EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1198
Commission Regulation (EU) 2016/1198 of 22 July 2016 amending Annex V to Regulation (EC) No 1223/2009 of the European Parliament and of the Council on cosmetic products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1198 tat-22 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1198 tat-22 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/4622
ĠU L 198, 23.7.2016, p. 10–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1198
tat-22 ta' Lulju 2016
li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-metilisotijażolinon huwa awtorizzat bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi f'konċentrazzjonijiet sa 0,01 % piż/piż (100 ppm) permezz tal-entrata 57 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(2) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) adotta opinjoni dwar is-sikurezza tal-metilisotijażolinon (sensitizzazzjoni biss) fit-12 ta' Diċembru 2013 (2). |
(3) |
Is-SCCS ikkonkluda li d-dejta klinika attwali tindika li l-livell ta' konċentrazzjoni ta' metilisotijażolinon ta' 100 ppm fil-prodotti kożmetiċi mhuwiex sikur għall-konsumatur. Fil-każ tal-prodotti kożmetiċi li ma jitlaħalħux (inklużi l-wet wipes), ma ntweriet l-ebda konċentrazzjoni sikura ta' metilisotijażolinon, la għall-induzzjoni ta' allerġija b'riżultat ta' kuntatt u lanqas għall-eliċitazzjoni. |
(4) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS imsemmija hawn fuq, huwa importanti li tiġi indirizzata l-inċidenza ogħla ta' allerġiji minħabba l-metilisotijażolinon u din is-sustanza għandha għalhekk tiġi pprojbita fil-prodotti li ma jitlaħalħux. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(6) |
L-applikazzjoni tal-projbizzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi ddifferita biex l-industrija tkun tista' tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-formulazzjonijiet tal-prodotti. B'mod partikolari, l-impriżi għandhom jingħataw sitt xhur biex iqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu konformi, u sabiex jirtiraw prodotti mhux konformi mis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Mit-12 ta' Frar 2017 il-prodotti kożmetiċi biss li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS/1521/13 Reviżjoni tas-27 ta' Marzu 2014.
ANNESS
Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-entrata 57 tinbidel b'dan li ġej:
In-numru ta' referenza |
Identifikazzjoni tas-Sustanza |
Kundizzjonijiet |
Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet |
|||||
Isem kimiku/INN |
Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni |
Numru CAS |
Numru KE |
Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem |
Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu |
Oħrajn |
|
|
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
“57 |
2-Metil-2H-isotijażol-3-one |
Metilisotijażolinon (1) |
2682-20-4 |
220-239-6 |
Prodotti li jitlaħalħu |
0,01 % |
|
|
(1) Il-metilisotijażolinon huwa rregolat ukoll bl-entrata Nru 39 tal-Annes V f'taħlita mal-metilkloroisotijażolinon. Iż-żewġ entrati jeskludu lil xulxin: l-użu tat-taħlita ta' Metilkloroisotijażolinon (u) Metilisotijażolinon huwa inkompatibbli mal-użu ta' Metilisotijażolinon waħdu fl-istess prodott.”