EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0514

Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112–142 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/04/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/514/oj

20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/112


REGOLAMENT (UE) Nru 514/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2014

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2), l-Artikolu 79(2) u (4), l-Artikolu 82(1), l-Artikolu 84 u l-Artikolu 87(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-politika tal-affarijiet interni tal-Unjoni hija li toħloq spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja: spazju mingħajr fruntieri interni fejn in-nies jistgħu jidħlu, jiċċaqalqu, jgħixu u jaħdmu liberament, bil-fiduċja li d-drittijiet tagħhom huma rispettati b’mod sħiħ u s-sigurtà tagħhom żgurata, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu sfidi komuni bħall-iżvilupp ta’ politika ta’ immigrazzjoni tal-Unjoni komprensiva għat-tisħiħ tal-kompetittività u l-koeżjoni soċjali tal-Unjoni, il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, il-prevenzjoni ta’ theddid ta’ kriminalità serja organizzata, u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin, iċ-ċiberkriminalità u t-terroriżmu.

(2)

Jinħtieġ li jiġi adottat approċċ integrat għal mistoqsijiet imqanqlin mill-pressjoni tal-migrazzjoni u l-applikazzjonijiet għall-asil u fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, li jiżgura r-rispett sħiħ tal-liġi internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fir-rigward ta’ azzjonijiet implimentati f’pajjiżi terzi, li jesprimi solidarjetà fost l-Istati Membri kollha u li juri konsapevolezza tal-ħtieġa li jiġu rispettati r-responsabbiltajiet nazzjonali, fil-proċess tal-iżgurar ta’ definizzjoni ċara tal-kompiti.

(3)

Il-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għandu jġib miegħu valur miżjud għall-Unjoni u jikkostitwixxi sinjal tanġibbli tas-solidarjetà u tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà li huma indispensabbli fir-respons għall-isfidi komuni.

(4)

L-eżistenza ta’ qafas komuni għandha tiżgura l-koerenza meħtieġa, is-simplifikazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi ta’ dak il-finanzjament fl-oqsma kollha ta’ politika kkonċernati.

(5)

L-infiq tal-fondi f’dak il-qasam għandu jiġi kkoordinat sabiex jiġu żgurati l-komplementarjetà, l-effiċjenza u l-viżibbiltà, kif ukoll biex jinkisbu sinerġiji baġitarji.

(6)

Qafas komuni għandu jistabbilixxi l-prinċipji ta’ assistenza u jidentifika r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji, inkluża l-prevenzjoni u s-sejbien ta’ irregolaritajiet u frodi.

(7)

Tali finanzjament tal-Unjoni jkun aktar effiċjenti u mmirat aħjar kieku l-kofinanzjament ta’ azzjonijiet eliġibbli kienu bbażati fuq programmar pluriennali strateġiku, imfassal minn kull Stat Membru fi djalogu mal-Kummissjoni.

(8)

Miżuri f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tar-Regolamenti Speċifiċi kif definiti f’dan ir-Regolament (“Regolamenti Speċifiċi”) għandhom jittieħdu f’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħrajn barra l-Unjoni appoġġati permezz tal-istrumenti tal-assistenza esterna tal-Unjoni, kemm ġeografiċi kif ukoll tematiċi. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet bħal dawn għandu jkun hemm sforz biex ikun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Dawk il-miżuri ma għandhomx ikunu maħsuba biex jappoġġaw azzjonijiet li huma direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkomplementaw, meta xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-istrumenti tal-għajnuna esterna. Il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif stabbilit fil-paragrafu 35 tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, għandu jiġi rispettat. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ emerġenza tkun konsistenti ma’, u fejn rilevanti, komplementari għall-politika umanitarja tal-Unjoni u tirrispetta l-prinċipji umanitarji kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

(9)

L-azzjoni esterna għandha tkun konsistenti u koerenti kif stipulat fl-Artikolu 18(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

(10)

Qabel it-tħejjija ta’ programmi pluriennali bħala mezz biex jinkisbu l-objettivi ta’ tali finanzjament tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fi djalogu dwar il-politika u b’hekk jistabbilixxu strateġija koerenti għal kull Stat Membru individwali. Wara li jintemm id-djalogu dwar il-politika, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni programm nazzjonali li jiddeskrivi kif dan biħsiebu jilħaq l-objettivi tar-Regolament Speċifiku rilevanti għall-perijodu 2014-2020. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-programm nazzjonali hux konsistenti ma’ dawk l-objettivi u mal-eżitu tad-djalogu dwar il-politika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk id-distribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni fost l-objettivi tikkonformax mal-perċentwal minimu stabbilit għal kull objettiv fir-Regolament Speċifiku rilevanti. Għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jiddevjaw minn dawk il-perċentwali minimi, u f’dak il-każ huma għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tad-devjazzjoni fil-programm nazzjonali tagħhom. Fl-eventwalità li r-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat ma jitqisux adegwati, il-Kummissjoni tista’ ma tapprovax il-programm nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-eżitu tad-djalogi dwar il-politika, dwar il-proċess sħiħ tal-ipprogrammar inkluża t-tħejjija tal-programmi nazzjonali, li jkopri wkoll il-konformità mal-perċentwal minimu stabbilit għal kull objettiv fir-Regolamenti Speċifiċi rilevanti kif definiti f’dan ir-Regolament, u dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

(11)

L-istrateġija għandha tkun soġġetta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu, li tiżgura finanzjament xieraq fil-perijodu 2018-2020.

(12)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, b’mod konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv, sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kkonċernati sabiex jiġu żviluppati u implimentati l-programmi nazzjonali tagħhom fil-perijodu pluriennali kollu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda konflitt bejn is-sħab fl-istadji differenti taċ-ċiklu ta’ programmar. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat biex jissorvelja l-programm nazzjonali u jassistih fir-reviżjoni tal-implimentazzjoni u l-progress magħmul fit-twettiq tal-objettivi tal-programm. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli mill-istabbiliment tal-arranġamenti prattiċi li permezz tagħhom jiġi stabbilit il-kumitat ta’ monitoraġġ.

(13)

L-eliġibbiltà tan-nefqa taħt il-programmi nazzjonali għandha tiġi determinata mil-liġi nazzjonali, soġġett għal prinċipji komuni stabbiliti f’dan ir-Regolament. Id-dati tal-bidu u l-għeluq għall-eliġibbiltà tan-nefqa għandhom jiġu definiti sabiex jiġu previsti regoli uniformi u ekwi li japplikaw għall-programmi nazzjonali.

(14)

L-assistenza teknika għandha tippermetti li l-Istati Membri jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom u li jassistu l-benefiċjarji fil-konformità mal-obbligi tagħhom u l-liġi tal-Unjoni. Fejn xieraq, l-assistenza teknika tista’ tkopri l-kosti mġarrba mill-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi.

(15)

Sabiex jiżgura qafas adegwat għall-provvista ta’ assistenza ta’ emerġenza rapida, dan ir-Regolament għandu jippermetti appoġġ għal azzjonijiet li n-nefqatagħhom iġġarrbet qabel ma saret l-applikazzjoni għal din l-assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2014, skont id-dispożizzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li tippermetti din il-flessibbiltà f’każijiet eċċezzjonali sostanzjati kif dovut. L-appoġġ jista’ jikkostitwixxi 100 % tan-nefqa eliġibbli f’każijiet debitament ġustifikati meta dan ikun essenzjali biex titwettaq l-azzjoni b’mod partikolari meta l-benefiċjarju jkun organizzazzjoni internazzjonali jew nongovernattiva. Azzjonijiet appoġġati minn assistenza ta’ emerġenza għandhom jitqanqlu direttament mis-sitwazzjoni ta’ emerġenza u ma għandhomx jissostitwixxu investimenti fit-tul mill-Istati Membri.

(16)

Id-deċiżjonijiet li ttieħdu rilevanti għall-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għandhom ikunu dokumentati korrettament biex tinżamm sekwenza adegwata tat-tranżazzjonijiet.

(17)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati fiċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati inkorrettament u, fejn xieraq, penalitajiet amministrattivi u finanzjarji f’konformità mar-Regolament(UE, Euratom) Nru 966/2012.

(18)

Fil-kuntest tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-kontrolli u awditi fuq il-post imwettqin mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (5) (“l-OLAF”) jistgħu jitħabbru jew ma jitħabbrux lill-operaturi ekonomiċi, f’konformità mal-liġi applikabbli.

(19)

L-istruttura l-ġdida tal-Fondi tal-finanzjament fil-qasam tal-affarijiet interni għandha l-għan li tissimplifika r-regoli applikabbli u li tnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji. Minkejja dan, il-mekkaniżmu ta’ kontroll għandu jibqa’ effiċjenti, u għaldaqstant huwa importanti li jitfakkru r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li jipprevedu l-kontrolli u awditi fuq il-post li jistgħu jkunu kemm imħabbrin, kif ukoll mhux imħabbrin.

(20)

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adegwati biex jiggarantixxu l-funzjonament adegwat tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhomi. Għal dan il-għan, jinħtieġ li jiġu stabbiliti l-prinċipji ġenerali u l-funzjonijiet meħtieġa li dawn is-sistemi għandhom iwettqu.

(21)

L-obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, il-prevenzjoni, is-sejbien u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u l-ksur tal-liġi tal-Unjoni għandhom jiġu speċifikati sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni effiċjenti u korretta tal-programmi nazzjonali tagħhom.

(22)

F’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja, permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom, għall-implimentazzjoni u l-kontroll ta’ programmi nazzjonali. L-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi għandu jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

(23)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-għarfien, il-kompetenzi u l-esperjenza, miksuba minn korpi pubbliċi u/jew privati fl-implimentazzjoni ta’ fondi preċedenti fil-qasam tal-affarijiet interni.

(24)

Huma biss l-Awtoritajiet Responsabbli nominati mill-Istati Membri li joffru assigurazzjoni raġonevoli li l-kontrolli meħtieġa twettqu qabel l-għoti ta’ appoġġ mill-baġit tal-Unjoni lill-benefiċjarji. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu li n-nefqamwettqa biss minn Awtoritajiet Responsabbli nominati tista’ tiġi rimborżata mill-baġit tal-Unjoni.

(25)

Is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni biex tivverifika l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, u biex tirrikjedi l-azzjoni tal-Istat Membru, għandhom jiġu stabbiliti.

(26)

L-impenji tal-baġit tal-Unjoni għandhom isiru annwalment. Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effettiva ta’ programm, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-pagament tal-bilanċ annwali, u l-bilanċ finali.

(27)

Il-pagament tal-prefinanzjament fil-bidu tal-programmi jiżgura li l-Istati Membri għandhom l-mezzi biex jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm ladarba l-programm ikun approvat. Għaldaqstant, għandu jkun hemm provvedimenti għal ammonti ta’ prefinanzjament inizjali. Il-prefinanzjament inizjali għandu jiġi approvat bis-sħiħ meta jingħalaq il-programm. L-Awtoritajiet Responsabbli għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali dovut fil-pront.

