wasal l-ebda tip ta’ ċertifikat, għalkemm ikun sar kull sforz raġonevoli biex dan jinkiseb permezz tal-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi tal-Istat Membru indirizzat.

Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, f’każijiet ta’ urġenza ġustifikati, il-qrati jistgħu jordnaw kwalunkwe miżura proviżorja jew protettiva.

4.   Meta d-dokument li jniedi l-proċedimenti jew l-ekwivalenti tiegħu kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-fini ta’ notifika f’konformità ma’ dan ir-Regolament u s-sentenza tkun inqatgħet kontra konvenut li ma jkunx deher għall-proċedimenti, l-imħallef għandu jkollu s-setgħa li jeħles lill-konvenut mill-effetti tal-iskadenza taż-żmien għall-appell mis-sentenza meta ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-konvenut, mingħajr ma kellu ebda ħtija, ma kienx jaf bid-dokument fi żmien biżżejjed biex jippreżenta d-difiża tiegħu, jew ma kienx jaf bis-sentenza fi żmien biżżejjed biex jappella; u

(b)

il-konvenut wera li għandu eċċezzjonijiet prima facie xi jressaq kontra l-merti tal-azzjoni.

Applikazzjoni għal tali ħelsien mir-responsabbiltà tista’ tiġi ppreżentata biss fi żmien raġonevoli wara li l-konvenut ikun sar jaf bis-sentenza.

Kull Stat Membru jista’ jgħarraf lill-Kummissjoni l-fatt li applikazzjoni għall-ħelsien mir-responsabbiltà mhux ser tkun ammissibbli jekk tiġi ppreżentata wara l-iskadenza ta’ data stabbilita mill-Istat Membru f’dik il-komunikazzjoni. L-iskadenza ma għandha fl-ebda każ tkun anqas minn sena wara d-data tas-sentenza. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

5.   Il-paragrafu 4 m’għandux japplika għal sentenzi dwar l-istatus jew il-kapaċità ta’ persuni.

Artikolu 23

Emenda tal-Anness I

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24 biex temenda l-Anness I sabiex taġġorna l-formoli standard stipulati hemmhekk jew sabiex tagħmel tibdil tekniku f’dawk il-formoli.

Artikolu 24

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-22 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħturin minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie nnotifikat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 25

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu s-sistema tal-IT deċentralizzata, li jistabbilixxu s-segwenti:

(a)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi għall-finijiet tas-sistema tal-IT deċentralizzata;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-protokolli ta’ komunikazzjoni;

(c)

l-objettivi tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-miżuri tekniċi rilevanti li jiżguraw l-istandards minimi ta’ sigurtà tal-informazzjoni għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fis-sistema tal-IT deċentralizzata;

(d)

l-objettivi ta’ disponibbiltà minima u r-rekwiżiti tekniċi relatati possibbli għas-servizzi pprovduti mis-sistema tal-IT deċentralizzata;

(e)

l-istabbiliment ta’ kumitat ta’ tmexxija li fih rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiġu żgurati t-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati sat-23 ta’ Marzu 2022 f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 26

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur ta’ software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw bħala s-sistema back-end tagħhom minflok sistema tal-IT nazzjonali. Il-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, twettaq il-manutenzjoni u tappoġġa implimentazzjoni mingħajr ħlas tal-komponenti tas-software li jservu bħala l-bażi tal-punti ta’ aċċess.

Artikolu 28

Spejjeż tas-sistema tal-IT deċentralizzata

1.   Kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-punti ta’ aċċess tiegħu li għandhom interkonnessjoni mas-sistemi tal-IT nazzjonali fil-kuntest tas-sistema tal-IT deċentralizzata.

2.   Kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-istabbiliment u l-aġġustament tas-sistemi tal-IT nazzjonali tiegħu biex jagħmilhom interoperabbli mal-punti ta’ aċċess u għandu jġarrab l-ispejjeż tal-amministrazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ dawk is-sistemi.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-Istati Membri li japplikaw għal għotjiet li jappoġġaw l-attivitajiet imsemmija f’dawk il-paragrafi skont il-programmi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 29

Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

1.   Dan ir-Regolament għandu jieħu preċedenza fir-rigward ta’ materji li japplika għalihom fuq dispożizzjonijiet oħra li jinsabu fil-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi mill-Istati Membri, u b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri parti għaliha.

