EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1224

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1224 tas-6 ta' Lulju 2017 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/4586

ĠU L 174, 7.7.2017, p. 16–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1224/oj

7.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1224

tas-6 ta' Lulju 2017

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza 2-metil-2H-isotijażol-3-on, li ngħatat l-isem ta “Metilisotijażolinon” fin-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (l-INCI) u n-numru CAS 2682-20-4, bħalissa hija awtorizzata bħala preżervattiv fil-prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu f'konċentrazzjoni ta' sa 0,01 % ta' piż skont il-piż (100 ppm) permezz tal-entrata 57 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur adotta opinjoni dwar is-sikurezza tal-metilisotijażolinon fil-15 ta' Diċembru 2015 (2). Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur wasal għall-konklużjoni li, għall-prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu, konċentrazzjoni ta' metilisotijażolinon ta' sa 0,0015 % (15 ppm) hija kkunsidrata bħala sikura għall-konsumatur mil-lat tal-induzzjoni ta' allerġija b'riżultat ta' kuntatt.

(3)

Fid-dawl ta' dik l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur, huwa importanti li jiġi indirizzat l-ammont ogħla ta' allerġiji kkawżati mill-metilisotijażolinon u għalhekk dik is-sustanza għandha tiġi ristretta aktar fil-prodotti li jitlaħalħu.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

(5)

Jenħtieġ li l-industrija tingħata perjodu raġonevoli taż-żmien biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-formulazzjonijiet tal-prodotti minħabba t-tqegħid tagħhom fis-suq u biex tirtira l-prodotti mhux konformi mis-suq.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Mis-27 ta' Jannar 2018 il-prodotti kożmetiċi li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament biss għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Mis-27 ta' April 2018 il-prodotti kożmetiċi li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament biss għandhom ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  Id-dokument SCCS/1557/15 (it-III sottomissjoni).


ANNESS

L-entrata 57 fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 qed tinbidel b'dan li ġej:

Referenzi ta' referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“57

2-metil-2H-isotijażol-3-on

Metilisotijażolinon (*1)

2682-20-4

220-239-6

Prodotti li jitlaħalħu

0,0015 %

 

 


(*1)  Il-metilisotijażolinon huwa rregolat ukoll permezz tal-entrata 39 tal-Anness V f'taħlita mal-metilkloroisotijażolinon. Iż-żewġ entrati jeskludu lil xulxin: l-użu tat-taħlita tal-metilkloroisotijażolinon u tal-metilisotijażolinon mhuwiex kompatibbli mal-użu tas-sustanza metilisotijażolinon waħedha fl-istess prodott.”


Top