(28)

Barra minn hekk, il-prefinanzjament annwali għandu jiġi provdut sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi suffiċjenti biex jimplimentaw il-programmi nazzjonali tagħhom. Il-prefinanzjament annwali għandu jiġi approvat kull sena mal-ħlas tal-bilanċ annwali.

(29)

Ir-reviżjoni triennali tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tintroduċi bidliet fil-metodu tal-ġestjoni kondiviża li għandhom jiġu kkunsidrati.

(30)

Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kontabbiltà għan-nefqa kkofinanzjata mill-baġit tal-Unjoni fi kwalunkwe sena partikolari, għandu jinħoloq qafas xieraq għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Taħt tali qafas, l-Awtorità Responsabbli għandha tissottometti lill-Kummissjoni, fir-rigward ta’ programm nazzjonali, id-dokumenti msemmija fid-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(31)

Biex tiġi appoġġata l-assigurazzjoni sottostanti l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet fl-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni fuq in-natura u l-livell tal-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

(32)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi tal-Unjoni, jista’ jkun meħtieġ għall-Kummissjoni li tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-Istati Membri, huwa importanti li jiġu definiti ċ-ċirkostanzi li fihom il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli jista’ jwassal għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni. Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tista’ timponi fuq l-Istati Membri huma marbuta mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandhom ikunu ristretti għal każijiet fejn il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jikkonċerna direttament jew indirettament l-eliġibbiltà, ir-regolarità, il-ġestjoni jew il-kontroll tal-azzjonijiet u n-nefqa korrispondenti. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, hu importanti li l-Kummissjoni tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur meta tiddeċiedi l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja. F’dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni u l-proċedura li tista’ twassal għal deċiżjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja.

(33)

Sabiex tiġi stabbilita r-relazzjoni finanzjarja bejn l-Awtoritajiet Responsabbli u l-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet ta’ dawk l-awtoritajiet annwalment. Id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet għandha tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet iżda mhux il-konformità tan-nefqa mal-liġi tal-Unjoni.

(34)

Peress li l-Kummissjoni hi responsabbli għall-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni taħt l-Artikolu 17 TUE, hija għandha tiddeċiedi jekk in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jingħataw id-dritt li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom li jagħmlu pagamenti. Sabiex l-Istati Membri jingħataw assigurazzjonijiet legali u finanzjarji dwar in-nefqa mwettqa fil-passat, għandu jiġi stabbilit perijodu massimu għall-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi liema konsegwenzi finanzjarji għandhom isegwu min-nuqqas ta’ konformità.

(35)

Huwa importanti li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba u implimentazzjoni effettiva, filwaqt li jiġu żgurati wkoll it-trasparenza, iċ-ċertezza legali, l-aċċessibbiltà għall-finanzjament u t-trattament ugwali tal-benefiċjarji.

(36)

Bil-ħsieb li jiġi simplifikat l-użu tal-finanzjament u li jitnaqqas ir-riskju li jsir xi żball, waqt li tiġi prevista d-differenzjazzjoni fejn meħtieġ sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tal-politika, huwa adatt li jiġu definiti l-forom tal-appoġġ u l-kundizzjonijiet armonizzati għall-eliġibbiltà tal-għotjiet għan-nefqal, inklużi għażliet ta’ kosti simplifikati. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jadottaw regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa.

(37)

Sabiex titħeġġeġ id-dixxiplina finanzjarja, huwa xieraq li jiġu definiti arranġamenti għal diżimpenn ta’ kwalunkwe parti mill-impenn tal-baġit fi programm nazzjonali, partikolarment fejn xi ammont jista’ jiġi eskluż mid-diżimpenn, partikolarment meta dewmien fl-implementazzjoni jirriżulta minn proċeduri legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett ta’ sospensjoni jew minħabba force majeure.

(38)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tar-regoli ġenerali dwar id-diżimpenn, ir-regoli stabbiliti għandhom jipprovdu dettall dwar kif l-iskadenzi għad-diżimpenn huma stabbiliti u kif jiġu kkalkulati l-ammonti rispettivi.

(39)

Huwa importanti li l-kisbiet tal-finanzjament tal-Unjoni jinġiebu għall-attenzjoni tal-pubbliku ġenerali. Iċ-ċittadini għandhom dritt li jkunu jafu kif jintefqu r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni. Ir-responsabbiltà li tiżgura l-informazzjoni xierqa tiġi kkomunikata lill-pubbliku għandha terfagħha l-Kummissjoni, mill-Awtoritajiet Responsabbli u mill-benefiċjarji. Sabiex tiġi żgurata iżjed effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku inġenerali u sinerġiji iżjed qawwija bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-baġit allokat għal azzjonijiet ta’ komunikazzjoni taħt dan il-finanzjament tal-Unjoni għandu jikkontribwixxi wkoll biex ikopri komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawk ikunu marbuta mal-objettivi ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-affarijiet interni.

(40)

Sabiex jiġi żgurat tixrid wiesa’ tal-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-affarijiet interni, u sabiex jiġu infurmati benefiċjarji potenzjali dwar opportunitajiet ta’ finanzjament, għandhom jiġu definiti regoli marbuta ma’ miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll ċerti karatteristiċi tekniċi ta’ dawn il-miżuri, abbażi ta’ dan ir-Regolament u kull Stat Membru għandu, tal-anqas, jistabbilixxi websajt jew portal ta’ websajt bl-informazzjoni meħtieġa. L-Istati Membri għandhom iwettqu aktar forom diretti ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni sabiex jinfurmaw korrettament il-benefiċjarji potenzjali billi, fost oħrajn, jorganizzaw avvenimenti pubbliċi regolari, hekk imsejħa jiem ta’ informazzjoni u sessjonijiet ta’ taħriġ.

(41)

L-effikaċja ta’ azzjonijiet appoġġati tiddependi wkoll mill-evalwazzjoni tagħhom u t-tixrid tar-riżultati tagħhom. Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni f’dan ir-rigward, u l-arranġamenti li tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-evalwazzjoni u l-kwalità tal-informazzjoni relatata, għandhom jiġu formalizzati.

(42)

Sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-prinċipji komuni dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(43)

Fl-applikazzjoni tar-Regolament, inkluż it-tħejjija tal-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti mill-Istati Membri kollha.

(44)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità ma’ dan ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(45)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għal atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u l-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni marbuta mal-formoli mudell għall-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.

(46)

Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Speċifiċi, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(47)

Sa fejn dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali li huma meħtieġa biex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni ta’ Regolamenti Speċifiċi li jipprevedu l-applikabbiltà tiegħu għal dawn ir-Regolamenti Speċifiċi u li jikkostitwixxu atti li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen fir-rigward tal-pajjiżi li għalihom huma applikabbli dawn ir-Regolamenti Speċifiċi abbażi tal-Protokolli rilevanti annessi għat-TUE u t-TFUE jew abbażi tal-Ftehimiet rilevanti, dan ir-Regolament għandu jiġi applikat flimkien ma’ dawn r-Regolamenti Speċifiċi. F’dan ir-rigward, dan jimplika li dan ir-Regolament jista’ jistabbilixxi rabta ma’ u jista’ jkollu impatt fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Speċifiċi li jiżviluppaw l-acquis ta’ Schengen, u b’hekk jaffettwa l-qafas legali ta’ dan tal-aħħar.

(48)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-TUE u t-TFUE, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tiegħu li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(49)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(50)

Huwa adatt li l-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi allinjat ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (7). Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Skop u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Speċifiċi fir-rigward ta’:

(a)

il-finanzjament tan-nefqa;

(b)

is-sħubija, l-ipprogrammar, ir-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

(c)

is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mill-Istati Membri; u

(d)

l-approvazzjoni ta’ kontijiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Regolamenti Speċifiċi” tfisser

Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill (9); u

kwalunkwe regolament ieħor li jipprevedi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(b)

“programmar” tfisser il-proċess tal-organizzazzjoni, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-finanzjament f’diversi stadji maħsuba għall-implimentazzjoni, fuq bażi pluriennali, tal-azzjoni konġunta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi;

(c)

“azzjoni” tfisser proġett jew grupp ta’ proġetti magħżula mill-Awtorità Responsabbli tal-programm nazzjonali kkonċernat, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, li jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali u speċifiċi segwiti bir-Regolamenti Speċifiċi;

(d)

“azzjoni tal-Unjoni” tfisser azzjoni transnazzjonali jew azzjoni ta’ interess partikolari għall-Unjoni kif definit fir-Regolamenti Speċifiċi;

(e)

“proġett” tfisser il-mezzi speċifiċi, prattiċi użati għall-implimentazzjoni tal-azzjoni kollha jew parti minnha minn benefiċjarju ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni;

(f)

“assistenza ta’ emerġenza” tfisser proġett jew grupp ta’ proġetti li jindirizzaw sitwazzjoni ta’ emerġenza kif definit fir-Regolamenti Speċifiċi;

(g)

“benefiċjarju” tfisser ir-riċevitur ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni taħt proġett, kemm jekk korp pubbliku jew privat, organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (“ICRC”), jew il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI TA’ ASSISTENZA

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali

1.   Ir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jipprovdu appoġġ, permezz ta’ programmi nazzjonali, azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza, li jikkomplementaw intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, li jsegwu l-objettivi tal-Unjoni, u li jirriżulta f’valur miżjud għall-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, il-politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u huwa komplementari ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, filwaqt li jittieħed kont tal-kuntest speċifiku ta’ kull Stat Membru.

3.   L-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi għandu jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

4.   F’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (“SEAE”) fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, u ma’ politiki, strateġiji u strumenti oħra rilevanti tal-Unjoni, inklużi dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

5.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-SEAE fejn adatt, għandhom jiżguraw li azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom jitwettqu f’sinerġija u f’koerenza ma’ azzjonijiet oħrajn barra l-Unjoni appoġġati permezz ta’ strumenti tal-Unjoni. B’mod partikolari huma għandhom jiżguraw li dawk l-azzjonijiet:

(a)

ikunu koerenti mal-politika esterna tal-Unjoni, jirrispettaw il-prinċipju tal-koerenza fil-politika għall-iżvilupp, u jkunu koerenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew il-pajjiż inkwistjoni;

(b)

jiffokaw fuq miżuri mhux orjentati lejn l-iżvilupp;

(c)

jaqdu l-interessi tal-politiki interni tal-Unjoni u huma konsistenti mal-attivitajiet imwettqa ġewwa l-Unjoni.

6.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, b’mod partikolari f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja kif previst fl-Artikolu 30 ta’ dak ir-Regolament.

7.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effikaċja tal-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi, inkluż permezz ta’ monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni.

8.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għal benefiċjarji, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, b’kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Artikolu 4

Konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali

L-azzjonijiet iffinanzjati mir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali.

Artikolu 5

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball jekk jinstabu irregolaritajiet, u, fejn xieraq, b’penalitajiet amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprekludu, jsibu u jikkoreġu l-irregolaritajiet u għandhom jirkupraw ammonti mħallsa indebitament flimkien ma’ kwalunkwe mgħax fuq pagamenti tardivi. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn, u jżommuha informata dwar progress sinifikattiv fil-proċedimenti amministrattivi u legali relatati.