2.   Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jkollhom jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti biex jgħaġġlu jew jissimplifikaw aktar it-trażmissjoni tad-dokumenti, dment li dawk il-ftehimiet jew l-arranġamenti jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

kopja ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament imsemmi fil-paragrafu 2 konklużi bejn l-Istati Membri, kif ukoll abbozzi ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament li bi ħsiebhom jadottaw; u

(b)

kull denunzja ta’, jew emenda għal, dawk il-ftehimiet jew arranġamenti.

Artikolu 30

Għajnuna legali

Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-Proċedura Ċivili jew l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 1980 bejn l-Istati Membri li huma parti għal dawk il-Konvenzjonijiet.

Artikolu 31

Protezzjoni tal-informazzjoni trażmessa

1.   Kwalunkwe ipproċessar ta’ data personali li jsir skont dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju jew it-trażmissjoni ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jkun f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ data mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Data personali li mhijiex rilevanti għat-trattament ta’ każ speċifiku għandha titħassar minnufih.

2.   L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu bħala kontrolluri fit-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-informazzjoni trażmessa taħt dan ir-Regolament għandha tintuża mill-aġenzija riċeventi biss għall-għan li għalih tkun intbagħtet.

4.   L-aġenziji riċeventi għandhom jiżguraw li tali informazzjoni tibqa’ kunfidenzjali, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

5.   Il-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali li jippermettu li s-suġġetti tad-data jkunu mgħarrfa dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni trażmessa taħt dan ir-Regolament.

6.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE.

Artikolu 32

Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-liġi tal-Unjoni

Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kollha involuti għandhom jiġu osservati u rrispettati b’mod sħiħ mal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-drittijiet għal aċċess ugwali għall-ġustizzja, għan-nondiskriminazzjoni u għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza.

Artikolu 33

Komunikazzjoni, pubblikazzjoni u manwal

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3, 7, 12, 14, 17, 19, 20 u 22.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk il-liġi nazzjonali tagħhom tkun tirrikjedi li dokument jiġi nnotifikat f’perijodu ta’ żmien partikolari kif imsemmi fl-Artikoli 12(5) u 13(2).

2.   L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk ikunu f’pożizzjoni li jħaddmu s-sistema tal-IT deċentralizzata qabel iż-żmien meħtieġ minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli elettronikament, b’mod partikolari permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni kkomunikata f’konformità mal-paragrafu 1 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-indirizzi u dettalji oħra ta’ kuntatt tal-aġenziji u tal-korpi ċentrali u ż-żoni ġeografiċi li fihom dawn għandhom ġuriżdizzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u regolarment taġġorna manwal li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Hija għandha tagħmel il-manwal disponibbli elettronikament, b’mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali u fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

Artikolu 34

Monitoraġġ

1.   Sat-2 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatt ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jimmonitorjaw l-eżiti, ir-riżultati u l-impatt ta’ dan ir-Regolament. Huwa għandu jistabbilixxi meta id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinġabar għall-ewwel darba, li ma għandhiex tkun aktar tard mit-2 ta’ Lulju 2026, u f’liema intervalli ulterjuri dik id-data għandha tinġabar.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data li ġejja u li hi neċessarja għall-finijiet ta’ monitoraġġ, fejn tkun disponibbli:

(a)

l-għadd ta’ talbiet għan-notifika ta’ dokumenti trażmessi f’konformità mal-Artikolu 8;

(b)

l-għadd ta’ talbiet għan-notifika ta’ dokumenti mwettqa f’konformità mal-Artikolu 11;

(c)

l-għadd ta’ każijiet fejn it-talba għan-notifika ta’ dokumenti ġiet trażmessa b’mezzi oħra minflok permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 5(4);

(d)

l-għadd ta’ ċertifikati ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ dokumenti riċevuti;

(e)

l-għadd ta’ rifjuti ta’ dokumenti għal raġunijiet ta’ lingwa li rċevew l-aġenziji mittenti.

4.   Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza u, fejn tkun mgħammra biex tagħmel dan, is-sistema back-end nazzjonali għandhom jiġbru b’mod programmatiku d-data msemmija fil-punt (a), (b) u (d) tal-paragrafu 3 u jittrażmettuha lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.

Artikolu 35

Evalwazzjoni

1.   Mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5 f’konformità mal-Artikolu 37(2), il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, meta jkun xieraq, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 36

Tħassir

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 għandu jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007, li għandhom jitħassru mid-data ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 5, 8 u 10 msemmija fl-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni tal-Anness III.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

2.   L-Artikoli 5, 8 u 10 għandhom japplikaw mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perijodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 25.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-4 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25).