3.   Meta l-ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju, minħabba tort jew negliġenza ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu rkuprati, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti rilevanti lill-baġit tal-Unjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom joffru prevenzjoni effettiva kontra l-frodi, b’mod speċjali fir-rigward ta’ oqsma b’livell ogħla ta’ riskju. Tali prevenzjoni għandha taġixxi bħala deterrent, b’kont meħud tal-benefiċċji kif ukoll tal-proporzjonalità tal-miżuri.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 rigward l-obbligi ta’ Stati Membri speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-frekwenza tar-rappurtar tal-irregolaritajiet u l-format tar-rappurtar li għandu jintuża. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adotti skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 59(2).

7.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ awditu, abbażi tad-dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

8.   L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (10) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11), bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal- Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja, deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 7 u 8, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi għandu b’mod espliċitu jkun fihom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi, u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

KAPITOLU III

QAFAS FINANZJARJU GĦAL AZZJONIJIET TAL-UNJONI, ASSISTENZA TA’ EMERĠENZA U TEKNIKA

Artikolu 6

Qafas ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għal azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza u assistenza teknika b’inizjattiva tal-Kummissjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-programm ta’ ħidma għal azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

3.   Sabiex tiġi żgurata disponibbiltà fil-ħin ta’ riżorsi, il-Kummissjoni tista’ separatament tadotta programm ta’ ħidma għal assistenza ta’ emerġenza.

4.   L-azzjonijiet tal-Unjoni, l-assistenza ta’ emerġenza u l-assistenza teknika jistgħu jiġu implimentati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni direttament, mill-Kummissjoni jew permezz ta’ aġenziji eżekuttivi jew indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 7

Assistenza ta’ emerġenza

1.   B’rispons għal sitwazzjoni ta’ emerġenza kif definita fir-Regolamenti Speċifiċi, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tipprovdi assistenza ta’ emerġenza. F’dawn il-każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-ħin.

2.   Fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli, l-assistenza ta’ emerġenza tista’ tammonta għal 100 % tan-nefqa eliġibbli.

3.   L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tikkonsisti minn assistenza fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi f’konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti fir-Regolamenti Speċifiċi.

4.   L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tappoġġa n-nefqa ta’ appoġġ li tkun iġġarrbet qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jew talba għal assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2014, meta meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

5.   L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun fil-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji tal-Unjoni.

Artikolu 8

Azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom

1.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiffinanzja azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom skont l-objettivi u l-azzjonijiet definiti fir-Regolamenti Speċifiċi.

2.   Fejn dawn l-azzjonijiet jiġu implimentati direttament, l-entitajiet li ġejjin għandhom jitħallew jissottomettu applikazzjonijiet għal għotja:

(a)

Stati Membri;

(b)

pajjiżi terzi, f’każijiet debitament ġustifikati fejn għotja hija meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;

(c)

korpi konġunti stabbiliti minn pajjiżi terzi u l-Unjoni jew mill-Istati Membri;

(d)

organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi organizzazzjonijiet reġjonali, il-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti, dipartimenti u missjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u banek tal-iżvilupp u istituzzjonijiet ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali sakemm jikkontribwixxu għall-objettivi tar-Regolament(i) Speċifiku/Speċifiċi kkonċernat(i);

(e)

l-ICRC u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar;

(f)

organizzazzjonijiet mhux governattivi stabbiliti u rreġistrati fl-Unjoni u fil-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen;

(g)

Aġenziji tal-Unjoni għall-assistenza ta’ emerġenza.

Artikolu 9

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

1.   Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f’isimha, ir-Regolamenti Speċifiċi jistgħu jappoġġaw il-miżuri u attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, assistenza teknika u amministrattiva, evalwazzjoni, awditu u kontroll meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

2.   Il-miżuri u attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

(a)

assistenza għal tħejjija u valutazzjoni tal-proġett;

(b)

appoġġ għal tisħiħ istituzzjonali u bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-ġestjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;

(c)

miżuri marbuta mal-analiżi, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-iskambju tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, kif ukoll miżuri marbuta mal-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-kontroll u assistenza teknika u amministrattiva;

(d)

evalwazzjonijiet, rapporti ta’ esperti, statistika u studji, inklużi dawk ta’ natura ġenerali dwar il-funzjonament tar-Regolamenti Speċifiċi;

(e)

azzjonijiet li jxerrdu informazzjoni, jappoġġaw netwerking, iwettqu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, iqajmu kuxjenza u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambji tal-esperjenza, inkluż ma’ partijiet terzi. Sabiex iġibu aktar effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku inġenerali u sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għal azzjonijiet ta’ komunikazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawk ikunu marbuta mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;

(f)

l-installazzjoni, l-aġġornament, l-operat u l-interkonnessjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għal ġestjoni, monitoraġġ, awditu, kontroll u evalwazzjoni;

(g)

id-disinn ta’ qafas komuni għal evalwazzjoni u monitoraġġ, kif ukoll sistema ta’ indikaturi, b’kont meħud, fejn huwa xieraq, ta’ indikaturi nazzjonali;

(h)

azzjonijiet li jtejbu l-metodi ta’ evalwazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prassi ta’ evalwazzjoni;

(i)

konferenzi, seminars, sessjonijiet ta’ ħidma u miżuri oħra komuni ta’ informazzjoni u taħriġ dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi għal awtoritajiet kompetenti u benefiċjarji;

(j)

azzjonijiet relatati mas-sejbien u l-prevenzjoni tal-frodi;

(k)

azzjonijiet marbuta mal-awditu.

3.   Il-miżuri u azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu jistgħu jikkonċernaw ukoll l-oqfsa finanzjarji preċedenti u sussegwenti.

KAPITOLU IV

PROGRAMMI NAZZJONALI

TAQSIMA 1

Qafas ta’ Programmar u Implimentazzjoni

Artikolu 10

Programmar

L-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi għandhom jiġu segwiti fi ħdan il-qafas ta’ programmar pluriennali għall-perijodu 2014-2020, soġġett għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu 15.

Artikolu 11

Intervent sussidjarju u proporzjonat

1.   L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom kif speċifikat fl-Artikolu 25 għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ programmi u t-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi fil-livell xieraq, f’konformità mal-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru kkonċernat u soġġett għal konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

2.   L-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-użu tal-appoġġ provdut taħt ir-Regolamenti Speċifiċi, u b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa b’rabta mar- rappurtar, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll, għandhom iqisu l-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jqisu wkoll il-livell ta’ appoġġ allokat, biex b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv u tiġi faċilitata l-implimentazzjoni effiċjenti.

Artikolu 12

Sħubija

1.   Kull Stat Membru għandu, f’konformità mar-regoli u prassi nazzjonali tiegħu u soġġett għal kwalunkwe rekwiżit applikabbli ta’ sigurtà, jorganizza sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi rilevanti, għat-twettiq tar-rwol stabbilit fil-paragrafu 3. Is-sħubija għandha tinsilet minn fost awtoritajiet pubbliċi rilevanti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fejn applikabbli. Hija għandha wkoll, fejn meqjus xieraq, tinkludi organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, organizzazzjonijiet mhux governattivi u msieħba soċjali.

2.   Is-sħubija għandha titwettaq b’konformità sħiħa mal-ġurisdizzjoni istituzzjonali, legali u finanzjarja rispettiva ta’ kull kategorija tas-sħab.

3.   L-Istat Membru għandu jinvolvi s-sħubija fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ programmi nazzjonali. Il-kompożizzjoni tas-sħubija tista’ tvarja fi stadji differenti tal-programm.

4.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat ta’ monitoraġġ biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi gwida dwar il-monitoraġġ tal-programmi nazzjonali u, meta meħtieġ u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f’kapaċità konsultattiva.

Artikolu 13

Djalogu ta’ Politika

1.   Sabiex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tal-programmi nazzjonali, kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandu jkollhom djalogu fil-livell ta’ uffiċjali għolja, b’kont meħud tal-iskadenzi indikattivi rilevanti stipulati fl-Artikolu 14. Id-djalogu għandu jiffoka fuq ir-riżultati ġenerali li għandhom jinkisbu permezz tal-programmi nazzjonali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-Istati Membri fl-oqsma ta’ intervent koperti mir-Regolamenti Speċifiċi, b’kont meħud tas-sitwazzjoni ta’ referenza fl-Istat Membru kkonċernat u l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi. Id-djalogu għandu wkoll iservi ta’ opportunità għal skambju ta’ fehmiet dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni. L-eżitu tad-djalogu għandu jservi ta’ gwida għat-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali u għandu jinkludi indikazzjoni tad-data prevista għas-sottomissjoni mill-Istati Membri tal-programmi nazzjonali lill-Kummissjoni, li għandha tippermetti l-adozzjoni fil-ħin tal-programm. Dak l-eżitu għandu jiġi rreġistrat f’minuti maqbula.

2.   Fil-każi ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, dawn l-azzjonijiet ma għandhomx ikunu direttament orjentati lejn l-iżvilupp u d-djalogu ta’ politika għandu jsegwi koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija fir-rigward tal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat.

3.   Wara l-konklużjoni tad-djalogi ta’ politika, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bl-eżitu ġenerali.

4.   Jekk jitqies adatt minn Stat Membru u mill-Kummissjoni, id-djalogu ta’ politika jista’ jiġi ripetut wara r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 15, sabiex jiġu vvalutati mill-ġdid il-ħtiġijiet ta’ dak l-Istat Membru u l-prijoritajiet tal-Unjoni.

Artikolu 14

Tħejjija u approvazzjoni ta’ programmi nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jipproponi, abbażi tal-eżitu tad-djalogu ta’ politika msemmi fl-Artikolu 13(1), programm nazzjonali pluriennali f’konformità mar-Regolamenti Speċifiċi.