(8)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2017, Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA, C-354/15, ECLI:EU:C:2017:157.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(10)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(12)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta’ data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37)..

(13)  ĠU C 370, 31.10.2019, p. 24.


ANNESS I

FORMOLA A

TALBA GĦAN-NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI

(Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1))

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

1.   AĠENZIJA MITTENTI

1.1.

Identità:

1.2.

Indirizz:

1.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

1.2.2.

Post u kodiċi postali:

1.2.3.

Pajjiż:

1.3.

Tel.

1.4.

Fax ((*)):

1.5.

Posta elettronika:

2.   AĠENZIJA RIĊEVENTI

2.1.

Identità:

2.2.

Indirizz:

2.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

2.2.2.

Post u kodiċi postali:

2.2.3.

Pajjiż:

2.3.

Tel.

2.4.

Fax ((*)):

2.5.

Posta elettronika:

3.   APPLIKANT(I) (2)

3.1.

Identità:

3.2.

Indirizz:

3.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

3.2.2.

Post u kodiċi postali:

3.2.3.

Pajjiż:

3.3.

Tel. ((*)):

3.4.

Fax ((*)):

3.5.

Posta elettronika ((*)):

4.   DESTINATARJU

4.1.

Identità:

4.1.1.

Data tat-twelid, jekk disponibbli:

4.2.

Indirizz

4.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

4.2.2.

Post u kodiċi postali:

4.2.3.

Pajjiż:

4.3.

Tel. ((*)):

4.4.

Fax ((*)):

4.5.

Posta elettronika ((*)):

4.6.

Numru tal-identità/numru tas-sigurtà soċjali/numru tal-organizzazzjoni/jew l-ekwivalenti ((*)):

4.7.

Kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mad-destinatarju ((*)):

5.   METODU TA’ NOTIFIKA

5.1.

F’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat ☐

5.2.

Bil-metodu partikolari li ġej ☐

5.2.1.

Jekk dan il-metodu huwa inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat, id-dokument(i) għandu/għandhom jiġi/u notifikat(i) f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru:

5.2.1.1.

iva ☐

5.2.1.2.

le ☐

6.   DOKUMENT LI GĦANDU JIĠI NNOTIFIKAT

6.1.

Natura tad-dokument:

6.1.1.

ġudizzjarju ☐

6.1.1.1.

ċitazzjoni ☐

6.1.1.2.

deċiżjoni/sentenza ☐

6.1.1.3.

appell ☐

6.1.1.4.

ieħor (jekk jogħġbok speċifika):

6.1.2.

extraġudizzjarju ☐

6.2.

Data jew limitu ta’ żmien li warajh ma tkunx aktar neċessarja n-notifika  ((*)):

… (jum) … (xahar) … (sena)

6.3.

Lingwa tad-dokument:

6.3.1.

oriġinali BG ☐, ES ☐, CS ☐, DE ☐, ET ☐, EL ☐, EN ☐, FR ☐, GA ☐, HR ☐, IT ☐, LV ☐, LT ☐, HU ☐, MT ☐, NL ☐, PL ☐, PT ☐, RO ☐, SK ☐, SL ☐, FI ☐, SV ☐, oħra ☐ (jekk jogħġbok speċifika)

6.3.2.

traduzzjoni ((*)) BG ☐, ES ☐, CS ☐, DE ☐, ET ☐, EL ☐, EN ☐, FR ☐, GA ☐, HR ☐, IT ☐, LV ☐, LT ☐, HU ☐, MT ☐, NL ☐, PL ☐, PT ☐, RO ☐, SK ☐, SL ☐, FI ☐, SV ☐, oħra ☐ (jekk jogħġbok speċifika)

6.4.

Għadd ta’ dokumenti mehmuża:

7.   LINGWA TAL-INFORMAZZJONI LID-DESTINATARJU DWAR ID-DRITT LI JIRRIFJUTA D-DOKUMENT

Għall-finijiet tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784, jekk jogħġbok indika b’liema minn dawn il-lingwi li ġejjin, minbarra l-lingwa tal-Istat Membru destinatarju, għandha tingħata l-informazzjoni:

7.1.

Lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini (3): BG ☐, ES ☐, CS ☐, DE ☐, ET ☐, EL ☐, EN ☐, FR ☐, GA ☐, HR ☐, IT ☐, LV ☐, LT ☐, HU ☐, MT ☐, NL ☐, PL ☐, PT ☐, RO ☐, SK ☐, SL ☐, FI ☐, SV ☐

7.2.

Lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor li d-destinatarju jista’ jkun li jifhem: BG ☐, ES ☐, CS ☐, DE ☐, ET ☐, EL ☐, EN ☐, FR ☐, GA ☐, HR ☐, IT ☐, LV ☐, LT ☐, HU ☐, MT ☐, NL ☐, PL ☐, PT ☐, RO ☐, SK ☐, SL ☐, FI ☐, SV ☐,

8.   KOPJA TAD-DOKUMENT LI TRID TINTBAGĦAT LURA FLIMKIEN MAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ NOTIFIKA (Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784)

8.1.

Iva (f’dan il-każ, ibgħat żewġ kopji tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat) ☐

8.2.

Le ☐

9.   RAĠUNIJIET GĦAN-NUQQAS TA’ TRAŻMISSJONI PERMEZZ TAS-SISTEMA TAL-IT DEĊENTRALIZZATA (Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784) (4)

It-trażmissjoni elettronika ma kinitx possibbli minħabba:

interruzzjoni fis-sistema tal-IT

ċirkostanzi eċċezzjonali

1.

Inti mitlub(a) li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784, tieħu l-passi kollha neċessarji biex twettaq in-notifika tad-dokument kemm jista’ jkun malajr, u f’kull każ fi żmien xahar minn meta tirċievi d-dokument. Jekk ma kienx possibbli li twettaq in-notifika fi żmien xahar minn mindu tirċievi d-dokument, int għandek tinforma lil din l-aġenzija billi tindika dak il-fatt fil-punt 2 taċ-ċertifikat ta’ notifika jew ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ dokumenti

2.

Jekk ma tistax tissodisfa din it-talba għal notifika abbażi tal-informazzjoni jew tad-dokumenti trażmessi, int mitlub(a) li, skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tikkuntattja lil din l-aġenzija biex tikseb l-informazzjoni jew id-dokumenti nieqsa billi tuża l-formola E fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2020/1784

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA B (5)

TALBA BIEX JIĠI DETERMINAT L-INDIRIZZ TAL-PERSUNA LI GĦANDHA TIĠI NNOTIFIKATA

(Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (6)) (7)

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

1.   AĠENZIJA MITTENTI

1.1.

Identità:

1.2.

Indirizz:

1.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

1.2.2.

Post u kodiċi postali:

1.2.3.

Pajjiż:

1.3.

Tel. ((*)):

1.4.

Fax  ((*)):

1.5.

Posta elettronika:

2.   AWTORITÀ RIJKESTA

2.1.

Identità:

2.2.

Indirizz:

2.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

2.2.2.

Post u kodiċi postali:

2.2.3.

Pajjiż:

2.3.

Tel. ((*)):

2.4.

Fax ((*)):

2.5.

Posta elettronika:

3.   DESTINATARJU

3.1.

Identità:

3.2.

L-aħħar indirizz magħruf:

3.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

3.2.2.

Post u kodiċi postali:

3.2.3.

Pajjiż:

3.3.

Dettalji personali magħrufa tad-destinatarju (jekk persuna fiżika), jekk disponibbli:

3.3.1.

Kunjom mat-twelid:

3.3.2.

Isem/ismijiet ieħor/oħra magħruf(in):

3.3.3.

Data u post tat-twelid:

3.3.4.

Numru tal-identifikazzjoni/numru tas-sigurtà soċjali/jew l-ekwivalenti:

3.3.5.

Kunjom tal-omm jew tal-missier mat-twelid:

3.3.6.

Informazzjoni oħra:

3.4.

Dettalji magħrufa tad-destinatarju (jekk persuna ġuridika), jekk disponibbli:

3.4.1.

Numru tar-reġistrazzjoni jew l-ekwivalenti:

3.4.2.

Isem/ismijiet tal-membru/i tal-bord/tar-rappreżentant:

3.5.

Tel. ((*)):

3.6.

Fax ((*)):

3.7.

Posta elettronika ((*)):

3.8.

Informazzjoni oħra, jekk disponibbli:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA C (8)

TWEĠIBA GĦAT-TALBA BIEX JIĠI DETERMINAT L-INDIRIZZ TAL-PERSUNA LI GĦANDHA TIĠI NNOTIFIKATA

(Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali fl-Istati Membri (notifika ta’ dokumenti (9)) (10)

Nru ta’ Referenza tal-awtorità rikjesta:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

1.   DESTINATARJU

1.1.

Identità:

1.2.