2.   Kull programm nazzjonali propost għandu jkopri s-snin finanzjarji tal-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 u għandu jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni ta’ referenza fl-Istat Membru, flimkien mal-informazzjoni fattwali neċessarja biex ir-rekwiżiti jiġu vvalutati korrettament;

(b)

analiżi tar-rekwiżiti fl-Istat Membru u l-objettivi nazzjonali maħsuba biex jilħqu dawk ir-rekwiżiti matul il-perijodu kopert mill-programm;

(c)

strateġija xierqa li tidentifika l-objettivi li għandhom jiġu segwiti bl-appoġġ tal-baġit tal-Unjoni, b’miri għall-kisba tagħhom, skeda taż-żmien indikattiva u eżempji ta’ azzjonijiet previsti biex jintlaħqu dawk l-objettivi;

(d)

deskrizzjoni ta’ kif l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi huma koperti;

(e)

il-mekkaniżmi li jiżguraw koordinazzjoni bejn l-istrumenti stabbiliti mir-Regolamenti Speċifiċi u strumenti oħra tal-Unjoni u nazzjonali;

(f)

informazzjoni dwar il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni li għandu jiddaħħal fis-seħħ u l-indikaturi li għandhom jintużaw biex ikejlu l-progress fl-implimentazzjoni tal-objettivi segwiti b’rabta mas-sitwazzjoni ta’ referenza fl-Istat Membru;

(g)

dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-programm nazzjonali li jinkludu l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema prevista ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

(h)

deskrizzjoni fil-qosor tal-approċċ magħżul għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ sħubija stabbilit fl-Artikolu 12;

(i)

abbozz ta’ pjan ta’ finanzjament maqsum b’mod indikattiv skont kull sena finanzjarja tal-perijodu, inkluż indikazzjoni tan-nefqa tal-assistenza teknika;

(j)

il-mekkaniżmi u l-metodi li għandhom jintużaw biex jippubbliċizzaw il-programm nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-programmi nazzjonali proposti lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-konklużjoni tad-djalogu ta’ politika msemmi fl-Artikolu 13.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-mudell li skontu għandhom jitfasslu l-programmi nazzjonali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

5.   Qabel ma tapprova programm nazzjonali propost, il-Kummissjoni għandha teżamina:

(a)

il-konsistenza tiegħu mal-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi u l-eżitu tal-djalogu ta’ politika msemmi fl-Artikolu 13(1);

(b)

id-distribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni fost l-objettivi fid-dawl tar-rekwiżiti tar-Regolamenti Speċifiċi, u fejn rilevanti, il-ġustifikazzjoni għal kwalunkwe devjazzjoni mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi;

(c)

ir-rilevanza tal-objettivi, il-miri, l-indikaturi, l-iskeda taż-żmien u l-eżempji tal-azzjonijiet previsti fil-programm nazzjonali propost fid-dawl tal-istrateġija proposta mill-Istati Membri;

(d)

ir-rilevanza tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 2 fid-dawl tal-azzjonijiet previsti;

(e)

il-konformità tal-programm propost mal-liġi tal-Unjoni;

(f)

il-komplementarjetà mal-appoġġ provdut minn fondi oħra tal-Unjoni, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew;

(g)

fejn applikabbli taħt Regolament Speċifiku, għal objettivi u eżempji ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, koerenza mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat.

6.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel osservazzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-programm nazzjonali propost. Fejn il-Kummissjoni tqis li programm nazzjonali propost huwa inkonsistenti mal-objettivi tar-Regolament Speċifiku, fid-dawl tal-istrateġija nazzjonali, jew li l-finanzjament tal-Unjoni li għandu jiġi allokat għal dawk l-objettivi mhuwiex suffiċjenti jew li l-programm ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq, biex jimmodifika l-programm nazzjonali propost.

7.   Il-Kummissjoni għandha tapprova kull programm nazzjonali mhux aktar tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni formali mill-Istat Membru, dment li kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun ġiet ikkunsidrata b’mod adegwat.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-eżitu ġenerali tal-applikazzjoni tal-paragrafi 5 u 6, inkluż il-konformità ma’ jew id-deroga mill-perċentwali minimi stabbiliti għal kull objettiv fir-Regolamenti Speċifiċi rilevanti.

9.   Fid-dawl ta’ ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat, programm nazzjonali approvat jista’ jiġi rieżaminat u, jekk meħtieġ, rivedut għall-bqija tal-perijodu ta’ programmar.

Artikolu 15

Reviżjoni ta’ nofs it-terminu

1.   Fl-2018, il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandhom jirrevedu is-sitwazzjoni, fid-dawl tar-rapporti ta’ evalwazzjoni interim ppreżentati mill-Istati Membri f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 57(1), u fid-dawl ta’ żviluppi fil-politiki tal-Unjoni u fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   Wara din ir-reviżjoni, u fid-dawl tal-eżitu tagħha, il-programmi nazzjonali jistgħu jiġu riveduti.

3.   Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14 dwar it-tħejjija u l-approvazzjoni ta’ programmi nazzjonali għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-tħejjija u l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali riveduti.

4.   Wara t-tlestija tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u bħala parti mill-evalwazzjoni interim imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 57(2), il-Kummissjoni għandha tagħti rapport dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 16

Struttura ta’ finanzjament

1.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji provduti taħt il-programmi nazzjonali għandhom jieħdu l-forma ta’ għotjiet.

2.   L-azzjonijiet appoġġati taħt il-programmi nazzjonali għandhom ikunu kkonfinanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati, għandhom ikunu ta’ natura mingħajr skop ta’ qligħ u ma għandhomx ikunu soġġetti għal finanzjament minn sorsi oħra koperti mill-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tan-nefqa totali eliġibbli ta’ proġett.

4.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied sa 90 % taħt azzjonijiet speċifiċi jew prijoritajiet strateġiċi kif definiti fir-Regolamenti Speċifiċi.

5.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikati, pereżempju meta, minħabba pressjoni ekonomika fuq il-baġit nazzjonali, il-proġetti ma jkunux jistgħu jiġu implimentati b’mod ieħor u l-objettivi tal-programm nazzjonali ma jkunux jistgħu jintlaħqu.

6.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri tista’ tammonta għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli.

Artikolu 17

Prinċipji ġenerali ta’ eliġibbiltà

1.   L-eliġibbiltà tan-nefqa għandha tiġi determinata abbażi ta’ regoli nazzjonali, minbarra fejn regoli speċifiċi huma stabbiliti f’dan ir-Regolament jew fir-Regolamenti Speċifiċi.

2.   F’konformità mar-Regolamenti Speċifiċi, biex in-nefqa tkun eliġibbli, din għandha tkun:

(a)

fl-ambitu tar-Regolamenti Speċifiċi u l-objettivi tagħhom;

(b)

meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet koperti mill-proġett ikkonċernat;

(c)

raġonevoli u konformi mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari l-valur għal flus u kost-effettività.

3.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolament Speċifiku jekk:

(a)

tkun iġġarrbet minn benefiċjarju bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2022; u

(b)

tkun ġiet attwalment imħallsa mill-Awtorità Responsabbli nominata bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u t-30 ta’ Ġunju 2023.

4.   B’derogamill-paragrafu 3, in-nefqa mħallsa fl-2014 għandha tkun ukoll eliġibbli meta din tkun tħallset mill-Awtorità Responsabbli qabel in-nomina formali tagħha f’ konformita’ mal-Artikolu 26, dment li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll applikati qabel in-nomina formali jkunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli.

5.   In-nefqa inkluża fit-talbiet għall-pagamenti mill-benefiċjarju lill-Awtorità Responsabbli għandha tkun iġġustifikata b’fatturi jew dokumenti ta’ kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti, ħlief għal forom ta’ appoġġ taħt il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 18(1). Għal dawn il-forom ta’ appoġġ, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-ammonti inklużi fit-talba għal pagament għandhom ikunu l-kost rimborżat lill-benefiċjarju mill-Awtorità Responsabbli.

6.   Id-dħul nett direttament ġenerat bi proġett matul l-implimentazzjoni tiegħu li ma ġiex ikkunsidrat fil-mument tal-approvazzjoni tal-proġett, għandu jitnaqqas min-nefqa eliġibbli tal-proġett l-aktar tard fit-talba għal pagament finali sottomessa mill-benefiċjarju.

Artikolu 18

Nefqa eliġibbli

1.   In-nefqa eliġibbli tista’ tiġi rimborżata bil-metodi li ġejjin:

(a)

rimborż ta’ kosti eliġibbli attwalment imġarrba u mħallsa, flimkien ma’, fejn applikabbli, deprezzament;

(b)

skali standard ta’ kosti għal kull unità;

(c)

somom f’daqqa;

(d)

finanzjament b’rata fissa determinat bl-applikazzjoni ta’ perċentwali għal kategorija waħda jew aktar ta’ kosti definiti.

2.   L-opzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkombinati fejn kull opzjoni tkopri kategoriji differenti ta’ kosti jew fejn jintużaw għal proġetti differenti li jiffurmaw parti minn azzjoni jew għal fażijiet suċċessivi ta’ azzjoni.

3.   Fejn proġett jiġi implimentat esklussivament permezz tal-akkwist pubbliku ta’ xogħlijiet, oġġetti jew servizzi, il-punt (a) biss tal- paragrafu 1 għandu japplika. Fejn l-akkwist pubbliku fi ħdan proġett huwa limitat għal ċerti kategoriji ta’ kosti, l-opzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu japplikaw.

4.   L-ammonti msemmija fil-punt (b), (c) u (d) tal- paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli bbażat fuq:

(i)

data statistika jew informazzjoni oġġettiva oħra;

(ii)

id-data storika vverifikata ta’ benefiċjarji individwali; jew

(iii)

l-applikazzjoni tal-prassi normali ta’ kontabbiltà tal-kosti ta’ benefiċjarji individwali;

(b)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skala korrispondenti ta’ kosti unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ proġett u benefiċjarju;

(c)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skala korrispondenti ta’ spejjeż għal kull unità, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru kkonċernat għal tip simili ta’ proġett u benefiċjarju.

5.   Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal appoġġ għal kull proġett għandu jistabbilixxi l-metodu li għandu jiġi applikat għall-istabbiliment tal-kosti tal-proġett u l-kundizzjonijiet għall-pagament tal-għotja.

6.   Fejn l-implimentazzjoni ta’ proġett tagħti lok għal kosti indiretti, dawn jistgħu jiġu kkalkolati bħala rata fissa f’wieħed mill-modi segwenti:

(a)

rata fissa sa 25 % tal-kosti diretti eliġibbli, dment li dik ir-rata tiġi kalkolata abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli jew metodu applikat taħt skemi għal għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru kkonċernat għal tip simili ta’ proġett u benefiċjarju;

(b)

rata fissa sa massimu ta’ 15 % ta’ kosti diretti tal-persunal eliġibbli mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru kkonċernat li jagħmel kalkolu biex tiġi ddeterminata r-rata applikabbli;

(c)

rata fissa applikata għal kosti diretti eliġibbli bbażata fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti, applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ proġett u benefiċjarju.

7.   Għall-għanijiet li jiġu ddeterminati n-nefqiet tal-persunal fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ proġett, ir-rata fis-siegħa applikabbli tista’ tiġi kkalkulata billi jiġu diviżi l-aħħar nefqiet ta’ impjieg gross annwali dokumentati b’ 1 720 siegħa.

8.   Barra mill-metodi stipulati fil-paragrafu 4, fejn il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma teċċedix il-EUR 100 000, l-ammonti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu stabbiliti abbażi ta’ każ b’każ b’referenza għal abbozz ta’ baġit maqbul ex ante mill-Awtorità Responsabbli.

9.   Il-kosti tad-deprezzament jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm jippermettu dan;

(b)

l-ammont tan-nefqa huwa ġġustifikat permezz ta’ dokumenti li jappoġġjawh li għandhom valur probatorju ekwivalenti għall-fatturi għal kosti eliġibbli fejn ir-rimborż ingħata fil-forma msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(c)

il-kosti marbuta esklussivament mal-perijodu ta’ appoġġ għall-proġett;

(d)

appoġġ mill-baġit tal-Unjoni ma jkunx ikkontribwixxa għall-akkwist tal-assi deprezzati.

10.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43, għall-fini tal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro istgħu jużaw ir-rata ta’ konverżjoni tal-euro stabbilita fid-data tal-approvazzjoni tal-proġett jew l-iffirmar tal-ftehim dwar il-proġett abbażi tar-rata ta’ skambju tal-kontabbiltà ta’ kull xahar ippubblikata elettronikament mill-Kummissjoni. Ir-rata ta’ konverżjoni tal-euro ma għandhiex tkun soġġetta għal modifika matul il-proġett.

Artikolu 19

Nefqa ineliġibbli

L-ispejjeż segwenti ma għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni taħt ir-Regolamenti Speċifiċi:

(a)

imgħax fuq id-dejn;

(b)

ix-xiri ta’ art mhux mibnija;

(c)

ix-xiri ta’ art mibnija, meta l-art hi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett, f’ammont li jeċċedi 10 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-proġett ikkonċernat;

(d)

it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ħlief fejn ma tkunx tista’ tiġi rkuprata skont il-liġi tal-VAT nazzjonali.

Artikolu 20

Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri

1.   Fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru għal kull programm nazzjonali, ir-Regolamenti Speċifiċi jistgħu jappoġġaw azzjonijiet għal preparazzjoni, ġestjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni, netwerking, kontroll u awditu, kif ukoll miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

2.   Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

(a)

nefqa marbuta mal-preparazzjoni, l-għażla, l-istima, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-programm, azzjonijiet jew proġetti;

(b)

nefqa marbuta ma’ awditi u kontrolli fuq il-post ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(c)

nefqa marbuta ma’ evalwazzjonijiet tal-programm, azzjonijiet jew proġetti;

(d)

nefqa marbuta ma’ informazzjoni, tixrid u trasparenza b’rabta mal-programm, azzjonijiet jew proġetti, inkluża n-nefqa li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 53 u n-nefqa għall-kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-għan tal-programm, organizzati, fost oħrajn, fil-livell lokali;

(e)

nefqa għall-akkwist, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;

(f)

n-nefqa fuq laqgħat ta’ kumitati u sottokumitati ta’ monitoraġġ marbuta mal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet, inkluż l-ispiża ta’ esperti u parteċipanti oħra fil-kumitati u inklużi parteċipanti minn pajjiżi terzi, fejn il-preżenza tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva ta’ programmi, azzjonijiet jew proġetti;

(g)

n-nefqa għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

3.   L-approprjazzjonijiet jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jappoġġaw azzjonijiet għat-tnaqqis tal-piż għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 25, amministrattiv, inklużi sistemi ta’ skambju ta’ data elettronika, u azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-awtoritajiet u l-benefiċjarji tal-Istati Membri sabiex jamministraw u jużaw l-appoġġ previst taħt ir-Regolamenti Speċifiċi.

4.   L-azzjonijiet jistgħu jikkonċernaw ukoll l-oqfsa finanzjarji preċedenti u sussegwenti.

5.   Meta awtorità kompetenti waħda jew aktar ikunu komuni għal aktar minn programm nazzjonali wieħed, l-approprjazzjonijiet għan-nefqa tal-assistenza teknika fuq kull wieħed mill-programmi kkonċernati jistgħu jiġu amalgamati, parzjalment jew b’mod sħiħ.

TAQSIMA 2

Ġestjoni u Kontroll

Artikolu 21

Prinċipji ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

Għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, li għandhom jipprevedu:

(a)

deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta’ kull awtorità involuta fil-ġestjoni u l-kontroll, u fl-allokazzjoni ta’ funzjonijiet fi ħdan kull awtorità;

(b)

konformità mal-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet bejn dawn l-awtoritajiet u fi ħdanhom;

(c)

proċeduri li jiżguraw il-korrettezza u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata;

(d)

sistemi kompjuterizzati għall-kontabbiltà, għall-ħżin u t-trasmissjoni ta’ data finanzjarja u data dwar indikaturi, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar;

(e)

sistemi għar-rappurtar u l-monitoraġġ fejn l-Awtorità Responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor;

(f)

arranġamenti għall-awditjar tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

(g)

sistemi u proċeduri sabiex jiżguraw sekwenza adegwata tat-transazzjonijiet;

(h)

il-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, u l-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament, flimkien ma’ kwalunkwe imgħax fuq pagamenti tardivi.

Artikolu 22

Responsabbiltajiet taħt ġestjoni kondiviża

F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll ta’ programmi nazzjonali konformement mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom stabbiliti f’dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

Artikolu 23

Responsabbiltajiet tal-benefiċjarji

Il-benefiċjarji għandhom jikkooperaw b’mod sħiħ mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti meta jwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti tagħhom b’rabta mar-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

Artikolu 24

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi tal-ġestjoni, il-kontroll u l-awditu u jerfgħu r-responsabbiltajiet riżultanti, li huma stabbiliti fir-regoli dwar il-ġestjoni konġunta stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom għal programmi nazzjonali huma stabbiliti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u li dawk is-sistemi jiffunzjonaw b’mod effettiv.

3.   L-Istati Membri għandhom jallokaw riżorsi adegwati għal kull awtorità kompetenti sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom matul il-perijodu ta’ pprogrammar.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri trasparenti għall-għażla u l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

5.   L-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jitwettqu permezz ta’ sistema tal-iskambju tad-data elettronika. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet li magħhom dik is-sistema tal-iskambju tad-data elettronika għandha tikkonforma. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

Artikolu 25

Awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti huma:

(a)

Awtorità Responsabbli: korp fis-settur pubbliku tal-Istat Membru kkonċernat, li huwa korp nominat fis-sens tal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u li għandu jkun waħdu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll korretti tal-programm nazzjonali u għandu jiġġestixxi l-komunikazzjoni kollha mal-Kummissjoni;

(b)

Awtorità tal-Awditu: awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, li jkun funzjonalment indipendenti mill-Awtorità Responsabbli u li għandha tkun responsabbli biex kull sena toħroġ l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(c)

fejn xieraq, Awtorità Delegata waħda jew iktar: kwalunkwe korp pubbliku jew privat li jwettaq ċerti kompiti tal-awtorità responsabbli taħt ir-responsabbiltà tl-Awtorità Responsabbli.

2.   Kull Stat Membru għandu jiddetermina regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni.

Artikolu 26

Nomina ta’ Awtoritajiet Responsabbli

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-nomina formali, f’konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, fil-livell ministerjali tal-Awtoritajiet Responsabbli fl-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa taħt dan ir-Regolament, malajr kemm jista’ jkun wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali.

2.   In-nomina msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir soġġett għall-korp li jikkonforma mal-kriterji ta’ nomina dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament jew abbażi tiegħu.

3.   In-nomina ta’ Awtorità Responsabbli għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta’ korp tal-awditu, li jista’ jkun l-Awtorità ta’ Awditu, li tivvaluta l-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji ta’ nomina. Dak il-korp jista’ jkun l-istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-amministrazzjoni. Il-korp tal-awditu għandu jiffunzjona indipendentement mill-Awtorità Responsabbli u jwettaq il-ħidma tiegħu f’konformità mal-istandards ta’ awditu aċċettati internazzjonalment. F’konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom dwar in-nomina fuq jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ għall-perijodu preċedenti u jekk iffunzjonawx b’mod effikaċi. Jekk ir-riżultati tal-awditu u tal-kontroll eżistenti juru li l-korpi nominati ma għadhomx konformi mal-kriterji tan-nomina, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ dawk il-korpi jinstab rimedju għalihom, inkluż billi tintemm in-nomina.

4.   Sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni soda ta’ din is-sistema, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformita’ mal-Artikolu 58 li jikkonċernaw:

(a)

kundizzjonijiet minimi għan-nomina tal-Awtoritajiet Responsabbli fir-rigward tal-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ, kif ukoll regoli dwar il-proċedura biex issir u tintemm in-nomina;

(b)

regoli relatati mas-superviżjoni u l-proċedura għar-rieżami tan-nomina tal-Awtoritajiet Responsabbli;

(c)

l-obbligi tal-Awtoritajiet Responsabbli fir-rigward tal-intervent pubbliku, kif ukoll dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom.

Artikolu 27

Prinċipji ġenerali dwar il-kontrolli mill-Awtoritajiet Responsabbli

1.   L-Awtoritajiet Responsabbli għandhom iwettqu kontroll amministrattiv sistematiku u għandhom jissupplimentaw tali kontroll b’kontrolli fuq il-post, inklużi, fejn adatt, mingħajr preavviż b’kontrolli fuq il-post tan-nefqa marbuta mat-talbiet ta’ pagament mill-benefiċjarji li huma ddikjarati fil-kontijiet annwali bil-ħsieb li jintlaħaq livell suffiċjenti ta’ assigurazzjoni.

2.   Fir-rigward ta’ kontrolli fuq il-post, l-Awtorità Responsabbli għandha tislet il-kampjun ta’ kontroll tagħha mill-popolazzjoni sħiħa ta’ benefiċjarji li jinkludu, fejn huwa xieraq, parti każwali u parti bbażata fuq riskju, sabiex tinkiseb rata ta’ żball rappreżentattiva u livell minimu ta’ fiduċja, filwaqt li jiġu mmirati wkoll l-i żbalji l-aktar importanti.

3.   L-Awtorità Responsabbli għandha tfassal rapport ta’ kontroll dwar kull kontroll fuq il-post.

4.   Fejn problemi individwati jidhru li jkunu sistematiċi fin-natura u jistgħu għaldaqstant jinvolvu riskju għal proġetti oħra, l-Awtorità Responsabbli għandha tiżgura li jitwettaq eżami ulterjuri, inklużi kontrolli addizzjonali fejn ikun meħtieġ, sabiex tiġi stabbilita l-iskala ta’ dawn il-problemi u jekk ir-rata tal-iżball hijiex ogħla mil-livell aċċettabbli. Il-miżuri ta’ prevenzjoni u korrettivi meħtieġa għandhom jittieħdu mill-Awtorità Responsabbli u għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fis-sommarju msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli meħtieġa bl-għan li tinkiseb applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jistgħu b’mod partikolari jirrigwardaw dan li ġej:

(a)

ir-regoli li jikkonċernaw kontrolli amministrattivi u fuq il-post inklużi kontrolli fuq il-post mingħajr preavviż, li għandhom jitwettqu mill-Awtorità Responsabbli fir-rigward ta’ konformità mal-obbligi, l-impenji u r-regoli tal-eliġibbiltà li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, inkluż il-perijodu ta’ żmien li fih għandhom jinżammu d-dokumenti ta’ appoġġ;

(b)

ir-regoli dwar il-livell minimu ta’ kontrolli fuq il-post meħtieġa għal ġestjoni effettiva tar-riskji, kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri għandhom iżidu dawn il-kontrolli, jew jistgħu jnaqqsuhom fejn is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jiffunzjonaw korrettament u r-rati tal-iżball jkunu f’livell aċċettabbli;

(c)

ir-regoli u l-metodi dwar ir-rappurtar tal-kontrolli u l-verifika mwettqa u r-riżultati tagħhom.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

Artikolu 28

Pagament lill-benefiċjarji

L-awtoritajiet responsabbli għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali tal-appoġġ pubbliku mill-iktar fis possibbli u b’mod sħiħ. L-ebda ammont m’għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b’effett ekwivalenti m’għandhom jiġu imposti li jnaqqsu dawk l-ammonti għall-benefiċjarji.