Indirizz magħruf:

1.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

1.2.2.

Post u kodiċi postali:

1.2.3.

Pajjiż:

1.3.

Ma seta’ jiġi determinat l-ebda indirizz ☐

1.4.

Informazzjoni oħra:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA D

KONFERMA TAR-RIĊEVUTA

(Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (11))


Din il-konferma tar-riċevuta għandha tintbagħat permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew b’xi mod ieħor kemm jista’ jkun malajr wara li jiġi rċevut id-dokument u f’kull każ fi żmien sebat ijiem minn meta jasal. (12)

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:

Destinatarju:

1.   DATA TAR-RIĊEVUTA:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA E

TALBA GĦAL INFORMAZZJONI JEW DOKUMENTI ADDIZZJONALI GĦAN-NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI

(Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (13))

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:

Destinatarju:

1.

It-talba ma tistax tiġi eżegwita mingħajr l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

1.1.

Identità tad-destinatarju ((*)):

1.2.

Data tat-twelid ((*)):

1.3.

Numru tal-identità/numru tas-sigurtà soċjali/numru tal-organizzazzjoni/jew l-ekwivalenti ((*)):

1.4.

Informazzjoni oħra (jekk jogħġbok speċifika):

2.

It-talba ma tistax tiġi eżegwita mingħajr id-dokumenti li ġejjin:

2.1.

Dokumenti li għandhom jiġu notifikati ((*)):

2.2.

Prova tal-pagament ((*)):

2.3.

Dokumenti oħra (jekk jogħġbok speċifika):

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA F

AVVIŻ TA’ RITORN TAT-TALBA U D-DOKUMENT

(Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (14))


It-talba u d-dokument iridu jintbagħtu lura malli jiġu rċevuti.

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:

Destinatarju:

1.   RAĠUNI GĦAR-RITORN:

1.1.

It-talba hija manifestament barra l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament:

1.1.1.

l-indirizz mhux magħruf ☐

1.1.2.

il-kwistjoni mhix ċivili jew kummerċjali ☐

1.1.3.

In-notifika mhix minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor ☐

1.1.4.

raġuni oħra (jekk jogħġbok speċifika):

1.2.

In-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet formali meħtieġa jrendi n-notifika impossibbli:

1.2.1.

id-dokument ma jinqarax b’mod faċli ☐

1.2.2.

il-lingwa użata biex timtela l-formola mhix korretta ☐

1.2.3.

raġuni oħra (jekk jogħġbok speċifika):

1.3.

Il-metodu ta’ notifika huwa inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat (Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/1784) ☐

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA G

AVVIŻ TA’ RITRAŻMISSJONI TAT-TALBA U D-DOKUMENT LILL-AĠENZIJA RIĊEVENTI ADATTA

(Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (15))


It-talba u d-dokument intbagħtu lill-aġenzija riċeventi li ġejja, li għandha l-ġuriżdizzjoni territorjali biex teżegwixxi n-notifika:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:

Destinatarju:

1.   AĠENZIJA RIĊEVENTI ADATTA

1.1.

Identità:

1.2.

Indirizz:

1.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

1.2.2.

Post u kodiċi postali:

1.2.3.

Pajjiż:

1.3.

Tel.

1.4.

Fax ((*)):

1.5.

Posta elettronika:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA H

KONFERMA TAR-RIĊEVUTA MILL-AĠENZIJA RIĊEVENTI ADATTA BIL-ĠURIŻDIZZJONI TERRITORJALI LILL-AĠENZIJA MITTENTI

(Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (16))


Din il-konferma ta’ riċevuta għandha tintbagħat permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew b’xi mod ieħor kemm jista’ jkun malajr wara li jiġi rċevut id-dokument u f’kull każ fi żmien sebat ijiem minn meta jiġi rċevut. (17)

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:

Destinatarju:

 

DATA TAR-RIĊEVUTA:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA I (18)

TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA JEW IN-NUQQAS TA’ NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI

(Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (19))


Notifika għandha titwettaq kemm jista’ jkun malajr. Jekk ma kienx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta, l-aġenzija riċeventi għandha tinforma lill-aġenzija mittenti.

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi (jekk disponibbli):

1.   IT-TALBA NTBAGĦTET IŻDA MA WASLET EBDA INFORMAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA JEW IN-NUQQAS TA’ NOTIFIKA

1.1.

It-talba ntbagħtet ☐

data: …

1.2.

Waslet il-konferma tar-riċevuta ☐

data: …

1.3.