Artikolu 29

Funzjonijiet tal-awtorità ta’ awditu

1.   Biex tappoġġa l-opinjoni mogħtija f’konformita’ mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 l-awtorità ta’ awditu għandha tiżgura li jitwettqu awditi fuq is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, u fuq kampjun xieraq tan-nefqa inkluża fil-kontijiet annwali. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 ta’ dan ir-Regolament dwar l-istatus tal-Awtoritajiet ta’ Awditu u l-kundizzjonijiet li l-awditi għandhom jissodisfaw.

2.   Fejn l-awditi jitwettqu minn korp li mhux l-Awtorità ta’ Awditu, l-Awtorità ta’ Awditu għandha tiżgura li kwalunkwe tali korp ikollu l-għarfien espert u l-indipendenza funzjonali meħtieġa.

3.   L-Awtorità ta’ Awditu għandha tiżgura li l-ħidma ta’ awditu jissodisfa l-istandards ta’ awditjar aċċettati internazzjonalment.

Artikolu 30

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-awditu

1.   Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-awtoritajiet tal-awditu biex tikkoordina l-pjani u l-metodi ta’ awditu rispettivi tagħhom u għandha malajr kemm jista’ jkun ikollha skambju tar-riżultati tal-awditi mwettqa fuq is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll sabiex isir l-aħjar użu possibbli u proporzjonat tar-riżorsi ta’ kontroll, u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux ġustifikata tal-ħidma.

2.   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditu għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari ikollhom skambju ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet marbuta mat-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

Artikolu 31

Kontrolli u awditi mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha toqgħod fuq l-informazzjoni disponibbli, inklużi l-proċedura ta’ nomina, it-talba għal pagament tal-bilanċ annwali kif imsemmi fl-Artikolu 44, ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali, u awditi mwettqa minn korpi nazzjonali u tal-Unjoni, sabiex jivverifikaw jekk l-Istati Membri stabbilixxewx sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u jekk dawk is-sistemi jiffunzjonawx b’mod effettiv matul l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-awditi mwettqa mill-Istati Membri, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu awditi jew kontrolli fuq il-post soġġett għal li jingħata avviż ta’ mill-anqas 12-il jum ta’ xogħol lill-awtorità kompetenti nazzjonali ħlief f’każijiet urġenti. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi tqis il-ħtieġa li tiġi evitata duplikazzjoni mhux ġustifikata ta’ awditi jew kontrolli mwettqa mill-Istati Membri, il-livell ta’ riskju għall-baġit tal-Unjoni u l-ħtieġa li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji. L-uffiċjali jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f’dawn l-awditi jew kontrolli.

3.   L-ambitu tal-awditi jew kontrolli jista’ jinkludi, b’mod partikolari:

(a)

il-verifika tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fi programm nazzjonali jew parti minnu;

(b)

il-konformità ta’ prattiki amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni;

(c)

l-eżistenza tad-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa u l-korrelazzjoni tagħhom mal-azzjonijiet appoġġati taħt il-programmi nazzjonali;

(d)

it-termini li taħthom l-azzjonijiet ikunu ttieħdu u ġew ikkontrollati;

(e)

valutazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja soda tal-azzjonijiet u/jew tal-programm nazzjonali.

4.   L-uffiċjali tal-Kummissjoni jew rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni, li għandhom debitament is-setgħa li jwettqu awditi jew kontrolli fuq il-post, għandu jkollhom aċċess għar-rekords, dokumenti u metadata kollha meħtieġa, irrispettivament mill-mezz li fih jinħażnu, b’rabta mal-assistenza għall-proġetti u dik teknika jew ma’ sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. L-Istati Membri għandhom jipprovdu kopji ta’ dawn ir-rekords, dokumenti u metadata lill-Kummissjoni meta jintalbu. Is-setgħat stabbiliti f’dan il-paragrafu ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għal aġenti nominati speċifikament mil-leġislazzjoni nazzjonali. L-uffiċjali tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jieħdu sehem, fost oħrajn, fi żjarat fid-djar jew fl-intervisti formali ta’ persuni fi ħdan il-qafas ta’ leġislazzjoni nazzjonali. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni miksuba b’dan il-mod mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-qrati nazzjonali u b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti legali kkonċernati.

5.   Fuq it-talba tal-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, kontrolli jew inkjesti addizzjonali fuq l-azzjonijiet koperti b’dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-korpi kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. L-aġenti tal-Kummissjoni jew il-persuni delegati mill-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’tali kontrolli. Sabiex ittejjeb il-kontrolli, il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, titlob l-assistenza tal-awtoritajiet ta’ dawk l-Istati Membri għal ċerti kontrolli jew inkjesti.

6.   Il-Kummissjoni tista’ titlob li Stat Membru jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tiegħu jew il-korrettezza tan-nefqa f’konformità mar-regoli applikabbli.

TAQSIMA 3

Ġestjoni Finanzjarja

Artikolu 32

Impenji Baġitarji

1.   L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull programm nazzjonali għandhom isiru f’pagamenti annwali matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm nazzjonali għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fis-sens tal-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat, tkun impenn legali fis-sens ta’ dak ir-Regolament.

3.   Għal kull programm nazzjonali, l-impenn baġitarju għall-ewwel pagament għandu jsegwi l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali mill-Kummissjoni.

4.   L-impenji baġitarji għal pagamenti sussegwenti għandhom isiru mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, abbażi tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ħlief fejn japplika l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 33

Regoli komuni għall-pagamenti

1.   Il-pagamenti mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għall-programm nazzjonali għandhom isiru skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u għandhom ikunu soġġetti għal finanzjament disponibbli. Kull pagament għandu jiġi trasferit għall-eqreb impenn tal-baġit miftuħ ikkonċernat.

2.   Il-pagamenti għandhom jieħdu l-forma ta’ prefinanzjament inizjali, prefinanzjament annwali, pagamenti tal-bilanċ annwali u l-pagament tal-bilanċ finali.

3.   Għandu japplika l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 34

Akkumulazzjoni ta’ prefinanzjament inizjali u bilanċi annwali

1.   It-total tal-pagament tal-prefinanzjament inizjali u l-pagamenti tal-bilanċ annwali ma għandhomx jeċċedu il-95 % tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat.

2.   Meta jintlaħaq il-limitu massimu ta’ 95 %, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jittrasmettu t-talbiet għall-pagament lill-Kummissjoni.

Artikolu 35

Arranġamenti prefinanzjarji

1.   Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali, ammont ta’ prefinanzjament inizjali għall-perijodu ta’ programmar kollu għandu jitħallas fi żmien erba’ xhur mill-Kummissjoni lill-Awtorità Responsabbli nominata. Dak l-ammont ta’ prefinanzjament inizjali għandu jirrappreżenta 4 % tal-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat. Jista’ jinqasam f’żewġ pagamenti skont id-disponibbiltà tal-baġit.

2.   Qabel l-1 ta’ Frar 2015, għandu jitħallas ammont annwali ta’ prefinanzjament ta’ 3 % tal-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-Unjoni għall-programm nazzjonali kkonċernat. Għas-snin fil-perijodu 2016-2022, dan għandu jkun 5 % tal-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat.

3.   Jekk programm nazzjonali jiġi approvat fl-2015 jew aktar tard, il-prefinanzjament inizjali u l-prefinanzjament annwali, għandhom jitħallsu mhux aktar tard minn 60 jum wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali, skont id-disponibbiltà tal-baġit.

4.   Fil-każ ta’ emendi fil-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-Unjoni għal programm nazzjonali, l-ammonti ta’ prefinanzjament inizjali kif ukoll annwali għandhom jiġu riveduti kif suppost u riflessi fid-deċiżjonijiet finanzjarji.

5.   Il-prefinanzjament għandu jintuża sabiex isiru pagamenti lil benefiċjarji li jimplimentaw il-programm nazzjonali kif ukoll lil awtoritajiet kompetenti għal nefqa marbuta ma’ assistenza teknika. Għandu jkun magħmul disponibbli mingħajr dewmien lill-Awtorità Responsabbli għal dawk l-għanijiet.

Artikolu 36

Approvazzjoni tal-prefinanzjament

1.   L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali għandu jiġi approvat totalment mill-kontijiet tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 40, mhux aktar tard minn meta l-programm nazzjonali jingħalaq.

2.   L-ammont imħallas bħala prefinanzjament annwali għandu jiġi approvat mill-kontjiet tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39.

3.   L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament għandu jiġi rimburżat lill-Kummissjoni jekk l-ebda talba għal pagament f’konformità mal-Artikolu 44 ma tintbagħat fi żmien 36 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont ta’ prefinanzjament inizjali.

4.   L-imgħax iġġenerat fuq il-prefinanzjament inizjali għandu jiġi trasferit lill-programm nazzjonali kkonċernat u għandu jiġi mnaqqas mill-ammont ta’ nefqa pubblika indikat fit-talba għal pagament finali.

Artikolu 37

Assenjazzjoni interna tad-dħul

1.   Is-segwenti għandu jitqies bħala dħul assenjat internament fit-tifsira tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012:

(i)

somom li, taħt l-Artikoli 45 u 47 ta’ dan ir-Regolament, jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħax;

(ii)

somom li, wara l-għeluq tal-programmi taħt il-qafas finanzjarju pluriennali preċedenti, jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħax.

2.   Is-somom imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni u, fil-każ ta’ użu mill-ġdid, għandhom jintużaw fl-ewwel istanza għan-nefqa finanzjarja taħt ir-Regolamenti Speċifiċi.

Artikolu 38

Definizzjoni tas-sena finanzjarja

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sena finanzjarja, kif imsemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandha tkopri n-nefqa mħallsa u d-dħul irċevut u mdaħħla fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fil-perijodu li jibda mis-16 ta’ Ottubru tas-sena “N-1” u jintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena “N”.

Artikolu 39

Pagament tal-bilanċ annwali

1.   Il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ annwali, abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja korrispondenti tal-programm nazzjonali u d-deċiżjoni tal-approvazzjoni korrispondenti.

2.   Il-kontijiet annwali għandhom ikopru l-pagamenti magħmula mill-Awtorità Responsabbli, inklużi l-pagamenti marbutin mal-għajnuna teknika, matul is-sena finanzjarja li għalihom ir-rekwiżiti ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 27 intlaħqu.

3.   Skont id-disponibbiltà tal-baġit, il-bilanċ annwali għandu jitħallas mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 54 jitqiesu ammissibbli mill-Kummissjoni u l-aħħar kontijiet annwali jkunu ġew approvati.