Ġiet riċevuta informazzjoni oħra: ☐

2.   AĠENZIJA MITTENTI

2.1.

Identità:

Punti 2.2 sa 2.6 mhumiex obbligatorji meta tkun mehmuża kopja tat-talba għan-notifika ta’ dokumenti:

2.2.

Indirizz:

2.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

2.2.2.

Post u kodiċi postali:

2.3.

Pajjiż:

2.4.

Tel.

2.5.

Fax ((*)):

2.6.

Posta elettronika:

3.   AĠENZIJA RIĊEVENTI

3.1.

Identità:

Dawn il-punti mhumiex obbligatorji meta tkun mehmuża kopja tat-talba għan-notifika ta’ dokumenti:

3.2.

Indirizz:

3.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

3.2.2.

Post u kodiċi postali:

3.3.

Pajjiż:

3.4.

Tel.

3.5.

Fax ((*)):

3.6.

Posta elettronika:

4.   DESTINATARJU

4.1.

Identità:

4.1.1.

Data tat-twelid, jekk disponibbli:

Dawn il-punti mhumiex obbligatorji meta tkun mehmuża kopja tat-talba għan-notifika ta’ dokumenti:

4.2.

Indirizz:

4.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

4.2.2.

Post u kodiċi postali:

4.2.3.

Pajjiż:

4.3.

Tel. ((*)):

4.4.

Fax ((*)):

4.5.

Posta elettronika ((*)):

4.6.

Numru tal-identità/numru tas-sigurtà soċjali/numru tal-organizzazzjoni/jew l-ekwivalenti ((*)):

4.7.

Kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mad-destinatarju ((*)):

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA J (20)

TWEĠIBA GĦAT-TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA JEW IN-NUQQAS TA’ NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI

(Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika tad-dokumenti) (21))

Nru ta’ Referenza tal-awtorità rikjesta:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

Destinatarju:

1.   INFORMAZZJONI DWAR L-ISTATUS TA’ NOTIFIKA TA’ DOKUMENT

1.1.

It-talba ma waslitx ☐

1.2.

It-talba ma tistax tiġi eżegwita fi żmien xahar mir-riċevuta minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

1.2.1.

Id-determinazzjoni tal-indirizz attwali tad-destinatarju għaddejja bħalissa ☐

1.2.2.

In-notifika għaddejja bħalissa – id-dokumenti ntbagħtu lid-destinatarju, madankollu l-kunsinna tagħhom għadha ma ġietx ikkonfermata ☐

1.2.3.

In-notifika għaddejja bħalissa – id-dokumenti ntbagħtu lid-destinatarju, madankollu l-iskadenza għar-rifjut għadha ma skadietx ☐

1.2.4.

Għadhom ma ġewx eżawriti l-għażliet kollha għan-notifika ☐

1.2.5.

In-notifika diġà ġiet eżegwita, ara kopja taċ-ċertifikat mehmuż ☐

1.2.6.

It-talba twieġbet fi … (data). Tweġiba mehmuża ☐

1.2.7.

Talba għal informazzjoni jew dokument addizzjonali għadha pendenti ☐

1.2.8.

Raġuni oħra ☐

1.3.

Huwa stmat li t-talba ser tiġi eżegwita sa …

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA K

ĊERTIFIKAT TA’ NOTIFIKA TAD-DOKUMENT JEW TAN-NUQQAS TAGĦHA

(Artikoli 11(2), 12(4) u 14 tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (22))


Notifika għandha titwettaq kemm jista’ jkun malajr. Jekk ma kienx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta tad-dokument, l-aġenzija riċeventi għandha tinforma lill-aġenzija mittenti (Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784)

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:

Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:

Destinatarju:

1.   TLESTIJA TAN-NOTIFIKA (Artikolu 14)

1.1.

Data u indirizz tan-notifika

1.2.

Id-dokument kien

1.2.1.

notifikat f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat, jiġifieri

1.2.1.1.

mgħoddi bl-idejn lil ☐

1.2.1.1.1.

id-destinatarju nnifsu ☐

1.2.1.1.2.

persuna oħra ☐

1.2.1.1.2.1.

Isem:

1.2.1.1.2.2.

Indirizz:

1.2.1.1.2.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

1.2.1.1.2.2.2.

Post u kodiċi postali:

1.2.1.1.2.2.3.

Pajjiż:

1.2.1.1.2.3.

Natura tar-relazzjoni mad-destinatarju:

familja ☐ impjegat ☐ relazzjoni oħra ☐

1.2.1.1.3.

l-indirizz tad-destinatarju ☐

1.2.1.1.4.

indirizz ieħor (jekk jogħġbok speċifika) (23)

1.2.1.2.

notifika bis-servizzi postali ☐

1.2.1.2.1.

mingħajr konferma tar-riċevuta ☐

1.2.1.2.2.

bil-konferma tar-riċevuta mehmuża ☐

1.2.1.2.2.1.

mid-destinatarju ☐

1.2.1.2.2.2.

minn persuna oħra ☐

1.2.1.2.2.2.1.

Isem:

1.2.1.2.2.2.2.

Indirizz:

1.2.1.2.2.2.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

1.2.1.2.2.2.2.2.

Post u kodiċi postali:

1.2.1.2.2.2.2.3.

Pajjiż:

1.2.1.2.2.2.3.

Natura tar-relazzjoni mad-destinatarju:

qarib ☐ impjegat ☐ relazzjonijiet oħra ☐

1.2.1.3.

notifikat elettronikament (jekk jogħġbok għid kif): ☐

1.2.1.4.

notifikat permezz ta’ metodu ieħor (jekk jogħġbok għid kif): ☐

1.2.2.

notifika permezz tal-metodu partikolari li ġej (jekk jogħġbok għid kif): ☐

1.3.

Id-destinatarju tad-dokument ġie infurmat, f’konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784, bil-miktub li jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument jekk dan ma jkunx miktub b’lingwa li jifhem jew akkumpanjat bi traduzzjoni jew b’lingwa li jifhem jew bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika.

2.   INFORMAZZJONI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784

Ma kienx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta tad-dokument ☐

3.   DOKUMENT RIFJUTAT (Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784.)

3.1.

Id-destinatarju rrifjuta li jaċċetta d-dokument minħabba l-lingwa użata ☐

3.1.1.

Data tat-tentattiv ta’ notifika:

3.1.2.

Data tar-rifjut, jekk disponibbli:

3.2.

Id-dokument huwa anness għal dan iċ-ċertifikat.

3.2.1.

Iva ☐

3.2.2.

Le ☐

4.   RAĠUNI GĦALIEX ID-DOKUMENT MA ĠIEX NOTIFIKAT

4.1.

L-indirizz mhux magħruf

4.1.1.

Ittieħdu passi biex jiġi stabbilit l-indirizz (24) iva ☐le ☐

4.2.

Id-destinatarju ma jistax jiġi lokalizzat ☐

4.3.

Id-dokument ma jistax ikun notifikat qabel id-data jew l-iskadenza stipulati fil-punt 6.2. fit-talba għan-notifika ta’ dokumenti (Formola A) ☐

4.4.

Raġuni oħra (jekk jogħġbok speċifika) ☐

4.5.

Id-dokument huwa anness għal dan iċ-ċertifikat iva ☐ le ☐

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA L

INFORMAZZJONI LID-DESTINATARJU DWAR ID-DRITT LI JIRRIFJUTA LI JAĊĊETTA DOKUMENT

(Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (25))

Destinatarju:

I.   INFORMAZZJONI LID-DESTINATARJU

Id-dokument mehmuż huwa notifikat f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/….

Inti tista’ tirrifjuta li taċċetta d-dokument mehmuż jekk dan mhux miktub b’lingwa li tifhem jew mhux akkumpanjat minn traduzzjoni b’waħda mil-lingwi li tifhem jew bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika.

Jekk tixtieq teżerċita dan id-dritt, għandek tirrifjuta li taċċetta d-dokument fil-mument li ssir in-notifika direttament mal-persuna li tinnotifikak bid-dokument jew billi, fi żmien ġimagħtejn min-notifika, tirritorna fl-indirizz indikat hawn taħt, din il-formola mimlija minnek jew dikjarazzjoni bil-miktub li tindika li tirrifjuta li taċċetta d-dokument mehmuż minħabba l-lingwa li fiha ġie ppreżentat.

Jekk jogħġbok ħu nota tal-fatt li jekk tirrifjuta li taċċetta d-dokument mehmuż iżda l-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali, li matulhom n-notifika tkun saret neċessarja, sussegwentement tiddeċiedi li r-rifjut ma kienx ġustifikat, hija tista’ tapplika konsegwenzi legali previsti mil-liġi tal-forum tal-Istat Membru, bħal pereżempju tqis in-notifika bħala valida, għal rifjuti mhux ġustifikati.