Artikolu 40

Għeluq tal-programm

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu d-dokumenti segwenti sal-31 ta’ Diċembru 2023:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa għall-aħħar kontijiet annwali, f’konformità mal-Artikolu 44(1);

(b)

talba għal pagament tal-bilanċ finali; u

(c)

ir-rapport ta’ implimentazzjoni finali għall-programm nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 54(1).

2.   Il-pagamenti magħmula mill-Awtorità Responabbli mis-16 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 għandhom jiġu inklużi fl-aħħar kontijiet annwali.

3.   Wara li tirċievi d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ finali, abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, l-aħħar kontijiet annwali u d-deċiżjoni tal-approvazzjoni korrispondenti.

4.   Skont id-disponibbiltà tal-baġit, il-bilanċ finali għandu jitħallas mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-approvazzjoni tal-kontijiet tas-sena finanzjarja finali jew xahar mid-data tal-aċċettazzjoni tar-rapport finali tal-implimentazzjoni, skont liema data tkun l-aħħar. L-ammonti li jkunu għadhom impenjati wara li jitħallas il-bilanċ għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52, jiġu diżimpenjati mill-Kummissjoni f’perijodu ta’ sitt xhur.

Artikolu 41

Interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-pagament

1.   Id-data ta’ skadenza tal-pagament wara talba għal pagament tista’ tiġi interrotta mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega fit-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għal perijodu massimu ta’ sitt xhur, meta tintlaħaq mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

b’segwitu ta’ informazzjoni provduta minn korp tal-awditu nazzjonali jew tal-Unjoni, ikun hemm provi ċari li jissuġġerixxu nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

(b)

l-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jwettaq verifiki addizzjonali wara li tkun waslitlu informazzjoni li twissieh li n-nefqa f’talba għal pagament hija marbuta ma’ irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji;

(c)

ma ġewx sottomessi dokument wieħed jew aktar meħtieġa taħt l-Artikolu 44(1).

L-Istat Membru jista’ jaqbel li l-perijodu ta’ interruzzjoni jiġi estiż għal perijodu addizzjonali ta’ tliet xhur oħra.

2.   L-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega għandu jillimita l-interruzzjoni għall-parti tan-nefqa koperta mit-talba ta’ pagament affettwata mill-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, sakemm ma jkunx possibbli li tiġi identifikata l-parti tan-nefqa affettwata. L-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega għandu jgħarraf bil-miktub lill-Istat Membru u lill-Awtorità Responsabbli immedjatament bil-miktub bir-raġuni għall-interruzzjoni u għandu jitlobhom jirrimedjaw is-sitwazzjoni. L-interruzzjoni għandha tinġieb fi tmiemha mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega hekk kif ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa.

Artikolu 42

Sospensjoni of pagamenti

1.   Il-bilanċ annwali kollu jew parti minnu jista’ jiġi sospiż mill-Kummissjoni fejn:

(a)

ikun hemm nuqqas serju fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm nazzjonali li jkun poġġa f’riskju l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm nazzjonali u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;

(b)

in-nefqa fil-kontijiet annwali tkun marbuta ma’ irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkun ġiet ikkoreġuta; jew

(c)

l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok għal interruzzjoni skont l-Artikolu 41.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi bilanċ annwali kollu jew parti minnu wara li tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni ta’ bilanċ annwali kollu jew parti minnu fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa l-miżuri meħtieġa li jippermettu t-tneħħija tas-sospensjoni.

Artikolu 43

Użu tal-euro

1.   L-ammonti stabbiliti fil-programmi nazzjonali mressqin mill-Istati Membri, it-tbassir tan-nefqa, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, it-talbiet għal pagamenti, il-kontijiet annwali u n-nefqa msemmija fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali għandhom ikunu denominati fil-munita euro.

2.   L-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro fid-data ta’ talba għal pagament għandhom jikkonvertu l-ammonti ta’ nefqa mġarrba fil-munita nazzjonali f’euro. Dawk l-ammonti għandhom jiġu konvertiti f’euro bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabbiltà mensili tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu n-nefqa ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli tal-programm nazzjonali kkonċernat. Ir-rata tal-kambju għandha tiġi ppubblikata elettronikament mill-Kummissjoni kull xahar.

3.   F’każijiet fejn l-euro ssir il-munita ta’ Stat Membru, il-proċedura ta’ konverżjoni stabbilita fil-paragrafu 2 għandha tibqa’ tapplika għan-nefqa kollha rreġistrata fil-kontijiet mill-Awtorità Responsabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rata ta’ konverżjoni fissa bejn il-munita nazzjonali u l-euro.

TAQSIMA 4

Approvazzjoni ta’ Kontijiet u Korrezzjonijiet Finanzjarji

Artikolu 44

Talba għal pagament tal-bilanċ annwali

1.   Sal-15 ta’ Frar tas-sena wara s-sena finanzjarja, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni mitluba taħt l-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Id-dokumenti sottomessi għandhom iservu ta’ talba għal pagament tal-bilanċ annwali. L-iskadenza tal-15 ta’ Frar tista’ tiġi estiża b’mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu l-aktar tard abbażi ta’ komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu, fil-livell adatt, jippubblikaw dik l-informazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jipprovdi aktar informazzjoni għall-fini tal-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Jekk Stat Membru ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza għas-sottomissjoni tagħha stabbilita mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-mudelli li skonthom għandhom jitfasslu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 59(2).

Artikolu 45

Approvazzjoni annwali tal-kontijiet

1.   Sal-31 ta’ Mejju tas-sena wara s-sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet annwali għal kull programm nazzjonali. Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni għandha tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi u għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull korrezzjoni finanzjarja sussegwenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni annwali tal-kontijiet, fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inkluż dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li għandhom jiġu rispettati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

Artikolu 46

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa f’rabta ma’ irregolaritajiet individwali jew sistemiċi li jinstabu taħt il-programmi nazzjonali. Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jikkonsistu mill-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha mill-baġit tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni u għandhom japplikaw korrezzjoni proporzjonata. L-ammonti kkanċellati u l-ammonti rkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għall-programm nazzjonali kkonċernat, eskluż l-ammonti li jirriżultaw minn irregolaritajiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri u s-servizzi tal-Kummissjoni inkluż l-OLAF. Wara l-għeluq tal-programm nazzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrifondi s-somom irkuprati lill-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 47

Approvazzjoni tal-konformità u korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji billi tikkanċella l-kontribuzzjoni tal-Unjoni kollha jew parti minnha għal programm nazzjonali u billi tagħmel irkupru mill-Istat Membru kkonċernat sabiex teskludi mill-finanzjament kull nefqa tal-Unjoni li tikser il-liġi applikabbli, inkluż b’rabta ma’ nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri li ġew individwati mill-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Awdituri.

2.   Ksur tal-liġi applikabbli għandu jwassal għal korrezzjoni finanzjarja biss fir-rigward tan-nefqa li ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni u meta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a)

il-ksur ikun affettwa l-għażla ta’ proġett taħt il-programm nazzjonali, jew, f’każijiet fejn, minħabba n-natura tal-ksur, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit dak l-impatt, ikun hemm riskju sostanzjat li l-ksur kellu tali effett;

(b)

il-ksur ikun affettwa l-ammont ta’ nefqa ddikjarata għal rimborż mill-baġit tal-Unjoni, jew f’każijiet fejn, minħabba n-natura tal-ksur, mhuwiex possibbli li jiġi kwantifikat l-impatt finanzjarju tiegħu, hemm riskju sostanzjat li l-ksur kellu tali effett.

3.   Meta tiddeċiedi dwar korrezzjoni finanzjarja taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tqis in-natura u l-gravità tal-ksur tal-liġi applikabbli u l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu għall-baġit tal-Unjoni.

4.   Qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut ta’ finanzjament, is-sejbiet mill-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru għandhom jiġu notifikati bil-miktub, u wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

5.   Il-finanzjament ma jistax jiġi rrifjutat għal:

(a)

nefqa li tkun iġġarrbet mill-Awtorità Responsabbli aktar minn 36 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membri bil-miktub bis-sejbiet tagħha;

(b)

nefqa fuq azzjonijiet pluriennali taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programmi nazzjonali, fejn l-obbligu finali fuq il-benefiċjarju jseħħ aktar minn 36 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha;

(c)

nefqa fuq azzjonijiet fi programmi nazzjonali, li mhumiex dawk imsemmija fil-punt (b), li għalihom il-pagament jew, skont il-każ, il-pagament finali, mill-Awtorità Responsabbli, isir aktar minn 36 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tagħha.

6.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l- arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-approvazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li għandhom jiġu rispettati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

Artikolu 48

Obbligi tal-Istati Membri

Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni ma għandhiex tippreġudika l-obbligu tal-Istat Membru li jsegwi rkupri taħt il-punt (h) l-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament u li jirkupra l-għajnuna tal-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (12).

Artikolu 49

Rimborż

1.   Kwalunkwe rimborż dovut li għandu jsir lill-baġit tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data indikata fl-ordni għall-irkupru mfassal f’konformità mal-Artikolu 80 tar-Regolament(UE, Euratom) Nru 966/2012. Dik l-iskadenza għandha tkun l-aħħar jum tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni.

2.   Kwalunkwe dewmien fir-rimborż għandu jagħti lok għal imgħax minħabba pagament tard, li jibda mill-iskadenza u jintemm fid-data tal-pagament attwali. Ir-rata ta’ dan l-imgħax għandha tkun punt perċentwali u nofs ‘il fuq mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu fl-ewwel jum ta’ ħidma tax-xahar li fih taqa’ l-iskadenza.

TAQSIMA 5

Diżimpenn

Artikolu 50

Prinċipji

1.   Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu sottomessi għal proċedura ta’ diżimpenji stabbiliti fuq il-bażi li l-ammonti konnessi ma’ impenn li mhumiex koperti mill-prefinanzjament inizjali u annwali msemmi fl-Artikolu 35 u talba għall-ħlas skont l-Artikolu 44 sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn tal-baġit għandhom jiġu diżimpenjati. Għall-finijiet tad-diżimpenn, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont billi żżid parti waħda minn sitta tal-impenn baġitarju annwali relatat mal-ammont tal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2014 għal kull wieħed mill-impenji baġitarji tas-snin 2015-2020.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-iskadenzi għad-diżimpenn ma għandhomx japplikaw għall-impenn baġitarju annwali marbut mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2014.

3.   Jekk l-ewwel impenn baġitarju annwali huwa marbut mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2015, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-iskadenzi għad-diżimpenn ma għandhomx japplikaw għall-impenn baġitarju annwali marbut mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2015. F’tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont taħt il-paragrafu 1 billi żżid għoxrin fil-mija mill-impenn baġitarju annwali marbut mat-total tal-ammont tal-kontribuzzjoni tal-2015 ma’ kull wieħed mill-impenji baġitarji tas-snin 2016-2020.