II.   INDIRIZZ FEJN GĦANDHA TINTBAGĦAT LURA L-FORMOLA (26):

1.

Identità:

2.

Indirizz:

2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

2.2.

Post u kodiċi postali:

2.3.

Pajjiż:

3.

Nru ta’ Referenza:

4.

Tel.

5.

Fax ((*)):

6.

Posta elettronika:

III.   DIKJARAZZJONI TAD-DESTINATARJU (27):

Jien nirrifjuta li naċċetta d-dokument għaliex mhux miktub b’lingwa li nifhem jew akkumpanjat bi traduzzjoni b’lingwa li nifhem jew bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika.

Jien nifhem bil-lingwa/lingwi li ġejja/ġejjin:

Bulgaru

Litwan

Spanjol

Ungeriż

Ċek

Malti

Ġermaniż

Netherlandiż

Estonjan

Pollakk

Grieg

Portugiż

Ingliż

Rumen

Franċiż

Slovakk

Irlandiż

Sloven

Kroat

Finlandiż

Taljan

Żvediż

Latvjan

Lingwa oħra ☐ (jekk jogħġbok speċifika): …

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:


(1)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(2)  Fejn ikun hemm aktar minn applikant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 3.1. sa 3.5.

(3)  Dan il-punt japplika biss għall-Istati Membri li għandhom diversi lingwi uffiċjali.

(4)  Dan il-punt japplika biss mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784

(5)  L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.

(6)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(7)  Din il-formola tapplika biss għall-Istati Membri li jipprovdu assistenza f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784.

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(8)  L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.

(9)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(10)  Din il-formola tapplika biss għall-Istati Membri li jipprovdu assistenza f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784.

(11)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(12)  L-obbligu li tintbagħat il-konferma permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata japplika biss mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784.

(13)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(14)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(15)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(16)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(17)  L-obbligu li tintbagħat il-konferma permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata japplika biss mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784.

(18)  L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.

(19)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(20)  L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.

(21)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(22)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(23)  L-indirizz stabbilit mill-aġenzija riċeventi skont l-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament (UE) 2020/1784.

(24)  Dan il-punt japplika biss għall-Istati Membri li jipprovdu l-assistenza f’konformità mal-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament (UE) 2020/1784.

(25)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.

(26)  Għandha timtela mill-awtorità li twettaq in-notifika.

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(27)  Għandha timtela u tiġi ffirmata mid-destinatarju.


ANNESS II

Regolament imħassar u elenku tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79)

 

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni, d-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, in-netwerks trans-Ewropej, id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1)

L-emendi biss għall-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1393/2007


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1393/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

-

-

Artikolu 1(3)

-

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

-

Artikolu 5(2), (3) u (4)

-

Artikolu 6

-

Artikolu 7

Artikolu 4(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(3)

Artikolu 8(2)

Artikolu 4(4)

Artikolu 8(3)

Artikolu 4(5)

Artikolu 8(4)

Artikolu 5

Artikolu 9

Artikolu 6

Artikolu 10

Artikolu 7

Artikolu 11

Artikolu 8(1)

Artikolu 12(1), (2) u (3)

Artikolu 8(2)

Artikolu 12(4)

Artikolu 8(3)

Artikolu 12(5)

Artikolu 8(4)

Artikolu 12(6)

Artikolu 8(5)

Artikolu 12(7)

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 17

Artikolu 14

Artikolu 18

-

Artikolu 19

Artikolu 15

Artikolu 20(1)

-

Artikolu 20(2)

Artikolu 16

Artikolu 21

Artikolu 17

Artikolu 23

-

Artikolu 24

-

Artikolu 25

Artikolu 18

Artikolu 26

-

Artikolu 27

-

Artikolu 28

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 20

Artikolu 29

Artikolu 21

Artikolu 30

-

Artikolu 31(1)

-

Artikolu 31(2)

Artikolu 22(1)

Artikolu 31(3)

Artikolu 22(2)

Artikolu 31(4)

Artikolu 22(3)

Artikolu 31(5)

Artikolu 22(4)

Artikolu 31(6)

-

Artikolu 32

Artikolu 23(1)

Artikolu 33(1)

-

Artikolu 33(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 33(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 33(4)

-

Artikolu 34

Artikolu 24

Artikolu 35(1)

-

Artikolu 35(2)

Artikolu 25

Artikolu 36

Artikolu 26

Artikolu 37

Anness I

Anness I

Anness II

Anness I

-

Anness II

Anness III

Anness III


Top