4.   L-impenn marbut mal-aħħar sena tal-perijodu għandu jiġi diżimpenjat f’ konformità mar-regoli segwiti għall-għeluq tal-programmi.

5.   Kwalunkwe impenn li jkun għadu miftuħ fl-aħħar data biex in-nefqa tkun eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 17(3), u li għalih talba għal pagament ma tkunx saret mill-Awtorità Responsabbli fi żmien sitt xhur wara dik id-data għandu jiġi awtomatikament diżimpenjat.

Artikolu 51

Eċċezzjonijiet għad-diżimpenn

1.   L-ammont ikkonċernat b’diżimpenn għandu jitnaqqas mill-ammonti li l-Awtorità Responsabbli ma kinitx kapaċi tiddikjara lill-Kummissjoni minħabba:

(a)

azzjonijiet sospiżi permezz ta’ proċedimenti legali jew b’appell amministrattiv li għandhom effett ta’ sospensjoni; jew

(b)

raġunijiet ta’ force majeure li serjament jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ programm nazzjonali sħiħ jew parti minnu. L-Awtoritajiet Responsabbli li jinvokaw force majeure għandhom juru l-konsegwenzi diretti tal-force majeure fuq l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali kollu jew parti minnu.

It-tnaqqis jista’ jintalab darba jekk is-sospensjoni jew force majeure tkun damet sa sena. Jekk is-sospensjoni jew force majeure tkun damet aktar minn sena, it-tnaqqis jista’ jintalab diversi drabi, korrispondenti għat-tul taż-żmien tal-force majeure jew għan-numru ta’ snin bejn id-data tad-deċiżjoni legali jew amministrattiva li tissospendi l-implimentazzjoni tal-azzjoni u d-data tad-deċiżjoni legali jew amministrattiva finali.

2.   L-Istat Membru għandu jibgħat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Jannar, sabiex l-ammont jista’ jiġi ddikjarat sal-aħħar tas-sena preċedenti.

3.   Il-parti tal-impenji baġitarji li għalihom tkun saret talba għal pagament, li iżda l-pagament tagħhom ikun tnaqqas jew ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 2, ma għandhiex titqies fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku.

Artikolu 52

Proċedura

1.   Kull meta jkun hemm riskju ta’ applikazzjoni ta’ diżimpenn taħt l-Artikolu 50 il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri malajr kemm jista’ jkun.

2.   Abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha fil-31 ta Jannar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità Responsabbli bl-ammont ta’ diżimpenn li jirriżulta mill-informazzjoni fil-pussess tagħha.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu xahrejn biex jaqbel dwar l-ammont li għandu jiġi diżimpenjat jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

4.   Il-Kummissjoni għandha twettaq id-diżimpenn awtomatiku mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-aħħar limitu taż-żmien li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3.

5.   Fil-każ ta’ diżimpenn awtomatiku, il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni lill-programm nazzjonali kkonċernat għandha titnaqqas, għas-sena inkwistjoni, bl-ammont awtomatikament diżimpenjat. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-pjan ta’ finanzjament ser titnaqqas prorata, ħlief jekk l-Istat Membru jipproduċi pjan ta’ finanzjament rivedut.

KAPITOLU V

INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U RAPPURTAR

Artikolu 53

Informazzjoni u pubbliċità

1.   L-Istati Membri u l-Awtoritajiet Responsabbli għandhom ikunu responsabbli:

(a)

għal sit tal-Internet jew portal ta’ sit tal-Internet li tipprovdi informazzjoni dwar u aċċess għall-programmi nazzjonali f’dak l-Istat Membru;

(b)

li jgħarrfu lill-benefiċjarji potenzjali dwar opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programmi nazzjonali;

(c)

jippubblikaw liċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tar-Regolamenti Speċifiċi, permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-programmi nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw trasparenza tal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali u għandhom iżommu lista ta’ azzjonijiet appoġġati għal kull programm nazzjonali li għandha tkun aċċessibbli permezz tas-sit tal-Internet jew il-portal tas-sit tal-Internet. Il-lista ta’ azzjonijiet għandha tinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-benefiċjarji finali, l-ismijiet tal-proġetti u l-ammont ta’ finanzjament tal-Unjoni allokat lilhom.

3.   Bħala regola, l-informazzjoni għandha ssir pubblika ħlief fejn tkun ristretta minħabba n-natura konfidenzjali tagħha, partikolarment dwar is-sigurtà, l-ordni pubbliku, l-investigazzjonijiet kriminali u l-protezzjoni tad-data personali.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 58 biex tistipula regoli li jikkonċernaw il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-pubbliku u l-miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji.

5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(3).

Artikolu 54

Rapporti ta’ implimentazzjoni

1.   Sal-31 ta’ Marzu 2016 u sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2022, l-Awtorità Responsabbli għandha tressaq quddiem il-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ kull programm nazzjonali fis-sena finanzjarja preċedenti u tista’, fil-livell xieraq, tippubblika dik l-informazzjoni. Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri s-snin finanzjarji 2014 u 2015. L-Istat Membru għandu jissottometti rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023.

2.   Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar:

(a)

l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali permezz ta’ referenza għad-data finanzjarja u l-indikaturi;

(b)

kwalunkwe kwistjoni sinifikanti li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm nazzjonali.

3.   Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu kif imsemmi fl-Artikolu 15, ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali sottomess fl-2017 għandu jistipula u jivvaluta:

(a)

l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

il-progress lejn il-kisba tal-objettivi fil-programmi nazzjonali segwiti bil-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni;

(c)

l-involviment tas-sħab rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 12.

4.   Ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali sottomess fl-2020 u r-rapport ta’ implimentazzjoni finali għandhom, flimkien mal-informazzjoni u l-valutazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2, jinkludu informazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-programm nazzjonali u jivvalutawh, filwaqt li jqisu l-eżitu tad-djalogu ta’ politika msemmi fl-Artikolu 13(1).

5.   Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu ammissibbli jekk ikun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa f’dawk il-paragrafi. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 15-il jum mid-data tar-riċevuta tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali dwar jekk ikunx ammissibbli, u jekk tonqos milli tagħmel dan, għandu jitqies ammissibbli.

6.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali fi żmien xahrejn mid-data meta tirċievi r-rapport ta’ implimentazzjoni annwali. Jekk il-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet fir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali tal-Awtorità Responsabbli, li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali. Fejn isiru osservazzjonijiet bħal dawn, l-Awtorità Responsabbli għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet u, fejn ikun adatt, tinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkun ttieħdu. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata mhux aktar tard minn tliet xhur wara minn meta tkun għamlet tali osservazzjonijiet.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-mudelli li skonthom għandhom jitfasslu r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 59(2).

Artikolu 55

Il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ regolari ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, fejn xieraq, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

2.   L-implimentazzjoni tar-Regolamenti Speċifiċi għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni bi sħubija mal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 57.

3.   Qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jiġu stabbilit bil-ħsieb li jkejjel ir-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza, il-valur miżjud, is-sostenibbiltà tal-azzjonijiet u s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv, fid-dawl tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi u l-prestazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi bħala strumenti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58 sabiex tiżviluppa aktar il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa li tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi.

6.   Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet implimentati taħt ir-Regolamenti Speċifiċi u dawk segwiti taħt politiki, strumenti u inizjattivi oħra rilevanti tal-Unjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ azzjonijiet u programmi relatati ma’ pajjiżi terzi, skont l-Artikolu 8.

Artikolu 56

Evalwazzjoni ta’ programmi nazzjonali mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu l-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(1). L-evalwazzjoni li għandha titwettaq fl-2017 għandha tikkontribwixxi sabiex titjieb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali, f’konformità mal-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni komuni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri biex tiġi prodotta u tinġabar id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inkluża data marbuta ma’ indikaturi fil-qafas komuni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.

3.   L-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(1) għandhom jitwettqu minn esperti li huma funzjonalment indipendenti mill-Awtoritajiet Responsabbli, l-Awtoritajiet ta’ Awditu u l-Awtoritajiet Delegati. Dawk l-esperti jistgħu jkunu affiljati ma’ istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l- awditu tal-amministrazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kif jitwettqu l-evalwazzjonijiet.

4.   L-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(1) għandhom isiru pubbliċi kollha kemm huma, ħlief fejn l-informazzjoni tkun ristretta minħabba n-natura kunfidenzjali tagħha, partikolarment dwar is-sigurtà, l-ordni pubbliku, l-investigazzjonijiet kriminali u tal-protezzjoni tad-data personali.

Artikolu 57

Rapporti ta’ evalwazzjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.   F’konformità mal-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni:

(a)

rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u progress lejn il-kisba tal-għanijiet tal-programmi nazzjonali tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2017;

(b)

rapport ta’ evalwazzjoni ex post dwar l-effetti ta’ azzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2023.

2.   Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni:

(a)

rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi fuq il-livell tal-Unjoni sat-30 ta’ Ġunju 2018. Dak ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-eżami ta’ nofs it-terminu li jsir skont dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi;

(b)

rapport ta’ evalwazzjoni ex post dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti Speċifiċi, wara l-għeluq tal-programmi nazzjonali, sat-30 ta’ Ġunju 2024.

3.   L-evalwazzjoni ex post tal-Kummissjoni għandha teżamina wkoll l-impatt tar-Regolamenti Speċifiċi fuq l-iżvilupp tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja f’termini tal-kontribut tagħhom għall-objettivi segwenti:

(a)

l-iżvilupp ta’ kultura komuni ta’ sigurtà fil-fruntieri, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u ġestjoni tal-kriżijiet;

(b)

il-ġestjoni effettiva ta’ flussi migratorji fl-Unjoni;

(c)

l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil;

(d)

it-trattament ġust u ugwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(e)

solidarjetà u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ migrazzjoni u ta’ sigurtà interna;

(f)

approċċ komuni mill-Unjoni dwar il-migrazzjoni u s-sigurtà lejn partijiet terzi..

4.   Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni kollha skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati kollha kemm huma ħlief fejn l-informazzjoni tkun ristretta minħabba n-natura kunfidenzjali tagħha, partikolarment dwar is-sigurtà, l-ordni pubbliku, l-investigazzjonijiet kriminali u l-protezzjoni tad-data personali.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 58

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(5), 26(4), 29(1), 53(4) u 55(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mill-21 ta’ Mejju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega ta’ setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodu ta’ tliet snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ seba’ snin.

3.   Id-delega ta’ setgħat imsemmija fl-Artikoli 5(5), 26(4), 29(1), 53(4) u 55(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(5), 26(4), 29(1), 53(4) u 55(4)għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 59

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat għal-Fondi għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, minbarra l-Artikoli 14(4), 24(5), 45(2), 47(6) u 53(5) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 60

Reviżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, jirrevedu dan ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Artikolu 61

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ April 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 108.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 23.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2014.

(4)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(5)  Id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta’ April 1999 li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20).

(6)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(7)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(8)  Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l- Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (Ara paġna 168 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet u li jħassar id-Deċiżjoni 2007/125/ĠAI (Ara paġna 93 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(12)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).


Top